06 the development of a new aircraft parking stand … · filwaqt li dawn in-numri huma tassew...

10
maltairport.com THE SHAREHOLDERS’ NEWSLETTER TRAFFIC 04 DESTINATION SEVILLE: 12 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND 06 OCTOBER 2018 020

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

1

maltairport.com

THE SHAREHOLDERS’ NEWSLETTER

TRAFFIC 04

DESTINATION SEVILLE: 12

THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND

06

OCTOBER 2018020

Page 2: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

2 3

li ser jipprovdi spazju għal 700 vettura oħra u jakkomoda l-faċilitajiet tal-kiri tal-karozzi. Bħalissa qegħdin nesploraw il-possibbiltà li nużaw is-saqaf ta’ din il-binja għall-installazzjoni ta’ aktar pannelli fotovoltajċi, biex b’hekk inkunu nistgħu nkomplu bil-vjaġġ sostenibbli tagħna filwaqt li nħallu warajna impronta tal-karbonju iżgħar.

Ftit tax-xhur ilu ppubblikajna t-tielet rapport tagħna dwar is-sostenibbiltà, li fih żvelajna li l-emissjonijiet tas-CO2

mill-konsum tal-elettriku naqsu bi 63 tunnellata fl-2017, b’riżultat ta’ għadd ta’ miżuri ekoloġiċi li implimentajna. Tabilħaqq, hekk kif inkomplu nikbru bħala kumpanija, l-għan tagħna huwa li nsiru dejjem aktar responsabbli billi nimmonitorjaw l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tagħna fuq il-komunità li noperaw fiha.

Għażiż Azzjonist,

Fis-sajf l-attività tnaqqas mir-ritmu tagħha għal ħafna setturi, iżda żgur li mhux għal dak tal-avjazzjoni. Billi l-istaġun huwa sinonimu mal-vaganzi, ħafna jagħżlu li jbiddlu naqra l-ambjent billi jerħulha għal btala barra minn Malta. Dan żammna okkupati mhux ħażin, u fl-aktar ġurnata impenjattiva tagħna tas-sajf tajna merħba u sellimna lil aktar minn 29,000 passiġġier.

B’aktar minn 100 destinazzjoni offruti għall-istaġun, il-passiġġieri lokali setgħu jagħżlu li ma jmorrux wisq ’il bogħod u jesperjenzaw xeni familjari bħal dik tal-Etna tħares fuq Catania, jew jivvjaġġjaw ftit aktar lil hinn minn xtutna biex, ngħidu aħna, jiskopru l-ġmiel tal-belt ta’ Tallinn.

Filwaqt li għas-settur tal-avjazzjoni s-sajf jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta’ Ottubru, issa li qegħdin noqorbu lejn staġun ġdid, ninsabu ħerqanin li nagħtu bidu għal għadd ta’ proġetti li għandna pjanati.

Nittamaw li anki int għandek pjanijiet interessanti li bihom ser timla l-jiem li ġejjin. Jekk dawn jinkldu żjara fl-ajruport tagħna jew SkyParks Business Centre, ftakar li tista’ tuża l-kupuni li jinsabu fuq wara ta’ dan il-fuljett fil-parkeġġ tagħna u f’għadd ta’ ħwienet li jinsabu fil-kampus tal-ajruport.

Infakkruk li jekk għandek xi suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbu din il-pubblika-zzjoni, tista’ tgħaddihomlna fuq [email protected]. Sadanittant, nittamaw li ssib din il-ħarġa interessanti.

Dear Shareholder,

Summer brings with it a lull for a number of sectors, but certainly not for aviation. Having more time on their hands, many choose to jet off for a change of scenery, and on our busiest summer day we welcomed and bid farewell to more than 29,000 passengers.

With over 100 destinations to choose from for the season, holidaymakers taking off from Malta International Airport could stay close to home and experience scenes as familiar as Mount Etna looking over Catania, or travel a bit further to discover Tallinn’s more foreign charm.

While summer does not come to a close until the end of October for us,

WELCOME TO THE OCTOBER ISSUE OF THE MIA LINK Merħba għall-ħarġa ta’

Ottubru tal-MIA Link

we are gradually transitioning into the new season, which will see the company set into motion a handful of exciting projects.

We hope that your days too are packed with plans you can eagerly look forward to. If these include a visit to our airport or SkyParks Business Centre, do remember that you can use the vouchers at the back of the newsletter at the car park and some of our outlets.

Should you have any suggestions regarding how we can improve our newsletter, you can get in touch with us on [email protected]. In the meantime, we wish you a pleasant read.

MESSAGE FROM THE CEOSince the last issue of the MIA Link, traffic at our airport continued to grow at a steady rate, prompting the company to revise its original forecast upwards. We are now expecting 6.77 million passengers to pass through our terminal by the end of the year, which translates into an increase of 13 per cent over 2017.

While these numbers are very encouraging, they constitute but one indicator of our performance. What we deem to be another critical measure of how well we are faring, is our guests’ level of satisfaction with their airport experience. Looking ahead, our aim will be fixed on growing sustainably whilst striving to ensure that the quality of our service and facilities is not only maintained, but further improved upon.

We believe that a balance between future growth and service excellence can only be reached if we continue to invest in our airport and initiatives that enhance our passengers’ journey. In fact, a number of investments that are in the offing, and which run into millions, will see Malta International Airport expanding at both landside and airside, over the coming years.

IL- MESSAĠĠ TAS-CEOMill-aħħar ħarġa tal-MIA Link, it-traffiku tal-ajruport kompla jikber b’pass mgħaġġel, li wassal lill-kumpanija sabiex tirrevedi ’l fuq it-tbassir tat-traffiku oriġinali tagħha. Issa qed nistennew li sal-aħħar tas-sena jkunu għaddew mit-terminal 6.77 miljun passiġġier, li jsarrfu f’żieda ta’ 13% fuq l-2017.

Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna. Kejl kritiku ieħor li jindikalna jekk aħniex mexjin fid-direzzjoni t-tajba, huwa l-livell ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieri bl-esperjenza tagħhom fl-ajruport. Il-mira tagħna hekk kif inħarsu ’l quddiem, ser niffukawha fuq sforzi kontinwi sabiex niżguraw li l-kwalità tas-servizz u l-faċilitajiet tagħna mhux

talli tibqa’ għolja, iżda talli saħansitra tkompli titjieb.

Aħna nemmnu li bilanċ bejn aktar tkabbir u l-għoti ta’ servizz eċċellenti jista’ jintlaħaq biss jekk inkomplu ninvestu fl-ajruport u f’inizjattivi li jtejbu l-esperjenza fl-ajruport tagħna. Fil-fatt, għadd ta’ investimenti ppjanati, li ser ilaħħqu miljuni ta’ ewro, ser iġibu espansjonijiet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kemm fil-landside u kemm fl-airside, tul is-snin li ġejjin.

L-investiment fl-airside ta’ bosta miljuni li ħabbarna dan l-aħħar ser jippermettilna nottimizzaw l-użu tal-art disponibbli għalina, biex b’hekk inkunu nistgħu nakkomodaw id-domanda li qed tiżdied min-naħa tal-linji tal-ajru li jkunu jixtiequ jibdew jew iżidu l-operat tagħhom mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Nistedinkom taqraw aktar dwar dan il-proġett ambizzjuż fil-paġni li jmiss tal-fuljett.

Jekk inħarsu lejn il-futur aktar immedjat imbagħad, naraw li l-proġett infrastrutturali li jmiss ser ikun il-kostruzzjoni ta’ parkeġġ b’diversi sulari,

Our recently announced airside multi-million investment will enable us to optimise the use of the land available to us, and subsequently cater for airlines’ growing demand to increase or start operations from Malta International Airport. You can read more about this project, and what its expected impact on our operation will be, in the next pages.

Looking ahead to the more immediate future, our next infrastructural project will be the construction of a multi-storey car park, which will provide 700 additional parking spaces and accommodate car rental facilities. We are also exploring the possibility of utilising the roof of this building for the installation of more photovoltaic panels, which would help us walk on in our sustainable journey, while leaving a smaller carbon footprint behind.

A couple of months ago, we published our third sustainability report, which revealed that CO2 emissions resulting from electricity consumption experienced a noteworthy drop of 63 tonnes, as a result of a number of green measures we took. For indeed, as we grow as a company, we also want to better honour our pledge to be a more responsible organisation, by being mindful of our environmental, economic, and social impacts on the community within which we operate.

We’re pleased to invite you to a screening of COMINO: A SHOWCASE OF CRYSTAL CLEAR WATERS;

a documentary that was produced, and launched recently, with the support of The Malta Airport Foundation. This screening will be held at the

Embassy Cinema in Valletta.

Places to this exclusive shareholders’ event are limited, and will be reserved on a first-come, first-served basis.

INVITEDNixtiequ nistednuk għal skrining ta’

COMINO: A SHOWCASE OF CRYSTAL CLEAR WATERS; dokumentarju li nġibed, u tnieda reċentement,

bl-appoġġ ta’ The Malta Airport Foundation. Dan l-iskrining se jsir fl-Embassy Cinema fil-Belt Valletta.

Il-postijiet għal dan l-avveniment esklussiv għall-azzjonisti tagħna huma limitati u għalhekk ser jiġu

riżevati fuq bażi first-come, first-served.

DATE: 14.11.2018 TIME: 11:00AM

DATA: 14.11.2018 ĦIN: 11:00AM

BOOK BY: 31.10.2018 CALL ON: 2369 6339

IBBUKKJA SA: 31.10.2018 ĊEMPEL FUQ: 2369 6339

Page 3: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

4 5

TRAFFIC UPDATEA BUSY FIRST HALF AND A REVISED FORECAST

AĠĠORNAMENT TAT-TRAFFIKUSITT XHUR IMPENJATTIVI U PREVIŻJONIJIET AĠĠORNATI

A LOOK AT THE SUMMER MONTHS SO FAR

A 16.3 per cent increase in traffic for the first six months, prompted the company to revise its original forecast upwards. Malta International Airport is now expecting 6.77 million passengers to pass through the terminal by the end of 2018.

Translating into an upturn of 13 per cent over the previous year, this percentage increase is set to put 2018 down on record as the airport’s eighth year of uninterrupted growth. This year-on-year traffic growth partly stems from continuous efforts, undertaken jointly by the airport team and key industry stakeholders, to secure the best connections for the island. In fact, the Airport Industry Connectivity Report issued recently by Airports Council International, shows Malta leading the way among its peers with a 219 per cent upswing in connectivity registered over a 10-year span.

MORE THAN 100 DESTINATIONS FOR SUMMER AND A POSITIVE OUTLOOK FOR WINTER

Malta Airport’s exciting summer schedule, offering more than 100 destinations, was one of the main drivers of growth recorded in the first half of the year. While the airport is still operating with this schedule, with 16 routes extended into winter and increased capacity on a number of other routes, the outlook for the upcoming season remains positive.

Żieda ta’ 16.3% fit-traffiku tal-ajruport għall-ewwel sitt xhur tas-sena, inkoraġġiet lill-kumpanija sabiex tirrevedi ’l fuq il-previżjoni oriġinali tagħha tat-traffiku. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta issa qed jistenna li sal-aħħar tas-sena jkunu għaddew mit-terminal 6.77 miljun passiġġier, jiġifieri żieda ta’ 13% fuq l-2017.

Dan ifisser li s-sena 2018 ser tkun it-tmien sena konsekuttiva ta’ żieda fin-numru ta’ passiġġieri. Dan it-tkabbir fit-traffiku osservat minn sena għal sena huwa riżultat ta’ sforzi kontinwi, magħmulin b’mod konġunt mit-tim tal-ajruport u l-partijiet interessati prinċipali fl-industrija, sabiex Malta tgawdi mill-aħjar skeda ta’ titjiriet. Fil-fatt, l-Airport Industry Connectivity Report li nħareġ reċentement minn Airports Council International juri lil Malta fuq quddiem nett fil-grupp tagħha b’żieda ta’ 219% fil-konnettività rreġistrata fuq medda ta’ 10 snin.

AKTAR MINN 100 DESTINAZZJONI GĦAS-SAJF U PROSPETTIVA POŻITTIVA GĦAX-XITWA

L-iskeda tas-sajf tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, b’għażla ta’ aktar minn 100 destinazzjoni, kienet waħda mill-fatturi kontribwenti għat-tkabbir li ġie rreġistrat fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Filwaqt li l-ajruport għadu jopera b’din l-iskeda tas-sajf, b’16-il rotta estiżi fl-istaġun tax-xitwa u kapaċità miżjuda fuq għadd ta’ rotot oħrajn, il-prospettiva għall-istaġun li ġej hija waħda pożittiva.

ĦARSA LEJN IX-XHUR TAS-SAJF SA ISSA

Ħarsa lejn ix-xhur tas-sajf sa issa – minn April sa Awwissu – turi li t-traffiku żdied bi 12.8% sabiex ġew irreġistrati aktar minn 3.4 miljun moviment tal-passiġġieri. Dan it-tkabbir ġie osservat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 14.0% fil-movimenti tal-ajruplani u żieda ta’ 14.1% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. Is-seat load factor għal dan il-perjodu kien ta’ 83.8%.

L-aqwa ħames swieq għal dan il-perjodu rreġistraw livelli varji ta’ tkabbir, li rriżulta parzjalment minn skeda tas-sajf b’titjiriet aktar frekwenti u għadd ta’ rotot ġodda. Dawn is-swieq kienu r-Renju Unit (+14.3%), l-Italja (+15.7%), il-Ġermanja (+0.8%), Franza (+11.9%) u Spanja (+41.0%).

In-netwerk tar-rotot fl-Italja twessa’ bl-introduzzjoni ta’ titjiriet lejn Pescara u Cagliari u dak Franċiż ittejjeb bit-tnedija ta’ servizzi skedati lejn Nizza, Paris Beauvais u Lourdes. Iż-żieda qawwija fin-numru ta’ passiġġeri fis-suq Spanjol tista’ tiġi attribwita għall-fatt li d-destinazzjonijiet fi Spanja li jistgħu jintlaħqu mill-Ajruport ta’ Malta żdiedu wara li ngħata bidu għal titjiriet lejn Bilbao, Malaga u Sevilja.

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-ajruport inqabżu s-700,000 moviment tal-passiġġieri. Dan ir-rekord intlaħaq f’Lulju; xahar li matulu l-ajruport laqa’ total ta’ 756,356 passiġġier. Min-naħa l-oħra, Mejju kien l-aktar xahar tas-sajf li, sa issa, kiber b’pass mgħaġġel; jiġifieri żieda ta’ aktar minn 94,000 moviment tal-passiġġieri fuq is-sena ta’ qabel, li ssarraf fi tkabbir ta’ 17.3%.

A look at the summer months so far – from April to August – shows that traffic grew by 12.8 per cent over the same stretch last year, to total more than 3.4 million passenger movements. This increase in traffic was observed in parallel with a 14.0 per cent growth in aircraft movements and a 14.1 per cent growth in seat capacity. Seat load factor for this stretch stood at 83.8 per cent.

The top five markets for this period registered varying levels of growth, which was partly driven by an enhanced summer schedule offering more frequent flights and several new routes. The United Kingdom (+14.3 per cent) topped the list, followed by Italy (+15.7 per cent), Germany (+0.8 per cent), France (+11.9 per cent), and Spain (+41.0 per cent).

The Italian route network was widened with the introduction of flights to Pescara and Cagliari, whilst the French offering was broadened with the launch of scheduled operations to Nice, Paris Beauvais and Lourdes. Spain’s spike in passenger numbers can be attributed to the fact that Spanish destinations increased, following the start of services to Bilbao, Malaga and Seville.

The 700,000 mark was exceeded for the first time in the airport’s traffic history in July, during which month a total of 756,356 passenger movements was registered. On the other hand, May was the fastest-growing summer month so far, having gained more than 94,000 passenger movements over the previous year, translating into a 17.3 per cent increase.

PASSENGER MOVEMENTS BETWEEN APRIL AND AUGUST

800,000 2018

700,0002017

600,000

500,000

400,000

300,000

200,000

100,000

0

APRIL

+11.4%

MAY

+17.3%

JUNE

+14.6%

JULY

+12.1%

AUGUST

+9.5%

591,

283

530,

576

643,

089

548,

374

663,

088

578,

827

756,

356

674,

891

759,

547

693,

537

PASS

ENG

ER M

OVE

MEN

TS

SUMMER MONTHS

Page 4: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

6 7

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa impenjat li jinvesti b’mod kostanti fl-uniku terminal tal-ajru ta’ Malta, bil-għan li jagħti servizz eċċellenti lill-passiġġieri, anki hekk kif dawn ikomplu jiżdiedu fin-numru.

Filwaqt li l-binja tat-terminal reċentement sarilha titjib infrastrutturali notevoli sabiex ikunu jistgħu jiġu akkomodati aktar passiġġieri, issa għadda xi ftit taż-żmien minn meta l-aħħar proġett maġġuri tal-airside – jiġifieri estensjoni tal-perimetru tal-aerodrom – ġie eżegwit.

Ftit tax-xhur ilu ġie mħabbar li biċċa art fi ħdan il-perimetru tal-ajruport kienet ġiet trasferita lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Din l-art ser tipprovdi l-ispazju tant meħtieġ sabiex jiġi żviluppat apron ġdid li ser jippermetti lill-ajruport jakkomoda d-domanda li qed tiżdied min-naħa tal-linji tal-ajru sabiex iżidu jew jibdew l-operat tagħhom minn Malta.

Għalkemm dan tħabbar biss f’Lulju li għadda, il-Kap tal-Operat u l-Kontinwità tan-Negozju tal-kumpanija, l-Inġinier Martin Dalmas, qal li t-tim ilu jistudja kif l-ajruport jista’ jikber fl-airside għal dawn

l-aħħar sitt snin. Dawn l-istudji tnedew minħabba li l-projezzjonijiet tal-ajruport bdew juru dejjem aktar b’mod ċar li jekk ma kinux ser jiġu introdotti stands ġodda ta’ parkeġġ tal-ajruplani kummerċjali, kien ser jintlaħaq punt ta’ saturazzjoni.

L-Inġinier Dalmas kompla billi spjega li l-art li ġiet allokata għall-iżvilupp ta’ dak li ser ikun magħruf bħala Apron 10 tinsab bejn Apron 8 u Apron 9. Dan ifisser li l-apron il-ġdid ser ikun qiegħed proprjament fil-qalba tal-operat u ser jippermetti li l-ħinijiet sabiex ikun hemm turnaround jibqgħu raġonevoli. Ladarba jitlesta, Apron 10 ser jipprovdi jew seba’ stands addizzjonali adattati għal ajruplani tal-Kodiċi C, pereżempju l-A320 u l-Boeing 738, jew erba’ stands tajbin għal ajruplani tal-Kodiċi E bħall-B777, jew inkella taħlita tat-tnejn.

Il-bini ta’ Apron 10 ser jinneċessita wkoll il-kostruzzjoni ta’ taxiway li toħloq pont bejn l-apron il-ġdid u r-runway eżistenti. Barra minn hekk, dan il-proġett li ser ilaħħaq il-miljuni ta’ ewro ser joħloq staging areas, li huma daqstant ieħor importanti għal operat bla xkiel, fejn it-tagħmir li jintuża għal finijiet ta’ ground handling ikun jista’ jiġi ppożizzjonat bil-lest għall-użu.

L-Inġinier Dalmas innota wkoll li dawn il-pjanijiet ta’ żvilupp fl-airside jikkumplementaw il-master plan tal-kumpanija li ġie approvat reċentement u li jipprevedi estensjoni tat-terminal sabiex l-ajruport ikun mgħammar b’aktar spazju ta’ ċirkolazzjoni, aktar seating u check-in desks addizzjonali.

L-iżvilupp ta’ Apron 10 huwa mistenni li jforni lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bi stabbiltà fir-rigward ta’ kapaċità ta’ akkomodazzjoni ta’ ajruplani għall-20 sena li ġejjin.

THE

OF APRON 10

Malta International Airport is committed to investing continuously in Malta’s only air terminal, with the ultimate aim of delivering an excellent service to its guests, even as passenger numbers continue to thrive.

While the terminal building has recently undergone a number of noteworthy infrastructural changes to accommodate more passengers, some years have now elapsed since the last major airside project – an aerodrome perimeter extension - was undertaken.

Some months ago it was announced that an area of land within the airport perimeter had been transferred to Malta International Airport, providing the much-needed space for the development of a new apron, to cater for airlines’ growing demand to start or increase their operations from Malta.

Although this announcement was made as recently as July, upon speaking with

the company’s Head of Operations and Business Continuity, Ing. Martin Dalmas, he revealed that the team has, in fact, been weighing its options for aiside growth for the past six years. This since it was becoming increasingly evident from the company’s forecasts that more commercial airline parking stands had to be developed so as to prevent a saturation point being reached.

Ing. Dalmas went on to explain that the land earmarked for the development of what will be known as Apron 10 is located between Apron 8 and Apron 9. Being in the midst of the operational hub, this area will ensure that turnaround times will remain reasonable and will cater for either seven

additional stands that accommodate Code C aircraft, such as the A320 and the Boeing 738, four Code E aircraft such as the B777, or a combination of both.

The development of Apron 10 will in turn necessitate the construction of a taxiway that connects the new apron with the exisiting runway. Moreover, besides furnishing the airport with additional parking stands, the multi-million project will create equally important ground handling staging areas where ground handling equipment, the amount of which will increase as the operation gets busier, is positioned and ready for use.

Ing. Dalmas also noted that these airside development plans complement the company’s recently approved landside master plan, which provides for a terminal extension that will equip the airport with better circulation space, additional check-in desks and more seating.

The development of Apron 10 is expected to furnish Malta International Airport with aircraft capacity stability for the next 20 years.

PROĠETT LI JLAĦĦAQ IL-MILJUNI TA’ EWRO

Page 5: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

8 9

Dotting the Maltese islands are some 27 watchtowers, strategically placed to provide the archipelago with a robust defence system during the time of the Knights.

While some of the original structures were either demolished or collapsed after falling into disuse, many of them have stood the test of time and the fury of the elements to become iconic features of the Maltese coastal landscape. Looking out in Filfla’s direction in Wied iż-Żurrieq is one of these structures; Ta’ Xutu Tower, which was recently restored by Din l-Art Ħelwa with the support of The Malta Airport Foundation. Whilst restoration works have been completed, The Malta Airport Foundation is working towards getting the necessary permits to carry out landscaping works around the tower, with the aim of turning the surrounding area into a well-kept open space.

To learn more about these watchtowers, we spoke with Dr Stanely Farrugia Randon. A doctor by profession with a penchant for researching about Malta’s environmental and cultural history, Dr Farrugia Randon has been a council member of Din l-Art Ħelwa for the past 26 years, during which he has been involved actively in the mangement of restoration projects.

Madwar il-gżejjer Maltin wieħed jista’ josserva xi 27 torri tal-għassa, li nbnew b’mod strateġiku sabiex jipprovdu lill-arċipelagu b’difiża b’saħħitha fi żmien il-kavallieri.

Filwaqt li xi wħud minn dawn l-istrutturi twaqqgħu jew inkella waqgħu wara li ma baqgħux jintużaw, ħafna minnhom issuperaw il-qilla tal-elementi u ż-żmien u llum il-ġurnata saru parti ikonika mill-pajsaġġ kostali Malti. B’ħarstu lejn id-direzzjoni ta’ Filfla f’Wied iż-Żurrieq wieħed isib lil Torri Xutu, li reċentement ġie rrestawrat minn Din l-Art Ħelwa bl-appoġġ ta’ The Malta Airport Foundation. Filwaqt li x-xogħlijiet ta’ restawr issa tlestew, The Malta Airport Foundation qed taħdem sabiex tingħata l-permessi neċessarji biex tagħmel xogħlijiet ta’ tisbiħ madwar dan it-torri, bil-għan li din iż-żona fl-akkwati tal-ajruport tipprovdi spazju miftuħ li jkun jista’ jitgawda minn kulħadd.

Sabiex insiru nafu aktar dwar dawn it-torrijiet tal-għassa, tkellimna ma’ Dr Stanley Farrugia Randon, li huwa tabib b’interess qawwi fir-riċerka dwar l-istorja ambjentali u kulturali ta’ Malta. Dr Farrugia Randon ilu membru tal-kunsill ta’ Din l-Art Ħelwa għal dawn l-aħħar 26 sena, li matulhom kien involut b’mod attiv fil-ġestjoni tal-proġetti ta’ restawr ta’ din l-organizzazzjoni.

TOWER: FROM THE TIMES OF THE TORRIERO TO THE WATCH OF THE COAST POLICE

MINN ŻMIEN IT-TORRIERO SA ŻMIEN IL-PULIZIJA TAL-KOSTA

M. Peress li dawn it-torrijiet inbnew minn ħames Gran Mastri differenti, jiġifieri Wignacourt, De Redin, Lascaris, Cotoner u Perellos, jista’ wieħed josserva fihom differenzi strutturali li jistgħu jiġu attribwiti għall-Gran Mastru li bniehom?T. Anki t-torrijiet li huma simili ħafna fl-apparenza, għandhom differenzi interni u esterni, li probabbilment jirriflettu l-preferenzi individwali tal-Gran Mastru jew l-arkitetti involuti fil-kostruzzjoni tagħhom. Il-maġġoranza tat-torrijiet kostali ż-żgħar huma mibnijin fuq żewġ sulari; b’dak ta’ isfel li kien jintuża biex jinħażen il-munizzjon u dak ta’ fuq li kien jakkomoda s-suldati stazzjonati fit-torri. Torrijiet bħal Wignacourt fil-Bajja ta’ San Pawl għandhom ukoll tojlit u kċina, u torrijiet akbar bħal dawk ta’ San Luċjan, Santa Agata u San Tumas huma aktar kumplessi u jinkludu ġwiebi li fihom kien jinħażen l-ilma għal meta truppi kbar ta’ suldati kienu jkunu stazzjonati fit-torri għal żmien twil, meta l-gżira kienet tkun taħt attakk.

M.Dawn it-torrijiet kienu jkunu mgħassin il-ħin kollu? U min kien jgħassishom? T. Kien kruċjali li dawn it-torrijiet ikunu mgħassin u armati kemm matul il-jum u kemm matul il-lejl, bi tħejjija għall-eventwalità ta’ tentattiv ta’ żbark ta’ flotta tal-għadu. Filwaqt li l-Gran Mastri u l-kavallieri kienu jagħtu l-flus għaż-żamma ta’ dawn it-torrijiet, u anki jwaħħlu l-istemmi araldiċi tagħhom fuq l-istrutturi nfushom, kienu fil-fatt il-Maltin li kienu jgħassuhom. In-numru ta’ gwardji f’torri partikolari kien jiddependi mill-post u d-daqs tat-torri. Kien ikun hemm preżenti, speċjalment fi żminijiet diffiċli, bumbardier imħarreġ fl-isparar tal-kanuni u, ħafna drabi, anki Torriero, li kien meqjus bħala kmandant tal-post. Madankollu, fil-verità, ħafna drabi ma kienx ikun hemm biżżejjed nies biex jgħassu kull torri, u dan wassal għall-abbandun ta’ xi wħud mit-torrijiet biss ftit wara li nbnew.

M. Torri Xutu kien l-ewwel torri fejn is-saqaf kien bil-ħnejjiet minflok bix-xorok tal-injam. Għaliex kien hemm tranżizzjoni lejn dawn it-tipi ta’ soqfa fil- kostruzzjoni tat-torrijiet?T. Torrijiet kostali żgħar bħal dawk tal-Ġnejna (it-Torri tal-Lippija), il-Qawra, San Ġorġ u Għajn Tuffieħa nbnew fi żmien il-Gran Mastru Lascaris b’soqfa li ma kinux b’saħħithom biżżejjed għall-piż tal-kanun u l-imbuttatura lura tiegħu meta jiġi sparat. Filwaqt li Torri Xutu wkoll inbena mill-Gran Mastru Lascaris, il-ħnejjiet tas-sular ta’ fuq fornewh b’biżżejjed saħħa strutturali sabiex jiflaħ kanun fuq il-bejt tiegħu. Essenzjalment, dan kien ifisser li t-torri seta’ jiddefendi lilu nnifsu mill-attakki u jittrażmetti sinjali lil torrijiet oħrajn meta l-għadu kien ikun qed joqrob lejn xtutna. Din l-istruttura l-ġdida ntgħoġbot u, fil-fatt, Torri Xutu serva bħala mudell għat-torrijiet li nbnew mis-suċċessur ta’ Lascaris: De Redin. Huwa interessanti li wieħed jinnota li filwaqt li t-torrijiet ta’ Lascaris tħallsu mit-taxxi tal-poplu, De Redin ħallas għall-kostruzzjoni u x-xogħol tal-injam fit-13-il torri tiegħu hu stess; spiża li laħħqet ftit aktar minn 6,428 skud.

M. Torri Xutu baqa’ jintuża fit-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-rwol tat-torri f’dan iż-żmien kien differenti mill-funzjoni oriġinali tiegħu?T. F’dan il-perjodu, it-torri kien jintuża sabiex minnu tiġi osservata l-kosta u kien mgħasses mill-Pulizija tal-Kosta. Torri Xutu, fil-fatt, kien użat bħala għassa tal-pulizija sal-2002, f’liema sena ġie abbandunat. Fi żmien il-gwerra, ħafna mit-torrijiet tal-għassa kienu użati mill-awtoritajiet militari jew navali.

Q. Having been built by five Grand Masters, namely Wignacourt, De Redin, Lascaris, Cotoner and Perellos, do the different towers bear the ‘structural hallmarks’ of the Grand Master who built them?A. Even the towers that are very similar in appearance, have internal and external differences, which probably reflect the preferences of the Grand Master or the architects involved in their construction. The majority of the small coastal towers are set on two floors, with the lower one having been used for ammunition and the upper one having accommodated the soldiers on duty. Towers such as Wignacourt in St Paul’s Bay also house a kitchen and a toilet, and towers including San Luċjan, St Agatha and St Thomas are bigger and even more complex, having large cisterns that were used to store water for bigger troops positioned within them for long periods when the island would be under siege.

Q. Were these towers manned on a 24-hour basis, and by whom were they manned?A. All of these watchtowers had to be guarded and armed, both during the day and in the nighttime, in preparation for the eventuality of an enemy fleet attempting disembarkation. Whilst the Grand Masters and the knights donated money for the running of these look-out posts, and affixed their coats of arms to the buildings, it was actually the Maltese who guarded them. The number of guards deployed depended on the location and the size of the tower. A bombardier who was trained in firing cannons would be present, especially during difficult times, and very often there would also be a Torriero, who was considered to be the commander of the place. However, in reality, often there would not

be enough men to guard each post, leading to the abandonment of some of the towers soon after their construction.

Q. Ta’ Xutu was the first tower to have vaulted ceilings instead of wooden beams. Why was there a shift towards this type of ceiling in the construction of these towers?A. Small coastal towers such as the ones in Ġnejna (Lippija Tower), Qawra, St George’s Bay and Għajn Tuffieħa were built during the reign of Grand Master Lascaris with roofs that were not robust enough to carry the weight of a cannon and withstand its recoil. Whilst Ta’ Xutu was also built under Lascaris’s reign, its vaulted upper floor furnished it with enough structural sturdiness to have a cannon on its roof, essentially enabling the tower to defend itself and act as a relay station signalling enemy approach. This structure was a success, so much so that Ta’ Xutu served as the prototype of the towers that were built by Lascaris’s successor: De Redin. It is interesting to note that whilst Lascaris’s towers were paid for out of the people’s taxes, De Redin paid for the construction and woodwork of his 13 towers himself; a total that amounted to slightly over 6,428 scudi.

Q. Ta’ Xutu went on to be used during the Second World War. Was the tower’s role during this time different from its original function?A. During this time, the tower was used as a coast observation post, and was manned by the Coast Police. Ta’ Xutu was, in fact, used as a police station until 2002, when it was abandoned. During the time of the war, most of the watchtowers were used by military or naval authorities.

Page 6: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

10 11

REDUCING ITS CARBON FOOTPRINTHIGHLIGHTS FROM THE COMPANY’S THIRD SUSTAINABILITY REPORT

L-AJRUPORT TA’ MALTA

SENA WARA SENA: SPUNTI MIT-TIELET RAPPORT DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ TAL-KUMPANIJA

This emerged from the company’s third sustainability report, which Malta Airport voluntarily puts together in conformity with the Global Reporting Initiative standards. In compiling what has now become an annual publication, Malta Airport presents its economic, environmental and social impacts and how it manages them, with a focus on those that are material to the airport’s main stakeholders and the local tourism industry.

In 2017, the company was responsible for ensuring that an unprecedented number of passengers enjoyed a safe and pleasant airport experience, in line with its commitment to delivering an excellent service. Being equally committed to managing and minimising its impact on the environment, Malta International Airport strived to absorb the emissions resulting from this increased activity through mitigating measures implemented during the year.

The report, in fact, reveals that the company’s Greenhouse Gas emissions

Dan irriżulta mir-rapport dwar is-sostenibbiltà li ġie ppubblikat mill-kumpanija f’konformità mal-istandards tal-Global Reporting Initiative. F’dan ir-rapport, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jippreżenta l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tiegħu u l-mod kif jiġġestixxi dawn l-impatti, b’enfasi fuq dawk li huma materjali għall-partijiet interessati prinċipali tal-ajruport u l-industrija tat-turiżmu lokali.

Fl-2017, il-kumpanija kellha r-responsabbiltà li tiżgura li numru bla preċedent ta’ passiġġieri jgawdu esperjenza pjaċevoli u sigura fl-ajruport, f’konformità mal-impenn tagħha li twassal servizz eċċellenti lill-passiġġieri. Impenjata daqstant ieħor li tiġġestixxi u timminimizza l-impatt tagħha fuq l-ambjent, il-kumpanija ħadmet ukoll sabiex tassorbi l-emissjonijiet li jirriżultaw minn din l-attività miżjuda permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni implimentati matul is-sena.

Ir-rapport, fil-fatt, juri li l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tal-kumpanija, li hija metrika rikonoxxuta li tintuża sabiex jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet, kienet ta’ 1.02 kg ta’ CO2/passiġġier, jiġifieri tnaqqis ta’ 16.2% meta mqabbel mal-2016. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta issa qed jimmira li jkompli jbaxxi dawn l-emissjonijiet tul l-2018 u qed jaħdem

In 2017, Malta International Airport registered a drop of 63 tonnes of CO2 resulting from electricity consumption, following a hefty investment in photovoltaic panels, the installation of more energy-efficient lifts and an increased use of LED lighting. The airport’s photovoltaic system, which now comprises 1,500 PV panels, generated over 630,000 kWh of energy during the year under review.

Fl-2017 l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra tnaqqis ta’ 63 tunnellata ta’ CO2 mill-konsum tal-elettriku, wara investiment sinifikanti f’pannelli fotovoltajċi, liftijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u aktar tidwil LED. Is-sistema fotovoltajka tal-ajruport, li issa tikkonsisti minn 1,500 pannella fotovoltajka, iġġenerat aktar minn 630,000 kWh ta’ enerġija matul is-sena.

intensity, which is one of the recognised metrics it uses to monitor emissions, stood at 1.02 kg of CO2/passenger, translating into a 16.2 per cent drop over 2016. The company is challenging itself to lower its Greenhouse Gas emissions intensity per passenger even further in 2018, and has set 0.96 kg of CO2/passenger as its target.

Other green initiatives for the year included the introduction of a carpooling platform coupled with internal campaigns to encourage employees to make their commute to and from work more environmentally friendly, and the planting of 198 Cupressus trees around the airport campus.

However, Malta Airport does not only work towards being a more responsible company by being mindful of its environmental impacts, but also by seeking to contribute to the local economy and striving to be a good neighbour and employer.

The airport’s social efforts for 2017 centred heavily on its workforce, with

employees benefitting from a number of wellbeing initiatives aimed at helping them strike a good work-life balance and over 6,000 hours of training. In addition to this, 13 students were given the opportunity to gain on-the-job experience by carrying out placements and internships with the company.

Throughout the year, the company also supported external organisations and initiatives having the wellbeing of society at the core of their mission through community investments amounting to more than €113,000. The Malta Airport Foundation, on the other hand, focused on investing in projects aimed at enriching Malta’s tourism offering, such as the restoration of Torri Xutu and the Combined Operations Room in Valletta, as well as a documentary about Comino. The independent foundation has so far committed nearly €500,000 to such projects.

To read the full sustainability report, visit www.maltairport.com.

sabiex jilħaq il-livell ta’ 0.96 kg ta’ CO2/passiġġier sal-aħħar tas-sena.

Inizjattivi ekoloġiċi oħrajn li ttieħdu tul is-sena kienu jinkludu l-introduzzjoni ta’ pjattaforma ta’ carpooling u kampanji interni maħsubin sabiex iħeġġu lill-impjegati jagħmlu l-vjaġġ tagħhom lejn u mix-xogħol aktar sostenibbli, u kif ukoll it-tħawwil ta’ 198 Ċipressa madwar il-kampus tal-ajruport.

Madankollu, l-Ajruport ta’ Malta ma jippruvax ikun kumpanija aktar responsabbli biss billi jimmonitorja l-impatti ambjentali tiegħu, iżda anki billi jaħdem sabiex jikkontribwixxi għall-ekonomija lokali u sabiex ikun membru validu tal-komunità li fiha jopera u impjegatur tajjeb.

L-isforzi soċjali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-2017 kienu ffukati ħafna fuq il-forza tax-xogħol tal-kumpanija, bl-impjegati jgawdu minn għadd ta’ inizjattivi, maħsubin sabiex jgħinuhom jilħqu bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja, u aktar minn 6,000 siegħa ta’ taħriġ. Barra minn hekk, 13-il student ingħataw l-opportunità li jiksbu esperjenza fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ apprendistati u taħriġ mal-kumpanija.

Matul is-sena, il-kumpanija appoġġjat ukoll organizzazzjonijiet u inizjattivi esterni, li għandhom fil-qalba tal-missjoni tagħhom il-benesseri tas-soċjetà, permezz ta’ investimenti komunitarji li ammontaw għal aktar minn €113,000. Il-Malta Airport Foundation, min-naħa l-oħra, kompliet tiffoka fuq investiment fi proġetti mmirati lejn it-titjib tal-prodott turistiku ta’ Malta, bħar-restawr ta’ Torri Xutu u l-Combined Operations Room fil-belt Valletta, kif ukoll il-produzzjoni ta’ dokumentarju dwar Kemmuna. Sa issa, din il-fondazzjoni indipendenti kkommettiet mal-€500,000 għal tali proġetti.

Sabiex taqra r-rapport sħiħ, żur www.maltairport.com.

The illustrations accompanying this piece were drawn by Maltese artist Marisa Attard and feature also in the company’s

sustainability report itself, as part of a series of nine illustrations. Malta Airport commissioned this artist to help it illustrate some

of the main sustainability accomplishments of 2017, in line with its pledge to support local artists and businesses and provide them

with a space where to showcase their talent and products.

L-illustrazzjonijiet li qed tara hawnhekk huma xogħol l-artista Marisa Attard u jidhru wkoll fir-rapport dwar is-sostenibbiltà

tal-kumpanija, bħala parti minn serje ta’ disa’ illustrazzjonijiet. L-Ajruport ta’ Malta kkummissjona lil din l-artista sabiex tgħinu

jippreżenta aħjar xi wħud mill-kisbiet sostenibbli tiegħu għas-sena, f’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja lill-artisti u lin-

negozji lokali u jipprovdilhom spazju fejn ikunu jistgħu jesebixxu t-talent tagħhom u dak li għandhom x’joffru.

Page 7: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

12 13

The UNESCO-listed Alcázar is one of the most dazzling edifices, fusing Mudéjar, Christian and Spanish elements in a way that is bound to impress even those who are no architecture mavens. If a feeling of déjà vu washes over you as you weave in and out of The Alcázar’s intricately decorated chambers and halls, it might very well be because the palatial complex served as a filming location for Game of Thrones.

The city’s cathedral is another aesthetically exquisite monument, with lavish decor and Moorish features dating back to a time when a mosque stood on the same site. Sprawling across 11,520 square metres and rising 42 metres tall, the cathedral’s sheer size is as impressive as its embellishments and makes it one of the biggest Gothic buildings in Europe.

Although it is steeped in history, Seville is no old-fashioned fossil. Structures such as the Metropol Parasol, prove that Seville can be as hip as its more modern European counterparts. Seville is also pedalling its way towards becoming a top city for bicycle usage, and if you want to blend in with the Sevillanos, you might want to tour the city on two wheels. The Seville-by-bike experience is certainly amplified in spring, when Seville’s many orange trees blossom and the air is heavy with a tangy scent.

While travelling by bike is still relatively new to the Sevillian lifestyle, siesta time is more firmly rooted in the city’s everyday life. This allows locals, and tourists who observe the custom, to recharge properly before heading out for tapas and some fiery flamenco. Memorji tal-passat ta’ din il-belt

Spanjola, li ġie influwenzat minn diversi ċivilizzazzjonijiet, huma ppriżervati fit-toroq iserrpu tal-belt, fil-knejjes tagħha u f’palazzi li nbnew sekli ilu. L-Alcázar, li huwa meqjus bħala sit ta’ wirt storiku dinji mill-UNESCO, huwa wieħed mill-binjiet l-aktar impressjonanti tal-post. Dan il-palazz jagħġen flimkien elementi Mori, Kristjani u Spanjoli b’tali mod li x’aktarx jimpressjona anki lil dawk li ma tantx jifhmu fl-arkitettura. Jekk iżżur il-palazz u tħoss sens ta’ déjà vu, hekk kif tidħol u toroġ minn kamra mogħnija b’tiżjin rikk għal oħra, jista’ jkun minħabba li fl-Alcázar inġibdu xi xeni tas-serje popolari Game of Thrones.

Il-katidral tal-belt huwa ġawhra arkitettonika oħra, b’dekor rikk u elementi Mori li jmorru lura għal żmien meta fl-istess sit kien hemm moskea. Dan il-katidral huwa mifrux fuq 11,520 metru kwadru u jitla’ ’l fuq 42 metru; dimensjonijiet li jkomplu jagħmlu lil din il-binja aktar spettakolari u, tabilħaqq,

waħda mill-akbar strutturi Gotiċi fl-Ewropa.

Għalkemm l-istorja ta’ Sevilja hija waħda li tmur lura ħafna snin, il-belt żgur ma baqgħetx imwaħħla fil-passat, u strutturi bħall-Metropol Parasol jagħtuha angolu modern. Sevilja qed taqdef ukoll sabiex issir waħda mill-ibliet bl-ogħla użu ta’ roti, u għalhekk jekk iżżur il-post tajjeb li tikkunsidra li tesplorah b’dan il-mezz ta’ trasport. L-esperjenza ċertament li tiġi amplifikata fir-rebbiegħa meta l-ħafna siġar tal-larinġ ta’ Sevilja jagħmlu ż-żahar u l-arja tittaqqal bi rwejjaħ pjaċevoli taċ-ċitru.

Filwaqt li l-ivvjaġġjar bir-rota huwa kunċett li qed jaqbad bil-mod il-mod, ħin is-siesta huwa inkorporat sew fil-ħajja ta’ kuljum ta’ Sevilja. Din il-pawsa tippermetti lin-nies tal-lokal, u lit-turisti li jagħżlu li josservaw id-drawwa, li jistrieħu biżżejjed sabiex filgħaxija joħorġu għal ftit tapas u xi spettaklu tal-flamenco.

DESTINATION SEVILLE:

Voted by Lonely Planet as the top city to travel to in 2018, Seville is one of the newest additions to our flight schedule. With an exciting history spanning some 3,000 years, Seville oozes an ancient allure. Memories of Seville’s past, moulded by numerous civilisations, are preserved in the city’s labyrinthine lanes, churches, and centuries-old palaces.

Sevilja, li hija waħda mill-aktar destinazzjonijiet ġodda għall-ajruport tagħna, spiċċat fil-quċċata tal-lista ta’ Lonely Planet ta’ bliet li għandek iżżur fl-2018. Bi storja eċċitanti ta’ aktar minn 3,000 sena, Sevilja għandha ċertu faxxinu ta’ żminijiet imgħoddija.

FAXXINU TA’ ŻMINIJIET IMGĦODDIJA FIN-NOFSINHAR TA’ SPANJA

FLIGHTS TO SEVILLE TAKE OFF FROM MALTA INTERNATIONAL AIRPORT EVERY WEDNESDAY AND SATURDAY.

IT-TITJIRIET LEJN SEVILJA JITILQU MILL-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA KULL NHAR TA’ ERBGĦA U NHAR TA’ SIBT.

Page 8: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

14 15

MALTA INTERNATIONAL AIRPORT ROLLS OUT PROGRAMME Airport processes have become routine for most us, yet the journey through the terminal can at times still be stressful even for the savvy traveller. For families of children with autism and individuals within the spectrum, this journey may appear to be too overwhelming to even consider. Not wanting anyone to miss out on the excitement of air travel, Malta International Airport recently rolled out a programme aimed at easing the way to the aircraft for these airport guests.

The programme allows passengers to fill in a form available on the airport website to inform the team when they will be travelling and whether they will be needing an extra helping hand. Through the form, one can also order a free wristband or cap: two accessories that put the airport’s trained team members in a better position to immediately identify the person needing additional assistance. This includes the possibility of fast tracking through some of the most difficult points of the journey.

TAL-VJAĠĠ TA’ PERSUNI

Il-proċessi tal-ajruport tista’ tgħid li ndraw minn ħafna minna, iżda l-vjaġġ mit-terminal xi drabi xorta jista’ jkun xi ftit stressanti, saħansitra għal persuni li jivvjaġġjaw ta’ spiss. Għall-familji ta’ tfal bl-awtiżmu u individwi fuq l-ispettru tal-awtiżmu, dan il-vjaġġ jista’ tabilħaqq jidher diffiċli wisq sabiex isir. Bil-għan li ħadd ma jitlef mill-avventuri li jwassal għalihom l-ivvjaġġjar bl-ajru, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta reċentement nieda programm sabiex iħaffef il-vjaġġ sal-ajruplan għal persuni fuq l-ispettru tal-awtiżmu.

Il-programm jippermetti lill-passiġġieri jimlew formola disponibbli onlajn sabiex jinfurmaw lit-tim tal-ajruport meta jkunu ser jivvjaġġjaw u jekk jaħsbux li ser ikollhom bżonn daqqa ta’ id hekk kif jgħaddu mill-ajruport. Permezz ta’ din il-formola, il-passiġġieri jistgħu anki jordnaw brazzuletta jew beritta; żewġ aċċessorji li jingħataw b’xejn u li jgħinu lit-tim jidentifika faċilment lill-persuna li tkun teħtieġ assistenza addizzjonali. Din l-għajnuna tinkludi l-possibbiltà li wieħed jgħaddi minn rotot alternattivi għal dawk li jintużaw mill-bqija tal-passiġġieri.

Anki qabel ma jerħulha fuq il-proprju vjaġġ, passiġġieri bl-awtiżmu jistgħu jibbukkjaw sessjoni ta’ prattika li matulha jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċeduri tal-ajruport u l-partijiet differenti tat-terminal. Din il-‘prova’ hija mmirata li tneħħi l-biża’ li tista’ tirriżulta mill-fatt li ma tkunx taf xi jkun qed

jistenniek. Filwaqt li dak li mhux magħruf jista’ jqajjem ansjetajiet f’ħafna minna, din is-sensazzjoni ġeneralment tkun aktar qawwija f’persuni bl-awtiżmu.

Medja ta’ 16,000 passiġġier jużaw it-terminal kuljum u għalhekk l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jkun ikkaratterizzat minn attività kontinwa. Filwaqt li għal ħafna din l-atmosfera tfisser li l-vaganza tagħhom bdiet tassew, fil-passiġġieri bl-awtiżmu tista’ tikkawża ansjetà li jkollha impatt negattiv fuq il-vjaġġ tagħhom. Għaldaqstant, l-ajruport għażel xi kmamar f’punti differenti fit-terminal sabiex jintużaw bħala ‘quiet rooms’ li jipprovdu ambjent rilassanti u bla storbju lil hinn mill-attività fil-qalba tat-terminal.

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm ta’ ffaċilitar tal-vjaġġ, tista’ żżur www.maltairport.com.

Even before taking the actual trip, passengers with autism can book a practice run that familiarises them with the airport procedures and the different parts of the terminal. This ‘rehearsal’ is aimed at helping quell the fear that can arise from not knowing what lies ahead. While the unknown can trigger anxiety in most of us, this is generally heightened in individuals with autism.

With an average of 16,000 passengers passing through the terminal every day, Malta International Airport can get pretty busy especially at peak times. While this airport buzz puts many travellers in holiday mode, for passengers with autism the onslaught of stimuli can cause distress that mars the experience. For this reason, the airport has designated rooms within the different areas of the terminal as quiet spaces that provide a calming environment away from all the bustle.

For more information about this journey facilitation programme, visit www.maltairport.com.

SOME NEW DEVELOPMENTS ON THE

AEGEAN - Operating more flights to Athens

AIR MALTA - Operating winter flights to Berlin, Hamburg, Leipzig, London Southend, Lisbon, Malaga and Casablanca for the first time. Operating more flights to Paris CDG, Catania, Tel Aviv, Frankfurt and Zurich.

ALITALIA - Operating more flights to Rome Fiumicino

FINNAIR - Operating winter flights to Helsinki for the first time

LUFTHANSA - Operating more flights to Munich for part of winter

NORWEGIAN - Operating more flights to Copenhagen in November and December

RYANAIR - Operating flights to Paris Beauvais, Porto, Seville, Barcelona, Tallinn, Bratislava and Pescara for the first time

VOLOTEA - Operating winter flights to Bordeaux for the first time

VUELING - Operating more flights to Barcelona in January and February

WIZZ AIR - Operating flights to Vienna for the first time

LEIPZIG

BERLIN

COPENHAGEN

HAMBURG

LONDON SOUTHEND

BARCELONA

PORTO

LISBONSEVILLE

MALAGA

PESCARA

ZURICH

PARIS BEAUVAIS

PARIS CHARLESDE GAULLE

FRANKFURT

CATANIAATHENS

ROME

TEL AVIV

MUNICH

BORDEAUX

CASABLANCA

ISRAEL

VIENNA

BRATISLAVA

HELSINKI

TALINN

Page 9: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

16 17

DIFFICULT TO MISS, SALTWATER OPENS ITS DOORS AT DEPARTURES Like city squares, airports throb with life round the clock, and are great places where to observe the world go by over a cup of coffee or a pre-flight snack, with the added perk of not having to fight off an overly friendly pigeon attempting to share a table with you. What some travellers might find themselves trying to fight off, however, is the impulse to splurge on a heady, new fragance or a second pair of designer sunglasses as they wait for their boarding call.

The temptation to indulge in a spot of last-minute shopping before taking off has become a little harder to resist at Malta International Airport, with the recent opening of SALTWATER. The fashion store houses a number of brands, ranging from the household names that are Emporio Armani, Diesel, Tommy Hilfiger, and Weekend by Max Mara to more up-and-coming designers, such as Orlebar Brown. Adding to the appeal of Orlebar Brown’s attention to detail in creating a line of versatile swimwear for men, is the fact that the British brand is a newcomer to the local market.

SALTWATER has also introduced to the Maltese islands Coach’s and Longchamp’s high-quality leather goods;

the former having a seemingly effortless American style and the latter bearing a distinctive French flair. Perhaps mostly known for its lightweight Le Pliage totes, Longchamp’s offering extends beyond foldable bags, and includes shoes and accessories that exhibit a combination of unparalleled quality and craftsmanship.

Designed by an interior design and architecture firm that specialises in high-end retail spaces, restaurants and showrooms, the outlet itself is almost as enticing as the selection of ready-to-wear items, shoes and accessories that grace the shelves. Woods, marbles, and fabrics were specifically chosen to complement one another and create a refined yet welcoming air around the store, which puts both the brand-

conscious shopper and the traveller making a one-time purchase on a whim at ease.

Difficult to miss and impossible to ignore, SALTWATER is set to become a ‘landmark’ in the airport piazza, which attracts travellers looking for a gift for a special someone back home and passengers wanting to spoil themselves with a little luxury.

SALTWATER FIŻ-ŻONA

TAT-TLUQ TAL-AJRUPORT

Bħall-pjazez tal-ibliet, l-ajruporti huma postijiet fejn l-attività kważi ma taqta’ qatt. Huma postijiet fejn wieħed jista’ josserva l-ħajja għaddejja waqt li jixrob xi kikkra kafè jew jiekol xi ħaġa qabel it-titjira, bil-vantaġġ li ma jkollu jiġġieled mal-ebda ħamiema li tistieden ruħha b’idejha fuq il-mejda. Iżda jista’ jkun li wieħed isib ruħu jiġġieled l-impuls li jixtri xi fwieħa ġdida jew nuċċali tax-xemx tad-ditta hekk kif ikun qed jistenna li jitħabbar in-numru tal-gate.

Issa li fetaħ ħanut ġdid, bl-isem ta’ SALTWATER, forsi t-tentazzjoni li tixtri qabel ittir saret kemxejn aktar diffiċli li tingħeleb. Dan il-ħanut joffri għadd ta’ ditti; uħud minnhom, bħal Emporio Armani, Diesel, Tommy Hilfiger u Weekend by Max Mara, huma rinomati sew, u oħrajn, bħal

Orlebar Brown, huma ftit anqas stabbiliti. Id-ditta Ingliża Orlebar Brown qed issir sinonima ma’ kollezzjonijiet ta’ malji tal-irġiel versatili, u hija wkoll kompletament ġdida għas-suq lokali.

SALTWATER introduċa wkoll f’Malta l-prodotti tal-ġilda ta’ kwalità għolja ta’ Coach u Longchamp; dik tal-ewwel ditta bi stil Amerikan u din tal-aħħar ditta Franċiża. Longchamp hija magħrufa ma’ ħafna għall-basktijiet ħfief li jintwew tal-kollezzjoni Le Pliage, iżda l-offerta ta’ din id-dar tal-moda hija ħafna usa’ minn hekk u tinkludi żraben u aċċessorji tal-ifjen kwalità u l-akbar dettall.

Id-dekor tal-ħanut ġie fdat f’idejn kumpanija tad-disinn u l-arkitettura li ħadmet ma’ bosta ħwienet, ristoranti

u showrooms mill-aktar lussużi. L-injam, l-irħam u d-drappijiet li ntużaw jikkumplementaw lil xulxin b’tali mod li joħloq ambjent raffinat iżda fl-istess ħin akkoljenti, maħsub sabiex jappella kemm għax-xerrejja li jfittxu d-ditti u kemm għal dawk li jkunu qed ifittxu li jagħmlu akkwist ta’ darba qabel ma jsiefru.

SALTWATER żgur li ser ikun ħanut popolari mal-passiġġieri li jkunu qed ifittxu xi rigal għal xi ħadd speċjali li jkun qed jistenniehom id-dar u ma’ dawk li jkunu jixtiequ jiċċelebraw xi mument importanti bi ftit lussu aktar mis-soltu.

Page 10: 06 THE DEVELOPMENT OF A NEW AIRCRAFT PARKING STAND … · Filwaqt li dawn in-numri huma tassew inkoraġġanti, huma jikkostitwixxu biss indikatur wieħed tal-prestazzjoni tagħna

18 19

5.900

5.700

5.500

5.300

5.100

4.700

4.500

Mar

18

-

4.900

Apr 1

8 -

May

18

-

Jun

18 -

Jul 1

8 -

Aug

18 -

MALTA INTERNATIONAL AIRPORT PLCShare Price from 01 March 2018 to 31 August 2018SHARE

PERFORMANCE

IL-PRESTAZZJONI TAL-ISHMA:

Despite the continued growth in monthly passenger numbers, record financial results for 2017 and the approval of the company’s masterplan by the Planning Authority in late February 2018, MIA’s share price continued to trade just below the €5.00 level during March and April, before slipping back to a new 4-month low of €4.82 by 7 May. However, following the publication of financial highlights for the first quarter, which reaffirmed the strong financial performance and position of MIA, the share price rebounded to reach a new all-time high of €5.05 by mid-June.

Although support somewhat waned in the subsequent weeks with the share price of MIA receding back to the €4.82 level by 25 June, interest remerged as the company published yet another set of record financial results covering the first six months of 2018. Revenues from the airport and retail and property segments, for the first half of the year, totalled €40.9 million, translating into an increase of 11.5 per cent over the same six-month stretch in 2017.

Furthermore, MIA revised both its passenger and financial forecasts for 2018, helping the share price reach a new all-time high of €5.70 by early August. The company’s revised traffic forecast indicates that 6.77 million passengers (+13 per cent) will pass through Malta International Airport by the end of the year, whilst the revised financial projections show that the company’s revenue will exceed €90 million euro (+9.5 per cent).

Since the publication of the company’s revised forecast, MIA’s share price has eased back to the €5.55 level, which still represents a 12.4 per cent increase during the six months from March to August 2018. During this period, a total of 980,040 shares of MIA changed hands with a total value of €4.95 million, which is lower than the 1,225,872 shares (having a total of value €5.1 million) traded during the same period in 2017.

Minkejja ż-żieda kontinwa fin-numru tal-passiġġieri għal kull xahar, riżultati finanzjarji rekord għall-2017 u l-approvazzjoni tal-masterplan tal-kumpanija mill-Awtorità tal-Ippjanar lejn l-aħħar ta’ Frar, il-prezz tal-ishma tal-MIA baqa’ ta’ ftit anqas minn €5.00 għax-xhur ta’ Marzu u April, qabel ma niżel għall-aktar livell baxx osservat tul l-erba’ xhur ta’ qabel ta’ €4.82 sas-7 ta’ Mejju. Madankollu, wara l-pubblikazzjoni ta’ spunti finanzjarji mill-ewwel kwart tas-sena, li affermaw il-prestazzjoni finanzjarja b’saħħitha u l-pożizzjoni soda tal-kumpanija, il-prezz tal-ishma rkupra u laħaq quċċata ġdida ta’ €5.05 sa nofs Ġunju.

Għalkemm l-interess f’dawn l-ishma naqas kemxejn fil-ġimgħat segwenti, bil-prezz tal-ishma tal-MIA jerġa’ jinżel għal-livell ta’ €4.82 sal-25 ta’ Ġunju, dan reġa’ tqawwa hekk kif il-kumpanija ppubblikat riżultati finanzjarji rekord għall-ewwel nofs tal-2018. Id-dħul mis-segmenti tal-ajruport u tal-proprjetà u l-bejgħ, għall ewwel sitt xhur, laħħaq l-€40.9 miljun; jiġifieri żieda ta’ 11.5% fuq l-istess medda ta’ sitt xhur fl-2017.

Barra minn hekk, l-MIA rrevediet ukoll il-previżjonijiet tat-traffiku u finanzjarji tagħha għall-2018, li taw spinta lill-prezz tal-ishma biex, għall-ewwel darba, dan laħaq €5.70 fil-bidu ta’ Awwissu. It-tbassir tat-traffiku rivedut tal-kumpanija jindika li sal-aħħar tas-sena

PAYMENT OF DIVIDENDIn a meeting held on the 25 July, the Board of Directors approved a net interim dividend of €0.03 per share (gross €0.0461538) equivalent to €4,059,000 for payment on all shares settled as at close of business on Wednesday 22nd August 2018 and payable by no later than Friday 14 September 2018.

6.77 miljun passiġġier (+13%) ser ikunu għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, filwaqt li l-projezzjonijiet finanzjarji riveduti juru li d-dħul tal-kumpanija ser jaqbeż id-€90 miljun ewro (+9.5%).

Mill-pubblikazzjoni ta’ dan it-tbassir aġġornat ’l hawn, il-prezz tal-ishma tal-MIA niżel lura għal-livell ta’ €5.55; prezz li xorta jirrappreżenta żieda ta’ 12.4% tul is-sitt xhur ta’ bejn Marzu u Awwissu 2018. Tul dan il-perjodu, total ta’ 980,040 sehem tal- MIA biddlu l-idejn b’valur totali ta’ €4.95 miljun li huwa anqas mill-1,225,872 sehem (b’valur totali ta’ €5.1 miljun) mixtrijin u mibjugħin tul l-istess perjodu fl-2017.

ĦLAS TAD-DIVIDEND

F’laqgħa li saret fil-25 ta’ Lulju, il-Bord tad-Diretturi approva dividend nett interim ta’ €0.03 għal kull sehem (gross €0.0461538),

ekwivalenti għal total ta’ €4,059,000, pagabbli għall-ishma kollha li jkunu ġew ipproċessati sa nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu 2018, sa

mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru 2018. .