1. annimali · 2020. 10. 22. · kindergarten 1 1 1. annimali baby board book isbn: 9789995799144...

10
Kindergarten 1 1 1. Annimali Baby Board Book ISBN: 9789995799144 Pubblikatur: BDL F’dan il-ktieb niltaqgħu ma’ ħafna annimali differenti. Minn dawk li spiss naraw fid-dar tagħna, bħall-kelb u l-qattus, sa dawk li ma ssibhomx Malta, bħall-iljunfant u l-pingwin. 2. Ċiklemfusa Sensiela Ħrejjef Klassiċi ISBN: 9789995767457 Pubblikatur: BDL Ċiklemfusa taħdem ħafna fid-dar, iżda ħadd ma jkun jafhulha. Ħadd ma japprezza l-qalb tajba tagħha u l-bżulija, ħlief is-saħħara t-tajba, li bis-saħħa tagħha tiltaqa’ mal-prinċep. 3. Erin il-Qanfud Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789995771294 Pubblikatur: Wise Owl Erin il-qanfud miksi bix-xewk iniggeż, u meta jsaqsi lill-annimali l-oħra biex ikunu ħbieb miegħu, jgħidulu le. Dan għax jibżgħu li jitniggżu. Miskin Erin ħassu waħdu. Imma hu qalbu tajba u xorta lest li jgħin lil kulħadd, anke lil dawk li qalulu li ma jridux ikunu ħbieb miegħu.

Upload: others

Post on 30-Jan-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Kindergarten 1 1

    1. Annimali

    Baby Board Book

    ISBN: 9789995799144

    Pubblikatur: BDL

    F’dan il-ktieb niltaqgħu ma’ ħafna annimali differenti.

    Minn dawk li spiss naraw fid-dar tagħna, bħall-kelb u

    l-qattus, sa dawk li ma ssibhomx Malta, bħall-iljunfant u

    l-pingwin.

    2. Ċiklemfusa

    Sensiela Ħrejjef Klassiċi

    ISBN: 9789995767457

    Pubblikatur: BDL

    Ċiklemfusa taħdem ħafna fid-dar, iżda ħadd ma jkun

    jafhulha. Ħadd ma japprezza l-qalb tajba tagħha u

    l-bżulija, ħlief is-saħħara t-tajba, li bis-saħħa tagħha

    tiltaqa’ mal-prinċep.

    3. Erin il-Qanfud

    Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli

    ISBN: 9789995771294

    Pubblikatur: Wise Owl

    Erin il-qanfud miksi bix-xewk iniggeż, u meta jsaqsi

    lill-annimali l-oħra biex ikunu ħbieb miegħu, jgħidulu le.

    Dan għax jibżgħu li jitniggżu. Miskin Erin ħassu waħdu.

    Imma hu qalbu tajba u xorta lest li jgħin lil kulħadd, anke

    lil dawk li qalulu li ma jridux ikunu ħbieb miegħu.

  • Kindergarten 1 2

    4. Fil-Kċina

    Baby Board Book

    ISBN: 9789995799175 Pubblikatur: BDL

    Fil-kċina nsibu tazza, kikkra, platt... Xi insibu aktar fil-kċina

    tagħna?

    5. Grazzi

    Sensiela: Għinni Naqra

    ISBN: 9789990917277 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Meta naqraw dan il-ktieb naraw kemm hi ħaġa sabiħa li

    nitgħallmu u niftakru ngħidu ‘grazzi’.

    6. Ħsejjes

    Baby Board Book

    ISBN: 9789995799151

    Pubblikatur: BDL

    Il-kelb jagħmel wuff wuff! Il-baqra tagħmel muu muu! U l-

    papra? U s-serduk? U l-arloġġ? Dawn kif jagħmlu?

  • Kindergarten 1 3

    7. Il-Kliem Maġiku

    Kotba Ċkejknin Għal Idejn Ċkejknin

    ISBN: 9789990917048 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Ħaġa sabiħa li nidraw inkunu ġentili ma’ xulxin. Li ngħidu

    ‘bonġu’, ‘grazzi’, ‘skużani’ u kliem bħal dan. F’dan il-ktieb

    insibu wħud minn dan il-kliem li huwa maġiku! Għaliex?

    Għax ipoġġuk f’burdata tajba.

    8. Il-Pingwin il-Ferħan Il-Foka Ċkejkna

    Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli

    ISBN: 9789993298861 Pubblikatur: Wise Owl

    F’dan il-ktieb insibu żewġ avventuri. Waħda hija dwar pingwin ferħan li għalaq sninu. L-oħra hija dwar foka ċkejkna li għodsot taħt il-mewġ u ltaqgħet ma’ ħafna kreaturi oħra differenti minnha.

    9. Il-Ħolma ta’ Sika

    Miktub minn Ursola Borg

    ISBN: 9789995767693 Pubblikatur: BDL

    Sika u oħtha ddeċidew li jorqdu fuq saqqu mal-art

    għall-frisk. Iżda jiġri li l-ħolma tagħha u r-realtà jitħalltu

    flimkien u Sika tqum f’nofs ta’ lejl u ssib sorpriża.

  • Kindergarten 1 4

    10. It-Teżor ta’ Lupu Lupettu (2) kaxxa

    Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi

    ISBN: 9789990916218 Pubblikatur: Merlin Publishers

    F’din il-kaxxa hemm żewġ kotba ta’ Lupu Lupettu. Fil-ktieb

    ‘Il-Foresta tal-Ħrejjef’, Lupu Lupettu jiltaqa’ ma’ għadd ta’

    karattri tal-ħrejjef u naraw x’avventuri jgħaddi minnhom.

    Fil-ktieb l-ieħor naraw li Lupu Lupettu għall-ewwel jaħseb

    li hu xi ħaġa imma malajr jibda jifhem kemm huma

    importanti l-ħbieb. F’din il-kaxxa ssib ukoll Lupu-pupu.

    11. Kemm postijiet madwarna!

    Mis-sensiela Għinni Naqra

    ISBN: 9789990917291 Pubblikatur: Merlin Publishers

    F’dan il-ktieb niskopru l-ismijiet ta’ wħud mill-postijiet li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Fl-aħħar paġni tal-ktieb hemm ukoll xi attivitajiet ta’ kitba.

    12. Kull Orsinu hu Speċjali

    Miktub minn Ruth Frendo

    ISBN: 9789995713706 Pubblikatur: Pro.Motion

    Dan il-ktieb jeħodna fid-Dinja tal-Orsini. Narawhom jieħdu

    ritratt flimkien. Imma x’jiġrilha lil Anna? U x’jiġrilha lil

    waħda mill-Orsini minħabba li jkun ir-riħ? Barra minn

    hekk, dan il-ktieb jieħu l-ħajja bir-realtà maħluqa

    (augmented reality).

  • Kindergarten 1 5

    13. L-Annimali tar-Razzett

    ISBN: 9789990916980 Pubblikatur: Merlin Publishers

    L-annimali tar-razzett ikantaw l-opri, jew imorru għand il-

    parrukkier, jew jużgħu t-tajer biex jgħumu? U le ma tarax!

    F’dan il-ktieb niċċajtaw u nitgħallmu fatti interessanti

    ferm dwar l-annimali tar-razzett.

    14. L-Ewwel Kelmiet

    ISBN: 9789995799168 Pubblikatur: BDL

    F’dan il-ktieb niltaqgħu mal-ewwel kelmiet li t-tfal jużaw fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom.

    15. L-Ewwel Kliem

    ISBN: 9789990916041 Pubblikatur: Merlin Publishers

    F’dan il-ktieb niltaqgħu ma’ għadd ta’ kliem li jintuża spiss

    mit-tfal żgħar. Insibu kliem marbut mal-ħwejjeġ li jilbsu,

    ma’ affarijiet li jużaw fl-iskola, ma’ frott li jħobbu jieklu,

    ma’ strumenti tal-mużika u mal-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

  • Kindergarten 1 6

    16. L-Ewwel Ktieb tal-Alfabett

    Miktub minn Terence Portelli

    ISBN: 9789993274872 Pubblikatur: Midsea Books

    Dan il-ktieb fih l-ittri kollha tal-alfabett Malti. Kull ittra

    miktuba żgħira u kbira jew kapitali. Kull ittra hi marbuta

    ma’ ritratt sabiħ ta’ oġġett u bil-kelma b’daqs kbir

    miktuba taħtu. B’hekk it-tfal għandhom jiftakru l-ittri

    b’mod ħafif u malajr.

    17. L-Ewwel Kuluri u Forom

    ISBN: 9789990916065 Pubblikatur: Merlin Publishers

    F’dan il-ktieb insibu kliem marbut ma’ kuluri u forom kif ukoll insibu taħriġ dwar dan il-kliem.

    18. L-Ewwel Opposti

    ISBN: 9789990916072 Pubblikatur: Merlin Publishers

    F’dan il-ktieb it-tfal jiltaqgħu ma’ kliem li juri opposti

    minn fost l-ewwel kliem li jużaw fit-taħdit tagħhom.

  • Kindergarten 1 7

    19. Lina l-Gremxula

    Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli

    ISBN: 9789995771324 Pubblikatur: Wise Owl

    Lina l-gremxula tiddeċiedi li ma tagħmel xejn fil-ġnien ta’

    Pina għal ġimgħa sħiħa. X’se jiġri mill-ġnien ta’ Pina?

    20. Lino sab torċ

    Mis-seniela Għinni Naqra

    ISBN: 9789990917222 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Jum fost l-oħrajn Lino jsib kaxxa magħluqa d-dar u ġo fiha jsib torċ. Permezz ta’ din l-istorja nidħlu flimkien fid-dinja tax-xjenza u niskopru fatti ġodda dwar id-dawl.

    21. Lupettin iħobb biss l-għaġin

    Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi

    ISBN: 9789990915884 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Lupettin ma jridx jiekol. Kuljum ġlieda għax ma jridx dik u

    ma jridx l-oħra. Irid jiekol biss għaġin.

  • Kindergarten 1 8

    22. Lupettin iħobb lill-mamà

    Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi

    ISBN: 9789990916997 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Lupettin iħobb lill-mamà b’qalbu kollha. Iħobbha meta

    tilgħab miegħu, meta tiżfen, meta titfagħlu l-bews.

    Mal-mamà kollox isbaħ.

    23. Lupettin iħobb lill-papà

    Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi

    ISBN: 9789990917000 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Lupettin iħobb lill-papà b’qalbu kollha. Iħobbu meta

    jsajjarlu, iħobbu meta jaqralu storja, meta jgħannqu

    miegħu. Mal-papà kollox tal-ġenn.

    24. Meta Nkun Imbeżża’

    Addattat għall-Malti minn Charles Casha

    ISBN: 9789995753160 Pubblikatur: AVC Publishers

    Fid-dinja hawn ħwejjeġ li jnisslu l-biża’ bħal xi annimali

    perikolużi; imma hemm ħwejjeġ oħrajn li mhumiex

    tal-biża’ daqskemm jidhru.

  • Kindergarten 1 9

    25. Ngħoddu sal-Għaxra!

    Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi

    ISBN: 9789990917031 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Dan huwa ktieb għaż-żgħar nett biex jesploraw id-dinja

    tan-numri billi jibdew jgħoddu sal-għaxra fuq

    subgħajhom.

    26. Taqbiliet

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    ISBN: 9789995799229 Pubblikatur: BDL

    Ktieb li fih insibu għadd ta’ taqbiliet tradizzjonali Maltin addattati għat-tfal, fosthom ‘Agħmel xita agħmel’, ‘Dawra durella’, u oħrajn.

    27. Uċuħ

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    ISBN: 9789995799182 Pubblikatur: BDL

    F’dan il-ktieb insibu ritratti ta’ wċuħ ta’ tfal żgħar li juru

    espressjonijiet differenti. B’hekk jibdew ikunu familjari

    ma’ xi jfisser li xi ħadd ikollu wiċċ konfuż jew wiċċ

    mistagħġeb.

  • Kindergarten 1 10

    28. Uża jdejk

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    ISBN: 9789995799199 Pubblikatur: BDL

    Ktieb għaż-żgħar nett li fih kliem marbut ma’ azzjonijiet li

    nagħmlu bl-użu ta’ jdejna, bħal pereżempju, ‘nuri’, u

    ‘inxejjer’.