1515-1595 - laikos · e spark 81 lulju 2015 filippo twieled ġo firenze fil-21 ta’ lulju 1515....

8
E Spark 81 Lulju 2015 E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com San Filippu Neri 1515-1595

Upload: others

Post on 01-Feb-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • E Spark 81 Lulju 2015

    E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

    tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

    San Filippu Neri

    1515-1595

  • E Spark 81 Lulju 2015

    PIPPO JAGĦLAQ 500 SENA!

    Is-seklu 16 kien wieħed li ġab miegħu

    tibdilit kbar fil-Knisja. Tibdiliet li

    affettwaw anke s-soċjetà ċivili

    fl-Ewropa. Il-bidla l-kbira kienet il-firda

    bejn il-Kattoliċi u l-Protestanti.

    Ruma fis-sena 1500 u Ruma ta’ 100 sena

    wara, kienu ħafna differenti minn xulxin.

    Il-Bażilika Kostantinjana ta’ San Pietru li

    kienet qed taqa’ biċċa biċċa, 100 sena

    wara kienet saret tempju ġdid u enormi

    bil-cupolone (ta’ Della Porta mhux ta’

    Michelangelo) li għadu sal-lum jiddomina

    l-Belt Eterna.

    Anke l-Knisja

    mingħajr ma

    nidħlu f’ħafna

    dettalji, kienet

    inbidlet, u

    nbidlet

    għall-aħjar.

    Wieħed mis-

    saċerdoti li għen

    sabiex il-Knisja

    tissaffa u

    tinħeles minn

    affarijiet li ma

    kinux jaqblu ma’

    dak li għallem

    Ġesù, kien San

    Filippu Neri.

  • E Spark 81 Lulju 2015

    Filippo twieled ġo Firenze fil-21 ta’ Lulju 1515. Madankollu l-appostolat wettqu f’ Ruma.

    Qabel ma ordna qassis Filippo kellu esperjenza spiritwali li kellha effetti anke fuq ġismu

    għal ħajtu kollha. Fl-1544 fil-Vġili ta’ Pentekoste mar jitlob fil-Katakombi ta’ San

    Sebastiano. F’daqqa waħda ra globu nar riesaq lejh u ħassu dieħel ġo ħalqu u nieżel ġo

    fih. Qalbu ħassha tikber u fil-fatt kienet tant kibritlu li baqa’ jħoss ħafna sħana anke

    matul ix-xitwa u meta sar qassis ġab permess mingħand il-papa biex ma jaqfilx l-ewwel

    buttuni tas-suttana. Dil-qalb kbira kienet tfisser l-imħabba kbira li kellu dal-qassis għal

    Alla u għall-proxxmu tiegħu.

  • E Spark 81 Lulju 2015

    Fl-1550 Filippo ordna qassis u ta ruħu għall-appostolat

    tal-priedki u tal-edukazzjoni tat-tfal. Dak iż-żmien l-

    iskejjel tat-tfal bil-kemm kienu jeżistu, allura ħafna

    kienu jkunu jiġru ġurnata sħiħa barra jitgħallmu l-ħażen

    tat-triq. Dan minbarra l-faqar enormi li kien jeżisti.

    Filippo ħa ħsieb biex jiġbor dat-tfal imċerċrin u

    jgħallimhom xi ħaġa ta’ ġid għar-ruħ u għal anke

    għall-ġisem. Meta kien jispiċċa minn mat-tfal kien

    jgħaddi sigħat twal fit-talb u jmur jippriedka. Kien

    iħeġġeġ il-qrar frekwenti, it-tqarbin devot u l-imħabba

    għall-Madonna. Kien bniedem ta’ penitenza u kien

    jirrikkmanda s-sawm ta’ spiss.

    San Ġorġ Preca kien jgħid li San Filippu kien kontra

    t-tnaqqir bla bzonn bejn l-ikliet għax dan ma jgħinx

    hajja devota.

  • E Spark 81 Lulju 2015

    Madwaru San Filippu ġabar irġiel oħra li saru qassisin u waqqaf l-Oratorjani, kongregazzjoni ta’

    saċerdoti li jgħixu flimkien. Għal xi żmien kienu f’Malta ukoll. Kellhom 2 knejjes l-Isla u l-Birgu.

    Għalkemm dawn il-qassisin ma għadhomx magħna nistgħu ngħidu li l-ispirtu feriieħi ta’ San Filippu

    Neri għadu preżenti f’dawk is-saċerdoti Maltin u Għawdxin li jieħdu ħsieb l-abbatini u ż-żgħażagħ billi

    jressquhom aktar lejn Ġesù u jbiegħduhom mill-perikli li toffri stil ta’ ħajja li twarrab lil Alla.

  • San Filippo

    http://youtu.be/jgI2wx63S8s

    San Filippo Neri

    State buoni se potete

    1983 film

    San Filippo Neri

    Preferisco il Paroadiso

    Film 2010

    Part 1:

    http://youtu.be/UoD82nCNbZc

    San Filippo Neri

    Preferisco il Paroadiso

    Film 2010Part 2:

    http://youtu.be/jgI2wx63S8s

    Fuq San Filippu saru zewg films: State Buoni se Potete!

    B’Johnny Dorelli u Preferisco il Paradiso!

    B’Gigi Proietti.

    Arawhom ha tidhqu iktar minn darba!

  • E Spark 81 Lulju 2015

    Din l-informazzjoni ġiet riċerkata mis-siti tal- Oratorjani Ingliżi

    http://www.birminghamoratory.org.uk/

    http://www.bromptonoratory.com/Oratory_Home.html

  • Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesani

    E-mail: [email protected]

    Ikkuntattja lil: Dun.Charlon Muscat, Direttur, Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesani Telefon : 21455497

    E Spark 80 Ġunju 2015

    Never say "What great things the Saints do", but "What

    great things God does in His Saints." Cast yourself in

    the arms of God and be very sure that if He wants

    anything of you, He will fit you for the work and give

    you strength.

    St. Philip Neri