2. krokk! krokk! · 2020. 10. 22. · min jien? 20. lupu lupettu jaħseb li hu xi ħaġa addattat...

19
Ir-Raba’ Sena 1 1. Id-Dinosawru l-mitluf Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993297543 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 3 Isfar Dino ħareġ mill-bajda. “Mamà, Mamà,” għajjat id- dinosawru. Aqra u għin id-dinosawru jsib lill-mamà. 2. Krokk! Krokk! Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli u Chris Azzopardi ISBN: 9789993298755 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 3 Isfar Ġanni kellu ħames żrinġijiet. Peppi kellu ħames żrinġijiet ukoll. X’jiġri meta ż-żrinġijiet jaqblu li jagħmlu festa? 3. Stilla tax-Xewqat Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli u Chris Azzopardi ISBN: 9789993298762 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 3 Isfar Tina xtaqet ferħ ta’ qattus. BUMM! Minflok ferħ jasal Rufu! Tgħid l-istilla tax-xewqat ħadet żball?

Upload: others

Post on 26-Jan-2021

12 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Ir-Raba’ Sena 1

    1. Id-Dinosawru l-mitluf Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993297543 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 3 Isfar Dino ħareġ mill-bajda. “Mamà, Mamà,” għajjat id-dinosawru. Aqra u għin id-dinosawru jsib lill-mamà.

    2. Krokk! Krokk! Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli u Chris Azzopardi ISBN: 9789993298755 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 3 Isfar Ġanni kellu ħames żrinġijiet. Peppi kellu ħames żrinġijiet ukoll. X’jiġri meta ż-żrinġijiet jaqblu li jagħmlu festa?

    3. Stilla tax-Xewqat Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli u Chris Azzopardi ISBN: 9789993298762 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 3 Isfar Tina xtaqet ferħ ta’ qattus. BUMM! Minflok ferħ jasal Rufu! Tgħid l-istilla tax-xewqat ħadet żball?

  • Ir-Raba’ Sena 2

    4. Għall-ballu tal-Ilwien Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298885 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 4 Blu Il-ħlejjaq kollha bdew jippreparaw għall-aqwa ballu li se jaraw! Min huma l-mistednin għall-ballu tal-ilwien? X’se jilbsu l-fatatini ħelwin? Aqraw u taraw!

    5. Kemm hu Għoli s-Sema? Addattat għall-Malti minn Charles Casha ISBN: 9789995753016 Pubblikatur: AVC Publishers Livell: 4 Blu Qatt tħajjart tkun taf kemm hu għoli s-sema? Pipkin il-pingwin dak li jixtieq ikun jaf. Jekk tixtieq tkun taf, issieħeb miegħu u ma’ xi ħbieb li qed jgħinuh, fi vjaġġ tal-għaġeb.

    6. Kemm kien kbir dinosawru? Addattat għall-Malti minn Charles Casha ISBN: 9789995753023 Pubblikatur: AVC Publishers Livell: 4 Blu Qatt tħajjart issir taf kemm kien kbir dinosawru? Pipkin il-pingwin dak li jixtieq jiskopri. Jekk tixtieq tkun taf, issieħeb miegħu fi vjaġġ fi żmien imbiegħed.

    https://bdlbooks.com/publisher/avc-publishers/https://bdlbooks.com/publisher/avc-publishers/

  • Ir-Raba’ Sena 3

    7. L-Avventuri tal-Kokka u l-Qattusa Miktub minn Maria Azzopardi ISBN: 9789995753252 Pubblikatur: AVC Publishers Livell: 4 Blu Il-Kokka u l-Qattusa darba waħda ddeċidew li għal sena u ġurnata, id-dar tagħhom ftit jinsew. Rikbu f’kaxxa dgħajsa u tgħidx kemm daru u ġrew. Kull ħaġa li raw minnha kienet sabiħa tassew… Ingħaqad ma’ żewġt itfal kurjużi f’avventura eċitanti, ibbażata fuq il-poeżija klassika ta’ Edward Lear, ‘Il-Kokka u l-Qattusa’.

    8. Leo l-Kamaleonte Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298250 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 4 Blu Leo l-kamaleonte ma jridx jistaħba aktar. “Ħarsu lejja! Ħarsu lejja!” Beda jikkonċentra b’kemm kellu ħila… u sar ta’ kull lewn…Imma x’jiġri meta kamaleonte jkollu ħafna kuluri?

    9. Ors Kollu Inkwiet Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli u Chris Azzopardi ISBN: 9789993298762 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 4 Blu Fejn hemm naħla hemm l-għasel. Fejn hemm l-ors hemm l-inkwiet. Bżżżżżż. Grrrrrrrrr. In-naħla tipprova taħrab...

    https://bdlbooks.com/publisher/avc-publishers/

  • Ir-Raba’ Sena 4

    10. Dar ġdida għal Ġuzi Miktub minn Clare Azzopardi u Rachel Portelli ISBN: 9789990916553 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 5 Aħdar Ġużi mar joqgħod f’post ġdid. L-appartament il-ġdid żgħir wisq, il-ġirien jagħmlu l-istorbju u għamel f’qalbu. Imma Ġanni joqgħod ftit passi ’l bogħod u meta ra lil Ġużi mdejjaq, qatagħha li jagħmel minn kollox biex jgħinu jidra.

    11. Il-Ktieb il-Kbir tal-Istejjer Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298137 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 5 Aħdar Stejjer għat-tfal. Stejjer b’tagħlima. Aqra dwar bosta annimali fosthom xadini, iljuni, ċriev, klieb, fniek u għasafar, dwar Pinokkju u anki dwar ir-Re Arturu. Stejjer li jagħtu divertiment u fejn fl-aħħar mill-aħħar it-tajjeb joħroġ rebbieħ.

    12. Inħobbok Alfie Tiegħi Adattat minn Maria Azzopardi ISBN: 9789995753214 Pubblikatur: AVC Publishers Livell: 5 Aħdar Iċ-ċkejken Alfie għandu żewġ ħutu bniet tewmin ġodda u qed jaħseb li dawn ħadu l-imħabba kollha tal-mamà!

    Imma ċ-ċkejken Alfie, determinat li jsibilha ftit aktar imħabba, imur ifittex l-imħabba qalb is-siġar… sakemm ħabib intelliġenti tiegħu jgħidlu li jista’ jsibha qrib ħafna tad-dar!

  • Ir-Raba’ Sena 5

    13. Iż-Żiemel Maġiku Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298212 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 5 Aħdar Mark qatt ma ħaseb li Merlino se jkun żiemel maġiku sakemm il-kamra bdiet iddur, iddur u ddur…

    It-tifel u ż-żiemel sabu ruħhom ħdejn kastell u kellhom biċċa xogħol: isibu dragun!

    14. L-Art tad-Dinosawri Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298878 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 5 Aħdar Miljuni ta’ snin ilu, qabel ma kien hawn in-nies fid-dinja, kienu jgħixu d-dinosawri. Ħasra li ġew estinti. Għal-lum biss wasal il-ħin li tiltaqa’ mad-dinosawri...

    15. Minn fejn jiġu l-frieħ tal-annimali? Addattat għall-Malti minn Charles Casha ISBN: 9789995753047 Pubblikatur: AVC Publishers Livell: 5 Aħdar Pipkin hu pingwin żgħir ħafna li dejjem jistaqsi ħafna mistoqsijiet tqal. Din id-darba jixtieq ikun jaf minn fejn jiġu l-frieħ tal-annimali u t-trabi tal-bnedmin. Ingħaqad miegħu waqt li qiegħed jiskopri dan u għandek tiltaqa’ ma’ xi ftit frieħ tassew ħelwin.

    https://bdlbooks.com/publisher/wise-owl-publications/

  • Ir-Raba’ Sena 6

    16. Qed nikber Miktub minn Clare Azzopardi u Rachel Azzopardi ISBN: 9789990916157 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 5 Aħdar Qed nitqal u qed nitwal. Issa m’għadnix tarbija twerżaq u

    tferfer saqajha. Tgħallimt nagħmel ħafna affarijiet waħdi.

    17. Agħlaq għajnejk Miktub minn Clare Azzopardi u Rachel Portelli ISBN: 9789990916164 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Livell: 6 Oranġjo Ir-ramel huwa isfar. Il-merill huwa ikħal… u s-sema? Agħlaq għajnejk. X’qed tara? Issa iftaħhom u…

    18. Bertu ma jibża’ minn xejn Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990916454 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 6 Oranġjo Bertu l-bebbuxu ma jibża’ minn xejn … sa ma darba waħda … filli jkun fuq ħassa u filli jispiċċa f’belt kbira. Inkredibbli! Mimli kurżità, iċ-ċkejken bebbuxu jiskopri dinja ġdida u sabiħa … imma kif se jmur lura d-dar tiegħu?

  • Ir-Raba’ Sena 7

    19. Ħaġa moħġaġa Miktub minn Clare Azzopardi u Rachel Portelli ISBN: 9789990916171 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 6 Oranġjo Ara taqtax min jien? Ħa ntik ftit ħjiel… Għandi lsieni iswed u tant twil li nista’ nnaddaf widnejja bih. Min jien?

    20. Lupu Lupettu jaħseb li hu xi ħaġa Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990915907 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 6 Oranġjo Dis-sena, Lupu Lupettu ddeċieda li jirbaħ il-konkors: tal-iktar Lupu Kattiv. Jemmen li huwa l-iktar lupu b’saħħtu, l-iktar wieħed ta’ ħila u ovvjament…l-iktar lupu kattiv. Imma malajr jibda jifhem kemm huma importanti l-ħbieb!

    21. Lupu Lupettu jibża’ minn dellu Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990915891 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 6 Oranġjo Kien hemm lupu li kien jibża’ minn kollox…anki minn dellu! Il-ġenituri tiegħu ma riduhx jibqa’ jibża’ u allura bagħtuh jiskopri d-dinja. Tgħid ma’ min se jiltaqa’? Se jagħmel ħbieb ġodda li jaċċettawh kif inhu? Miskin Lupu Lupettu ma’ xiex se jkollu jħabbat wiċċu!

    https://bdlbooks.com/publisher/merlin-publishers/

  • Ir-Raba’ Sena 8

    22. Lupu Lupettu jżur il-Foresta tal-Ħrejjef Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990915921 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 6 Oranġjo Lupu Lupettu jixtieq jagħmel kejk tat-tuffieħ. Il-biċċa hi li ma jafx kif se jagħmlu. Allura jerħilha lejn il-foresta għall-għajnuna. U ma’ min jiltaqà? Tliet ħnieżer żgħar, Barnuża Ħamra, saħħara kerha waħx... Kemm avventuri biex jagħmel il-kejk tat-tuffieħ taz-zija Mari’!

    23. Strumenti minn madwar id-dinja Miktub minn Clare Azzopardi u Rachel Portelli ISBN: 9789990916584 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 7 Turkważ Il-bnedmin bdew jagħmlu l-istrumenti minn dak li jsibu. Maż-żmien irfinaw ħafna u rnexxielhom jagħmlu strumenti kkumplikati u interessanti. Dan il-ktieb se jlaqqgħek ma’ strumenti differenti minn madwar id-dinja.

    24. Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż Miktub minn Theresa Pace ISBN: 9789995748203 Pubblikatur: FARAXA Publishing Livell: 7 Turkważ L-iljun, ir-re tal-ġungla jinduna li kien waqa’ ċertu skiet fir-renju tiegħu. L-għasafar waqfu jgħannu, l-annimali ma baqgħux jidhru barra u saħansitra r-riħ kien donnu waqaf jonfoħ. X’kienet ir-raġuni ta’ din l-imġiba stramba? L-iljun jaf li bħala r-re kien imiss lilu li jinvestiga. X’jagħmel biex forsi jsib tarf din il-problema?

  • Ir-Raba’ Sena 9

    25. Il-Pjaneta Pprojbita Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990916713 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 7 Turkważ Tim, oħtu Pamela u l-kelb robot tagħhom Bibop għandhom konsenja għall-Pjaneta Ultra’Tleqq. Meta jaslu hemm jiskopru pjaneta nadifa tazza. Għax l-abitanti jarmu l-iskart tagħhom fuq pjaneta oħra … Issa Tim, Pamela u Bibop se jkollhom joħorġu b’idea biex jgħinu lil dawn l-extra-terrestri juru ftit iktar rispett lejn ħaddieħor.

    26. Lisa u l-Kejkovoru Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990916720 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 7 Turkważ Lisa veru rrabjata. Illejla se jkollha tqattagħha mas-Sinjura Ortensja, mara orribbli. U biex tgħaxxaq, il-misterjuż Kejkovoru, mostru li jħobb jiffanga fil-ħelu, serqilha l-kejk taċ-ċikkulata. Mingħajr ma toqgħod taħsibha wisq, Lisa taqtagħha li tmur tbeżbiżlu widnejh lil dan, u tispiċċa tiskopri d-dinja meraviljuża tal-Kejkovoru.

    27. Nita, Niki u Vjolita

    Miktub minn Natasha Turner ISBN: 9789995748661 Pubblikatur: FARAXA Publishing Livell: 7 Turkważ Nita u Niki huma żewġt iħbieb li jħobbu jqattgħu ħafna ħin flimkien, fost oħrajn jieħdu ħsieb il-ġnien li għandha omm Nita. F'dan il-ġnien ser tiġri xi ħaġa mhux tas-soltu. Fjura vjola, il-favorita ta' Nita, titlef il-kulur tagħha u ssir sewda. Aqraw u ħudu gost b'dan il-ktieb sabiex taraw kif din il-fjura terġa' tieħu l-kulur tagħha.

  • Ir-Raba’ Sena 10

    28. Se jkollna robot? Le grazzi! Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990916706 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 7 Turkważ Lily u ħuha assolutament ma jridux li tiġi tieħu ħsiebhom babysitter … Le! Lanqas jekk ommhom u missierhom iridu joħorġu jieklu. Jistgħu jibqgħu d-dar waħedhom, jafu jieħdu ħsieb tagħhom infushom! … Imma dik sorpriża meta bħala babysitter jitfaċċa robot minflok!

    29. 10 Stejjer ta’ Sħaħar u Fatatini Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298168 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 8 Vjola Żomm bakketta maġika f’idek u Abrakatabra. Tista’ tinbidel f’saħħara tajba jew fatatina. Tista’ tiltaqa’ ma’ Fatatina Kulurella u titgħallem aktar maġija. Tista’ tiltaqa’ mad-draguni u tagħmel ħbieb magħhom. Tista’ tirbaħ it-titlu ta’ Fatatina tas-sena. Kemm se tieħu pjaċir.

    30. Għadhom għal Qalbi u poeżiji oħra għat-tfal ISBN: 9789993273714 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell: 8 Vjola Ħolma dwar Bajda Silġ. Ġurdien li ħarbat dar sħiħa. Arloġġ li għandu kollox perfett barra ħaġa waħda. Raġel matnazz li jipprova jaqfel il-lazz. Dawn huma ftit mill-poeżiji li ssib f’dan il-ktieb.

    https://bdlbooks.com/publisher/edizzjoni-klaklamin/

  • Ir-Raba’ Sena 11

    31. Il-Ħrejjef ta’ Esopu 3 Miktub minn Saviour Sammut ISBN: 9789993292821 Pubblikatur: Wise Owl Livell: 8 Vjola Ktieb b’għażla ta’ stejjer li kienu nkitbu minn Esopu. F’dawn l-istejjer niltaqgħu ma’ annimali li jitkellmu u jirraġunaw bħalma jagħmlu l-bnedmin. Kull storja fiha tagħlima li tibqa’ attwali u addattata għal kull żmien. Il-ktieb jagħmel parti minn sett ta’ tlieta u huwa ideali għal tfal minn tmien snin ’il fuq.

    32. Il-Ktieb il-Kbir tal-Lejl Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990916737 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 8 Vjola Ervaël ħarab mill-villaġġ tiegħu u jinsab fi triqtu lejn id-Dar tal-Meravilji, l-akbar librerija tar-renju. Lena, skont il-patt li għamlu bejniethom, qed issegwih qisha dellu tul it-toroq tal-belt, mingħajr ma taf eżatt x’qed ifittex Ervaël. X’hemm jistenniehom f’Organdi, din il-belt enormi fejn ma jafu lil ħadd u fejn kull inkontru jista’ jkun wieħed perikoluż ħafna?

    33. Qanfudinu Miktub minn Peter Caruana ISBN: 9993270040 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell: 8 Vjola Toninu, tifel li għadu kif għalaq seba’ snin, kien iħobb ħafna l-annimali. Minħabba fih, fid-dar kien hemm qattus, kelb daqs faħal, u fil-qafas, imqiegħed fuq il-mejda tal-kċina, kienu jgħixu żewġ amorini. Darba waħda, waqt li kien qed jilgħab f’għalqa, ra annimal stramb...

  • Ir-Raba’ Sena 12

    34. Il-Ġrajja ta’ Nokklu u Stejjer Oħra Miktub minn Doris Spiteri Axiaq ISBN: 9789993273769 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin

    Livell: 9 Deheb

    Anna kienet miexja fit-triq xħin lemħet kelb iswed. Miskin kien qed izappap, abbandunat għal riħu minn sidu. X’ser tagħmel Anna? Il-kelb kien maħmuġ u kien jidher marid ukoll... Din hija biss waħda mill-istejjer li ssib f’dan il-ktieb.

    35. Il-Ħbieb Tagħna l-Annimali Miktub minn Tony. C. Cutajar ISBN: 9789990954678 Pubblikatur: Preca Library Livell: 9 Deheb

    Ma kienx fenek li fettillu jrabbi Owen. Ommu mill-ewwel avżatu, “Ara ma jikollix il-qsari!” Il-fenek kieku obda. Ma messx il-qsari imma nfitel mal-purtieri. Ragħad ġabhom! Ommu stuffat riedet tagħmlu imma l-fenek sparixxa... Din hija biss waħda mill-istejjer li ssib f’dan il-ktieb.

    36. Jagħtuna Servizz Miktub minn Tony. C. Cutajar ISBN: 9789990954654 Pubblikatur: Preca Library Livell: 9 Deheb Is-Sindku, il-kappillan, l-avukat, it-tabib, is-surġent u s-surmast tal-banda għandhom xi ħaġa komuni. Kollha jagħtuna servizz. L-għalliem jistieden lil dawn in-nies fil-klassi biex jagħtu informazzjoni lill-istudenti dwar xogħolhom.

  • Ir-Raba’ Sena 13

    37. Żveljarin Miktub minn Trevor Zahra ISBN: 9789990911495 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 9 Deheb

    Versi għal min irid iqum b'burdata tajba. Ġabra ta' poeżiji

    ferrieħa u umoristiċi għat-tfal.

    38. Ġummienu Miktub minn Charles Casha ISBN: 9990993092 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell: 10 Abjad Meta Bertu miet nannuh u d-dar kbira tiegħu waqgħet f’idejn il-familja tiegħu, ommu u missieru qatgħulu xewqtu u ħallewh irabbi fenek. Iżda l-fenek, Ġummienu, minn dejjem kien jixtieq li jgħix fil-beraħ tal-kampanja. Darba waħda, huwa ħarab mid-dar ta’ sidu u minn hemm bdew sensiela ta’ avventuri.

    39. Il-Bastun tar-Reġina Fidelja Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990913675 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 10 Abjad L-ewwel darba li mort fir-Renju Żdingat bqajt b’ħalqi miftuħ. Għax isma’ din … Ir-Re Vonxkup jirrenja f’renju li huwa ta’ taħt fuq. Jew ta’ fuq taħt. Kif naqbad nispjega? Renju tal-imbarazz. Dak li hu r-Renju Żdingat. Imbagħad rajt il-Popototos u mhux talli bqajt b’ħalqi miftuħ, talli kont se …

  • Ir-Raba’ Sena 14

    40. Ir-Re Fellambrożja u r-Renju Laġenba Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914276 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 10 Abjad

    Qatt ma kont naf li jeżistu renji differenti: ir-Renju Tond, ir-Renju taċ-Ċikkulata u r-Renju Laġenba. Fir-Renju Laġenba hemm re, ir-Re Fellambrożja, li jitkellem ftit stramb. U hemm qtates li jitwieldu fuq werqa. L-Imġennbin huma nies ħelwin. Imma s-sriek jiġu jattakkawhom u r-Reġina Fidelja terġa’ tagħmel waħda minn tagħha!

    41. Ir-Reġina Fidelja u r-Renju Sturdut Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990913668 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 10 Abjad

    Meta Jake mar fir-Renju Sturdut baqa’ b’ħalqu miftuħ. Għax l-Isturduti għandhom sħaba fuq rashom li bħalha qatt ma kien ra. Ir-Regina Fidelja mara kattiva u l-Isturduti jagħmlu dak kollu li tgħidilhom hi. Imma Jake mhux sturdut u ma jibża’ minn ħadd. Lanqas mir-Regina Fidelja.

    42. Ir-Rigali ta’ Nikola Miktub minn Andrew Borg ISBN: 9789995707026 Pubblikatur: Deer Publications Livell: 10 Abjad Sa minn ċkunitu, Nikola kien iħobb jagħti milli għandu biex jagħmel lil ħaddieħor ferħan. Tilef il-ġenituri tiegħu qasir il-għomor. Il-ġid kbir li wiret mingħandhom qassmu kollu u l-ferħ tiegħu sabu f’affarijiet oħra, li mhumiex ta’ din id-dinja.

  • Ir-Raba’ Sena 15

    43. Jake Cassar irid isalva r-Renji kollha waħdu Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914900 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 10 Abjad

    Meta tinkiser il-boċċa tal-ħġieġ li fiha ma jkun hemm ħadd ħlief ir-Reġina Fidelja, kulħadd jibda jixjieħ u r-Re Pankrazju, ir-Re Fellambrożja, ir-Re Vonxkup, Teodoro u Furun jinqaflu kollha fil-kuruna li r-Re ta lil Jake meta sar ambaxxatur. Jake, Ambrożja, Defdemola u Qamri jibqgħu barra biex isalvaw ir-renji kollha maħkuma mir-Reġina.

    44. Jake Cassar u l-istorja tar-Reġina x-Xiħa Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914504 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 10 Abjad Mel ma tibqax tiftakar iktar u Jake jispiċċa f’kamra tas-sodda li mhux tiegħu. Ir-Reġina x-Xiħa tgħidlu l-istorja tagħha u tgħidlu wkoll li biex isalva lil Defdemola u lil Furun għandu bżonn lil Qamri. Tgħid jirnexxilu jirbaħ lir-Reġina Fidelja għal darb’oħra? U tgħid, Jake u

    Ambrożja jsiru ħbieb?

    45. Jake Cassar u Reġina Fidelja f’Boċċa tal-Ħġieg Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990915411 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 10 Abjad Mhux faċli li toqgħod tkanta meta ma tkunx tafx tkanta, imma Jake hekk kellu jagħmel. Ir-Reġina Fidelja dejjem jirnexxilha taqra l-ħsibijiet ta' kulħadd imma din id-darba mhix se tirbaħ. Għax il-pjan ta' Teodoro huwa wieħed mill-aqwa. Irid lil Jake isir ambaxxatur...

  • Ir-Raba’ Sena 16

    46. L-Ixkupa tar-Re Vonxkup Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914269 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 10 Abjad

    L-ixkupa tar-Re Vonxkup hija xkupa qadima ħafna u malli titla’ fuqha, tiħdok fejn trid int. Kemm ittaptapa bil-ħlewwa u xvummm! Bis-saħħa tagħha Jake u sħabu jirnexxilhom isalvaw lit-tifel tar-Re Pankrazju. Għax ir-Reġina Fidelja qaflitu fi sħaba.

    47. Avventuri mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Miktub minn Audrey Friggieri ISBN: 9789990914405 Pubblikatur: Merlin Publishers

    Livell: 11 Lumiċell Miss Ambrożja saħħara! Imma ara ma tgħid lil ħadd! Furtu, Paskal, Larissa u Egon huma erbat itfal fil-klassi tagħha, u tgħidx fejn bagħtithom biex jitgħallmu jaħsbu… Sabu ruħhom waħedhom fuq gżira ’l bogħod ’il bogħod... minsija minn kulħadd... u mdawra bil-klieb il-baħar…Tgħid jirnexxilhom jaħarbu? Kif?

    48. F’Ħal Busbies ma’ Mastru Gerfex Miktub minn Carmel G Cauchi ISBN: 9789990914467 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 11 Lumiċell Mastru Gerfex huwa xwejjaħ pensjonant li jgħix ġo Ħal Busbies ma’ martu Lugrezja. Ta’ spiss jagħmel xi waħda tinkiteb imma mhux dejjem ikun tort tiegħu lanqas. U ngħiduha kif inhi, hemm ħafna li jħobbu jaqbdu ma’ Mastru Gerfex imma hu lanqas kien iħalli lil dak li jkun jgħaddiha lixxa...

  • Ir-Raba’ Sena 17

    49. Il-Kewkba Dehbija Miktub minn Liliana Risiott ISBN: 9789995746339 Pubblikatur: BDL Livell: 11 Lumiċell Fir-rassa, malli l-istilel u l-kwiekeb bdew jersqu lejn il-qamar, stilla ċkejkna sabet ruħha maqlugħa ’l barra. Filli kienet f’nofs ir-rassa u mbagħad, mingħajr ma taf kif, xi ħadd imbuttaha biex jgħaddi u f’kemm ilni ngħid spiċċat barra. Waqgħet għoli mhux ħażin, spiċċat f’nofs sħaba li kienet nofsha rieqda... X’se jiġri mill-povra stilla? Din u aktar stejjer marbuta mal-Milied f’dan il-ktieb.

    50. Il-Barumbati ta’ Betta Trombetta Miktub minn Carmel G. Cauchi ISBN: 9789990914542 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 11 Lumiċell Betta tidħol f’ħafna inkwiet. Ħafna drabi tort tagħha għax ma tantx taħsibhom. Tgħidx kemm tħobb tippika. Imma fl-aħħar mill-aħħar mhix qalbha ħażina u malajr jiddispjaċiha li tkun daħħlet lil ħaddieħor f’xi biċċa għawġ.

    51. Il-Ġrajjiet ta’ Jacob Jones Miktub minn Carmel G. Cauchi ISBN: 9789990913439 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 11 Lumiċell Jacob Jones kien tifel fuq ruħu. Kien iħobb jagħmel ħafna ċajt goff. Darba minnhom, hekk kif fetaħ il-basket tal-iskola kienu pronti qabżu minn ġo fih żewġ pupi, wieħed aħmar u l-ieħor aħdar! Dawn bdew jaqbżu fuq il-mejda, jiġru wara xulxin u jagħmlu l-gabirjoli. Jacob bilkemm ried jemmen lil għajnejh. Dawk kienu l-pupi tat-traffic lights! Il-pupu aħmar li jgħidlek "Stenna" u l-aħdar li jgħidlek "Aqsam". Imma dawk kif kienu spiċċaw fil-basket tiegħu?

  • Ir-Raba’ Sena 18

    52. Il-Misteru ta’ Bieb is-Sultan Miktub minn Tony Cutajar ISBN: 9789993272700 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell: 11 Lumiċell Skont leġġenda antika, l-istatwa tal-Gran Mastru Nikol Cottoner, li tinsab fil-bieb il-prinċipali fis-swar tal-Kottonera, qiegħda tħares lejn teżor moħbi. It-tfal tal-klassi ta’ Miss Pulis jiddeċiedu li jippruvaw isibu dan it-teżor. Tgħid il-leġġenda ta’ Bieb is-Sultan vera?

    53. Iżjed Bawxati ta’ Pietru Pitravu Miktub Minn Carmel G. Cauchi ISBN: 9789990913637 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 11 Lumiċell F’dan il-ktieb insibu għaxar stejjer umoristiċi oħra dwar Pietru Pitravu, it-tifel imqareb li jġagħlek tidħaq bil-bawxati li jagħmel. L-istejjer ġraw fis-snin ħamsin, meta s-subien u l-bniet kienu jkunu fi klassijiet għalihom, l-istudenti kienu jiktbu bil-pinna u l-klamar u l-bankijiet kienu kollha tal-injam.

    54. Stejjer ma Jitwemmnux mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis

    Miktub minn Audrey Friggieri ISBN: 9789990916102 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell: 11 Lumiċell F’dan it-tieni ktieb dwar l-istejjer inkredibbli li jseħħu fil-klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini, Odette, Owen u Massimo jsibu ruħhom priġunieri tar-re formidabbli Zekivar Zvi Zoldek bin Zefulun. It-tlett itfal iridu jgħaddu minn prova diffiċli biex forsi jiksbu l-libertà tagħhom.

  • Ir-Raba’ Sena 19

    55. Dizzjunarju bil-Malti għat-Tfal Miġbur minn Christopher J. Micallef ISBN: 9789995767099 Pubblikatur: BDL Mingħajr Livell Għal kull kelma jingħata eżempju biex jgħin lill-qarrejja jifhmuha aħjar fil-kuntest. Il-kelma tingħata b’kulur aħmar fl-eżempju. Tingħata wkoll il-kategorija grammatikali, is-sillabar, il-varjanti, l-għerq, il-ġens, il-plural u l-għadd imtenni skont kif japplika kif ukoll it-traduzzjoni bl-Ingliż biex tkompli tgħin fit-tifsira.