€2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - futur fis-sod

8
It-Tnejn, 21 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 20,000 impjieg ġdid f’Malta u Għawdex Imwettqa miżuri importanti biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità Muscat mexxa kampanja qalila biex pajjiżna ma jisseħibx fl-Unjoni Ewropea ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista biex jassigura titjib fid- dħul tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin tul din il-leġiżlatura ħadem biex żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol. 20,000 post ġdid tax-xogħol f’perjodu ta’ ħames snin. Dawn l-impjiegi ma nħolqux b’kumbinazzjoni, imma grazzi għall-impenn tal-Gvern li jżid l-opportunitajiet tax-xogħol. Konferma ta’ dan hu l-fatt li bejn l-2008 u l-2012 il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista approva aktar minn 130 fabbrika ġdida u estensjonijiet ta’ fabbriki li diġà F’dawn il-ħames snin il-ħaddiema u l-familji tagħhom gawdew minn dħul akbar, grazzi wkoll għall-fatt li sena wara oħra l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista naqqas għadd ġmielu ta’ taxxi biex il-ħaddiema u l-familji baqgħalhom aktar flus fil-but. Bejn l-2008 u l-2012, bil-politika għaqlija tal-Gven, inħolqu 20,000 impjieg ġdid. F’pajjiżna, kuntrarjament għal dak li ġara f’pajjiżi oħra, żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol u biżżejjed jingħad li min iħaddem għamel aktar minn 43,000 talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), biex jimla postijiet tax-xogħol li kien jeħtieġ ħaddiema għalihom. Il-ħidma tal-Gvern b’mod dirett salvat mal-5,000 impjieg u dan waqt il- kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2009. Biex ikompli jtejjeb id-dħul tal- ħaddiema u hekk il-ħaddiema jkollhom aktar flus fil-but, il-Gvern ripetutament ħoloq skemi ta’ għajnuniet finanzjarji diretti u skemi ta’ tnaqqis mill-income 130 fabbrika ġdida u estensjonijiet ta’ fabbriki hawn f’Malta. L-investiment f’dawn il-fabbriki jlaħħaq aktar minn €320 miljun. Aktar minn €270 miljun minn dan l-investiment ġdid hu investiment barrani. Dan kollu jawgura tajjeb u joħloq fiduċja u kuraġġ għall-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom. Interessanti l-fatt li dan l-investiment qed joħloq aktar minn 3,400 impjieg ġdid fuq tliet snin fil-fabbriki. Dawn l-impjiegi ġodda, fost l-oħrajn, huma fil-fabbriki tal- farmaċija, kożmetika, inġinerija u elettronika u fl-avjazzjoni. €2,000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema Matul dawn il-ħames snin li għaddew il-ħaddiema Maltin u Għawdxin kellhom żieda fil-pagi ta’ madwar €2,000 tax għas-self employed, sidien ta’ negozji żgħar u medji, għas-sidien tal-fabbriki u għas-sidien ta’ lukandi u ristoranti biex jinvestu u joħolqu aktar xogħol u impjiegi. Tul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem u stinka biex kontinwament joħloq aktar xogħol u xogħol bi dħul akbar għall-ħaddiema. Xhieda ta’ dan huma l-industriji l-ġodda li l-Gvern xettel u qed ikabbar f’pajjiżna bħal dawk tal-informatika u t-teknoloġija, is-settur finanzjarju, l-e- gameing u s-settur tal-avjazzjoni. Grazzi għall-fatt li l-Gvern, b’viżjoni fit-tul, ħoloq l-infrastruttura edukattiva meħtieġa, illum għandna studenti li qed jiggradwaw u jispeċjalizzaw f’diversi oqsma ġodda u darba dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol, id-dħul tagħhom qed ikun akbar. Dan kollu għaliex anki fil-qasam tax-xogħol il-Gvern irid l-aqwa u l-aħjar għall-ħaddiema, għas-sidien tan-negozji ż-żgħar u medji, għas-self employed u għall-familji.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 12-Mar-2016

252 views

Category:

Documents


2 download

DESCRIPTION

Suppliment 'In-Nazzjon' 21/1/2013

TRANSCRIPT

Page 1: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 21 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

20,000 impjieg ġdid f’Malta u Għawdex

Imwettqa miżuri importanti biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità

Muscat mexxa kampanja qalila biex pajjiżna ma jisseħibx fl-Unjoni Ewropeaii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista biex jassigura titjib fid-dħul tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin tul din il-leġiżlatura ħadem biex żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol. 20,000 post ġdid tax-xogħol f’perjodu ta’ ħames snin.

Dawn l-impjiegi ma nħolqux b’kumbinazzjoni, imma grazzi għall-impenn tal-Gvern li jżid l-opportunitajiet tax-xogħol. Konferma ta’ dan hu l-fatt li bejn l-2008 u l-2012 il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista approva aktar minn 130 fabbrika ġdida u estensjonijiet ta’ fabbriki li diġà

F’dawn il-ħames snin il-ħaddiema u l-familji tagħhom gawdew minn dħul akbar, grazzi wkoll għall-fatt li sena wara oħra l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista naqqas għadd ġmielu ta’ taxxi biex il-ħaddiema u l-familji baqgħalhom aktar flus fil-but.

Bejn l-2008 u l-2012, bil-politika għaqlija tal-Gven, inħolqu 20,000 impjieg ġdid.

F’pajjiżna, kuntrarjament għal dak li ġara f’pajjiżi oħra, żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol u biżżejjed jingħad li min iħaddem għamel aktar minn 43,000 talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), biex jimla postijiet tax-xogħol li kien jeħtieġ ħaddiema għalihom.

Il-ħidma tal-Gvern b’mod dirett salvat mal-5,000 impjieg u dan waqt il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2009.

Biex ikompli jtejjeb id-dħul tal-ħaddiema u hekk il-ħaddiema jkollhom aktar flus fil-but, il-Gvern ripetutament ħoloq skemi ta’ għajnuniet finanzjarji diretti u skemi ta’ tnaqqis mill-income

130 fabbrika ġdida u estensjonijiet ta’ fabbriki

hawn f’Malta.L-investiment f’dawn il-fabbriki

jlaħħaq aktar minn €320 miljun. Aktar minn €270 miljun minn dan l-investiment ġdid hu investiment barrani.

Dan kollu jawgura tajjeb u joħloq fiduċja u kuraġġ għall-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom.

Interessanti l-fatt li dan l-investiment qed joħloq aktar minn 3,400 impjieg ġdid fuq tliet snin fil-fabbriki. Dawn l-impjiegi ġodda, fost l-oħrajn, huma fil-fabbriki tal-farmaċija, kożmetika, inġinerija u elettronika u fl-avjazzjoni.

€2,000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema

Matul dawn il-ħames snin li għaddew il-ħaddiema Maltin u Għawdxin kellhom żieda fil-pagi ta’ madwar €2,000

tax għas-self employed, sidien ta’ negozji żgħar u medji, għas-sidien tal-fabbriki u għas-sidien ta’ lukandi u ristoranti biex jinvestu u joħolqu aktar xogħol u impjiegi.

Tul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem u stinka biex kontinwament joħloq aktar xogħol u xogħol bi dħul akbar għall-ħaddiema. Xhieda ta’ dan huma l-industriji l-ġodda li l-Gvern xettel u qed ikabbar f’pajjiżna bħal dawk tal-informatika u t-teknoloġija, is-settur finanzjarju, l-e-gameing u s-settur tal-avjazzjoni.

Grazzi għall-fatt li l-Gvern, b’viżjoni fit-tul, ħoloq l-infrastruttura edukattiva meħtieġa, illum għandna studenti li qed jiggradwaw u jispeċjalizzaw f’diversi oqsma ġodda u darba dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol, id-dħul tagħhom qed ikun akbar.

Dan kollu għaliex anki fil-qasam tax-xogħol il-Gvern irid l-aqwa u l-aħjar għall-ħaddiema, għas-sidien tan-negozji ż-żgħar u medji, għas-self employed u għall-familji.

Page 2: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 21 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

20,000impjieg ġdid

f’Malta u Għawdex

5,000 impjieg salvati

mill-Gvern waqt il-kriżi finanzjarja tal-2009

Fatti u Ċifri

43,000 talba lill-ETc għal postijiet tax-xogħol

41,000persuna ħadu sehem

f’korsijiet ta’ taħriġ organizzati mill-ETc

Mill-Manifest ElettoraliPartit Nazzjonalista

Saħħa tal-aqwa kwalità

15,000 persuna sabu x-xogħol

permezz tal-ETc

Dan kollu l-Gvern kisbu għax dejjem għandu

fiċ-ċentru tal-politika tiegħu l-interessi veri tal-ħaddiema u l-familji biex ikollhom dħul

tajjeb u stil ta’ ħajja tajjeb

Is-servizz tas-saħħa huwa ta’ prijorità assoluta għall-Partit Nazzjonalista. Kull ġurnata li tgħaddi, Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jinvesti miljun ewro kuljum f’saħħtek. Il-Partit Nazzjonalista jrid li int tgawdi ħajtek u tgħix aktar fit-tul ħalli tgawdi l-ħajja u lill-għeżież tiegħek.

Ftaħna ġlieda kontra l-kanċer – li sfortunatament hi marda li tolqot lil ħafna familji – u qegħdin nagħtu l-mediċini għal kontra l-kanċer – fosthom il-Herceptine – b’xejn, filwaqt li qed nibnu sptar ġdid għall-kura tal-kanċer.

Saħħtek tgawdiha aħjar, u tgħix aktar fit-tul, jekk ikollok pajjiż aktar nadif b’ambjent b’saħħtu. Hu għalhekk li matul dawn il-ħames snin ta’ ħidma wettaqna proġetti ta’ spazji miftuħa, biex il-familji jkollhom fejn jistrieħu u jiddevertu f’ambjent nadif u sigur. Fl-istess waqt li investejna f’baħar nadif u trattament tal-ilma tad-drenaġġ, għax dawn ukoll huma parti integrali minn ambjent aktar b’saħħtu u pajjiż aktar nadif. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam tas-saħħa hi l-aqwa servizz tas-saħħa, u mingħajr ħlas, biex int u wliedek tgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar, tgawdu saħħitkom u tgħixu aktar fit-tul.

Għalhekk, inwegħduk li l-politika tas-saħħa tagħna tkun mibnija fuq il-prinċipji li ġejjin:• Li int ikollok l-aqwa servizz tas-saħħa

possibbli;• Li int tibqa’ ma tħallasx għas-servizz tas-

saħħa, u u għal dan il-għan nagħtu prijorità lil dan is-settur fuq setturi oħrajn;

• li l-prevenzjoni u l-kura primarja jkunu prijorità

• Li fejn possibbli nżidu aktar mediċini b’xejn;• Li jkollok Spiżerija tal-Għażla Tiegħek viċin

id-dar tiegħek;• Li nkomplu nraħħsu l-prezzijiet tal-

mediċini;

• Li jkollok ċentru ġdid f’Mater Dei għall-kura tal-marda tal-kanċer;

• Li jkollok sptar ġdid għar-riabilitazzjoni;• Li nkomplu nżidu t-taħriġ għall-

professjonisti tas-saħħa, mhux biss qabel ma jiggradwaw, iżda anki matul il-karriera tagħhom;

• Li nkomplu dejjem innaqqsu d-dewmien biex tagħmel operazzjoni;

• Li jiżdiedu t-testijiet u servizzi fil-komunità biex int ikollok dejjem aktar servizzi viċin fejn toqgħod;

• Li ninċentivaw finanzjarjament min iżomm l-anzjani fil-komunità;

• Li ngħinu lill-għaqdiet tal-volontarjat li jniedu programmi biex l-anzjani fil-komunità jsibu għajnuna u wens;

• Li nkomplu bl-investimenti fi djar ġodda għall-anzjani, kemm bħala gvern, iżda bil-wisq aktar billi nixtru aktar faċilitajiet mill-privat jew billi nidħlu bis-sħab mal-privat;

• Inkomplu nkattru u nsaħħu s-servizzi tal-kura għas-saħħa mentali fil-komunità, filwaqt li nkomplu bl-iżvilupp li qed nagħmlu fis-servizzi tas-saħħa mentali fl-isptarijiet tagħna;

• Inġeddu u nifirxu l-wesgħa tas-servizzi tas-saħħa biex ikunu dejjem iżjed inklużivi lejn dawk li għandhom xi mard kroniku jew diżabbiltà;

• Inkomplu ninvestu fi programmi tal-prevenzjoni, mhux l-inqas fejn tidħol il-marda tal-kanċer – aktar minn 150 familja permezz ta’ programm tal-prevenzjoni għandhom lil xi ħadd li għeleb il-kanċer tas-sider;

• Inkomplu nsaħħu l-kampanji tat-tilqim biex innaqqsu l-mard li jista’ jiġi evitat qalb dawk l-aktar vulnerabbli;

• Inkomplu nippromwovu kampanji varji dwar x’tip ta’ ikel jagħmel il-ħsara u li għandu jiġi evitat jew kontrollat.

L-għan: Saħħtek għal qalbna, u għal saħħtek, il-Partit Nazzjonalista se jkompli jinvesti kuljum, b’għażliet responsabbli

Page 3: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 21 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemGħall-familja Maltija, l-anzjani għandhom post speċjali. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wkoll iqis lill-anzjani speċjali u f’din il-leġiżlatura imbarka fuq inizjattivi biex sakemm ikun possibbli l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità

Kontribut siewiIllum li qegħdin ngħixu f’ħajja differenti ħafna minn dik li wieħed kien imdorri fiha qabel, importanti li kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu fis-soċjetà.

Ma nistgħux nippermettu li xi ħadd li jista’ jagħti kontribut fis-soċjetà, dan ma jagħmlux. Kulħadd għandu sehem x’jagħti. Il-mentalità li ħakmitna fejn in-nisa jibqgħu d-dar, hi xi ħaġa tal-passat u issa hawn ħafna aktar nisa li jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Din hi xi ħaġa tajba ħafna u l-Gvern ħaqqu kull tifħir.

Dan bis-saħħa tal-ippjanar tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li ra kif jagħti ferm aktar inċentivi biex persuna terġa’ tidħol fid-dinja tax-xogħol. Ovvjament dan kollu jġib numru ta’ vantaġġi kemm għall-individwu kif ukoll għall-familja tal-persuna b’mod globali.

Kwalità ta’ ħajja aħjarIl-familja hi l-għożża tas-soċjetà u dan narawh min-numru kbir ta’ inċentivi li l-Gvern għamel biex kemm nisa li jaħdmu jew oħrajn li qatt ma ħadmu, wara li jkabbru l-ulied jerġgħu jidħlu, jew jidħlu għall-ewwel darba, fid-dinja tax-xogħol, li forsi hi differenti minn dik li kienu mdorrijin biha meta kienu nisa tad-dar.

Meta l-familja jkollha żewġ persuni li jaħdmu, il-paga se tkun aħjar u l-kwalità tal-ħajja tal-koppja, bit-tfal jew mingħajrhom, żgur li se titjieb anke minħabba li jistgħu jagħmlu attivitajiet li mhumiex imdorrijin bihom is-soltu meta kienu b’paga waħda.

Li persuna li ma kinitx taħdem jew waqfet u terġa’ tidħol fid-dinja tax-xogħol, ikollha l-ewwel sena bla taxxa, hu inċentiv ikbar biex dak li jkun jagħmel dan il-pass kuraġġuż.

Diversi benefiċċji li jistennewhomDawk il-familji li jagħżlu li jkollhom it-tfal għandhom numru ta’ vantaġġi, kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-ulied li jkunu għadhom kemm ġew fid-dinja. Niftakar li l-Gvern kien ħabbar żieda fil-leave tal-ġenituri biex dawk il-ġenituri li jaħdmu jkunu jistgħu jgawdu lil uliedhom u wliedhom lilhom, f’wieħed mill-aktar żminijiet importanti meta dawn għandhom bżonnhom.

Mill-banda l-oħra, dawk kollha li jagħżlu li jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol għandhom numru ta’ benefiċċji jistennewhom u dawn għamluha possibbli biex jinkiseb suċċess kbir f’dan il-qasam.

Ovvjament wieħed ma jridx jinsa ċ-children’s allowances li l-Gvern jagħti għal kull wild biex ikompli jgħin lill-familji fit-trobbija tat-tfal u fl-ispejjeż li dawn iġibu magħhom matul din il-fażi.

Soċjetà b’saħħithaIr-rwol tal-mara llum fis-soċjetà m’għadux biss dak li toqgħod id-dar, tnaddaf u sajjar. Sar għandha rwol aktar progressiv u aktar dinamiku tant li ħafna nisa qegħdin jagħżlu li jidħlu fid-dinja tax-xogħol f’karrieri differenti u professjonali li jrendu tajjeb.

Is-soċjetà tgħaddi minn sfidi differenti matul is-snin u dawn tegħlibhom biss meta jkollok soċjetà b’saħħitha, b’ammont kbir ta’ nies li jaħdmu u li jagħtu l-kontribut tagħhom b’mod attiv.

Il-Gvern għaraf li jagħmel dan billi matul dawn l-aħħar snin, kważi f’kull baġit li fassal, ra kif jerġa’ jinkoraġġixxi lin-nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol kemm billi naqqas it-taxxa iżda wkoll billi għen u refa’ l-piż mal-imprenditur biex żdied il-leave tal-maternità u wkoll bi bdil tal-liġi f’numru ta’ oqsma fejn tidħol iż-żamma tal-impjieg ta’ dik il-mara li toħroġ tqila.

Kwalità ta’ ħajja aħjarIl-familja hi l-għożża tas-soċjetà u dan narawh min-numru kbir ta’ inċentivi li l-Gvern għamel biex kemm nisa li jaħdmu jew oħrajn li qatt ma ħadmu, wara li jkabbru l-ulied jerġgħu jidħlu, jew jidħlu għall-ewwel darba, fid-dinja tax-xogħol, li forsi hi differenti minn dik li kienu mdorrijin biha meta kienu nisa tad-dar.

Meta l-familja jkollha żewġ persuni li jaħdmu, il-paga se tkun aħjar u l-kwalità tal-ħajja tal-koppja, bit-tfal jew mingħajrhom, żgur li se titjieb anke minħabba li jistgħu jagħmlu attivitajiet li mhumiex imdorrijin bihom is-soltu meta kienu b’paga waħda.

Li persuna li ma kinitx taħdem jew waqfet u terġa’ tidħol fid-dinja tax-xogħol, ikollha l-ewwel sena bla taxxa, hu inċentiv ikbar biex dak li jkun jagħmel dan il-pass kuraġġuż.

JoSePh AbelA

ĠorĠINa BorGIS-SIĠĠIewI

MaryaNNe TedescoIl-FurJaNa

ryaN MuScatĦaż-żeBBuĠ

Mary cachIaIl-FurJaNa

Page 4: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 21 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

aktar opportunitajiettax-xogħol bi dħul akbar għall-ħaddiema

Wara snin ta’ studju u taħriġ iż-żgħażagħ, ippreparati tajjeb għad-dinja tax-xogħol,

jidħlu bi ħġarhom fis-suq tax-xogħol bi dħul tajjeb biex hekk ikunu jistgħu jkomplu jfasslu

l-futur tagħhom u tal-familja tagħhom

Hu biss il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li jiggarantixxi l-finanzi fis-sod u hekk jassigura xogħol u xogħol aħjar, b’pagi tajbin u allura bi dħul akbar għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin

Matul dawn il-ħames snin ta’ ħidma l-Gvern immexxi mill-Partit

Nazzjonalista ħoloq 20,000 impjieg ġdid u llum għandna l-akbar numru ta’ nies

jaħdmu li qatt kellna fil-gżejjer Maltin

Page 5: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 21 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Hu biss il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li jiggarantixxi l-finanzi fis-sod u hekk jassigura xogħol u xogħol aħjar, b’pagi tajbin u allura bi dħul akbar għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin

F’dawn il-ħames snin pajjiżna mexa ħafna ‘l quddiem u saru u qed isiru għadd

ġmielu ta’ proġetti li fihom infushom huma turija ta’ fiduċja fil-politika tal-Partit

Nazzjonalista fil-Gvern li għaraf joħloq l-opportunitajiet f’diversi oqsma tal-ħajja

Page 6: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 21 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

l-uNIKa VIżJoNI ta’ MuScat hI l-Poter INNIFSu(dehret għall-ewwel darba: il-mument 05.08.12 waqt l-Olimpjadi ta’ Londra)

Muscat jispira ruħu minn Mario Vella li ħa l-formazzjoni akkademika tiegħu f’università Komunista fil-Ġermanja tal-Lvant waqt li kien jimmilita fil-Partit Komunista Malti. Matul it-tmexxija ta’ Alfred Sant, Mario Vella kien il-President tal-Labour Party. Muscat studja taħt Mario Vella li hu meqjus bħala Xellugi estrem

Muscat mexxa l-kampanja tal-Partit Laburista kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea u sejjaħ is-sħubija bħala ‘Is-Salib tal-Millennju’. Wara s-sħubija, erħielha lejn Brussell u Strasbourg jokkupa siġġu li qatt ma ried li xi Malti jkollu fil-Parlament Ewropew

Fid-diskors tiegħu dwar il-budget għall-2011, fl-1 ta’ Novembru 2010, Muscat qal li “l-paga minima mhix biżżejjed biex familja tgħix b’mod diċenti.” F’Settembru li għadda laqqa’ Kungress tal-Partit Laburista li l-unika deċiżjoni sostanzjali li ħa kienet li Gvern Laburista ma jgħollix il-paga minima

l-ispiratur u għalliem ta’ Muscat, Mario Vella,

Xellugi estrem li fforma ruħu f’università Komunista

fil-Ġermanja tal-lvant meta din kienet għadha teżisti

Page 7: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 21 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Il-Partit Nazzjonalista għadu kemm ippubblika d-dokument ta’ viżjoni tiegħu, il-Manifest Elettorali, li fuqu se jkunu mibnijin il-proposti tal-programm elettorali. X’għamel b’hekk il-Partit Nazzjonalista hu li fassal il-bażi tal-programm tiegħu.

Dan hu importanti. Il-ħitan ta’ dar tpoġġihom fuq pedament. Bid-dokument ta’ viżjoni tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed jgħid lil kulħadd x’jemmen. Għax fuq dak li jemmen irid jgħid x’se jagħmel.

Dan hu f’kuntrast mal-Labour Party li – anke waqt li ħiereġ bi proposti li ma’ kull jum li jgħaddi jidhru dejjem aktar it-toqob fihom – xorta ma nafux fuq xiex inhuma bbażati jew xi twemmin għandu llum il-Labour Party ta’ Muscat. Donnu li l-Labour illum ma jemmen f’xejn ħlief fil-poter.

Programm għal futur fis-sod fl-oqsma ewlenin mibni fuq viżjoni fis-sod

Kull bniedem kmand tad-destin tiegħuIl-Partit Nazzjonalista jemmen li kull bniedem għandu jkollu f’idejh kemm jista’ jkun mid-deċiżjonijiet li jaffettwawh. Il-Partit Nazzjonalista la jrid jindaħal fid-deċiżjonijiet ekonomiċi li wieħed jagħmel u wisq anqas fid-deċiżjonijiet dwar relazzjonijiet personali u stili ta’ ħajja.

l-għażla u l-inizjattiva privataHu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fl-għażla, fl-inizjattiva privata u personali, fit-tnaqqis tat-taxxi u fit-tnaqqis tal-indħil tal-Gvern.

Dan ma jgħoddx biss għall-qasam tal-ekonomija – fejn taħdem, x’taħriġ tieħu, x’tagħmel bi flusek, kif tonfoqhom jew fejn tinvestihom – imma wkoll f’kull qasam ieħor.

Sħubija mal-privat fl-għoti ta’ servizz tajjebFl-edukazzjoni u fis-saħħa, il-Partit Nazzjonalista jara li l-Gvern jipprovdi l-aħjar servizz waqt li jidħol fi sħubija ma’ skejjel tal-Knisja, istituzzjonijiet u kliniċi privati biex jipprovdi servizzi fi sħubija magħhom. Hu b’dan li mal-Partit Nazzjonalista, rajk tassew f’idejk u inti kmand tad-destin tiegħek.

Illum il-Gvern iħallas il-pagi tal-LSAs fl-iskejjel kollha, anke tal-Knisja u dawk indipendenti, biex kull student jieħu l-edukazzjoni tiegħu fil-qalba tas-sistema u mhux imwarrab. U fis-saħħa; kliniċi privati llum joffru servizzi b’xejn imħallsin mill-Gvern.

Gvern sieħeb mhux sidFejn hemm deċiżjonijiet li jridu jittieħdu b’mod kollettiv flimkien, il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-aħjar jittieħdu

fl-eqreb livell ta’ min se jkun l-aktar interessat fihom. U fejn irid bilfors jidħol l-Istat, il-Gvern għandu jagħmel dan flimkien mas-soċjetà ċivili u l-għaqdiet involuti.

Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Gvern għandu jkun sieħeb, mhux sid. U dan iwettqu bil-parteċipazzjoni wiesgħa li għandna fis-soċjetà tagħna llum ta’ għaqdiet volontarji, unions u għaqdiet ta’ min iħaddem.

l-edukazzjoni u x-xogħol bħala għodod ta’ inklużjoni Id-dikjarazzjoni ta’ valuri tal-Partit Nazzjonalista titkellem dwar is-solidarjetà, it-tolleranza u l-ħolqien ta’ nazzjon wieħed li fih il-Gvern jinċentiva lil kulħadd biex javanza speċjalment bl-edukazzjoni u bl-opportunitajiet ta’ impjiegi. It-taħriġ u x-xogħol, flimkien mas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja,

huma valuri fihom infushom u għodod ta’ solidarjetà u inklużjoni.

Meta nitkellmu dwar 20,000 impjieg ġdid f’ħames snin, 20,000 student fl-edukazzjoni ogħla, 20,000 gradwat f’ħames snin, 45,000 operazzjoni kull sena, 1,300 mediċina b’xejn lil 100,000 ruħ ma nkunux qed nitkellmu fuq numri imma fuq inizjattivi tal-Gvern li jġibu lil dawn l-eluf kbar ta’ Maltin u Għawdxin fil-qalba tas-soċjetà tagħna u jgħinuhom javanzaw.

Viżjoni li hi bażi soda għal programm siewiHemm ferm aktar fil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li fuqha qed jinbena l-programm elettorali tiegħu milli tista’ ssemmi f’editorjal. Imma, fuq kollox, hemm il-fatt li mal-Partit Nazzjonalista taf fejn qiegħed għax taf x’jemmen.

Manifest ElettoraliPartit NazzjonalistaelezzJoNI ĠeNeralI 2013

Page 8: €2000 żieda fil-pagi tal-ħaddiema - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 21 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“Il-politika tagħna għandha fiċ-ċentru tagħha lill-ħaddiema u l-familji tagħhom u għalhekk tul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura ħdimna biex ħloqna x-xogħol u tejjibna d-dħul tal-ħaddiema. Dan l-impenn inkompluh u ħidmietna jkomplu jaspiraw fiduċja u kuraġġ għall-ħaddiema Maltinu l-familji tagħhom.”

- Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi