5 6 7 8 it -tieni sena il malti (il qari u l kitba) il-...paġna 2 minn 12 il-malti – il-qari u...

12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba It-Tieni Sena tas-Sekondarja L 7-8 2016 Paġna 1 minn 12 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2016 IT-TIENI SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-Isem u l-Kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: _______________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati jar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 10 Il-Fehim Mis-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Taqsima A B Ċ1 Ċ2 Ċ3 D1 D2 TOTAL Marka 14 10 10 10 10 8 18 80 Marka tal-Istudent/a Kummenti: ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ IL-LIVELLI 7 8

Upload: others

Post on 22-Jun-2021

13 views

Category:

Documents

0 download

TRANSCRIPT

Page 1: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2016

IT-TIENI SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-Isem u l-Kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: _______________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati

aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 10

Il-Fehim Mis-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Taqsima A B Ċ1 Ċ2 Ċ3 D1 D2 TOTAL

Marka 14 10 10 10 10 8 18 80

Marka

tal-Istudent/a

Kummenti:

___________________________________________________________________________________

IL-LIVELLI

7 – 8

5 – 6 – 7 – 8

Page 2: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016

IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.

Lilek David

David, tiftakar meta kont iżgħar? Il-ħajja kienet sabiħa u mimlija paċi. L-iżgħar affarijiet kienu

jroddulek tbissima. Kont tifraħ bi fjura li tara tielgħa

ħelwa mill-qasrija li żera’ n-nannu, bil-qawwa tar-riħ

ittajjarlek it-tajra l-vjola li konna għamilna flimkien

mal-mamà u bil-ħoss tal-baħar isejjaħlek meta fuq

ix-xtajta kont issib xi bebbuxu vojt u kont tagħmlu ma’

widnejk. (par. 1)

Niftakar li meta kont iżgħar, kont tifraħ meta tinqalagħlek

xi sinna u b’ġirja waħda arak tqegħedha taħt l-imħadda

biex matul il-lejl, tiġi l-fatatina tas-snien u tħallilek xi

ewro jew tnejn. Min jaf kemm-il ittra ktibna flimkien lil

Santa Klaws biex tgħarrfu bir-rigali li tixtieq. Ħdejn

is-sinna taħt l-imħadda, dejjem sibt il-flus għall-karus.

Ir-rigali dejjem sibthom taħt is-siġra tal-Milied avolja ġieli biex xtrajnihomlok, qgħadna neqsin aħna.

Dak iż-żmien, David, kont titbissem, kont tkellimna, kont tqatta’ l-ħin magħna. (par. 2)

Għadda ż-żmien u nbdilt. M’għadekx l-istess. Ħin magħna m’għadekx tqatta’. Kif tiġi mill-iskola fis

titla’ fuq, tagħlaq il-bieb u toqgħod fil-kamra tiegħek. Xtaqt laptop u Playstation, xtrajnihomlok. Iżda

qisek kuntentizza m’għadx għandek. Fejn hu dak iż-żmien David, meta kont tiġi fi ħdani u tgħannaqni,

jew meta lill-mamà kont tfaqqgħalha xi bewsa fuq ħaddejha wara li tkun sajritlek, b’tant imħabba u

wara ġurnata xogħol, xi platt għaġin favorit? (par. 3)

David, nifhmu li issa għandek tlettax-il sena. Nifhmu wkoll li qed tikber u li trid il-ħin għalik u għal

sħabek, iżda nitolbok, li ma’ dan kollu tipprova ssib ftit ħin għalina wkoll. Kultant waqt li qed nieklu,

ħallik mill-mowbajl jew mit-tablet u tkellem ftit magħna. Kultant, qabel tissuppervja u tirrabja li ma

tridx tiekol għax ħiereġ, agħti bewsa ’l ommok. Tibżax, lili m’hemmx għalfejn tagħtini tgħanniqa għax

nifhem li issa qed tikber, imma li tiġi ħdejja xi kultant u ngħidu kelmtejn, għalija dawk il-waqtiet jiswew

mitqlu deheb. Inħobbuk David u tinsiex, li qatt m’int kbir biżżejjed biex turi mħabbtek lejn il-ġenituri

tiegħek. (par. 4)

Missierek

Page 3: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 Paġna 3 minn 12

Taqsima A. Il-Fehim Mill-Qari (14-il marka)

Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.

1. X’jismu t-tifel għal min inkitbet din l-ittra u min qed jiktibhielu? (par. 1)

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

2. Semmi t-tliet affarijiet li skont l-awtur kien jifraħ bihom dan it-tifel meta kien iżgħar. (par. 1)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________ (3 marki)

3. Għaliex it-tifel meta jaqla’ sinna kien imur iqegħedha taħt l-imħadda? (par. 2)

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

4. X’ried ifisser il-missier meta qal, “avolja ġieli biex xtrajnihomlok, qgħadna neqsin aħna”? (par. 2)

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

5. Il-missier isemmi żewġ eżempji tal-mod kif inbidel ibnu. Semmi dawn iż-żewġ eżempji. (par. 3)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

6. Issa li dan l-iben għandu tlettax-il sena, x’setgħu jifhmu l-ġenituri? (par. 4)

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

7. X’talab il-missier lil ibnu biex jagħmel, waqt li jkunu qed jieklu u lil ommu meta tippreparalu l-ikel

u hu jibda jissuppervja u jirrabja għax ikun ħiereġ ma’ sħabu? (par. 4)

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

8. Għaliex taħseb li l-missier għalaq din l-ittra b’din is-sentenza, “Inħobbuk David u tinsiex, li qatt

m’int kbir biżżejjed biex turi mħabbtek lejn il-ġenituri tiegħek”? (par. 4)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

9. Spjega skont il-kuntest xi tfisser il-frażi: “L-iżgħar affarijiet kienu jroddulek tbissima”. (par. 1)

_________________________________________________________________________ (marka)

10. Spjega skont il-kuntest xi tfisser l-idjoma, “għalija dawk il-waqtiet jiswew mitqlu deheb”. (par. 4)

_________________________________________________________________________ (marka)

___

14

Page 4: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016

Taqsima B. Il-Grammatika (10 marki)

1. Mill-ewwel paragrafu sib eżempju ta’ aġġettiv

li qiegħed fis-superlattiv.

(marka)

______________________________________

2.

Sib u niżżel il-verb li qiegħed fil-forma

ewlenija f’din il-frażi: “għamilna flimkien

mal-mamà...” (par. 1)

(marka)

______________________________________

3. Immarka jekk il-verb mogħti huwiex trilitteru

jew kwadrilitteru: “tinqalagħlek” (par. 2)

trilitteru

(marka)

kwadrilitteru

4. Aqleb il-verbi ta’ din is-sentenza fil-plural

(intom): “kont tqatta’ l-ħin magħna” (par. 2)

(marka)

______________________________________

5.

Għal xiex qed jirreferi l-missier bil-pronom

mehmuż hom fil-verb “xtrajnihomlok”

(par. 2)?

(marka)

______________________________________

6. Oħroġ nom verbali minn: “tagħlaq” (par. 3)

______________________________ (marka)

7.

Agħti l-għerq ta’ dawn li ġejjin:

7a. “nifhmu” (par. 4)

7b. “ssib” (par. 4)

7ċ. “agħti” (par. 4)

7d. “tikber” (par. 4)

7a. ___________________________ (½ marka)

7b. ___________________________ (½ marka)

7ċ. ___________________________ (½ marka)

7d. ___________________________ (½ marka)

8. Uża l-pronomi mehmużin biex tqiegħed dil-

frażi f’kelma waħda: “tagħtini tgħanniqa” (par. 4)

(marka)

______________________________________

9.

Qiegħed il-frażi mmarkata fl-istat kostrutt:

Din hija ittra dwar l-imħabba tal-ġenituri

lejn binhom David.

(marka)

______________________________________

______________________________________

___

10

Page 5: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 Paġna 5 minn 12

Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)

Ċ1. Il-Poeżija (Nadriet 2 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)

I. Dawn huma żewġ strofi mill-poeżija Ballata ta’ Rużar Briffa.

Bkew il-qniepen l-aħħar bikja,

sellmu ’l-Omm tal-Ġnus, Marija;

ħeffu l-medda ta’ riġlejhom

lejn id-dwejra n-nies Maltija.

Hawnhekk waħdek x’qed tistenna,

ta’ Provenza bin imqit?

X’ressqek hawn fil-ħemda, id-dalma

x’se tistorlok, kbir għafrid?

a. Mill-istrofi t’hawn fuq, sib u ikteb eżempju ta’ personifikazzjoni.

__________________________________________________________________________ (marka)

b. Ikteb x’effett ried joħloq il-poeta b’din il-figura tad-diskors: “Bkew il-qniepen”.

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (2 marki)

ċ. Għal min qed jirreferi l-poeta meta jikteb “kbir għafrid”?

__________________________________________________________________________ (marka)

d. X’sehem għandu dan fil-poeżija? ______________________________________________ (marka)

e. X’effett ried joħloq il-poeta bil-mistoqsijiet rettoriċi?

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (2 marki)

II. Aqra din is-silta meħuda mill-poeżija Il-Barri ta’ Ġorġ Pisani u wara wieġeb il-mistoqsijiet.

Il-barri raqad raqda

Għax ħassu wisq għajjien:

Ħolom għelieqi kbar mimlija ħdura,

Fejn jirgħaw bhejjem ta’ kull għamla u sura

Li kollha hienja taħt ix-xemx bla qies

Jirfsu b’riġlejhom xkejjer kbar tal-ġwież;

Sakemm min-nagħsa mnejn ħa ftit mistrieħ

Qajmitu r-rifsa ...

_____

30

Page 6: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016

a. Ta’ min kienet “ir-rifsa” li qajmet lill-barri? ______________________________________ (marka)

b. B’liema mod huwa ppersonifikat il-barri f’din is-silta?

_________________________________________________________________________ (marka)

ċ. X’effett joħloq il-poeta b’din il-pesonifikazzjoni?

_________________________________________________________________________ (marka)

Ċ2. In-Novelli (Arja Friska 2: Antoloġija ta’ Novelli) (10 marki)

Agħżel TNEJN minn dawn li ġejjin u weġibhom fl-ispazju ta’ taħt.

I. FULU U SKARTOĊĊ ta’ Paul P. Borg

a. Imma issa l-biċċa kienet li, la x-xiħ miet, ma kienx hemm aktar min iħares il-ħin kollu lejn

l-għalqa. Semmi bidla waħda li saret fl-għalqa wara l-mewt tax-xiħ.

_________________________________________________________________________________________ (marka)

b. Taħseb li t-tfal li jissemmew fin-novella kellhom għal qalbhom l-ambjent? Għaliex?

_________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________________ (2 marki)

ċ. X’messaġġ ried iwassal l-awtur meta fi tmiem in-novella l-karattru prinċipali jintefa’ jaqra l-faċċata

tal-ambjent fuq il-gazzetta tal-Ħadd?

_________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________________ (2 marki)

II. ID-DILEMMA TA’ SARA ta’ Nora Macelli

a. Hekk kif Sara lemħet il-linja twila ta’ trakkijiet ħodor skuri tal-armata, fittxet għaġġlet il-pass.

Minn fejn kienet għaddejja Sara?

_________________________________________________________________________________________ (marka)

b. Meta għalqet it-tapp, semgħet bħal tħaxwix qalb il-lellux quddiemha... Ma rat u ma semgħet

xejn għajr liż-żiemel jonfor... Min kien fil-fatt mistoħbi fl-għalqa?

_________________________________________________________________________________________ (marka)

ċ. Fihom lemħet biss l-umanità tiegħu u mistoqsija kbira u siekta: xi ddeċidejt?

Xi ddeċidiet li tagħmel fl-aħħar Sara?

_________________________________________________________________________________________ (marka)

Page 7: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 Paġna 7 minn 12

d. Taħseb li d-deċiżjoni li ħadet Sara fi tmiem in-novella kienet waħda għaqlija? Għaliex?

_________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________________ (2 marki)

III. WILD MIFXUL ta’ Lino Spiteri

a. Ma kienx jifhem għaliex waqt tvenvin qawwi barra għalkemm riħ m’hemmx, ommu trossu

magħha fl-umdità ta’ għar taħt l-art.

Fejn taħseb li kien dan il-post u għaliex kellhom joqogħdu fih?

_________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________________ (2 marki)

b. X’valur tgħallem missier it-tifel mingħand l-Ingliżi u kif kien jipprattikah it-tifel?

_________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________________ (2 marki)

ċ. Għolla wiċċu maħsud: sab tlett itfal mill-klassi tiegħu jħarsu fissi lejh, bejn żorri u bejn

jiddieħku... Bħal kelb irrabjat qabeż ’il barra minn qoxortu lejn dak it-tifel.

Għaliex sħabu għamlulu hekk u x’għamlilhom it-tifel?

_________________________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________________ (marka)

IV. L-GĦOLJA TAD-DEHEB U TAT-TEŻORI ta’ Ġorġ Pisani

a. Żabbetta bdiet iċċapċap bil-ferħ. Iżda Sidor kien pront sikkitha u wissieha biex iżżomm kollox

mistur.

Għaliex Żabbetta ġabet ruħha hekk?

_________________________________________________________________________________________ (marka)

b. Skont dak li qrajt fl-istorja, kif tiddiskrivih lis-Sur Pupull?

_________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________________ (2 marki)

ċ. Għaliex il-Gran Mastru bagħat għas-Sur Pupull biex imur Malta u fejn kellu jispiċċa s-Sur Pupull?

_________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________________ (2 marki)

Page 8: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016

Ċ3. Ir-Rumanz (Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta ta’ Trevor Żahra) (10 marki)

“Hi ddominat din id-dar u issa hi u d-dar saru ħaġa waħda. Tgħallmu kif jodjawna u

jitħallsu minna. U int, givanotto ... int attenzione, għax jekk għadek m’intix mejjet

dalwaqt jeqirduk ... Jirrovinawk kif għamlu lili u lill-povero Pacifico.”

Din hija parti mill-konverżazzjoni li kellu Toni mal-Markiż.

1. F’liema kamra kien joqgħod il-Markiż? _________________________________________ (marka)

2. Għal min kien qed jirreferi l-Markiż met qal: “Hi ddominat din id-dar u issa hi u d-dar saru ħaġa

waħda” f’din il-konverżazzjoni? __________________________________ (marka)

3. Il-Markiż semma lil Paċifku. Minn xiex kien jibża’ dan? ____________________________ (marka)

4. Kif kien miet il-Markiż? _____________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (2 marki)

5. Għaliex il-Markiż beda jibża’ li lil Toni għad jeqirduh? ____________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

6. Li kieku kont minflok Toni, liema fost in-nanniet tiegħu taħseb li kont tmur tajjeb miegħu/magħha u

għid għaliex. (Ikteb madwar 60 kelma.)

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (4 marki)

Page 9: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 Paġna 9 minn 12

Taqsima D. Il-Kitba (26 marka)

D1. Il-Kitba Komunikattiva (8 marki)

Agħżel waħda minn Di JEW Dii.

Di. Ikteb bijografija ta’ madwar 40-60 kelma dwar xi personalità Maltija.

JEW

Dii. Ikteb bijografija ta’ madwar 40-60 kelma dwar xi personalità internazzjonali.

Immarka n-numru u l-ittra tal-mistoqsija magħżula Di Dii

26

Page 10: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016

D2. Il-Komponiment (18-il marka)

Agħżel WIEĦED mit-titli li ġejjin u ikteb komponiment ta’ madwar 250 kelma fuqu fil-linji pprovduti.

1. Darba waħda fil-kamra ta’ fuq il-bejt

2. Gżira immaġinarja

Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (Ma jingħatawx marki għall-pjan.)

Immarka n-numru tal-komponiment magħżul 1 2

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Page 11: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 Paġna 11 minn 12

Page 12: 5 6 7 8 IT -TIENI SENA IL MALTI (Il Qari u l Kitba) IL-...Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016 IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tieni Sena tas-Sekondarja – L 7-8 – 2016

TMIEM IL-KARTA