8//( ¤ ¤ 6$1 %(1(',778 0dund 6nrod … · .xooh ¥ ¥ 6dq %hqhglwwx 3d ¥qd plqq g 6smhjd j...

10
Kulleġġ San Benedittu Paġna 1 minn 10 Marka KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – 2015/2016 Livelli 5 sa 8 IT-TIENI SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL-ĦIN: 1hr 30 min L-isem u l-kunjom: Il-klassi: Wieġeb il-mistoqsijiet kollha u ikteb ċar. Din hija lista ta’ kliem ġeografiku użat f’din il-karta tal-eżami u t-tifsira tiegћu bl-Ingliż: Qalba interna tad-dinja Inner Core Il-Qalba esterna tad-dinja Outer Core Il-Mantell Mantle Il-Qoxra tad-dinja Crust Il-Kurrenti Konvezzjonali Convection Currents Muntanji mmewġa Fold Mountains Vulkan attiv Active Volcano Vulkan estint Extinct Volcano Pjattaforma tettonika Plates / Tectonic Plates Truf tal-pjattaforma tettonika Plate Boundary Bokka prinċipali Crater Pajp sekondarju Secondary vent Pajp principali Main vent Ħawt tal-magma Magma Chamber Sћaba piroklastika Pyroclastic flow Nixxigћa tal-lava Lava flow Munġbell sekondarju Secondary Volcanic cone Epiċentru Epicenter Punk fokali Focus Replika ta’ terremot Aftershock Mewġ siżmiku Seismic waves Terremot Earthquake Evaporazzjoni Evaporation Preċipitazzjoni Precipitation Kondensazzjoni Condensation Traspirazzjoni Transpiration Ilma ġieri Surface water / Run-off Ilma tal-Pjan / Ilma ta’ taћt l-art Underground water / Water Table

Upload: duongdang

Post on 30-Jul-2018

215 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Kulleġġ San Benedittu Paġna 1 minn 10

Marka KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – 2015/2016

Livelli 5 sa 8

IT-TIENI SENA IL-ĠEOGRAFIJA IL-ĦIN: 1hr 30 min

L-isem u l-kunjom: Il-klassi: Wieġeb il-mistoqsijiet kollha u ikteb ċar. Din hija lista ta’ kliem ġeografiku użat f’din il-karta tal-eżami u t-tifsira tiegћu bl-Ingliż:

Qalba interna tad-dinja Inner Core Il-Qalba esterna tad-dinja Outer Core Il-Mantell Mantle Il-Qoxra tad-dinja Crust Il-Kurrenti Konvezzjonali Convection Currents Muntanji mmewġa Fold Mountains Vulkan attiv Active Volcano Vulkan estint Extinct Volcano Pjattaforma tettonika Plates / Tectonic Plates Truf tal-pjattaforma tettonika Plate Boundary Bokka prinċipali Crater Pajp sekondarju Secondary vent Pajp principali Main vent Ħawt tal-magma Magma Chamber Sћaba piroklastika Pyroclastic flow Nixxigћa tal-lava Lava flow Munġbell sekondarju Secondary Volcanic cone Epiċentru Epicenter Punk fokali Focus Replika ta’ terremot Aftershock Mewġ siżmiku Seismic waves Terremot Earthquake Evaporazzjoni Evaporation Preċipitazzjoni Precipitation Kondensazzjoni Condensation Traspirazzjoni Transpiration Ilma ġieri Surface water / Run-off Ilma tal-Pjan / Ilma ta’ taћt l-art Underground water / Water Table

Kulleġġ San Benedittu Paġna 2 minn 10

1. Ħares lejn Disinn 1 li juri l-istruttura tad-dinja minn ġewwa u wieġeb dawn il-mistoqsijiet. (Total: 15-il marka)

a. Immarka is-saffi tad-dinja b’dawn li ġejjin fil-post it-tajjeb: (4 marki)

b. Immarka billi tpinġi fuq Disinn 1 fil-post it-tajjeb fejn jinsabu il-kurrenti konvezzjonali. (2 marki)

c. Għal kull deskrizzjoni, niżżel għal liema saff qed jirreferi. Agħżel mis-saffi tad-dinja

msemmija hawn fuq. (5 marki) Deskrizzjoni Liema saff?

i. Dan is- saff huwa magħmul minn blat solidu bi ħxuna ta’ bejn 5 u 50 km.

ii. Dan is-saff jikkonsisti minn ijonju (iron) u ħadid ieħor (nickel) u huwa l-iktar parti sħun b ’ t e m p e r a t u r i t a ’ m a d w a r 5500ºC.

iii. F’dan is-saff insibu blat maħlul kollu magma. iv. Dan is-saff għandu ħxuna ta’ madwar 2900km

u huwa l-eħxen minn l-erba’ saffi li hemm.

v. Dan is-saff jikkonsisti minn blokok kbar u żgћar li nsejħulhom pjattaformi tettoniċi.

Il-qalba esterna Il-mantell Il-qalba interna Il-qoxra tad-dinja

i ii ii iv

i

ii iii

iv

Disinn 1

Kulleġġ San Benedittu Paġna 3 minn 10

d. Spjega għaliex il-pjattaformi tettoniċi jiċċaqalqu u jikkawżaw terremoti u vulkani. (4 marki)

2. Ħares lejn il-Mappa tal-Mediterran (Disinn 2) u imbagħad niżżel l-ismijiet tal-pajjiżi, vulkani, u l- muntanji mmewġa. (Total: 9 marki)

L-ewwel ittra ta’ kull isem huwa mogћti.

a. Kompli l-isem tal-pajjiżi mmarkati b’dawn l-ittri: T S M

b. Kompli l-isem tal-vulkani indikati b’dawn l-ittri: V E S c. Kompli l-isem tal-muntanji mmewġa indikati b’dawn l-ittri: P A D

S A

T V

S E P

M

D

Disinn 2

Kulleġġ San Benedittu Paġna 4 minn 10

3. Disinn 3 juri meta l- kontinenti kienu magħqudin flimkien u meta kienu iffurmaw art waħda madwar 300 miljun sena ilu. (Total: 4 marki)

a. Ħożż sink taћt il-kelma t-tajba:

i. X’kien jismu dan il-kontinent enormi? (Pangaea, Tethys, Gondwanaland). ii. Bil-qawwa tal-kurrenti konvenzjonali li wasslu għal terremoti qawwija ħafna, qasmu

dan il-kontinent f’żewġ kontinenti Laurasja u (Pangaea, Tethys, Gondwanaland). iii. Dak iż-żmien il-Baħar Mediterran ma kienx jeżisti. Minflok kien hemm oċean magħruf

bħala l-Baħar (Pangaea, Tethys, Gondwanaland). b. Immarka il-pożizzjoni u ikteb l-isem ta’ dan il-baħar antik fuq il-mappa t’hawn fuq.

4. Ħares lejn din il-Mappa t’hawn taħt (Disinn 4) u wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

(Total: 14-il marka)

Disinn 3

Disinn 4

Kulleġġ San Benedittu Paġna 5 minn 10

a. Fuq liema pjattaforma tettonika, jinstabu l-Gżejjer Maltin? (marka)

b. Semmi kontinent wieħed li jinsab fuq l-pjattaforma Indjana? (marka)

c. Spjega għaliex, fiż-żona tal-Mediterran insibu ħafna vulkani attivi u jsiru spiss terremoti? (3 marki)

d. X’tifhem bih vulkan attiv? Agħti eżempju wieħed ta’ vulkan attiv. (3 marki)

e. Niżżel żewġ pajjiżi fil-Mediterran li regolarment jesperjenzaw terremoti? (2 marki)

f. X’jissejħu l-linji mmarkati f’Disinn 4. Agħżel minn billi tagħmel ċirku: (marka)

g. Fil-Mediterran nsibu l-muntanji mmewġa. Ħares lejn Disinn 5 u spjega kif iffurmaw

dawn il- muntanji mmewġa? (3 marki)

i Muntanji iii Truf ta’ pjattaformi tettoniċi ii Xmajjar iv Toroq

Disinn 5

Kulleġġ San Benedittu Paġna 6 minn 10

5. Ġewwa Vulkan issib fatturi fiżiċi differenti. (Total: 16-il marka) a. Pinġi disinn biex turi kif vulkan jidher minn ġewwa. (2 marki) b. Ikteb dan il-kliem li juru uћud mill-fatturi fiżiċi ta’ ġewwa vulkan fil-post it-tajjeb fid-

disinn. (8 marki)

c. Qabbel Kolonna A ma Kolonna B. (6 marki)

Kolonna A Kolonna B i. Nixxigħa tal-lava Valanga ta’ rmied, ħaffiefa, xrar, ġebel u gassijiet vulkaniċi oħra

li joħorġu u jitgerbu ’l isfel mal-ġenb ta’ vulkan b’aktar, minn 100 km fis-siegħa. Din is-sħaba, b’temperaturi ta’ aktar minn 500oc, tkaxkar u taħraq kulma ssib fi triqtha.

ii. Ħawt tal-magma Muntanja sekondarja ta’ materjal vulkaniku li ħareġ minn pajp sekondarju.

iii. Munġbell sekondarju Passaġġ sekondarju f’vulkan li jgħaqqad il-ħawt tal-magma mal-bokka sekondarja minn fejn tgħaddi l-magma fi triqtha ’l barra.

iv. Pajp prinċipali Ħażna kbira ta’ magma, jew blat imdewweb, fil-qoxra tad-dinja. v. Pajp sekondarju Passaġġ vertikali u prinċipali f’vulkan li jgħaqqad il-ħawt tal-

magma mal-bokka prinċipali minn fejn tgħaddi l-magma fi triqtha ’l barra.

vi. Sħaba piroklastika Xmara ta’ blat imdewweb jew magma nieżla ċċarċar mal-ġnub tal-munġbell vulkaniku.

bokka prinċipali pajp prinċipali ћawt tal-magma saffi ta’ irmied u lava sћaba piroklastika pajp sekondarju munġbell sekondarju nixxiegħa tal-lava

Kulleġġ San Benedittu Paġna 7 minn 10

6. Li tgħix viċin vulkan jista’ jkollok kemm vantaġġi u żvantaġġi. Agħti żewġ eżempji ta’ vantaġġi u żewġ eżempji ta’ żvantaġġi li tkun toqgћod f’żona vulkanika. L-istampi t’hawn taћt jistgħu jgħinuk. (4 marki)

Vantaġġi:

1. 2.

Żvantaġġi:

1. 2.

7. Ikteb kull kelma t’hawn taћt ћdejn it-tifsijra t-tajba. (6 marki)

Magma Terremot Lava Vulkan estint Tsunami Replika ta’ terremot

Kelma Tifsira a. Dan huwa riżultat ta’ skossi qawwija li jseħħu f’salt fil-qoxra

tad-dinja li jiġġeneraw theżżiżiet. b. Din hija theżżiża iżgħar mill-ewwel terremot. c. Dan huwa vulkan li ilum ma jiżbroffax u m’hu se jiżbroffa qatt

iktar eżempju Mount Vultere fl-Italja. d. Dan huwa ġebel imdewweb li jkun ġej mis-saff tal-Mantell. e. Din hija mewġa kbira li iffurmat wara theżżiża tal-art taħt il-

baћar. Din timxi ’l quddiem b’rata mgħaġġla u tlaћћaq it-800 kilometru fis-siegħa.

f. Dan huwa meta l-ġebel imdewweb li joħroġ mill-vulkan, jibbies u jsir ġebel vulkaniku.

Kulleġġ San Benedittu Paġna 8 minn 10

8. Fl-2009, kien seћћ terremot ta’ 5.9 ta’ fuq l-iskala Richter, fl-Aquila ġewwa l-Italja. Kienu mietu madwar 200 persuna. Ħares lejn Disinn 6 u wieġeb il-mistoqsijiet.

(Total: 9 marki) a. L-epiċentru kien fiż-żona ta’ L’Aquila fl-Italja. Spjega x’inhu epiċentru. (2 marki)

b. Il-mewġ siżmiku li ħareġ minn dan it-terremot affettwa ħafna postijiet fl-Italja. Semmi żewġ postijiet li ġew affettwati ħafna. (2 marki)

c. Niżżel żewġ eżempji ta’ x’impatt negattiv jista’ jagћmel terremot. (2 marki)

d. L-iskala Richter jitkejjel minn 1 sa 10 jew minn 1 sa 12? (marka)

e. Semmi żewġ proċeduri ta’ x’għandek tagħmel jekk iseћћ terremot. (2 marki)

Disinn 6

Kulleġġ San Benedittu Paġna 9 minn 10

9. Ittikja t-tajba billi tagћmel (5 marki) a. L-istrument li jkejjel il-qawwa ta’ terremot jissejjaħ:

b. Il-persuna li tistudja t-terremoti tissejjaћ: c. Il-persuna li tistudja fuq il-ġebel tissejjaћ: d. Dan huwa terremot li jsir taћt il-baћar:

e. Dan huwa il-post fejn seћћ it-terremot bejn 5 u 15-il

kilometru taħt wiċċ l-art:

10. Ħares lejn din il-pajgraff li turi l-istatistika tal-ilma ħelu li insibu fid-dinja. L-ilma ħelu huwa maqsum fit-tlieta; bħala ilma tal-pjan (ilma ta’ taћt l-art), ilma ġieri fl-ixmajjar u għadajjar u bħala glaċier/silġ. Poġġi dawn it-tlieta skond il-persentaġġ ta’ kemm nsibu minnhom fid-dinja. (3 marki)

punt fokali sismografu maremot

sismologa sismografu ġeoloġist sismologa maremot ġeoloġist punt fokali maremot ġeoloġist ġeoloġist maremot punt fokali

Kulleġġ San Benedittu Paġna 10 minn 10

11. Ikteb veru (V) jew falz (F). (5 marki) Sentenza V/F

a. L-ilma hu riżors bażiku għal-ћajja ta’ kuljum. b. L-ilma ma’ jistax jgħaddi mill-ħamrija. c. Fejn hemm tarmak, l-ilma ma jgħaddix. d. 97% tal-ilma kollu li hawn fid-dinja nsibuh fl-oċeani bħala ilma mielaħ. e. L-ilma li nsibu fid-dinja jinsab bħala likwidu, silġ u gass.

12. Ħares lejn Disinn 7 li juri ċ-Ċiklu Idroloġiku. (Total: 10 marki)

a. Poġġi dawn il-kliem fil-post it-tajjeb. (6 marki)

b. Ħożż sink taћt il-kelma t-tajba. (4 marki)

i. Dan huwa l-proċess li bih l-ilma mill-baћar jew minn xi xmara jew gћadira jinbidel f’gass (evaporazzjoni, kondensazzjoni, precipitazzjoni).

ii. Il-proċess li permezz tiegħu l-fwar li jkun hemm fl-arja jerġa jieħu sura likwida bħal qtar żgħar f’għamla ta’ sħab (evaporazzjoni, traspirazzjoni, kondensazzjoni).

iii. Il-proċess li permezz tiegħu jaqa’ l-ilma lura lejn l-art forma ta’ xita, borra u silġ: (evaporazzjoni, traspirazzjoni, precipitazzjoni).

iv. Il-proċess li bih l-ilma li jkun hemm fil-weraq jinbidel f’gass: (kondensazzjoni, precipitazzjoni, traspirazzjoni).

kondensazzjoni ilma ta’ taћt l-art preċipitazzjoni traspirazzjoni evaporazzjoni ilma ġieri