Ħajja ta’ xhieda u ta’ fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati...

65
APRIL 2020 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 05-Aug-2020

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

APRIL 2020

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 1

San Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Il-Fehma tal-Papa għax-xahar ta’ April: Tema: Għall-ħelsien minn kull dipendenza qerrieda

Nitolbu sabiex dawk li huma maqbuda f’xi vizzju jew dipendenza qerrieda jsibu l-għajnuna u lil min jimxi magħhom lejn il-fejqan. Dati importanti għax-xahar ta’ April: 7 ta’ April: It-Tifkira tal-mewt ta’ San Ġwann Battista De la Salle 9 ta’ April: It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej 10 ta’ April: Il-Ġimgħa l-Kbira 12 ta’ April: Ħadd il-Għid 19 ta’ April: Il-Ħadd tal-Ħniena Divina 25 ta’ April: Il-Festa ta’ San Mark Evanġelista 27 ta’ April: Il-Beatu Nikol Roland 30 ta’ April: Jum it-Twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle

Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ April hemm ukoll aċċess għaliha minn fuq il-websajt http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- APRIL 2020 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA

T’ALLA. EJJEW NADURAWH

Page 3: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

2 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, l-1 t’April San Nonju Alvarez Pereira (1360-1431) - reliġjuż Karmelitan

San Ugo (1053-† 1132) - isqof ta’ Grenoble Il-Beatu Vilmos Apor (1892-1945)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 3: 14-20,91,92,95 Alla bagħat l-anġlu tiegħu u ħeles lill-qaddejja tiegħu. 2. Salm Danjel 3: 52-56 Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem. 3. Ġwanni 8: 31-42 Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa. SAN NONJU ALVAREZ PEREIRA (1360-1431) - reliġjuż Karmelitan Nonju (jew Nuño) twieled minn familja nobbli Portugiża fl-24 ta’ Lulju 1360. Ta’

tlettax-il sena kien diġà qabad il-ħajja militari, u ma damx ma wera l-kuraġġ kbir tiegħu, u li kien kapaċi jkun mexxej tajjeb tal-armata. Ta’ sbatax-il sena żżewweġ lil Leonora de Alvim. Minnha kellu tliet ulied, li minnhom għexet waħda biss, Beatrice, li fl-1401 iżżewġet lil Alfonso, iben ir-Re Ġwanni I.

Meta fl-1383 miet ir-Re Fernando I tal-Portugall, u l-indipendenza tal-pajjiż kienet fraġli ħafna, Nonju kien minn ta’ quddiem li jkun favur li ħu Fernando, Ġwanni ta’ Aviz, ikun ir-re. Kien f’April 1385 li Ġwanni ta’ Aviz kien rikonoxxut u aċċettat bħala r-Re Ġwanni I.

Wara l-ewwel rebħa tiegħu fuq il-Kastilljani f’April 1384, Nonju kien maħtur dak li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien ukoll il-moħħ wara r-rebħa fil-battalja ta’ Aljubarrota fl-1385.

Qabel il-battalji, huwa kien iħeġġeġ lis-suldati tiegħu biex jafdaw f’Alla u jippreparahom biex jirċievu s-sagramenti.

Wara l-mewt ta’ martu, fost l-għaġeb ta’ kulħadd, fl-1423 Nonju ċaħad dak kollu li kellu, u ħaddan l-Ordni Karmelitan fil-kunvent ta’ Lisbona, imwaqqaf minnu stess minn butu, u ħa l-isem ta’ Fra Nonju ta’ Santa Marija.

Nonju għex sa mewtu, li ġrat fl-1 t’April tas-sena 1431, bħala sempliċi fra f’dan il-kunvent. Bħala Karmelitan kompla kiber fil-ħajja ta’ talb, ta’ penitenza, u ta’ devozzjoni lejn il-Verġni Marija li għalihom kien ġa magħruf.

Fis-sena ta’ qabel ma’ Fra Nonju miet, mar iżuru r-Re Ġwanni I u għannqu għall-aħħar darba. Hu kien jara fih ħabib kbir, li għenu biex jieħu s-saltna, u jsalva l-indipendenza tal-pajjiż.

Il-Papa Benedittu XV, fit-23 ta’ Jannar 1918, iddikjara lil Nonju Alvarez Pereira beatu u 91 sena wara, nhar is-26 ta’ April 2009, il-Papa Benedittu XVI ddikjarah qaddis.

Riflessjoni: Għal dawk minna li jixtiequ jsegwu lil Kristu, l-isfida hija ċara. Li niċħdu lilna nfusna u inġorru s-salib huwa att ta' ċaħda. Meta nerħu rwieħna għal kollox inkunu qed niċħdu x-xewqa tagħna għas-sigurtà, l-affezzjoni u fuq kollox dak li jagħtina l-kontroll. Aħna

Page 4: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 3

niċħdu dak kull ma hu importanti li jmexxi l-egoiżmu tagħna. Marija għamlet dan mill-bidu nett. Hi ntelqet għal kollox għar-rieda perfetta li Alla kellu għaliha. Meta s-slaleb tagħna jidhru ferm aktar nistgħu nduru lejn Ommna Marija, hi li tista’ tgħinna nsibu l-kuraġġ biex nerħu ħajjitna f’idejn Alla. Meta aħna nabbandunaw is-slaleb tagħna, niksbu l-qawwa li nġorruhom, u niksbu perspettiva aħjar ta’ kif inġorru dak li qed inġarrbu f'ħajjitna. John Holmes

X’salib qed iġġorr bħalissa? Itlolb l-għajnuna ta’ Marija biex hi tieħu din il-kwistjoni f’idejn il-maħbub Mulej tagħna. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, siltiet mill-1 punt

Jesus Christ wants to suggest that there are times of trial and dryness when souls cannot find much help from other people, either because these people are not sufficiently enlightened by talent or experience or because God does not give them a sufficiently great abundance of graces to relieve those who are in difficulty... ... Jesus Christ did not hesitate to speak to his disciples to tell them to provide for the needs of the people, even though they were not able to do so. At the same time, he made use of them to distribute the bread that he had multiplied to feed everyone. This is how God wants you always to turn to those who guide you, represented in this Gospel by the Apostles, even though at times and in certain difficulties, doing this may seem to you quite useless. God wishes you always to use, insofar as you are able, the ordinary means that he provides for your guidance, even if this is without any success.

Talba

fuq Salm 18:2 – “Inħobbok, Mulej ... ħellies tiegħi.”

Grazzi Mulej li tnissel fija t-tama

f’kull ċirkostanza tal-ħajja tiegħi. X’hena Mulej,

li l-biża’ ma tagħmilx bija, li nħossni meħlus minn

dak kollu li jfixkilni u ma jħallinix li mmur

lejn ħuti ... li jistennewni! Aħfirli Mulej,

għal dawk kollha li nwarrab għax mhumiex bħali.

Grazzi li tikkonvertili dik il-ħarsa tiegħi,

u li sserraħ u tillibera lil qalbi. Bro. Louis Camilleri

Missierna...

Page 5: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

4 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, it-2 t’April San Franġisk minn Paola – eremit Santa Marija tal-Eġittu – penitenti

San Ġwann Payne – saċerdot Ingliż u martri Il-Beata Eliżabetta Vendramini - reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Ġenesi 17: 3-9 Nagħmel minnek missier ħafna ġnus. 2. Salm 104: 4-9 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Ġwanni 8: 51-59 Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se

jara l-jum tiegħi. SAN FRANĠISK TA’ PAOLA (1416-1507) – eremit Il-ġenituri ta’ San Franġisk li kienu joqogħdu f’Paola, f’Kalabrija, l-Italja, baqgħu

bla tfal għal ħmistax-il sena. Imbagħad kellhom tlieta wara xulxin. Il-kbir fosthom, Robertu, twieled fl-1416.

Meta Robertu kien għadu żgħir, intefħitlu għajnu x-xellugija hekk li kien hemm periklu li kien ser jagħma minnha.

Il-ġenituri tiegħu għamlu wegħda ma’ San Franġisk t’Assisi li jekk ifiq, ilibbsuh il-libsa tal-Patrijiet Franġiskani u jibagħtuh għal sena jgħix f’kunvent tal-ordni. U fieq.

Din il-wegħda ħelisha meta kellu tlettax-il sena. Wara flimkien mal-ġenituri tiegħu, mar pellegrinaġġ, u żar Ruma, Assisi u Loretu.

Meta kellu ħmistax, biddel ismu fi Franġisku, u mar jgħix għalih waħdu fuq biċċa art ta’ missieru, sakemm sab għar u beda jgħix fih.

Żewġ żgħażagħ saru jafu bih u marru jgħixu miegħu. Fl-1435, bnew kappella u tliet ċelel. Qassis mill-paroċċa kien imur iqaddsilhom. In-numru ta’ żgħażagħ li bdew imorru jissieħbu miegħu baqa’ dejjem jikber, u fl-

1454, bl-għajnuna tal-poplu bena kunvent u knisja, u l-membri bdew jgħixu f’regola ta’ faqar, umiltà u sawm kuljum.

San Franġisk semma lil din il-kommunità tiegħu, “L-Ordni tal-Minimi” (l-iċken fost l-iżgħar).

Fuq ix-xewqa tal-Papa Sistu IV, mar jassisti lir-Re Lwiġi XI ta’ Franza, li kien qed imut.

Il-Papa offra li jordnah saċerdot biex jaqdi aħjar il-missjoni tiegħu, iżda Franġisku talbu minn qalbu biex iħallih lajk.

Wara l-mewt tar-Re Lwiġi, Karlu VIII u warajh Lwiġi XII, żammewh fi Franza, li bis-saħħa t’hekk, San Franġisk kiseb ħafna għajnuna mingħandhom biex jibni kunventi tal-ordni tiegħu fi Franza u f’pajjiżi oħra fl-Ewropa.

Tliet xhur qabel miet, ħalla l-impenn li kellu mar-re u mar jgħix fis-solitudni tal-monasteru.

Miet fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1507, fl-età ta’ 91 sena, f’Tours, Franza. Tnax-il sena wara, ġie kkanonizzat mill-Papa Ljun X.

Page 6: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 5

Riflessjoni: Fejn kien Ġesù? Marija stagħġbet u inkwetat għal tlett ijiem hekk kif hi u Ġużeppi marru fit-tfittxija tat-tifel tagħhom ta’ tnax-il sena. Id-dwejjaq li ħasset Marija juri fi kliemha: "Ibni, għaliex għamiltilna hekk? Araw, missierek u jien ilna nfittxuk bil-ħerqa" (Luqa 2:48). Bħal Marija nistgħu ninfixlu quddiem dak li ma nafux, dak li ma nifhmux u n-niket. Għal ħafna minna, li nsibu ruħna f'dak li ma jingħarafx, il-vojt inċert, huwa diffiċli u tal-biża'. Bħala bniedma, Marija żgur li kellha s-sentiment ta' taqlib, inkwiet u dwejjaq meta Ġesù kien nieqes. Dik l-esperjenza umana li għexet Marija hija r-raġuni għaliex hi tista' tisma' t-talb tagħna b'mod kompassjonali. Imma Marija kienet taf li anke f’dak il-mument ta' nuqqas ta' tagħrif, Alla kien magħha. Dik ir-realtà tatha l-kuraġġ biex tintelaq għal kollox f'idejh.

Dr. Barb Jarvis Pauls

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mit-2 punt You ought to be convinced that God will not allow you to be tempted and burdened beyond your strength. When people can do nothing to help you, then it is that God does everything for you, wonderfully showing at one and the same time his power and his goodness. This is why you must abandon yourself to God, as the people who followed our Lord did, to suffer as much as it pleases him (as being an advantage for you) or to be delivered from your trials by the means that God judges most profitable for you, without worrying about trying to achieve peace by your own efforts, which will often be useless.

TALBA Missier f’idejk nerħi dawk l-affarijiet

li ma nistax nagħmel. Missier f’idejk nintelaq

għal dawk id-drabi meta għaddejt mit-tiġrib

ta’ ruħi u ġismi. Missier f’idejk nintelaq

jien għax Int turini minn fejn għandi ngħaddi.

Għaliex jiena naf li dejjem nista’ nafda fik.

Bro. Louis Camilleri

Missierna...

Page 7: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

6 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-3 t’April Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għerf 2: 1a.12-22 Naqtgħuhielu għall-mewt tal-mistħija. 2. Salm 33: 17-21 u 23 Qrib il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma. 3. Ġwanni 7: 1-2.10.25-30 Fittxew li jaqbdu lil Ġesù, iżda s-siegħa tiegħu kienet

għadha ma waslitx. Id-Devozzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri:

Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum hija devozzjoni aktar antika minn dik tal-15 ta’ Settembru.

Id-devozzjoni bdiet fis-seklu ħmistax, fil-belt ta’ Cologne, il-Ġermanja, mill-Isqof Thierry de Meurs, taħt it-titolu: Il-Kompassjoni ta’ Sidtna Marija tal-Ħniena.

L-isqof xtaq li jagħmel din iċ-ċelebrazzjoni bħala tpattija tal-Ereżija ta’ Giovanni Huss.

Il-festa nxterdet fil-Provinċji l-oħra tal-Ġermanja u fl-1727, il-Papa Benedittu XIII, daħħalha fil-Kalendarju Liturġiku, fil-Ġimgħa tal-Passjoni qabel Ħadd il-Palm, taħt l-isem ‘Is-Seba’ Duluri tal-Verġni Marija’.

Napuljun Bonaparte daħħal il-ħabs lill-Papa Piju VII, għal ħames snin mill-1809 sal-1814, l-ewwel f’Savona(Savvie) u wara f’Fontainebleau, ’il barra minn Pariġi. Matul iż-żmien li dam il-ħabs, il-Papa talab lill-Madonna tad-Duluri biex tipproteġi ’l-Knisja. Wara li ġie meħlus waqqaf il-festa tal-Madonna tad-Duluri

Is-sofferenzi prinċipali li ġarrbet Marija huma riżultat tal-INTENSITÀ immensa fl-għaqda intima tagħha ma’ binha Ġesù.

Qatt u ħadd ma jista’ jkejjel is-sofferenzi tar-ruħ ta’ Marija, għax hi biss ħabbitu, bħalma l-ebda bniedem ieħor la ħabbu fl-imgħoddi u lanqas għal li ġej. Għalhekk hija meqjusa bħala sultana tal-martri.

Riflessjoni, Ħu għandek lil Marija, ommok: Fuq is-salib, waqt li Kristu kien qed ibati f’ġismu l-laqgħa drammatika bejn id-dnub tad-dinja u l-ħniena ta’ Alla, seta’ jilmaħ biswit riġlejh il-preżenza kollha faraġ tal-Omm u tad-dixxiplu l-maħbub. F’dak il-waqt kruċjali, qabel stqarr b’mitmuma l-ħidma li l-Missier kien fdalu f’idejh, Ġesù qal lil Marija: “Mara, hawn hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu l-maħbub: “Hawn hi ommok” (Ġw. 19:26-27). Dawn il-kelmiet ta’ Ġesù fuq l-għatba tal-mewt l-ewwel nett ma jesprimux xi tħassib mimli ħniena għal ommu, imma pjuttost huma formula ta’ rivelazzjoni li tixkef il-misteru ta’ missjoni speċjali ta’ fidwa. Ġesù ħallielna lil ommu biex tkun omm tagħna. Kien biss wara li għamel dan li Ġesù seta’ jħoss li “kollox hu mitmum” (Ġw. 19:30). F’riġlejn is-salib, fis-siegħa l-kbira tal-ħolqien ġdid, Kristu jibgħatna għand Marija. Jibgħatna għandha għax ma jridx li nimxu mingħajr omm, u l-poplu f’dik ix-xbieha ta’ omm jaqra l-misteri kollha tal-Vanġelu. Il-Mulej ma jridx li l-Knisja tiegħu tkun nieqsa mill-ikona femminili. Hi, li nisslitu b’fidi hekk kbira, tissieħeb ukoll “mal-bqija ta’ nisilha, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti ta’ Alla u li għandhom ix-xhieda ta’ Ġesù” (Apok. 12:17). Ir-rabta intima bejn Marija, il-Knisja u

Page 8: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 7

kull fidil, li, f’xejriet diversi, inisslu lil Kristu, ġiet imfissra bi kliem mill-isbaħ mill-Beatu Iżakk tal-Istilla: “Fl-Iskrittura mnebbħa minn Alla, dak li b’mod ġenerali nifhmu għall-Knisja, verġni u omm, nifhmuh b’mod partikulari għall-Verġni Marija […] Bl-istess mod nistgħu ngħidu li kull ruħ fidila hi għarusa tal-Verb ta’ Alla, omm ta’ Kristu, bint u oħt, verġni u omm għammiela […] Kristu baqa’ għal disa’ xhur f’ġuf Marija, jibqa’ fit-tabernaklu tal-fidi tal-Knisja sat-temma tas-sekli; u, fl-għarfien u fl-imħabba tar-ruħ fidila, għal dejjem ta’ dejjem”.

Mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Evangelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mit-2 punt

You ought to be convinced that God will not allow you to be tempted and burdened beyond your strength. When people can do nothing to help you, then it is that God does everything for you, wonderfully showing at one and the same time his power and his goodness. This is why you must abandon yourself to God, as the people who followed our Lord did, to suffer as much as it pleases him (as being an advantage for you) or to be delivered from your trials by the means that God judges most profitable for you, without worrying about trying to achieve peace by your own efforts, which will often be useless.

TALBA

Salve Regina Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena,

ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, itturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja mela, avukata tagħna;

dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija.

Missierna ...

Page 9: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

8 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, l-4 t’April San Gejtanu Catanoso (1879-1963) - saċerdot

San Isidor (560-636) - isqof ta’ Sivilja San Platun (734-823) - isqof ta’ Bitinja

San Guliermu ta’ Noto (1309-1404) - eremit San Benedittu l-Iswed (1526-1589) - reliġjuż Franġiskan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżekjel 37: 21-28 Nagħmilhom ġens wieħed. 2. Salm Ġeremija 31:10-13 Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu. 3. Ġwanni 11: 45-56 Biex jiġbor ġemgħa waħda l-ulied ta’ Alla li kienu

mxerrdin. SAN GEJTANU CATANOSO (1879-1963) - saċerdot Twieled fi Chorio di San Lorenzo, provinċja ta’ Reggio Calabria, fl-14 ta’ Frar

1879. Kien wieħed mit-tmint itfal tal-familja Catanoso. Kienet familja tat-tajjeb. Ġietu l-vokazzjoni biex jidħol saċerdot. Kien ordnat saċerdot fl-20 ta’ Settembru

1902, kien maħtur kappillan f’Pentedattilo u f’Candelora ġo Reggio Calabria, fejn waqqaf ċentru ta’ ħajja ewkaristika u xerred ħafna d-devozzjoni lejn il-Wiċċ Imqaddes ta’ Ġesù.

Sabiex jevanġelizza kien jivjaġġa distanzi twal, iżolati u rimoti, ġol-muntanji, fuq ħmar. L-iskop tiegħu kien li jikkumbatti l-injoranza u l-mafja.

Kien magħruf ħafna għad-direzzjoni spiritwali tal-erwieħ sa ġie definit bħala “l-konfessur tal-Knisja ta’ Reggio”. Kien ukoll kappillan tal-ħabsijiet u tal-isptar, direttur spiritwali tas-seminarju Djoċesan u kanoniku penitenzjier tal-katidral.

Ħabrek ħafna u ġieb ’il quddiem inizjattivi ta’ sostenn għall-vokazzjonijiet ekkleżjastiċi u waqqaf il-kongregazzjoni tas-“Suore Veroniche del Volto Santo”. Waqqaf ukoll il-konfraternità tal-Wiċċ Imqaddes, fl-1920.

San Gejtanu Catanoso miet fl-4 ta’ April 1963. Kien ibbeatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-4 ta’ Mejju 1997 u kkanonizzat

mill-Papa Benedittu XVI fit-23 ta’ Ottubru 2005. Riflessjoni: ... dak li rrid infakkar b’din l-eżortazzjoni hu fuq kollox is-sejħa għall-qdusija li l-Mulej jagħmel lil kull wieħed u waħda minna, dik is-sejħa li qed jagħmel lilek ukoll: “Għandkom titqaddsu, u tkunu qaddisin, għax jien qaddis” (Lev. 11:44; 1 Piet. 1:16). Il-Konċilju Vatikan II xeħet dawl fuq dan b’ċerta qawwa: “Mogħnija lkoll b’tant mezzi u b’mezzi daqshekk kbar ta’ salvazzjoni, il-fidili, ikunu xi jkunu l-istat u l-kundizzjoni ta’ ħajjithom, jissejħu mill-Mulej, kull wieħed minnhom fit-triq tiegħu, għall-perfezzjoni tal-qdusija li biha l-Missier innifsu huwa perfett.”

“Kull wieħed fit-triq tiegħu”, jgħid il-Konċilju. Mela, m’għandniex għax naqtgħu qalbna

meta naħsbu fuq mudelli ta’ qdusija li jidhru ma jistgħux jintlaħqu. Hemm xhieda li

jiswew biex jistimulawna u jimmotivawna, imma mhux biex infittxu li nikkupjawhom,

Page 10: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 9

għax dan jista’ anki jbegħedna mit-triq waħdanija u speċifika li l-Mulej żamm għalina.

Dak li jgħodd hu li kull min jemmen, jagħmel dixxerniment tat-triq tiegħu u joħroġ l-

aħjar minnu nnifsu, mill-karatteristiċi personali li Alla qiegħed fih (ara 1 Kor. 12:7), u

mhux li jinħela jfittex li jsir jixbah xi ħaġa li ma ġietx maħsuba għalih. Aħna lkoll

imsejħin inkunu xhieda, imma jeżistu bosta xejriet eżistenzjali ta’ xhieda. Fil-fatt, meta

l-mistiku kbir San Ġwann tas-Salib kiteb il-kantiku spiritwali tiegħu, ipprefera jevita

regoli fissi għal kulħadd u fisser kif il-versi tiegħu kienu miktuba biex kull wieħed u

waħda jinqeda bihom “skont il-għamla u d-daqs ta’ ruħu”. Għax il-ħajja divina tintwera

lil xi wħud b’mod u lil oħrajn b’mod ieħor.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Gaudete et Exsultate

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mit-3 punt

Be assured, then, that once you have placed yourself in God’s hands, willing to suffer whatever and as much as he may desire, although he still leaves you in sorrow, he will help you by his grace to endure this trial, perhaps in a way that is not obvious, or else he will deliver you from it by surprising means and at a time when you least expect it. This is what David assures us he experienced in his own difficulties, when he says: I waited on the Lord with great patience, and finally he heard me; he granted my prayers and withdrew me from the depths of misery and from the deep pit. He set my foot upon a rock and guided my steps. Many people, on seeing this marvel, have learned to revere God and to place all their confidence in him.

TALBA “Bin David, ħenn għalina”

(Mattew 9: 27-31). Mulej, kattar fina l-fidi!

Inħossha tixxengel ’l hawn u ’l hemm. Inħalli d-dubju jegħlibni ...

Inħalli l-għażż jaħtafni bil-ġrajja ta’ kuljum. Għinni, ħalli nitolbok

kemm jista’ jkun ta’ spiss, anke jekk dan inħossu diffiċli.

Qajjem fija t-tifkira ta’ meta jien tgħammidt

u dik l-imħabba li tajtni tul il-jiem kollha ta’ ħajti …

Bro. Louis Camilleri

Missierna...

Page 11: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

10 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, il-5 t’April

Ħadd il-Palm

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 50: 4-7 Ma ħbejtx wiċċi mit-tgħajir. 2. Salm 21:8,9,17,18a,19,20,23,24Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni? 3. Filippin 2: 6-11 Kristu ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh. 4. Mattew 26: 14 – ; 27: 66 Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-festeġġamenti ta’ Ħadd il-Palm u l-fatt li dalwaqt infakkru l-passjoni, jikkonfermawlna kemm il-ġrajjiet li jiffurmaw il-ħajja tal-bniedem huma ambigwi u misterjużi. Kif seta’ jiġri li l-folla mimlija ferħ u entużjażmu għall-wasla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm tinbidel f’waħda mimlija rabja li trid telimina fiżikament lill-Messija. Ma nifhmux lanqas kif folla daqshekk kbira ma rnexxilhiex tqanqal belt mill-konfużjoni li kienet tinsab fiha, u li kif kien ġara mal-wasla tal-maġi, minflok tilqa’ lil Alla tibqa’ ma tistax temmen sal-punt li tasal biex teżiljah anzi toqtlu.

Quddiem dawn il-fatti assurdi nirriflettu flimkien mal-poeta Ġermaniż R. Werner, meta fil-poeżija tiegħu Bartimew l-Għami mfejjaq minn Ġesù jgħid “Jiena hu dak li għamilni nara – x’rajt? Fuq is-salib lilu, ikkundannat, hu, importanti iktar minni, hu li jsalva, ittorturat. Staqsejt; kelli nitlef l-għama tiegħi biex nara dan?”

Quddiem din it-traġedja enormi Mattew ma jispjegax, kif kieku jagħmel kull ġurnalist illum, x’tip ta’ nies kien hemm qalb il-folla ta’ “fans” ta’ Ġesù, x’aspettativi kellhom għaliex tant entużjażmu qabel u tant disprezz wara?

Hemm sens f’din il-ġrajja daqshekk assurda mill-bidu sal-aħħar? Insibu sens u risposta biss jekk inħarsu mill-uniku ċentru ta’ perspettiva li jippermettilna li nifhmu u niġġudikaw tajjeb kull persuna, kull ġrajja kull kelma u kull ħaġa tal-ġimgħa l-iktar deċisiva tal-istorja tal-bniedem. Fi kliem ieħor mhux lid-dixxipli, lill-folla jew lill-awtur sagru li rridu nistaqsu biex jiċċaralna l-fatti, imma lill-uniku wieħed li juri mill-bidu li jaf xi jrid u għaliex iridu: lil dak li hu ċ-ċentru ta’ kollox, il-protagonista assolut li hu l-Mulej Ġesù. Hu biss, l-ewwel imfaħħar u mbagħad imsallab, hu ċ-ċavetta li tiftaħ it-tifsira tal-Iskrittura. Hu l-kriterju li bih ninterpretaw ir-realtà. Hu li fil-passjoni juri li hu s-sinifikat l-iktar profond tal-ħajja ta’ bniedem wieħed u tal-umanità kollha.

Jekk naraw l-affarijiet minn din il-perspettiva nifhmu kif din l-assurdità fl-istorja tagħna fil-verità hi kkontrollata minn Alla li kollox jiddisponi għas-salvazzjoni tagħna. Ġesù jorganizza personalment id-dħul trijonfali tiegħu f’Ġerusalemm li tfisser “paċi” u b’dan il-mod juri l-intenzjoni t’Alla li jwassal il-paċi sħiħa u definittiva fil-qalb tal-poplu.

Hu li hu l-paċi jidħol fil-ħajja tal-poplu u jiġbor warajh il-maħqurin, il-foqra, u dawk bil-għatx għall-ġustizzja għax dawn jifhmu li f’dan ir-Rabbi umli riekeb fuq ħmara se jitwettqu l-wegħdiet divini tal-ħelsien u s-salvazzjoni. Imma d-daħla trijonfali ta’ Ġesù tidher ukoll bħala provokazzjoni għal min għandu interessi li jibni l-poter

Page 12: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 11

tiegħu fuq il-ġlied bejn il-poplu, min ma jridx iwarrab il-privileġġi li toħloq id-distinzzjoni tal-klassi soċjali, jew bejn dawk tajbin u midinbin. Ir-riżultat ta’ dan kollu hu s-salib imma Alla jibqa’ dejjem fidil mal-wegħda u jirbaħ bil-paċi u l-imħabba tiegħu, rebħa li llum qegħdin nantiċipaw.

Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, l-1 punt

Jesus Christ came to this earth to reign here, but not, says Saint Augustine, as other kings do, to raise tribute, enroll armies, and visibly do battle against his enemies, for Jesus Christ assures us that his kingdom is not of this world but is to establish his reign within our souls, according to what he says in the holy Gospel, that his kingdom is within us. So that Jesus Christ may reign over your souls, you must pay him the tribute of your actions. All of them must be consecrated to him; in them there must be nothing that is not pleasing to him. They ought to have no other intention than to accomplish his holy will, which ought to direct all of them, so that there may be nothing human in them. Because the reign of Jesus Christ is divine, all that has any connection with it must be either divine or divinized by the relationship that it has with Jesus Christ. The main purpose he had in this world was to accomplish his Father’s will, as he declares in several passages in the Gospel. He also wishes that you, who are his members and his servants, be united with him and have this same purpose in your actions. Examine whether this is what you intend to do.

TALBA Int qaddis, Mulej Alla wieħed, li tagħmel ħwejjeg tal-għaġeb.

Int qawwi, int kbir, int l-aktar għoli. Int is-sultan li tista’ kollox,

Int missier qaddis, sultan tas-sema u l-art. Int, wieħed-u-tlieta, Mulej Alla fuq l-allat,

int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba, Mulej Alla ħaj u veru.

Int imħabba, int għerf, int umiltà, int sabar, int sbuħija, int ġwejjed.

Int kenn, int sliem, int hena u ferħ,

int tama tagħna, int ġustizzja. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 13: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

12 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, is-6 t’April It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

San Ċelestinu – Papa San Pietru ta’ Verona - saċerdot Dumnikan u martri

Il-Beata Pierina Morosini - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 42: 1-7 Ma jgħajjatx, ma jsemmax leħnu fil-pjazez. 2. Salm 26 :1-3;13-14 Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Ġwanni 12: 1-11 Ħalliha, din il-fwieħa refgħetha għal jum id-difna tiegħi. SAN ĊELESTINU I (+432) - Papa San Ċelestinu kien membru magħruf tal-kleru ta’ Ruma meta ġie magħżul bħala

Papa fis-sena 422 bħala s-suċċessur ta’ San Bonifaċju I. Hu kien ħabib personali ta’ Santu Wistin u ddefenda t-tagħlim ta’ dan id-duttur tal-Knisja fuq il-grazzja.

San Ċirillu ta’ Lixandra ġibed l-attenzjoni tal-Papa San Ċelestinu għat-tagħlim eretiku ta’ Nestorju, isqof ta’ Kostantinopli, u fit-tielet Konċilju Ekumeniku li nżamm f’Efesu fis-sena 431, it-tliet delegati tal-Papa talbu lill-padri (l-isqfijiet preżenti) biex ineħħu mill-kariga u jiskomunikaw lil Nestorju għax kien ostinat fl-iżbalji tiegħu.

Dan il-Papa kien li, fis-sena 429, bagħat lil San Ġermanu ta’ Auxerre fil-Brittanja biex jeħodha kontra t-tagħlim żbaljat ta’ Pelaġju fuq il-grazzja.

San Ċelestinu I miet fis-6 ta’ April 432 wara 10 snin li kien ilu Papa. Riflessjoni: L-Istruzzjoni tal-Ewkaristija Mqaddsa Imbagħad Ġesù qagħad bejn Pietru u Ġwanni u għalqu l-bibien u kollox sar bil-kwiet u b’mod solenni. Huwa firex il-biċċa tal-għażel fuq l-ixkaffa fejn kien hemm il-buqari, qiegħed platt tond u ħa l-ħobż ażżmu minn taħt il-għażel u qiegħdu fil-platt, u mill-kalċi ħareġ bħal buqar żgħir u poġġa sitt tazzi żgħar fuq kull naħa. Imbagħad bierek il-ħobż u ż-żejt talab fuqhom u reġa’ għattihom. Ħa l-kalċi, Pietru ferragħlu xi ftit inbid u naqra ilma, Ġesù berikom, u qegħedhom fuq il-mejda. Ġwanni u Pietru mbagħad ferrgħulu ftit ilma fil-platt fejn qabel kien hemm il-ħobż ażżmu u Ġesù ħa minn dan l-ilma u beda jferragħulhom fuq idejhom. L-appostli dawru l-buqar madwar il-mejda u ħaslu jdejhom fih. Ġesù bi ħlewwa u ħniena kbira qalilhom li kien wasal il-waqt li jagħtihom kollox anki ħajtu stess. Huwa qasam il-ħobż f’ħafna biċċiet, poġġih fuq il-patena, ħa biċċa u billha fil-kalċi. Ġesù talab mill-ġdid; kliemu daħal fil-qalb tal-appostli, ħlief Ġuda. “Ħudu u kulu; dan huwa Ġismi li jingħata għalikom”. Ħareġ idejh il-leminija biex iberikom u ħareġ minnu dawl qawwi. Il-ħobż daħal f’ħalq l-appostli bħala sustanza li tiddi, id-dawl donnu ppenetrahom ilkoll iżda Ġuda baqa’ fid-dlam ... Meta Ġesù għolla l-kalċi ’l fuq qal il-kelmiet tal-konsagrazzjoni u deher donnu trasfigurat bħallikieku kien trasparenti u qed jinbidel fis-Sagrament innifsu. Huwa ta lil

Page 14: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 13

Pietru u ’l Ġwanni jixorbu mill-kalċi u Ġwanni ferra’ d-demm divin fit-tazzi ż-żgħar u Pietru newwilhom lill-appostli, li kull tnejn minnhom xorbu mill-istess waħda. Il-Mulej ferra’ ftit qtar tad-demm għażiż tiegħu fil-buqar u poġġa subgħajh fuq il-kalċi, waqt li Pietru u Ġwanni ferrgħu l-ilma u l-inbid; tahom jixorbu mill-ġdid. Imbagħad mesaħ il-kalċi, poġġa fiha l-buqar iż-żgħir li kien għad fih id-demm divin u għattihom bil-patena li kien għad fiha l-frak tal-ħobż ikkonsagrat, reġa’ geżwirhom flimkien mas-sitt tazzi kif kienu qabel. (Jiena rajt lill-appostli jirċievu s-Sagrament tat-Tqarbin bl-istess mod wara li Ġesù qam mill-imwiet).

Silta mill-Kitba tal-Venerabli Anna Katerina Emmerich (Maqlub għall-Malti minn Tony Cardona)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 23, l-1 punt

The Jews, indignant because Jesus Christ performed a great number of miracles and, therefore, everyone flocked to him and considered him as a Prophet, plotted to bring about his death and called a council among themselves to determine how they would go about arresting him. Because they feared the people, who esteemed him highly, they had to act cautiously. Out of hatred for him, they spread the word that he was a preacher of new doctrines, and they used this pretext as a way to do away with him. Consider with amazement the hatred that the Jews felt for Jesus Christ and the opposition that he endured from them, especially from the Pharisees, who brought about his death. Reflect on the excesses into which the envy and rage of these wicked men led them, for they did not hesitate to cause the death of an innocent man, a saint, a Prophet, one who possessed all the exterior signs of divinity.

TALBA

fuq San Mark 4:35-41 - “Għaliex qegħdin tibżgħu?” Mulej Ġesù!

Naf li Inti preżenti fil-qalba ta’ din id-dinja imqanqla b’tant inkwiet …

Meta nibda’ nimtela bl-aġitazzjoni fija nnifsi

u fuq ta’ madwari, kun miegħi biex tikkalmani.

Meta jiena ninsab imħasseb, imdejjaq, qisni ser nifga,

isma’ l-leħen tiegħi, kif ngħajjatlek kun paċenzjuż mal-povri bnedmin!

Agħti lil kulħadd għajnuna, kuraġġ u qawwa.

Agħti d-dawl lill-mexxejja tad-dinja u għin lill-bnedmin li jitkellmu u jifhmu l-istess lingwa.

Kattar fina lkoll il-fidi. Bro. Louis Camilleri

Missierna...

Page 15: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

14 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, is-7 t’April

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa San Ġwann Battista De La Salle – saċerdot

Il-Fundatur tal-Iskejjel Insara

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 49: 1-6 Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is-

salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex. 2. Salm 70 :1-4a,5-6ab,15,17 Mulej, fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek. 3. Ġwanni 13: 21-33,36-38 Wieħed minnkom se jittradini ... is-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet.

SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE (1651-1719) - saċerdot Twieled f’Rheims, fi Franza, u kien ġej mill-familja tan-nobbli De la Salle. Studja

fis-seminarju maġġuri ta’ Rheims u kien ordnat saċerdot fl-1678, meta kellu 27 sena. Għall-ewwel kien kanonku, imma mbagħad irrinunzja għal dan l-uffiċju biex jiddedika ruħu għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar. Minn hawn nibtet il-Kongregazzjoni tal-Aħwa tal-Iskejjel Insara, magħrufa fostna bħala l-Frères.

Fl-1684, l-ewwel 12-il dixxiplu għamlu l-professjoni temporanja u poġġew il-kongregazzjoni taħt il-ħarsien speċjali tal-Madonna. Iżda fl-1700, qamu l-ewwel diffikultajiet minħabba l-metodi ġodda fit-tagħlim introdotti mill-fundatur. Hekk, pereżempju dawk li kienu jieħdu l-flus għat-taghlim fl-iskejjel kienu kontra t-tagħlim b’xejn kif kien jingħata fl-iskejjel ta’ San Ġwann Battista de la Salle. Barra minn dan, anki s-Sulpizjani rreaġixxew kontra tiegħu għax il-qaddis warrab il-metodi tradizzjonali li kien spiċċa żmienhom u kien jinsisti għall-użu tal-Franċiż aktar milli tal-Latin. Għalkemm għall-ewwel l-intenzjoni tiegħu kienet li jmexxi biss skejjel b’xejn għall-foqra, fl-1698, fuq talba tas-sultan James (Ġakbu) II tal-Ingilterra, hu fetaħ l-ewwel skola għat-tfal subien tal-klassi aristokratika.

Il-metodi pedagoġiċi tiegħu wasslu għat-twaqqif ta’ stituti ta’ studju għall-gradwati, l-organizzazzjoni tal-klassijiet ta’ nhar ta’ Ħadd, kif ukoll skejjel tas-snajja’ għal studenti bejn is-7 u l-20 sena.

San Ġwann Battista de la Salle sab ruħu umiljat minn xi dixxipli tiegħu li kienu jikkritikawh għax kien iddedikat iżżejjed għall-istudenti mill-klassijiet tal-baxxi, u wkoll ikkritikat mill-aristokrazija, li kienet takkużah għax kien qed jiddiżunura l-istatus tiegħu tal-klassi nobbli li kien. Minkejja dawn il-provi kollha, kliem dan il-qaddis edukatur fuq is-sodda tal-mewt kien: “Jien nadura l-mod kif Alla mexa miegħi fil-ħwejjeġ kollha li jirrigwardaw lili.”

San Ġwann Battista de la Salle rriżenja minn superjur fl-1717, sentejn qabel ma miet, u ddedika lilu nnifsu għall-istruzzjoni tan-novizzi u l-pubblikazzjoni ta’ xi kotba, fosthom ‘Metodu ta’ Talb Mentali’ (meditazzjonijet).

Page 16: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 15

Miet nhar il-Ġimgħa l-Kbira, is-7 ta’ April tas-sena 1719, meta kellu 68 sena. Kien iddikjarat qaddis flimkien ma’ Santa Rita fl-1900 minn Ljun XIII. Il-Papa Piju XII fl-1950 iddikjarah qaddis patrun tal-għalliema.

Il-festa ta’ San Ġwann Battista De La Salle ssir fil-15 ta’ Mejju.

Riflessjoni: Il-Ħasil tar-Riġlejn Imbagħad qamu mill-mejda u waqt li kienu qed jirranġaw ħwejjiġhom ġie l-maġġordom ma’ żewġ qaddejja biex ineħħu l-imwejjed. Ġesù wieqaf f’nofshom kellimhom fit-tul dwar is-saltna tas-sema u dwar li kellu jmur ħdejn il-Missier u jħallihom dalwaqt. U tahom xi struzzjonijiet dwar il-penitenza u kif jitħejjew għall-maħfra tad-dnubiet. Imbagħad l-appostli stqarrew dnubiethom minbarra Ġuda. Meta Ġesù spiċċa mid-diskors tiegħu bagħat lil Ġwanni u ’l Ġakbu ż-żgħir iġibu l-ilma mill-vestibulu u qal lill-appostli jirranġaw is-siġġijiet f’forma ta’ nofs ċirku ... Ġesù qalilhom li kien il-qaddej tagħhom u kien jeħtieġ li jaħslilhom riġlejhom. Beda jaħsilhomlhom wieħed wieħed, u jixxuttahomlhom bix-xugaman li kellu ma’ qaddu. Meta wasal Pietru dan qallu “Mulej inti taħsilli riġlejja?” U Ġesù wieġbu, “Inti għalissa ma tafx x’qed nagħmel, imma jiġi żmien meta ssir taf.” Kompla jgħidlu minn taħt l-ilsien, “Inti kellek tkun taf mill-Missier min jien, minn fejn ġejt u ’l fejn sejjer, u inti biss tafu dan, għax fuqek nibni l-Knisja tiegħi u l-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex; u jiena nibqa’ mal-Knisja tiegħi sal-aħħar taż-żminijiet.”

Silta mill-Kitba tal-Venerabli Anna Katerina Emmerich (Maqlub għall-Malti minn Tony Cardona)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, it-3 punt

Jesus Christ was not content to have had this yearning to die for us all during his life. When he saw the time of his death approaching, he testified to his joy. This is what made him say to his Apostles, when he celebrated the Last Passover with them, that he had for a long time desired to eat this meal with them and that he had a very strong desire to celebrate this Passover with them. He knew that this was to be the final act of his mortal life and the last meal he would eat with his Apostles before suffering and dying for us, which was what he had most at heart. This is also what made him cry out, shortly before dying, that he was thirsty. The holy Fathers understand this thirst as the longing for our salvation which impelled him. This was also what made him say these words as he was dying: All is consummated, because what he had so longed for—to suffer for our salvation—had finally been accomplished.

Page 17: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

16 SIGNUM FIDEI

TALBA fuq il-vers:

“Jekk xi ħadd irid jimxi warajja … jimxi miegħi …” Mulej Ġesù!

Inti t-triq li jien nixtieq nimxi bil-fedeltà kollha, ikunu xi jkunu l-ostakli.

Agħtini l-qawwa li niċċaħħad minn dak kollu li qiegħed iżommli

qalbi marbuta miegħu. Li nimxi warajk,

minkejja t-toqol tat-tagħbija li qed niffaċċja u l-aktar meta nħoss il-ġibdiet tiegħi

jqanqluni biex inċedi kollox! Saħħaħ il-fidi tiegħi lejk Mulej,

ħalli nkompli nimxi warajk f’għaqda miegħek bla waqfien.

Bro. Louis Camilleri

Missierna...

L-Erbgħa, it-8 t’April L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa – L-Erbgħa tat-Tnibri

Santa Ġulja Billiart - reliġjuża Sant Aqabo – profeta

Sant Amanzju – isqof ta’ Como Il-Beatu Agostino Czartoryski – saċerdot Salezjan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 50: 4-9a Ma ħbejtx wiċċi mit-tgħajir u l-bżieq. 2. Salm 68: 8-10,21,22,31,33,34 O Alla, fil-kobor ta’ tjubitek, weġibni. 3. Mattew 26: 14-25 Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma

ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu bin il-bniedem ikun mogħti f’idejn l-għedewwa!

SANTA ĠULJA BILLIART (1751-1816) - reliġjuża Ġulja twieldet minn familja devota ta’ gabilotti minn Picardy (fil-Grigal ta’

Franza). Minn kmieni wriet ġibda profonda lejn il-ħwejjeġ spiritwali u ta’ 14-il sena għamlet wegħda ta’ kastità perpetwa.

Sentejn wara waqgħet diżgrazzja fuq missierha: tilef ir-razzett u l-għelieqi tiegħu, u minħabba f’hekk Ġulja kellha toħroġ mid-dar u tmur taħdem. Kienet żagħżugħa li l-imħabba tagħha lejn Alla kienet tinħass u tittieħed minn oħrajn, tixtieq li tkun ta’ għajnuna spiritwali liż-żgħażagħ ta’ madwarha.

Kellha l-permess, lejn is-sena 1770, meta kellha madwar 19-il sena, li titqarben kuljum – ħaġa ma tantx kienet komuni f’dawk iż-żminijiet minħabba l-ereżija Ġansenista.

Page 18: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 17

Imma mbagħad, meta kellha 23 sena, seħħet ġrajja li ħalliet effett ikrah fuqha. Sar attentat fuq il-ħajja ta’ missierha, u x-xokk kellu tant effett fuq il-mara żagħżugħa li hi, bil-biża’, baqgħet ipparalizzata, baqgħet inkapaċi, zoppa u fis-sodda għat-30 sena li ġew wara. Imma l-ispirtu tagħha ma tkissirx. Il-ħajja mistika fid-dar u l-għaqda intima tagħha ma’ Alla saru aktar profondi.

Matul is-sitt snin terribbli tar-Rivoluzzjoni Franċiża (1789-95), diversi drabi kienet fil-periklu tal-mewt mir-Repubblikani, u għalhekk malajr kellha tmur f’Compiègne, f’Amiens, f’Bethancourt u finalment terġa’ f’Amiens. Kien possibbli tisma’ quddiesa u titqarben biss darba kultant, meta xi saċerdot maħrub kien ikun fil-qrib. Minkejja dan kollu, Ġulja kompliet tmexxi l-ħidmiet tagħha ta’ karità mid-dar tagħha, ħerqana b’mod speċjali biex tpatti għat-tagħlim żbaljat ta’ żmienha billi tipprovdi, permezz ta’ ħbieb twajba, għall-edukazzjoni tat-tfal fqar orfni u aktar tard, għall-bniet inġenerali.

Bil-kooperazzjoni tal-Viskontessa Francoise Blin de Bourden, u ta’ Padre Varin, is-superjur tal-hekk imsejħin tal-Patrijiet tal-Fidi, Santa Ġulja fl-aħħar, f‘Awwissu tal-1803, meta kellha 52 sena, għamlet il-ħidma tagħha fuq bażi permanenti billi waqqfet l-“Istituti tas-Sorijiet ta’ Notre Dame”. Fis-sena ta’ wara, il-qaddisa li allura kienet għadha ma tistax timxi, kienet imħeġġa minn qassis biex tagħmel pass u timxi għall-imħabba tal-Qalb ta’ Ġesù, u hi sabet lilha nfisha mfejqa għal kollox mill-paraliżi tagħha. Hi issa setgħet tiddedika l-bqija tat-12-il sena ta’ ħajjitha biex ixxerred l-istitut tagħha.

Waqqfet xi għaxar kunventi fi Franza u fil-Belġju minkejja l-oppożizzjoni li sabet u li ma kinux jifhmuha. Kellha tivvjaġġa ħafna, spiss fuq karettun jew bil-mixi. Is-saħħa u l-kuraġġ tagħha ma kellhomx limiti.

Mietet fit-8 ta’ April tas-sena 1816 fl-età ta’ 65 sena u ġiet iddikjarata qaddisa fl-1969 mill-Papa Pawlu VI.

Riflessjoni: It-Tradiment ta’ Ġuda Imbagħad Ġuda qalilhom li jkun aħjar jekk fil-ġnien tal-Ġetsemani jidħol qabilhom u jgħannaq lil Ġesù bħallikieku ġie lura mal-ħbieb biex ħadd ma jinduna b’xejn imbagħad is-suldati jaħtfuh. Ġuda kien inkwetat li ma jmurx jinqala’ xi ħaġa fl-aħħar mument u jisfratta kollox. Ġuda ma riedx jisgħobbih għax kien ċeda kompletament għall-qerq ta’ Satana. Il-Lhud ma kinux jafdawh u jqisuh bħala traditur u minn wara, u meta l-pjan jirnexxi kienu bi ħsiebhom jitfgħuh ’il barra. Taw l-ordni lis-suldati biex ma jafdawx lil Ġuda billi kienu ġa tawh il-flus li ma jmurx jittradihom u jaħrab bihom, jew jagħtihom lil xi ħaddieħor minflok Ġesù. Is-suldati kienu armati bix-xwabel, xi wħud bil-lanez ukoll u kellhom il-bsaten u l-fanali iżda fit-triq xegħlu wieħed biss. Ġuda mexa quddiem mal-għoxrin suldat. Meta waslu fit-triq li tifred il-Ġnien taż-Żebbuġ mill-Ġnien tal-Ġetsemani, is-suldati ma ħallewx lil Ġuda jmur waħdu u bdew jitrattawh ħażin. Ġesù kien mat-tliet appostli u deher riesaq Ġuda man-nies li kellu miegħu. Pietru xtaq jiddefendi lill-Mulej iżda Ġesù widdbu biex joqgħod kwiet. Ġesù mexa lejn is-suldati u qalilhom “lil min qegħdin tfittxu?” u wieġbu “lil Ġesù ta’ Nazzaret,” qalilhom “jiena hu”, u waqgħu fl-art bħallikieku tathom puplesija. Meta Ġesù ra lil Ġuda qallu “ħabib fejn ġejt?” u wara li Ġuda semma xi ħaġa dwar xi negozju, Ġesù qallu li kien aħjar kieku ma twieled xejn. Is-suldati kienu qed jistennew lil Ġuda jbus lil Ġesù għax dak kellu

Page 19: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

18 SIGNUM FIDEI

jkun is-sinjal li bih kellhom jaqbduh. Pietru u l-appostli bdew jgħajruh traditur u ħalliel u Ġuda jgħid li mhux veru. Ġesù reġa’ saqsa lis-suldati “lil min qegħdin tfittxu?” u wieġbu “lil Ġesù ta’ Nazzaret,” qalilhom “għidtilkom li jien hu, jekk qed tfittxu lili lil dawn ħalluhom imorru”. U s-suldati reġgħu waqgħu fl-art bħallikieku tathom puplesija. Qamu mwerwrin u qalu lil Ġuda jtihom is-sinjal u Ġuda resaq u bies lil Ġesù u qallu “merħba Rabbi” u Ġesù wiegeb, “x’inhu Ġuda, b’bewsa qed titradixxi lil Bin il-Bniedem?” Is-suldati dawruh u l-alċiera qabduh u rabtuh.

Silta mill-Kitba tal-Venerabli Anna Katerina Emmerich (Maqlub għall-Malti minn Tony Cardona)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, it-3 punt

Jesus Christ was not content to have had this yearning to die for us all during his life. When he saw the time of his death approaching, he testified to his joy. This is what made him say to his Apostles, when he celebrated the Last Passover with them, that he had for a long time desired to eat this meal with them and that he had a very strong desire to celebrate this Passover with them. He knew that this was to be the final act of his mortal life and the last meal he would eat with his Apostles before suffering and dying for us, which was what he had most at heart. This is also what made him cry out, shortly before dying, that he was thirsty. The holy Fathers understand this thirst as the longing for our salvation which impelled him. This was also what made him say these words as he was dying: All is consummated, because what he had so longed for—to suffer for our salvation—had finally been accomplished. All that remains on your part, Saint Paul says, is to complete what is lacking in the Passion of Christ that is, the application that you ought to make of the Passion through your sharing in his sufferings. Become worthy, then, of such a grace.

TALBA

fuq Ġesù qal lid-dixxipli: “Ngħidilkom, li wieħed minnkom ser jittradini” (Mattew 26:21).

Dan il-kliem qed nisimgħek tgħidu lili … Imma għażiż Ġesù, ismagħni …

Smajt ... li Ġuda ttradiek b’bewsa. Tweġġgħek Ġesù meta jiena ndur kontra tiegħek.

Aħfirli Ġesù li ma kontx hemm biex naqbeż għalik. Smajt ... li l-ħbieb tiegħek ħarbu meta raw li arrestawk,

meta allura l-aktar li kellek bżonnhom … Jiddispjaċini ferm li ma kontx miegħek biex inżommlok kumpanija.

Smajt ... li waqajt waqt li kont qed iġġorr is-salib. Min jaf kemm kien tqil? Tassew iddispjaċieni li ma kontx hemm biex intik daqqa t’id.

Smajt ... li sammruk ma’ salib, idejk, saqajk. Inħossni ħati li ma kontx hemm biex flimkien ma’ ommok Marija,

Ġwanni u n-nisa, f’għaqda magħhom nassisti, miegħek u magħhom, għas-sagrifiċċju li offrejt

lill-Missier Etern, għall-imħabba u l-glorja tiegħu u biex tħabbibni miegħu!

Bro. Louis Camilleri

Missierna...

Page 20: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 19

Il-Ħamis, id-9 t’April Il-Ħamis tal-Ġimgħa Mqaddsa – Ħamis ix-Xirka

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Il-quddiesa tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej tiġi ċċelebrata wara nżul ix-

xemx, f’ħin li jiffavorixxi s-sehem sħiħ tal-ġemgħa. Is-saċerdoti kollha jistgħu jikkonċelebraw, ukoll jekk ikunu diġà għamlu dan fil-quddiesa tal-Griżma.

Skont drawwa antikissima fil-Knisja, f’dan il-jum hi pprojbita ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mingħajr is-sehem tal-poplu.

Qari: 1. Eżodu 12: 1-8.11-14 Preċetti dwar l-ikla tal-Għid. 2. Salm 115: 12-13.15-18 Il-kalċi mbierek huwa xirka mad-demm ta’ Kristu. 3. 1 Korintin 11: 23-26 Kull meta tieklu u tixorbu, ixxandru l-mewt tal-Mulej. 4. Ġwanni 13: 1-15 Ħabbhom għall-aħħar. Ġesù jwaqqaf l-Ewkaristija Kienet l-imħabba li Ġesù kellu għalina li ġegħlitu jwaqqaf dan is-sagrament Divin, biex b’hekk jingħata lilu nnifsu għalina, u jibqa’ magħna għal dejjem. Huwa kien jaf li ftit ħin wara kellu jbati u jmut għalina, u li dak is-sagrifiċċju tiegħu nnifsu li kien ser iwettaq fuq is-salib kien ser jagħmlu għal darba biss u li wara t-tlugħ tiegħu fis-sema, ma kienx ser jibqa’ jidher aktar f’din id-dinja. Għalhekk, fix-xewqa li kellu biex iħallielna sinjal tal-affezzjoni u t-tjieba tiegħu lejna, ħalla lill-appostli u fil-persuna tagħhom lill-Knisja kollha, il-ġisem u d-demm tiegħu qabel ma kien ser imut biex jibqa’ għal matul iż-żminijiet bħala xhieda prezzjuż tal-imħabba tiegħu lejna. Riflessjoni mill-Papa Franġisku (Omelija ta’ nhar Ħamis ix-Xirka 18/04/2019): Smajna x’għamel Ġesù. Interessanti. Jgħid il-Vanġelu: “Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh”, jiġifieri Ġesù kellu s-setgħa kollha, kollox. U mbagħad, jibda jagħmel dan il-ġest tal-ħasil tar-riġlejn. Hu ġest li kienu jagħmluh l-ilsiera f’dak iż-żmien, għax ma kienx hemm asfalt fit-toroq u n-nies, xħin tasal, kien ikollha t-trab ma’ saqajha; meta kienu jaslu f’dar għal żjara jew għall-ikel, kien ikun hemm l-ilsiera u jaħslulhom saqajhom. U Ġesù jagħmel dan il-ġest: jaħsel is-saqajn. Jagħmel ġest ta’ lsir: hu, li kellu s-setgħa kollha f’idejh, hu, li kien il-Mulej, jagħmel il-ġest ta’ lsir. U mbagħad jagħti parir lil kulħadd: “Dan il-ġest agħmluh intom ukoll bejnietkom”. Jiġifieri aqdu lil xulxin, kunu aħwa fil-qadi, mhux fl-ambizzjoni, bħal ta’ min jaħkem fuq l-ieħor jew ta’ min iżeblaħ lill-ieħor, le, kunu aħwa fil-qadi. Int għandek bżonn ta’ xi ħaġa, ta’ servizz? Nagħmilhulek jien. Din hi l-fraternità. Il-fraternità hi umli, dejjem: qiegħda hemm għall-qadi. U jien se nagħmel dan il-ġest – il-Knisja trid li l-isqof jagħmlu kull sena, darba fis-sena, tal-inqas nhar Ħamis ix-Xirka – biex jimita l-ġest ta’ Ġesù u anki biex jagħti eżempju tajjeb anke lilu nnifsu, għax l-isqof mhuwiex l-iżjed importanti, imma għandu jkun l-iktar li jaqdi. U kull wieħed minna għandu jkun qaddej tal-oħrajn.

Page 21: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

20 SIGNUM FIDEI

Din hi r-regola ta’ Ġesù u r-regola tal-Vanġelu: ir-regola tal-qadi, mhux ta’ min jaħkem, ta’ min jagħmel il-ħsara, ta’ min jumilja lill-oħrajn. Qadi! Darba minnhom, meta l-Appostli kienu qed jitlewmu bejniethom, jiddiskutu “min hu l-iżjed importanti fostna”, Ġesù ħa tfajjel u qalilhom: “It-tfajjel. Jekk qalbkom ma tkunx qalb ta’ tfajjel ċkejken, m’intomx dixxipli tiegħi”. Qalb ta’ tfajjel, sempliċi, umli, imma li jaqdi. U hemm iżid ħaġa interessanti li nistgħu norbtuha ma’ dan il-ġest tal-lum. Jgħid: “Attenti: il-mexxejja tan-nazzjonijiet jaħkmu, imma fostkom m’għandux ikun hekk. L-ikbar fostkom għandu jaqdi lill-iżgħar. Min iħossu li hu l-ikbar, għandu jkun qaddej ta’ kulħadd”. Anki aħna lkoll għandna nkunu qaddejja. Hu minnu li fil-ħajja niltaqgħu ma’ problemi: nitlewmu bejnietna… imma din għandha tkun ħaġa li tgħaddi, għax f’qalbna għandu jkun hemm dejjem din l-imħabba li naqdu lill-oħrajn, li nkunu għall-qadi tal-oħrajn. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 26, l-1 punt

This sacred day is a happy one for all the faithful. It is the day on which Jesus Christ instituted the sacrament of his body and blood. He multiplies himself in it in order to be always with the faithful, to make them sharers in his divinity, and to change their hearts and bodies into living tabernacles. There he can remain as in a place pleasing to him and honorable for those who receive him and in a way that is most advantageous for them. For the sake of his disciples and for those who share their spirit, Jesus Christ instituted this sacrament. To let them share in his Spirit, he gives them his body in this august sacrament. Adore Jesus Christ in this action. Unite with his intention, and take your full and proper part in this holy institution.

TALBA

Mulej Ġesù Kristu, li tinsab fl-Ewkaristija

bħala l-iben ta’ Alla magħmul bniedem, il-preżenza tiegħek hija l-għajn tal-ħajja, li hi aqwa mill-mewt.

Qawwi d-dgħufija tagħna bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, biex inkunu xhieda b’saħħitna, li l-mewt mhux l-aħħar kelma

tad-destin tal-bniedem. Ammen.

Missierna...

Page 22: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 21

Il-Ġimgħa, l-10 t’April It-Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej

Illum huwa Obbligu tas-Sawm u Astinenza “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Mil-lum, il-Ġimgħa l-Kbira, tibda n-novena tal-Ħniena Divina li tingħad kif jidher

hawn taħt. F’kull ġurnata ser ikun hemm il-ħsieb li jingħad qabel. Qari: 1. Isaija 52: 13 – ; 53: 12 Kien miġruħ minħabba fi dnubietna. 2. Salm 30: 2,6,12-17,25 Missier, nerħi ruħi f’idejk. 3. Lhud 4: 14-16; 5: 7-9 Kristu, awtur tas-salvazzjoni għal kulħadd. 4. Ġwanni 18: 1 - ; 19: 42 Il-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Mid-diskors ta’ Santu Wistin: “Jiġifieri, għamel magħna ħaġa tal-għaġeb meta hu u aħna ħadna sehem minn ta’ xulxin: miet bis-saħħa ta’ dak li hu tagħna, biex aħna ngħixu bis-saħħa ta’ dak li hu tiegħu. Mela mhux biss ma jmissniex nistħu minħabba l-mewt tal-Mulej Alla tagħna, iżda hi għandha tkun l-aqwa tama u l-aqwa glorja tagħna: għax meta hu ħa mingħandna l-mewt li sab fina, għamlilna wegħda sħiħa li għad jagħtina fih innifsu dik il-ħajja li ma stajniex ikollna minna nfusna. Riflessjoni, x’jgħidu l-qaddisin fuq is-salib: Fil-ġenna m’hemmx tgawdija ikbar minn dik meta ssir tixbaħ lil Kristu fil-glorja tiegħu, filwaqt li hawn fl-art m’hemm xejn li jista’ jiswielna ta’ ġid aktar milli meta nfittxu li nsiru nixbħu lil Kristu fil-passjoni tiegħu. San Roberto Bellarmino (1542-1621 ) Imxi fuq il-passi ta’ Kristu u erfa’ salibek biex issalva ruħek, bħalma Kristu ġarr is-salib tiegħu għas-salvazzjoni tiegħek. Sant Antnin ta’ Padova (1195-1231)

Hija t-tbatija li tagħmilna nixbħu lil Kristu. Santa Tereżina ta’ Lisieux (1873-97)

Il-Kurċifiss għadni nżomm mhux biss quddiem għajnejja u fuq sidri, imma wkoll f’qalbi. Santa Bernadetta (1844-79)

Kull tbatija li nġarrbu, kbira kemm hi kbira, nilqgħuha bil-ferħa meta aħna nitfgħu ħarsitna fuq Ġesù msallab. Santa Marija Maddalena dei Pazzi (1566-1607)

Ejjew immorru f’riġlejn is-salib u ngergru hemmhekk, jekk għandna l-kuraġġ. Santa Madeleina Sophie Barat (1779-1865)

Page 23: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

22 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 27, it-2 punt

Jesus Christ suffered no less in his body than in his soul. He was bound and shackled disgracefully by the soldiers. His head was crowned with thorns, which were beaten in by heavy blows from a rod. Several soldiers spat in his face; others slapped him. He was so cruelly whipped that the blood flowed from every part of his body. They hoisted a heavy cross onto his shoulders; they gave him gall and vinegar to drink, and finally they crucified him between two thieves, piercing his hands and feet with large nails and his side with a lance. What crime had Jesus Christ committed to be treated this way? Yet the rage of the Jews was not satisfied, says Saint Bernard, not even after making him undergo such great torment unjustly. How is it possible to treat like this that Person who had only tried to do good to everyone? L-Ewwel Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli L-UMANITÀ KOLLHA SPEĊJALMENT ’IL-MIDINBIN, u niżżilhom fil-baħar tal-ħniena tiegħi. B’dal-mod niġi mfarraġ mid-dwejjaq li jkolli minħabba t-telfien tal-erwieħ.” Kurunella tal-Ħniena Divina: Ibda billi tgħid il-Missierna, is-Sliema u l-Kredu. Imbagħad fuq iż-żibeġ tal-Missierna għandek tgħid dawn il-kelmiet:

o Missier Etern, jiena noffrilek il-ġisem, id-demm, ir-ruħ u d-divinità ta’ ibnek l-għażiż, Sidna Ġesù Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.

Fuq iż-żibeġ tal-Ave Maria għandek tgħid dawn il-kelmiet: o F’ġieħ il-passjoni ħarxa tiegħu, ħenn għalina u għad-dinja kollha. o (Għal għaxar darbiet)

Imbagħad, wara l-ħames posta tgħid għal tliet darbiet: o Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali, ħenn għalina u għad-dinja

kollha. Ammen.

Fl-aħħar tgħid it-talba lil Ġesù Ħanin.

“O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.” (Din il-kurunella tingħad kuljum matul in-novena)

Missierna...

Page 24: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 23

Is-Sibt, il-11 t’April Is-Sibt Imqaddes tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Matul il-jum il-Knisja tishar ħdejn il-qabar tal-Mulej tistenna t-tħabbira tal-qawmien tiegħu mill-imwiet fil-bidu taċ-ċelebrazzjoni tal-vġili solenni tal-Għid.

Qari: L-Ewwel Ġenesi 1: 1,2; 2:2 Alla ħares lejn kull ma għamel u ra li kollox kien

sew ħafna. Salm 103:1,2,5,6,10,12,14,24,35 Ġedded il-wiċċ tal-art Mulej. Jew Salm 32: 4-7,12,13,20,22 Bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. It-Tieni Ġenesi 22: 1-18 Is-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham. Salm 15: 5, 8-11 Ħarisni O Alla, għax fik jien nistkenn. It-Tielet Eżekjel 14: 15; 15:1a Ulied Iżrael, daħlu fl-inxif f’nofs il-baħar Salm Eżekjel 15: 1-6,17,18 Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bi sħiħ. Ir-Raba’ Isaija 54: 5-14 Bi mħabba ta’ dejjem ħenn għalik il-Mulej. Salm 29: 2,4-6,11-13 Ngħollik, Mulej, għax erfajtni. Il-Ħames Isaija 55: 1-11 Ersqu lejja, isimgħu u tieħdu r-ruħ. Salm Isaija 12: 2,3,4b-6 Kollkom ferħana timlew l-ilma mill-għejun tas-

salvazzjoni. Is-Sitta Baruk 3:9-15,32; 4:4 Imxi lejn id-dija tad-dawl tal-Mulej. Salm 18: 8-11 Mulej, Int għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. Is-Seba’ Eżekjel 36: 16-28 Inroxx fuqkom ilma safi, u nagħtikom qalb ġdida. Salm 41: 3-5; 42: 3,4 Tixxennaq ruħi għalik, O Alla tiegħi F’ċelebrazzjoni ta’ Magħmudija

Salm 50: 12-15,18,19 Oħloq fija qalb safja O Alla. It-Tmienja 1. Rumani 6: 3-11 Kristu qam mill-imwiet biex ma jmutx aktar. 2. Salm 117: 1,2,16ab,17,22,23 Hallelujah, hallelujah. 3. Mattew 28: 1-10 Qam mill-Imwiet, u sejjer il-Galilija qabilkom.

Page 25: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

24 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni mill-Papa Benedittu XVI: Sibt il-Għid hu “art mhi ta’ ħadd” bejn il-mewt u l-qawmien, imma f’din l-“art mhi ta’ ħadd” daħal wieħed, il-Waħdieni, li qasamha bis-sinjali tal-passjoni tiegħu għall-bniedem: “Passio Christi. Passio hominis”. Il-liżar ikellimna sewwa sew fuq dan il-mument, qiegħed hemm biex jagħti preċiżament xhieda ta’ dan l-intervall uniku u irripetibbli fl-istorja tal-bnedmin u tal-univers, meta Alla, f’Ġesù Kristu, mhux biss qasam magħna fil-mewt tagħna, imma anki baqa’ magħna f’din il-mewt. L-aktar solidarjetà radikali. F’dak iż-“żmien-lil-hemm-miż-żmien” Ġesù Kristu “niżel bejn l-imwiet”. Xi tfisser din l-espressjoni? Tfisser li Alla, meta sar bniedem, wasal sal-punt li daħal fis-solitudni estrema u assoluta tal-bniedem, fejn l-ebda raġġ ta’ mħabba ma jwassal, fejn isaltan l-abbandun totali mingħajr ebda kelma ta’ faraġ: “l-imwiet”. Ġesù Kristu qagħad f’din l-mewt, rifes lil hemm mill-bieb ta’ din is-solitudni aħħarija biex anki lilna jmexxina lil hemm miegħu. Kollha kemm aħna xi darba jew oħra kellna sensazzjoni ta’ biża’ li ġejna mitluqin għal riħna, u dak li l-aktar ibeżżagħna fil-mewt hu sewwa sew dan, l-istess kif ta’ tfal bżajna li nibqgħu waħidna fid-dlam u l-preżenza ta’ persuna li tħobbna biss tista’ sserrħilna rasna. Araw, dan hu li seħħ nhar Sibt il-Għid: fis-saltna tal-mewt instema’ jidwi leħen Alla. Seħħ dak li ħadd ma kien jaħseb li seta’ jseħħ: jiġiferi li l-imħabba daħlet “bejn l-imwiet”: anki fl-eqqel dlam tal-iktar solitudni umana assoluta aħna nistgħu nisimgħu leħen li jsejħilna u nsibu driegħ li jerfagħna u joħroġna minn hemm. Il-bniedem jgħix għax hu maħbub u jista’ jħobb; u jekk anki fl-ispazju tal-mewt daħlet l-imħabba, allura anki hemm waslet il-ħajja. Fis-siegħa tal-eqqel solitudni m’aħna se nkunu qatt waħidna: “Passio Christi. Passio hominis”. Dan hu l-misteru ta’ Sibt il-Għid! Sewwa sew minn hemm, mid-dalma tal-mewt tal-Iben ta’ Alla, xiref id-dawl ta’ tama ġdida: id-dawl tal-qawmien. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 28, it-3 punt

These sacred wounds can procure for us another benefit: to inspire us to a love for suffering, for his wounds show us how powerfully Jesus Christ was impelled to suffer. In his glorious body he has preserved the scars of his wounds as so many ornaments and marks of honor. As members of Jesus Christ, you ought likewise to consider it an honor to suffer like him and for him. After the example of Saint Paul, you glory only in the cross of your Savior. Often kneel before these divine wounds; lregard them as the source of your salvation. With Saint Thomas, put your hand into the wound of the side, not so much to strengthen your faith as to penetrate, if possible, even to the heart of Jesus and to draw from there into your own heart sentiments of truly Christian patience, entire resignation, perfect conformity to God’s will, and courage that will lead you to seek opportunities to suffer. It-Tieni Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli L-ERWIEĦ TAS-SAĊERDOTI U R-RELIĠJUŻI u daħħalhom fil-ħniena tiegħi bla qies. Kienu huma li tawni l-qawwa biex nissaporti l-passjoni kiefra li minnha għaddejt. Permezz tagħhom tinżel il-ħniena tiegħi fuq l-umanità kollha.”

Page 26: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 25

TALBA

“O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna...

Il-Ħadd, it-12 t’April Ħadd il-Għid tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 10, 34a.37-43 Aħna kilna u xrobna miegħu wara li qam mill-imwiet. 2. Salm 117:1-2,16-17,22-23 Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew

fih. 3. Kolossin 3: 1-4 Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn qiegħed Kristu. jew 1 Korintin 5: 6b-8 Tnaddfu mill-ħmira l-qadima, ħa tkunu għaġna ġdida. 4. Ġwanni 20: 1-9 Kristu kellu jqum mill-imwiet. jew Mattew 28: 1-10 Qam mill-imwiet, u sejjer il-Galilija qabilkom. jew filgħaxija Luqa 24: 13-35 Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin. Riflessjoni fuq il-Vanġelu ta’ San Ġwann:

Il-Liġi Lhudija tisħaq li jekk wieħed jidħol ġo qabar dan jiġi mniġġes. Fil-fatt, meta wieħed jmiss qabar dan jibqa’ mniġġes għal sebat ijiem. Jista’ jkun li din id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu lejn din ir-reliġjożità?

Kienet x’kienet ir-raġuni biex dan id-dixxiplu jieqaf, Pietru baqa’ dieħel jgħaġġel ’il ġewwa. Hu jasal l-aħħar imma jidħol l-ewwel, mingħajr ma jagħti l-ebda kas ta’ dak li tgħid il-Liġi. Għalhekk mhix xi ħaġa ta’ barra minn hawn li San Tumas Aquinos iqabbel lil Pietru mal-pagani. Dawn kienu tal-aħħar imma jgħaddu anke lil dawk li kellhom il-privileġġ li jkunu tal-ewwel li jaraw. Mingħajr il-piż tal-madmad ta’ Mosè, li ġiegħel lil Ġwanni jibqa’ fid-daħla, bħal Pietru huma daħlu fil-qabar, u b’hekk b’mod mistiku ndifnu ma’ Kristu.

Page 27: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

26 SIGNUM FIDEI

Huwa importanti li naraw d-dħul fil-qabar bħala xbiha mistika tal-magħmudija, għax dan jurina l-ironija divina tal-pjan ta’ Alla. Il-post ta’ purifikazzjoni huwa dak l-istess post mimli impurità – jew nistgħu ngħidu li kull impurità issa saret pura. Il-mewt inbidlet f’ħajja. Il-“qabar” ta’ Kristu, m’għandu l-ebda tniġġis (ma fih l-ebda kadavru). Minn ġewwa huwa pur, post mimli ħajja. Saħansitra jippurifika. Għaliex fir-rit preskritt minn Mosè biex wieħed jitnaddaf mill-impurità ta’ kadavru jrid jinħasel bl-ilma minn nixxiegħa, imħallat bl-irmied mill-offerta tas-sagrifiċċju bi tpattija għad-dnub. Dan huwa tip ta’ fonti tal-magħmudija tat-Testment il-Ġdid, mimli bl-ilma ħaj imbierek bis-sagrifiċċju ta’ Kristu għal dnubietna.

B’hekk, aħna lkoll li ħaddanna l-fidi Nisranija permezz tal-ilma u l-Ispirtu, il-mewt m’għandiex tkun għalina l-biża’ tax-xifer tal-irdum. Indfinna ma’ Kristu fil-magħmudija, għalhekk nistgħu nidħlu f’kull qabar mingħajr inkwiet. Bħal Pietru, nistgħu ngħaddu mingħajr tfixkil ġol-qabar li jagħti l-ħajja, kull meta jkollna ċ-ċans li mmutu għalina nfusna.

Fr. Anthony Giambrone, Praying with Saint John’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, l-1 punt

This feast is a day of joy for the entire Church; that is why we so frequently and so solemnly sing these words of the Royal Prophet: This is the day the Lord has made; let us rejoice and be glad in it. Indeed, the Resurrection of Jesus Christ is at once very glorious for him and highly advantageous for all the faithful. It is glorious for Jesus Christ, because by it he overcame death. This led Saint Paul to affirm that Jesus Christ was raised up for the glory of his Father and that once risen, he dies no more, because death will no longer have power over him. It is advantageous for us, because it is an assurance of our own resurrection. Certain it is, adds the Apostle, that just as all died in Adam, so too all will rise again in Jesus Christ. According to this same Apostle, it was on this happy day that death was destroyed once and for all. Rejoice with the whole Church over so great a favor, and thank Jesus Christ, our Lord, very humbly for it. It-Tielet Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli L-ERWIEĦ QADDISA U FIDILI u itfagħhom fil-baħar tal-ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ farrġuni fi triqti lejn il-Kalvarju. Kienu għalija bħal qatra ta’ faraġ f’nofs baħar ta’ niket.”

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen. Missierna...

Page 28: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 27

It-Tnejn, it-13 t’April It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid San Martin I – Papa u martri

San Ermeneġildo - martri (†585);

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 2: 14,22-33 Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll xhieda. 2. Salm 15:1,2a,5,7-11 Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn. 3. Mattew 28: 8-15 Morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili

jarawni hemmhekk. Mill-Istorja tal-Istitut: Fit-13 t’April 1867, il-Beatu Bro. Scubilion Roussean miet fil-gżira ta’ Reunion, 400 mil ’il bogħod mill-kosta tal-Lvant tal-Afrika, wara ħidma ta’ 34 sena fil-missjoni. Il-festa liturġika tiegħu ssir fis-27 ta’ Settembru. IL-BEATA MARGERITA TA’ CASTELLO (1287-1320) Margerita ta’ Castello kienet għamja, mifluġa, ħotbija, nana u diformata mit-

twelid. Il-ġenituri tagħha kienu n-nobbli tal-kastell ta’ Metola, min-naħa t’isfel ta’ Franza. Kien jisimhom Parisio u Emilia.

Tant kienet għalihom ta’ diżunur li għal erbatax-il sena ħallewha magħluqa fil-kastell biex ħadd ma jkun jista’ jaraha. Kellha l-privileġġ li tista’ tattendi għall-quddiesa u tirċievi s-sagramenti.

Semgħu bil-mirakli li kienu qed isiru fuq il-qabar ta’ Fra Giacomo, bniedem ta’ fama qaddisa u ħaduha fuq qabru, biex jitolbu għall-fejqan tagħha. Meta raw li ma seħħ l-ebda miraklu, abbandunawha.

Bdiet tgħix bil-karità, fit-talb u tgħin lill-foqra. Mietet ta’ 33 sena u attendew folol kbar għall-funeral tagħha. Tfajla li kienet magħtuba fieqet b’miraklu waqt il-funeral tagħha. Ġiet midfuna fil-knisja stess.

Fl-1558, il-fdalijiet ta’ Margerita kienu trasferiti u għalkemm it-tebut u l-ħwejjeġ tagħha nstabu mmermra, ġisimha kien għadu ppriservat.

Ġiet ibbeatifikata fid-19 ta’ Ottubru tal-1609, mill-Papa Pawlu V. Riflessjoni: Pietru pprietka dwar Kristu Rxoxt, u nies ta' ħafna kulturi u ilsna kollha kienu mqanqla bil-messaġġ tiegħu. Hemm diversi affarijiet tal-għaġeb f'dan ir-rakkont: li Pietru, sajjied sempliċi, għandu jkollu l-kuraġġ li jindirizza folla li għandha tifhem il-messaġġ tiegħu; u li jiġu mċaqalqa sal-punt li jistaqsu, "X'għandna nagħmlu, aħwa?" Il-verità għandha qawwa li tħarrek! Il-qassisin il-kbar fittxew b’mod attiv li jrażżnu l-verità, anke joffru tixħim. Flus li wasslu għat-tradiment ta’ Ġesù jkomplu jrażżnu l-verità tal-qawmien tiegħu. Dan l-użu ħażin tal-poter tal-flus għadu jseħħ sal-ġurnata tal-lum, li, ovvjament, aħna nikkritikaw, madanakollu ninsew ftit id-diżonestajiet fil-ħajja personali tagħna

Page 29: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

28 SIGNUM FIDEI

stess. Meta ngħixu ħajja denja ta’ Kristu Rxoxt, il-verità tal-Vanġelu tiżvela lilha nnifisha b’mod sħiħ. Addattat mill-ktejjeb My Daily Gospel 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 30. silta mill-1 punt

In your conversations and recreations, are you careful to take Jesus Christ for your model? Is it with the purpose of edifying one another that you participate in them? On leaving them are you all on firewith divine love, as were the two disciples who were traveling to Emmaus? Like them, are you better instructed regarding your duties? Are you more encouraged to perform these duties well? Are their topics of conversation the same as yours? Are their maxims and ways of acting sometimes the subject of your discussions? That is how you will benefit from the moments of recreation that obedience grants you to relax from your work and to restore your energy. Ir-Raba’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli LIL DAWK LI MA JEMMNUX FIJA U LIL DAWK LI GĦADHOM MA JAFUNIX. Kont qed naħseb fihom ukoll matul il-passjoni tiegħi, u l-ħeġġa li biha għad jitkebbsu kienet ta’ faraġ għal qalbi. Għaddashom fil-baħar tal-ħniena tiegħi.”

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.

Missierna...

It-Tlieta, l-14 t’April It-Tlieta tal-Ottava tal-Għid

Santa Lidwina Il-Beatu Pietru Gonzales – reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 2: 36-41 Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta’

Ġesù Kristu. 2. Salm 32: 4,5,18-20,22 Bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. 3. Ġwanni 20: 11-18 Rajt il-Mulej u tani dil-bxara.

Page 30: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 29

BEATU PIETRU GONZALES (†1246) - reliġjuż Pedro Gonzales kien ġej minn familja nobbli ta’ Kastilja, fi Spanja. Wieħed minn

zijietu kien isqof ta’ Astorga, li eduka lil Pedro u anki kisiblu t-titlu ta’ kanonku tal-katidral minkejja li kien għadu taħt l-età.

Darba f’jum tal-Milied, hekk kif kien kollu mdandan imlibbes bl-iżjed ilbies fin biex jieħu l-pussess bħala kanoniku, kien imtajjar minn fuq iż-żiemel tiegħu u mitfugħ f’ħofra mimlija tajn, fost id-daħk ta’ dawk kollha li raw dan l-inċident.

F’daqqa waħda ħajtu nbidlet għal kollox għax din il-ġrajja ġegħlitu jiftaħ għajnejh u jara l-frugħa kollha tiegħu. “Jekk id-dinja daħket bija” qal, “jien irrid nidħak bid-dinja.”

Ħalla l-pożizzjoni li kellu u daħal Dumnikan. Kien predikatur kapaċi u anke ġie innominat bħala l-kappillan irjali minn San Ferdinandu III, re ta’ Kastilja u Leon.

Dan il-patri Dumnikan hu miqjum ħafna mill-baħħara Spanjoli u Portugiżi li kien jagħmlilhom żjarat fuq ix-xwieni tagħhom.

Huwa miet fl-14 ta’ April, 1246. Huwa l-qaddis protettur tal-baħħara li jsejħulu taħt l-isem ta’ Elmo jew Erażmu, li minnu ġej l-isem ta’ Iermu li għalih hija msemmija l-famuża Forti Sant’Iermu fil-belt Valletta.

Riflessjoni: Jiena żgura li, kieku San Pietru qal lil Ġesù bl-umiltà kollha: “Agħtini l-qawwa, nitolbok, li nimxi warajk sal-mewt,” kien jirċeviha mill-ewwel. U jiena żgura wkoll li l-Mulej, permezz tat-tagħlim u tal-preżenza fiżika tiegħu, lill-Appostli ma qalilhom xejn aktar milli jgħid lilna bis-saħħa tat-tnebbiħ tajjeb tal-grazzja li jagħtina. Lil San Pietru seta' qallu: “Itlobni l-qawwa biex twettaq dak li trid int”. Iżda, le! għax ried jurih id-dgħufija tiegħu u li, qabel ma kellu jmexxi 'l-Knisja kollha li hija mimlija midinbin, riedu jgħaddi hu nnifsu mill-esperjenza ta' dak li jasal għalih il-bniedem li ma jkollux l-għajnuna ta' Alla. ... Lil Pietru, qabel il-waqgħa tiegħu, il-Mulej qallu: “Meta terġa' lura, wettaq lil ħutek” (Lq. 22, 32). B'dan ried jgħid: Urihom mill-esperjenza tiegħek id-dgħufija tal-qawwa tal-bniedem ... Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 31, l-1 punt

On the day of his Resurrection, Jesus Christ appeared to his disciples and said to them, Peace be with you! to teach us that one of the principal signs that a person is leading a new life, that is, an interior and spiritual life, and is risen with Jesus Christ is when the person enjoys interior peace. There are many people who seem to be spiritual and to possess interior peace but who lack it. We might say of them what Jeremiah says, that they desire peace, yet peace does not exist in them. Such people appear to be the most pious and devout people in the world; they speak very eloquently and most willingly about interior things. They often experience the presence of God in prayer. But just say a sharp word to them or do something to irritate them, and immediately they are quite upset. They lose their peace because they are not solidly grounded in virtue and have not worked hard enough to get rid of their natural impulses. Are you not counted among these people? You must give yourselves more resolutely and more truly to God.

Page 31: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ħames Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli L-ERWIEĦ TAL-INSARA LI HUMA MIFRUDIN MINN XULXUN u itfagħhom fil-baħar tal-ħniena tiegħi. Matul il-passjoni huma ċarrtuli ġismi u qalbi, jiġifieri l-Knisja tiegħi. Meta jerġgħu jidħlu fl-għaqda mal-Knisja, il-ġrieħi tiegħi jfiequ, u b’hekk huma jtaffuli t-tbatija.”

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.

Missierna ...

L-Erbgħa, il-15 t’April L-Erbgħa tal-Ottava tal-Għid

San Marun - martri (+100) San Damjan de Veuster - saċerdot (1840-1889)

Il-Beatu Ċesare de Bus - saċerdot fundatur tad-Dxottrinari (1544-1607)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 3, 1-10 Dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’

Nazzaret, imxi! 2. Salm 104:1-4,6-9 Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu ’l-Mulej. 3. Luqa 24: 13-35 Għarfuh fil-qsim tal-ħobż. SAN DAMJAN DE VEUSTER (1840-1889) - saċerdot Joseph de Veuster, bħala reliġjuż Patri Damjan, twieled fi Tremeloo qrib Louvain

fil-Belġju fit-3 ta’ Jannar, 1840. Ta’ 18-il sena daħal mal-patrijiet tal-Qlub Imqaddsa ta’ Ġesù u Marija, magħrufa

bħala “Picpus Fathers’.

Page 32: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 31

Ta’ 23 sena hu telaq bħala missjunarju fil-gżejjer tal-Paċifiku u ġie ordnat saċerdot f’Honolulu fl-1864.

Disa’ snin wara, offra ruħu biex imur jaħdem qalb il-lebbrużi fil-gżira ta’ Molokai, u wasal hemm fl-10 ta’ Mejju 1873. B’kollox dam f’din il-gżira 16-il sena, jagħmel ġid spiritwali u materjali lill-merħla għażiża tiegħu.

Sa mill-bidu Damjan poġġa l-ġid tal-morda bil-lebbra qabel il-ġid tiegħu. Id-dehra u r-riħa ta’ iġsma mħassra għall-ewwel ħasditu, iżda ma ċediex.

L-ilma li kien hemm ma kienx tajjeb għax-xorb; għalhekk Patri Damjan mar fil-muntanji biex ifittex għejun friski. Wara ħafna xhur ta’ ġlied kontra l-burokrazija, ġew mibgħuta xi kanen u Damjan, flimkien ma’ xi nies tal-post bdew jaħdmu sakemm ilma safi twassal fil-kolonja. Billi fuq il-post ma kienx hemm injam biex tibni, Damjan baqa’ jiffitta lill-Bord tas-Saħħa ta’ Honololu sakemm tawh l-għajnuna meħtieġa.

Mhux l-ewwel darba li kien jitlef il-paċenzja, iżda qatt mal-morda li kien jitrattahom bl-ikbar rispett. Għal kull biċċa xogħol, sew jekk ta’ bini jew tagħlim, sew jekk biex idewwi xi ferità jew jaħdem xi tebut, kont dejjem issib lil Patri Damjan.

Ma’ nżul ix-xemx kien jintasab barra quddiem l-għorfa tiegħu, flimkien ma’ xi gruppi raħħala, jieħu gost bl-istejjer u l-kant tagħhom tal-post. Għalkemm ix-xogħol iebes kien iqabbdu l-ġuħ, mhux l-ewwel darba li qasam il-ftit ikel li kien ikollu ma’ sħabu. Anke l-pipa tiegħu kien iħallihom ipejpu.

Sal-1881, permezz ta’ fondi mingħand l-isqof, inbnew żewġ orfanatrofji u żewġ skejjel.

L-ewwel Ħadd ta’ Ġunju 1885, qabel ħareġ għall-adorazzjoni ta’ filgħodu, Damjan waqqa’ ilma jagħli fuq siequ. Ra l-ġilda tinstamat iżda ma ħass xejn. F’dik l-għodwa n-nies inħasdu hekk kif Patri Damjan ma bediex il-prietka tiegħu bis-soltu kliem, “Għeżież ħuti …” iżda “Aħna l-lebbrużi …” Bħalhom Damjan issa kien marid bil-lebbra.

Patri Damjan miet bil-lebbra, ta’ 49 sena, fil-15 ta’ April 1889, u kien midfun b’għożża kbira minn sħabu taħt is-siġra tal-pandanus li taħtha kien raqad meta wasal hemm l-ewwel darba.

Illum fuq Molokai hemm salib tal-granit li fuqu hemm imnaqqax il-kliem: “M’hemmx imħabba ikbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.”

Il-fdal tiegħu ttieħed trijonfalment fil-Belġju, fejn jinsab meqjum fil-kripta tal-Knisja tal-“Picpus Fathers” ta’ Louvain.

Aktar minn 33,000 lebbruż, ħafna minnhom mhux Insara, għamlu petizzjoni għall-beatifikazzjoni tiegħu.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifikah fil-Belġju fl-1995 waqt żjara pastorali li għamel f’dak il-pajjiż.

Il-Papa Benedcittu XVI iddikjara lil Damjan de Veuster qaddis f’Ottubru tal-2009. Riflessjoni: Illum fil-Liturġija naqraw ir-rakkont tad-dixxipli ta’ Emmaus. Kienu qalbhom maqtugħa, billi dak Ġesù li kienu emmnu fih kien maqtul. Kellhom idea li l-Messija kellu jkun bniedem ta’ qawwa u għalhekk ma setgħux iniżżluha kif dan inqatel; għalhekk inqatgħu minn mal-kommunità f’Ġerusalem u marru Emmaus, imdejqa u mħawda.

Page 33: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

32 SIGNUM FIDEI

Iżda Ġesù dehrilhom, u f’din is-sentenza naraw li qalilhom li qabel jidħol fil-glorja kellu jgħaddi mit-triq tat-tbatija. Bħad-dixxipli ta’ Emmaus, min jaf kemm staqsejna l-mistoqsija li la darba Alla jeżisti, kif hawn tant deni fiżiku u tant ħażen morali? Il-misteri ta’ Alla mhux dejjem nifhmuhom. Angelo Xuereb, Ir-rebħa tiegħu ... Ir-rebħa tagħna Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 30, silta mit-3 punt

Jesus gave them his sacred body, and they recognized him. A similar happiness will be yours when you willingly converse on holy topics. Jesus Christ, who is in your midst, will give himself to you, and he will communicate his Spirit to you. To the degree that you talk about him and about what pertains to him, to that degree you will learn to know him and to appreciate what is good and his holy maxims. Is-Sitt Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli ’L-BNEDMIN TA’ QALB ĦELWA U UMLI U T-TFAL IĊ-ĊKEJKNIN u għaddashom fil-baħar ta’ ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ jixbhu ħafna lil qalbi. Huma tawni s-saħħa fil-ħin tal-agunija ħarxa tiegħi. Jien rajt fihom anġli tal-art, li kellhom jishru miegħi f’riġlejn l-altari. Insawwab fuqhom xmajjar sħaħ ta’ grazzji. Ir-ruħ umli biss tista’ tilqa’ l-grazzja tiegħi. Għandi fiduċja kbira f’dawn l-erwieħ umli.”

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha

biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen. Missierna...

Page 34: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 33

Il-Ħamis, is-16 t’April Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid San Benedittu Ġużeppi Lebre Santa Bernardina Soubirous

San Kontardo d’Este - prinċep

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 3: 11-26 Qtiltu lill-awtur tal-ħajja, imma Alla qajmu mill-imwiet. 2. Salm 8: 2a u 5-9 Mulej, sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! 3. Luqa 24: 35-48 Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-

imwiet. SANTA BERNARDINA SOUBIROUS (1844-1879) Din il-qaddisa tibqa’ l-aktar magħrufa minħabba d-dehriet li kellha tal-Madonna

f’Lourdes. Maria Bernarda twieldet f’Lourdes u kienet il-kbira minn sitt aħwa, ulied Francois

Soubirous u martu Louise Castérot. Bernadette, kif kienu jsejħulha d-dar, kienet tifla marradija u tbati bl-ażma, u meta kellha 10 snin anki ħadet il-marda tal-kolera. Missierha li kellu makna tad-dqiq ma kienx jinqala’ għan-negozju u l-familja sabet ruħha f’faqar kbir u kellha tmur toqgħod f’dar se taqa’ u ma taqax.

It-tifla rċeviet ftit skola, u kienet miżmuma bħala moħħha ma jagħtihiex. Fl-1858, fis-sena li fiha għamlet l-ewwel tqarbina, seħħew ġrajjiet straordinarji li biddlu għal kollox ħajjitha u li għamluha tant magħrufa.

Id-dehriet tal-Madonna b’kollox kienu 18-il waħda. F’dik tal-25 ta’ Marzu, meta Bernadette reġgħet staqsiet lis-Sinjura tad-dehriet x’kien jisimha, il-Madonna weġbitha: “Jiena l-Kunċizzjoni Immakulata.” Il-Papa B. Piju IX kien ipproklama d-domma tat-tnissil bla tebgħa ta’ Marija fit-8 ta’ Diċembru ta’ tliet snin qabel.

L-ilma li ħareġ mill-post fejn Bernadette ħaffret fuq it-talba tal-Madonna sar għajn ta’ fejqan għal bosta, imma dak l-istess ilma lilha ma fejjaqhiex mill-mard tagħha. Kienet qaltilha l-Madonna: “Inwiegħdek li nagħmlek hienja, mhux f’din id-dinja iżda fl-oħra”.

Bernadette kellha tgħaddi minn żminijiet diffiċli: sabet oppożizzjoni u ma kinitx emmnuta kemm mill-awtoritajiet tal-Knisja kif ukoll dawk ċivili. Ma tawx kasha għax qalu li kienet tifla sempliċi, bla skola u tbati mill-alluċinazzjonijiet. Imma s-sinċerità ovvja tagħha u s-sens komun tagħha wasslu biex ħafna bdew jemmnu fid-dehriet. Hi kienet tobgħod il-pubbliċità li għaliha kienet esposta minħabba d-dehriet u kienet tirrifjuta li taċċetta flus jew rigali oħra mill-ħafna nies li kienu jmorru biex jarawha.

Fl-1864, talbet biex tidħol fil-kunvent tas-sorijiet ta’ Notre Dame f’Nevers, imma minħabba saħħitha ma ġietx milqugħa qabel l-1866, meta kienet aċċettata bħala novizza u ħadet l-isem ta’ Maria-Bernarda.

Hi għexet il-bqija ta’ ħajjitha bħala soru ordinarja u ma ħarġitx mill-kunvent, lanqas fl-1876 fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru biex ifakkru l-ftuħ ta’ bażilika ġdida f’Lourdes. Jidher li din kienet għażla tagħha; xtaqet kieku tkun preżenti imma

Page 35: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

34 SIGNUM FIDEI

riedet tevita l-attenzjoni fuqha. “O, kieku kont nista’ mmur bla ma ħadd jarani”, qalet.

Kellha xewqa kbira li titqaddes: “Jeħtieġli nkun qaddisa,” kitbet, “Ġesù dan li jrid minni u jiena obbligata li nkun hekk mill-vokazzjoni tiegħi.”

Kellha sens kbir ta’ umiltà. Dwar dak li ġara minnha qabel ma daħlet reliġjuża, Bernadette xebbhet lilha nfisha ma’ xkupa: “Il-Madonna nqdiet bija. Imbagħad qegħduni lura fir-rokna tiegħi. Jiena hienja li nieqaf hemm.”

Il-mard qatt ma ħallieha għal kollox. L-aħħar erba’ snin ta’ ħajjitha, il-mard daħal aktar ’il ġewwa. Kienet issofri minn tuberkolożi fl-għadam bi tbatijiet kbar. Mietet ta’ 35 sena, nhar is-16 ta’ April tas-sena, 1879.

Bernadette Soubirous kienet iddikjarata qaddisa fis-Sena Mqaddsa tal-Fidwa 1933, mill-Papa Piju XI.

Riflessjoni: Id-dixxipli ta ’Ġesù “kienu mbeżżgħin” meta raw lil Ġesù. Il-bnedmin jiġu meħlusa meta jiġu ffaċċjati b’realtà mhux mistennija. Mhux ta’ b’xejn li l-Iskrittura hija mimlija bi kliem bħal “la tibżgħux”, kemm jekk minn xi anġlu, profeta, jew Ġesù nnifsu. Aħna nfusna forsi esperjenzajna biża’ b'modi differenti f'kuntesti differenti ta' ħajjitna. Il-messaġġ divin magħna huwa preċiżament, “kunu lesti għas-sorpriżi! Il-barkiet ta' Alla jidħlu għalina bħala dawk mhux ittamati għal suċċessi jew fallimenti mhux mistennija.” Hija l-fidi li tittrasforma l-fallimenti f'okkażjonijiet biex titgħallem xi ħaġa ġdida, u meta tirnexxi f'okkażjoni ta' umiltà, Ġesù qiegħed hemm. Huwa jiftħilna moħħna għall-Iskrittura kif għamel lid-dixxipli, kif għamel Pietru lill-folol. Tassew, jista’ jitfa’ saħansitra biża’ minn qalbna. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 30, it-2 punt

To model your conversation on that of the two disciples and Jesus Christ with them, it is good for you to know, first of all, what these two disciples were talking about. They spoke only of good things, of what had happened in Jerusalem at the death of Jesus Christ, about his holy deeds and miracles, and about the admirable life that caused him to be so greatly honored by the entire people that they regarded him as a great Prophet and even as the Messiah who was to deliver Israel. They also spoke about the rumors that were spreading about his Resurrection, ...It would be of slight advantage for them (the religious) to be separated from the world in body if they were not taking on a spirit quite opposed to that of worldlings; this they ought to show particularly in their conversations Il-Seba’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli L-ERWIEĦ LI JQIMU U JSEBBĦU L-ĦNIENA TIEGĦI B’MOD SPEĊJALI u afdahom f’din l-istess ħniena. Dawn l-erwieħ tnikktu ħafna minħabba l-passjoni li ġarrabt, u daħlu ħafna ’l ġewwa fl-ispirtu tiegħi. Huma xbihat ħajja tal-qalb ħanina tiegħi. Dawn l-erwieħ għad jiddu b’dija speċjali fil-ħajja li ġejja. Fis-siegħa ta’ mewthom, jiena nħares b’mod partikolari lil kull wieħed u waħda minnhom.”

Page 36: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 35

TALBA “O Ġesù ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.” Missierna...

Il-Ġimgħa, is-17 t’April Il-Ġimgħa tal-Ottava tal-Għid

San Aniċetu – Papa, martri Il-Beata Katerina Tekakwita Il-Beata Kjara Gambacorti

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 4: 1-12 F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni. 2. Salm 117: 1,2,4,22-24,25-27a Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax- xewka. 3. Ġwanni 21: 1-14 Ġesù resaq, qabad il-ħobż u newwilhulhom; u

hekk ukoll għamel bil-ħut. IL-BEATA KLARA CAMBACORTI (1362-1419) – armla Thora Cambacorti kienet ta’ nisel nobbli. Missierha Pietru kien gvernatur ta’

Pisa, l-Italja. Ta’ 7 snin ried jgħarrasha lil żagħżugħ nobbli sabiex ikun jista’ jsaħħaħ il-poter, iżda it-tifla, għalkemm ta’ età żgħira, kienet ġa tat qalbha lill-Għarus Divin.

Iżda missierha kompla sejjer bl-għerusija kontra x-xewqa tagħha. Però hi qatt ma ltaqgħet ma’ dan iż-żagħżugħ għaliex mar għall-gwerra u miet fl-1377, mingħajr ma reġa’ lura lejn Pisa.

Il-ġenituri tagħha ppruvaw jerġgħu jżewġuha, iżda Thora qatgħet xagħarha, u tat l-ilbies lussuż tagħha u kull ma kellha lill-fqar. Libset ilbies ta’ xkora raffa u rnexxielha tidħol fil-kunvent tal-Klarissi, fejn bidlet isimha għal Klara.

Ma damitx wisq f’dan il-kunvent għaliex huwa ġie għaliha b’forza u reġa’ ħadha lura. Inżammet għal ħames xhur imsakkra f’darha, xi kultant anke mingħajr ikel. Lanqas setgħet toħroġ biex tattendi għall-quddiesa.

Fl-aħħar, fil-festa ta’ San Duminku, oħtha tar-rispett ħaditha biex tisma’ quddiesa fi knisja tad-Dumnikani, u waqt li kienet qed titlob, Alla nebbaħha li s-sejħa tagħha kienet biex isservih fl-Ordni Dumnikana u mhux fl-Ordni Franġiskana.

Page 37: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

36 SIGNUM FIDEI

Bil-paċenzja rnexxielha tegħleb ir-reżistenza tal-familja tagħha u daħlet fil-kunvent tad-Dumnikani, tas-Salib Imqaddes, barra mill-belt. F’dan il-kunvent damet biss 4 snin għaliex ħasset li l-virtù tal-povertà ma kinitx stretta biżżejjed.

Hija u ħamsa oħra telqu minn dan il-kunvent u marru jgħixu f’kunvent ieħor ta’ San Duminku, li nbena apposta għalihom. Hawn bdew josservaw regola stretta ħafna. Klara laħqet badessa ta’ dan il-kunvent.

Min hawn bdiet ir-riforma tal-Ordni Dumnikan. Għalkemm il-komunità kienet tgħix fi klawsura, Klara sabet mezz li tilħaq il-fqar

u l-batuti. Qabdet żewġ sorijiet, li kellhom il-permess li joħorġu, biex iżuru l-isptarijiet u l-ħabsijiet.

Permess tal-pariri tagħha, kollha għerf u inkuraġġiment, mexxiet kemm-il persuna, fosthom bosta patrijiet, fid-direzzjoni spiritwali. Dan kienet tagħmlu l-iżjed permezz tal-ittri.

Hija mardet serjament u mietet fl-età ta’ 57 sena, fl-1419. Ħafna grazzji u mirakli kienu attribwiti bl-interċezzjoni ta’ din il-beata u għalhekk

il-Papa Piju VIII, ibbeatifikaha. Riflessjoni: Ingħaqdu mal-Mulej, uliedi, biex titolbu lill-Missier li jagħtikom l-Għarus tagħkom illum, ħalli ma tidhrux mingħajru f'din id-dinja, u dan sakemm iddumu ħajjin. Huwa biżżejjed li jibqa' moħbi taħt ix-xbihat tal-ħobż u tal-inbid biex jagħti qies sewwa lill-hena kbira tagħkom.

Santa Tereża ta' Ġesù Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 206, silta mit-3 punt

What you say and do need not be as great a concern in the account you will have to render to God as the intention and the manner of these actions. For the faults of speaking and acting are usually more tangible and come more readily to your mind. Of intention Saint Paul says that whether we speak or whether we act, we must do all things in the name of our Lord Jesus Christ, not in order to please men but to please God. This is the purpose you must have and the sole motive that God wants you to have in your work. Is it not true that often you have hardly thought of this at all, that usually you have had no intention whatsoever or, if you have had one, that it was purely natural and human? This single fault, then, would have corrupted all that you did, however good it might have been, and would have blocked God’s blessing on your action

Il-Tmien Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum ġibli L-ERWIEĦ TAL-PURGATORJU u itfagħhom fil-fond tal-

ħniena tiegħi. Ħalli demmi li xerridt bil-kotra jtaffi l-ħruq tan-nirien li qed isofru. Dawn l-erwieħ kollha huma maħbubin ħafna minni. Huma qed iħallsu d-dejn li għandhom mal-ġustizzja tiegħi. Inti tista’ sserraħhom. Agħmel ħiltek biex tirbaħ l-indulġenzi kollha miġburin fit-teżor tal-Knisja Tiegħi, u offrihom għal dawn l-erwieħ. O li kieku kellek tifhem biżżejjed x’qed ibatu, kont toffri l-ħin kollu għalihom il-karità spiritwali, u tħallas id-dejn li huma għandhom mal-ġustizzja tiegħi.”

Page 38: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 37

TALBA “O Ġesù ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna...

Nitolbu għal Bro. Anthony Farrugia (1985) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Is-Sibt, it-18 t’April Is-Sibt tal-Ottava tal-Għid

San Ġaldinu – isqof Il-Beata Marija tal-Inkarnazzjoni – reliġjuża

Il-Beata Savina Petrelli – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 4: 13-21 Aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u

smajna. 2. Salm 117: 1 u 14-16ab-21 Niżżikħajr, Mulej talli weġibtni. 3. Mark 16: 9-15 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju. SAN GALDINU (1100–1176) - isqof ta’ Milan Kien mill-familja magħrufa Della Scala u twieled fl-1100. Wara li sar saċerdot laħaq il-kanċellier tad-djocesi u l-arċidjaknu tal-katidral. Imma fl-1161, kellu jeżilja ruħu mal-Arċisqof Hubert minħabba li l-Imperatur

Federik Barbarossa attakka u rebaħ Milan u ħa r-relikwi, miżmumin bħala tal-Maġi mill-knisja ta’ San Ewstorgju ta’ Milan, għall-katidral ta’ Cologne fil-Ġermanja, fejn għadhom sal-lum.

Iddefenda lill-Papa Alessandru III fix-xiżma li ħoloq Barbarossa, u dan ħatru kardinal fl-1165 u sena wara arċisqof ta’ Milan.

Page 39: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

38 SIGNUM FIDEI

Kien il-veru missier tal-poplu, li farraġ u għen lill-foqra u lill-imsejkna, u bena Milan mill-ġdid wara li sfat imfarrka minn Barbarossa. Insista li jkun hemm dixxiplina u serjetà fil-kleru u kkumbatta l-ereżija tal-Katari.

Miet wara li ħassu ħażin fuq il-pulptu, waqt prietka l-iktar imħeġġa fil-katidral, nhar it-18 t’April, 1176.

Wara San Ambroġġ u San Karlu Borromeo, hu l-iktar isqof qaddis ta’ Milan, meqjum mill-Milaniżi.

Riflessjoni: Min jemmen fi Kristu u fl-Evanġelju tiegħu, min jittama fil-wegħdiet tiegħu, jingħaqad miegħu fl-imħabba u joqgħod għall-kmandamenti tiegħu, u jingħaqad neċessarjament f'għaqda ta' ħsieb u mħabba ma' dawk kollha li għandhom l-istess konvinzjoni. Min għex qrib il-Mulej fuq l-art sar is-siġra żgħira li kibret f'komunità kbira Nisranija. Huma xandruha, ħallew b'wirt għaż-żminijiet ta' wara sa żmienna t-teżor tal-fidi li l-Knisja minnha nfisha ġġorr. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 109, it-3 punt

He (St. Gregory) had not been able, prior to his elevation to the Sovereign Pontificate, to labor in person for the conversion of infidels, something to which his zeal inspired him. After he became Pope, he sent out evangelical laborers to preach the faith to them and to instruct them in our religion. By such conduct this saint showed that it was only his humility that made him flee the papacy, because once he had accepted his election, his zeal led him to accomplish great things for the cause of religion.

Il-Disa’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina Irrifletti: “Illum gibli L-ERWIEĦ LI WAQGĦU FIL-BRUDA u itfagħhom ’l isfel fil-fond tal-ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ weġġgħuli qalbi b’mod kiefer. Fil-Ġnien taż-Żebbuġ ruħi ġarrbet stmerrija tal-biża’ minħabba l-erwieħ bierda. Kienu dawn l-erwieħ li ġegħluni ngħid: “Missier, warrab dan il-kalċi minn quddiemi, jekk din hi r-rieda tiegħek.” L-aħħar tama ta’ salvazzjoni għalihom hija li jiġu jfittxu l-ħniena tiegħi.”

TALBA “O Ġesù ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna...

Page 40: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ħadd, id-19 t’April It-2 Ħadd tal-Għid

Il-Ħadd tal-Ħniena Divina Illum jiġu kkanonizzati l-Beati

Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwani Pawlu II

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 2: 42-47 Dawk kollha li kienu jemmnu kienu lkoll flimkien u

kollox bejniethom. 2. Salm 117: 2-4,13-15,22-24 Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb, għax għal

dejjem it-tjieba tiegħu! 3. 1Pietru 1: 3-9 Tana twelid ġdid li jwassalna għal tama ħajja bil-

qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. 4. Ġwanni 20: 19-31 Tmint ijiem wara ġie Ġesù. Riflessjoni:

Alla ma joffendix ruħu li jkun “tagħna”, għax l-imħabba titlob kunfidenza, il-ħniena titlob fiduċja. Diġà fil-bidu tal-Għaxar Kmandamenti, Alla qal: “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek” (Eż. 20:2), u tenna: “Jiena hu l-Mulej Alla tiegħek, Alla għajjur” (v. 5). Din hi l-proposta ta’ Alla, maħbub għajjur tagħna li jippreżenta ruħu bħala Alla tiegħek. U mill-qalb imqanqla ta’ Tumas toħroġ minnufih it-tweġiba: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!” Aħna u nidħlu llum, permezz tal-pjagi, fil-misteru ta’ Alla, nifhmu li l-ħniena mhijiex xi kwalità fost l-oħrajn tiegħu, imma hi l-istess taħbita ta’ qalbu. U għalhekk, bħal Tumas, ma ngħixux iżjed ta’ dixxipli inċerti, devoti imma ħosbiena; insiru aħna wkoll veri namrati tal-Mulej! Ma rridux nibżgħu minn din il-kelma: namrati tal-Mulej.

Kif induqu minn din l-imħabba, kif illum nistgħu mmissu b’idejna l-ħniena ta’ Ġesù? Hu mill-ġdid il-Vanġelu li jissuġġerilna, meta jfakkar li dakinhar stess tal-Għid filgħaxija (ara v. 19), jiġifieri meta kien għadu kemm qam, Ġesù, l-ewwel ħaġa li jagħmel, jagħti l-Ispirtu tiegħu għall-maħfra tad-dnubiet. Biex induqu l-imħabba, minn hemm irridu ngħaddu: inħalluh jaħfrilna. Inħallu lil min jaħfrilna. Nistaqsi lili nnifsi u lil kull wieħed u waħda minnkom: jiena nħalli lil min jaħfirli? Biex induqu dik l-imħabba, minn hemm irridu ngħaddu. Jien inħalli lil min jaħfirli? “Imma, Dun, li tmur tqerr hi ħaġa iebsa…” Quddiem Alla, aħna ttentati nagħmlu bħad-dixxipli tal-Vanġelu: nissakkru wara l-bibien magħluqa. Huma għamlu dan għax kienu mbeżżgħin u aħna wkoll nibżgħu, nistħu ninfetħu u nistqarru d-dnubiet tagħna. Jagħtina l-Mulej il-grazzja li nifhmu x’inhi l-mistħija, li narawha mhux bħala bieb magħluq, imma bħala l-ewwel pass tal-laqgħa. Meta tiġina l-mistħija, għandna għax inkunu grati: ifisser li m’aħniex naċċettaw il-ħażen, u din hi ħaġa tajba. Il-mistħija hi stedina moħbija tar-ruħ li għandha bżonn tal-Mulej biex tegħleb il-ħażen. It-traġedja hi meta ma nibqgħu nistħu minn xejn. Ejja ma nibżgħux nistħu! U ngħaddu mill-mistħija għall-maħfra! Tibżgħux tistħu! Tibżgħux.

Page 41: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

40 SIGNUM FIDEI

Imbagħad hemm bieb li jingħalaq quddiem il-maħfra tal-Mulej, dak tar-rassenjazzjoni. Ir-rassenjazzjoni dejjem hi bieb magħluq. Għaddew minnha d-dixxipli, li nhar l-Għid b’diqa f’qalbhom raw kif kollox kien reġa’ lura għal kif kien qabel: kienu għadhom hemm, Ġerusalemm, qalbhom maqtugħa; il-“kapitlu Ġesù” donnu deher li kien ingħalaq u wara tant żmien miegħu xejn ma kien inbidel, nirrassenjaw ruħna. Aħna wkoll nistgħu naħsbu: “Ilni daqshekk Nisrani, u fija ma nbidel xejn, dejjem nagħmel l-istess dnubiet”. Allura, qalbna maqtugħa, ma naċċettawx iżjed il-ħniena. Imma l-Mulej jisfidana: “Ma temminx li l-ħniena tiegħi hi akbar mill-miżerja tiegħek? Drajt tidneb? Idra itlob il-ħniena, u naraw ta’ min tgħaddi!” U mbagħad – min jaf is-Sagrament tal-maħfra, dan jafu – mhuwiex minnu li kollox jibqa’ bħal qabel. Ma’ kull maħfra aħna niġġeddu, nagħmlu l-qalb, għax inħossuna kull darba iżjed maħbuba, iżjed imħaddna mill-Missier. U meta, maħbubin, nerġgħu naqgħu, inħossu iżjed swied ta’ qalb minn qabel. Hu swied ta’ qalb li jagħmlilna l-ġid, li bil-mod il-mod ibegħedna mid-dnub. U hemm niskopru li l-qawwa tal-ħajja hi li nirċievu l-maħfra ta’ Alla, u nibqgħu mexjin ’il quddiem, minn maħfra għal maħfra. Hekk sejra l-ħajja: minn mistħija għal mistħija, minn maħfra għal maħfra. Din hi l-ħajja Nisranija.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 32, l-1 punt On this day, Jesus Christ entered the upper room where the Apostles have gathered after his Resurrection. The doors were all shut, which symbolizes that every approach to a soul who does not live a renewed life, a life of grace, is closed to all interior action of the Spirit of God and has only human and natural impulses to act. This is the result of the blindness of spirit and the hardness of heart that sin brings about in us. It makes people who are quite enlightened about the things of this world lose all understanding of and all openness to what concerns God and his service. This is what Jesus Christ teaches us when he says that the children of this world are often wiser and more prudent with regard to temporal matters than most of the children of light with regard to their spiritual welfare and the salvation of their souls. Are you not of their number? Il-Ħniena Divina u Swor Fawstina, siltiet mid-djarju tagħha: "Fit-tlieta ta' waranofsinhar itlob lill-ħniena tiegħi għall-midinbin; u anki jekk għal mument qasir, erfa’ ħsibijietek fil-passjoni tiegħi, partikolarment fl-abbandun tiegħi waqt l-agunija. Din hija s-siegħa tal-ħniena kbira għad-dinja kollha. Inħallik tifhem mil-liema diqa għaddejt. F'din is-siegħa, jiena ma nirrifjuta l-ebda ħaġa lil dik ir-ruħ li titlobni xi ħaġa għall-merti tal-passjoni tiegħi." “Il-ħniena tiegħi hi ikbar mid-dnubiet tiegħek u dawk tad-dinja kollha. Min jista’ jkejjel kemm hi kbira t-tjubija tiegħi? Għalik jiena nżilt mis-sema fl-art; għalik ippermettejt li niġi msammar mas-salib; għalik ħallejt il-qalb imqaddsa tiegħi tiġi minfuda b’lanza, u b’dan il-mod infetħet beraħ l-għajn tal-ħniena għalik. Ejja mela, bil-fiduċja biex tiġbed il-grazzji minn din l-għajn. Jiena qatt ma ngħid le lill-qalb niedma. Il-miżerja tiegħek għebet fil-fond tal-ħniena tiegħi. Toqgħodx tilmenta miegħi dwar id-dgħufija tiegħek. Jiena nieħu gost jekk inti terħi f’idejja l-inkwiet u d-dwejjaq tiegħek. Jiena ser inferra’ fuqek it-teżori tal-grazzja tiegħi.”

Page 42: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 41

TALBA “O Ġesù ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.”

Missierna...

Jiena nafda fik

Page 43: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

42 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, l-20 t’April

Santa Anjeże ta’ Montepulciano Il-Beata Kjara Bosatta – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 4: 23-31 Kif spiċċaw jitolbu, ilkoll imtlew bl-Ispirtu s-Santu u bdew

ixandru l-kelma ta’ Alla bil-kuraġġ kollu. 2. Salm 2: 1-3,4-6,7-9 Hienja dawk kollha li jistkennu fik, Mulej. 3. Ġwanni 3: 1-8 Jekk wieħed ma jitwelidx mill-ilma u l-Ispirtu, ma jistax jidħol fis-Saltna ta’ Alla. SANTA ANJEŻE TA’ MONTEPULCIANO (1268-1317) Din ir-reliġjuża Dumnikana twieldet fi Gracchiano-Vecchio, qrib Montepulciano,

l-Italja u kienet ġejja mill-familja għanja Segni. Minn kmieni ħafna kellha ġibda għat-talb u kienet tgħaddi ħin twil f’rokna tgħid

ir-rużarju għarkupptejha. Meta kien għad kellha biss disa’ snin, niesha daħħluha f’kunvent ta’ sorijiet ta’ ħajja awstera f’Montepulciano, imsejħin Sacconi għax kienu jilbsu lbies tax-xkora. Minkejja l-età żgħira tagħha hija kienet mudell tal-virtujiet Insara għall-oħrajn.

Ftit żmien wara, meta s-sorijiet fetħu kunvent ġdid fi Proceno, raħal żgħir ħdejn Viterbo, Anjeże ntbagħtet f’dik il-komunità. Kontra qalbha, hija kienet maħtura badessa, imma kien meħtieġ il-permess tal-Papa Nikola IV għax hi kien għad kellha biss 15-il sena.

Il-qaddisa kienet tgħix ħajja mgħakksa għall-aħħar: għal 15-il sena kienet issum ħobż u ilma, u torqod għall-qiegħa tal-art, imma kellha tibdel dan il-mod ta’ ħajja wara marda qalila. Hija esperjenzjat viżjonijiet u estasijiet, u jingħad li wettqet mirakli biex titma’ lis-sorijiet tagħha fi żmien ta’ ġuħ. Imma minkejja l-fama tal-mirakli, il-qdusija tagħha kienet mibnija fuq ħajja sempliċi u mħabba kbira lejn Ġesù u ommu Marija.

Il-fama tal-qdusija tagħha waslet f’Montepulciano u n-nies riduha tmur lura fosthom. Kienet ilha nieqsa 22 sena minn pajjiżha, u kellha tmur u twaqqaf monasteru ġdid ta’ sorijiet taħt ir-Regola ta’ Santu Wistin (1306). Aktar tard, bl-esperjenza li kisbet fil-komunitajiet li kienet qabel u konvinta kemm benefiċċji jistgħu jiġu jekk tkun affiljata ma’ ordni reliġjuż kbir u rikonoxxut, il-qaddisa qegħdet għal kollox dan il-monasteru taħt l-Ordni Dumnikan.

Taħt it-tmexxija tagħha, il-kunvent mar ħafna ’l quddiem fl-għadd ta’ membri u fil-ħajja qaddisa. Lejn tmiem ħajjitha sofriet ħafna bil-mard u lil ħutha s-sorijiet kienet tgħidilhom: “Jekk tabilħaqq tħobbuni, għandkom tifirħu li ma ndumx ma mmur ningħaqad mal-għarus tiegħi. Titnikktux għat-tluq tiegħi. Tindunaw li jiena mhux se nabbandunakom, u jiena nkun tagħkom għal dejjem.”

Santa Anjeże ta’ Montepulciano mietet fl-20 ta’ April 1317 ta’ madwar 50 sena. Qabarha sar ċentru ta’ pellegrinaġġi u fost dawk li marru jżuruha nsibu lill-

Page 44: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 43

Imperatur Karlu IV u Santa Katerina ta’ Siena. Kienet iddikjarata qaddisa mill-Papa Benedittu XIII fl-1726.

Riflessjoni: Nikodemu, mexxej ta’ sinagoga f’Iżrael, huwa ferm impressjonat bil-mirakli kbar li Ġesù qed jagħmel. Huwa lilu li Ġesù jgħid, “Toqgħodx biss fuq dawn il-mirakli esterni; ifhem it-tifsira iktar profonda tagħhom. Twieled mill-ġdid fl-Ispirtu. L-Ispirtu waħdu jgħinek tifhem in-natura spiritwali ta' dawn il-ħwejjeġ.” Mhux ta ’b’xejn li l-ewwel qari jippreżenta lill-Insara tal-bidu fit-talb li jirriflettu fuq l-esperjenzi riċenti tagħhom stess. Minnufih kienu jimtlew bl-Ispirtu s-Santu. Dawn huma ġranet meta l-komunità Nisranija taqa' fi prova madwar id-dinja kollha. Waqt li nitolbu biex it-tmexxija fil-Knisja tkun imdawla bl-Ispirtu, aħna bħala membri nwiegħdu li nkunu miftuħa għal kull azzjoni tiegħu.

My Daily Gospel, 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt

Although in this life we sigh under the weight of our bodies and long to be free of this burden, it is God who created us for this very purpose and who gave us his Holy Spirit as a pledge. It is, then, up to God to direct our path straight toward heaven, so that we may surely arrive there. For this reason, it was as the Son of God that Jesus Christ became the Author of our eternal salvation. Salvation, as the Prophet says, comes from God; perfection likewise comes from him. As Saint James assures us, every excellent grace and perfect gift comemfrom on high and descend from the Father of lights. Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you. Ask him to help you embrace the perfection of your state, because he is the one who brought you into it and who consequently desired, and still desires, that you find in it the way and the means to be sanctified.

TALBA

Missierna li inti fis-smewwiet; Inti qatt ma timponi lilek innifsek fuq il-bnedmin,

imma toqgħod wara l-bieb u tħabbat. Hieni min jagħrfek u jiftaħlek qalbu.

Iva Mulej! Jien nixtieq nilqgħek u niftaħlek il-bieb ta’ ħajti. Idħol u għammar għandi

u b’hekk inkun nista’ nieħu t-triq tal-“Qaddej”, Ibnek l-għażiż, il-Mulej,

li jgħix miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu, issa u għal dejjem.

Bro. Louis Camilleri

Missierna...

Page 45: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

44 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, il-21 t’April San Anselmu

San Korradu minn Parzham - religjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 4: 32-37 Qalb waħda u ruħ waħda. 2. Salm 92: 1ab.1ċ-2.5 Il-Mulej isaltan, il-kobor libes. 3. Ġwanni 3: 7b-15 Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema.

San Anselmu Arċisqof ta’ Canterbury u Duttur tal-Knisja (1033-1109) Kien minn Aosta fl-Italja ta’ Fuq u twieled fl-1033. Studja fi Franza fejn sar

Benedittin fl-Abbazija ta’ Bec, fejn kien abbati l-famuż għaref Lanfrank, fl-1060. Imma tliet snin wara Lanfrank laħaq abbati tal-monasteru ta’ San Stiefnu ta’ Caen u Anselmu sar il-prijur (superjur) ta’ Bec, u wara 15-il sena abbati tal-istess kunvent.

Sadanittant Lanfrank kien laħaq arċisqof ta’ Canterbury fl-Ingilterra, u Anselmu żaru iktar minn darba. Fl-1092, Anselmu nnifsu sar arċisqof tal-istess belt primazjali tal-Ingilterra. Bħala arċisqof kellu ħafna inkwiet mar-Re William Rufus li pprova jneħħih minn arċisqof. Imma l-Papa Urbanu II ordna lir-re li jagħtih id-drittijiet kollha tiegħu.

Sadanittant Anselmu kien jgħix eżiljat l-Italja, f’Monasteru qrib Napli. Mal-mewt tar-Re William Rufus, reġa’ lura lejn Canterbury fost iċ-ċapċip u l-ferħ tar-Re Henry I u tal-poplu. Imma kellu inkwiet anki ma’ dan ir-re, li però wara xi żmien qagħad għall-ordni tal-Papa Baskal II, u tant beda jqim lil Anselmu, li fl-1108 ħatru reġġent floku meta kien fi Franza. Imma Anselmu miet is-sena ta’ wara, fil-21 t’April 1109, fl-abbazija tal-Benedittini ta’ Canterbury.

Kien l-ikbar teologu ta’ żmienu. Ħa sehem fil-konċilju ta’ Bari fl-1098 u mexxa dak ta’ Westminister fl-1102, iddefenda lill-foqra, ikkundanna l-jasar, u ħalla kitba abbundanti u importanti. Il-Papa Klement XI ħatru duttur tal-Knisja fl-1720. Il-fdal tiegħu jinsab fil-katidral, illum protestant, ta’ Canterbury.

Anselmu kien bniedem attent ħafna biex jgħix ħajja qaddisa. Kien hekk jistmerr id-dnub li kien jgħid: “kieku kont nara minn naħa d-dnub u mill-oħra l-infern miftuħ, u kelli nagħżel bejniethom, kont aktar nagħżel li ninxteħet l-infern bla dnub milli nagħmel anki dnub wieħed biss.”

Riflessjoni: Deherli li qiegħda nara lil Ġesù, kollu mħabba, fuq il-lemin tal-Missier, u li għajnejh kienu tant sbieħ, li qatt mhu se nagħraf kif niddeskrivilek u lanqas ngħidlek il-ġmiel tagħhom. U rajt li b'ħarstu biss kien qiegħed jiġbed lejh il-ħlejjaq kollha, dawk li kienu qed iħarsu lejh bl-għajnejn interjuri, u li kkooperaw mal-grazzja ta' dik il-ħarsa. Hawn ġieni f'moħħi San Pietru meta ċaħad lil Ġesù, u li, wara li Ġesù kien ħares lejh b'dawk l-għajnejn divini tiegħu, tant sbieħ u li jinfdu, minnufih għaraf id-dnub tiegħu u nidem minnu. U bil-maqlub, dawk li sallbu lil Ġesù, u li fil-passjoni tiegħu kasbruh u waqqgħuh għaċ-ċajt, qatt ma ħarsu lejh, jekk mhux b'għajnejn perversi, minħabba l-

Page 46: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 45

mibegħda kbira li kellhom, għax kieku ħarsu lejh b'għajnejn twajba, ma kinux ikunu jistgħu jirreżistu s-sbuħija tiegħu u l-ħarsa ħelwa tal-għajnejn divini tiegħu.

Santa Marija Maddalena de' Pazzi

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 115, it-2 parti “This Saint, (St. Anselm) when a little older, abandoned his worldly way of life, and, complying with a strong inspiration from on high, became a monk. In the short space of three years, he advanced so far in the practice of virtue and in the mortification of his passions, that he was elected Prior of the monastery, and later Abbot. From this we may learn that God never completely abandons those who have a good heart, but that, on the contrary, He takes care from time to time to visit them with His grace. But it is of the importance to correspond with such graces and to follow the inspirations which God may give, though we must always consult our Superiors and take their advice, as St. Anselm did. The salvation of many may depend on this fidelity. Are you faithful to the inspirations which God sends you? Always consult your Superiors before putting such inspirations into execution, so that they may judge whether they really come from God. Thus you will be able to take all the necessary measures to render these inspirations beneficial.

TALBA

Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina

biex aħna ngħixu l-Vanġelu. Għinna biex ma naħbux id-dawl tal-Vanġelu

bil-kejl tal-fidi fqajra tagħna. Bil-virtù tal-Vanġelu għinna nkunu d-dawl tad-dinja,

biex il-bnedmin kollha jaraw it-tjubija u l-glorja tal-Missier li hu fis-smewwiet.

Ammen. Il-Papa Benedittu XVI

Missierna...

Page 47: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

46 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-22 t’April San Soteru - Papa martri

Il-Beata Maria Gabriella Segheddu – verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 5: 17-26 Dawk l-irġel li intom xħettu l-ħabs qegħdin fit-tempju jgħallmu ’l- poplu. 2. Salm 33: 2-9 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Ġwanni3:16-21Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. IL-BEATA MARIA GABRIELLA SAGHEDDU (1914-1939) Din il-beata twieldet f’Dorgali, qrib il-belt ta’ Nuoro, f’Sardinja, minn familja ta’

rgħajja, nhar is-17 ta’ Marzu tas-sena 1914. Għaddiet għall-konverżjoni wara l-mewt ta’ oħtha favorita, daħlet fl-Azzjoni

Kattolika u saret attiva ħafna fil-katekeżi taż-żgħażagħ u s-servizz għall-anzjani, u ġeddedt il-ħajja tagħha ta’ talb.

Ta’ 21 sena ħalliet Sardinja, u daħlet mas-Sorijiet Trappisti ta’ Grottaferrata, qrib Ruma. Fil-monasteru tgħallmet tħobb dejjem aktar il-Knisja, u kienet titnikket għall-fatt li l-Insara kienu mifrudin minn xulxin.

Dan seħħ l-aktar wara sejħa lis-sorijiet klawstrali mill-qassis Franċiż Paul Couturier biex jitolbu u joffru sagrifiċċju għall-għaqda fost l-Insara, skont ix-xewqa ta’ Ġesù “li kollha jkunu ħaġa waħda”.

Gabriella tant ħaditu bis-serjetà dan l-appell li, bil-permess tal-badessa tagħha, hi offriet ruħha għal dan il-għan. Il-Mulej Ġesù laqa’ t-talba tagħha u dakinhar stess li offriet ruħha, mardet u mietet wara ħafna tbatijiet nhar it-23 ta’ April 1939, wara biss erba’ snin ta’ ħajja fil-monasteru.

Kien il-Papa Ġwanni Pawlu II li ddikjaraha beata fil-25 ta’ Jannar 1983, l-aħħar jum tal-Ottovarju ta’ Talb li jsir kull sena għall-għaqda bejn l-Insara.

Riflessjoni: Is-Salvatur Ġesù hu l-ħajja u l-għajn ta’ kull ħajja; min ma jagħrafx lilu, min ma jimxix fuq id-dawl tiegħu hu barra mit-triq tas-salvazzjoni. Ma rridux forsi nsalvaw? Irridu nsalvaw; kulħadd jixtieq li tmissu din ix-xorti sabiħa iżda għan-nuqqas tal-għarfien tagħhom infushom jgħid Santu Wistin ma jistgħux isibu lil Ġesù; agħraf lilek innifsek kif int, mhux lilna. La darba l-għarfien ta’ Ġesù huma hekk magħqudin flimkien li ma hemmx l-waħda mingħajr l-oħra, ma jmissux ikun hemm Nisrani wiehed li ma jfittixx jagħraf lilu nnifsu, iżda disgrazzjatament mhux hekk; wisq u wisq jinsabu Nsara li ma jagħrfux u anqas ifittxu li jagħrfu lilhom infushom.

Dun Ġużepp Cauchi

Page 48: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 47

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mit-3 punt

As the Prophet Ezechiel informs us, penance not only obtains for us the remission of our sins but also preserves us from sin, which is the greatest blessing we can enjoy in this world. For after saying that if the wicked man does penance for all his sins, God will no longer remember them, he adds that man will live by practicing the works of justice, and he will not die. This is why Saint Peter comforts us so much when he tells us that the Lord, on the day of his coming, will find in peace of soul those who have brought forth a worthy harvest of penance, because he will find them free from sin. By this means, remarks Theodoret, they will have made their salvation certain. As the Church sings, it was by this means that Saint John the Baptist was able to preserve himself free from the slightest sins.

TALBA

fuq Salm (26) – “Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi” O Kristu tiegħi! Dawl tad-dinja,

ferrex r-raġġi tad-dawl tiegħek, raġġi tal-paċi,

u saħħan lil qalbi u lil qalb sħabi bil-preżenza tiegħek.

Għinni ħalli nħallik tidħol f’qalbi bid-dawl tiegħek. U hekk, id-dellijiet u d-dlamijiet

jitkeċċew minn ġo fija u minn sħabi,

u b’hekk inkun nista’ nerġa’ nibda mill-ġdid

ġurnata oħra. Ammen.

Bro. Louis Camileri

Missierna...

Page 49: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

48 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, it-23 t’April

San Ġorġ - martri San Adalbertu - isqof u martri

Il-Beata Elena minn Udine - terzjarja Agostinjana Il-Beatu Eġidju minn Assisi – reliġjuż

Il-Beata Tereża Marija tas-Salib - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 5: 27-33 Ta’ dan kollu hawn xhieda aħna flimkien mal-Ispirtu s- Santu. 2. Salm 33: 2 u 9,17-20 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Ġwanni 3: 31-36 Il-Missier iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f’idejh. SAN ĠORĠ MARTRI († C. 303) Kulma nafu b’ċertezza dwar dan il-qaddis martri famuż, hu, li hu sofra l-martirju

fil-bidu tas-seklu 4, f’Diospolis (jew Lidda) fil-Palestina, aktarx taħt Dijokleżjanu. M’hemmx dubju dwar l-eżistenza tiegħu.

Il-qima lejh verament ġejja mill-qedem – fuq il-Lvant tal-Baħar tal-Galileja, skrizzjoni tas-sena 367 diġà tirreferi għalih. Il-Griegi dejjem żammew lejn San Ġorġ devozzjoni partikulari bħala patrun tas-suldati u jsejħulu l-Megalo-Martri (il-kbir martri).

Fil-Punent hu kien popolari ħafna bħala l-Kavallier-Martri. Nibtu ħafna leġġendi dwaru imma m’għandhomx valur storiku.

San Ġorġ hu wieħed mill-14-il qaddis protettur Awżiljatur u hu l-patrun tal-Ingilterra, tal-Portugall, tal-Ġermanja u tal-ibliet ta’ Ġenova u ta’ Venezja. Hu l-patrun ukoll tal-Boyscouts.

Fil-gżejjer Maltin hu meqjum b’mod speċjali fil-parroċċi ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u fir-Rabat, Għawdex, u hu wieħed mill-qaddisin protetturi ta’ Għawdex.

Riflessjoni: Aħseb f’dak Alla li jgħammar fik, u li tiegħu int it-tempju; hu San Pawl li jitkellem b’dan il-mod, u għalhekk aħna ta’ min nemmnuh. Bil-mod il-mod, ir-ruħ tidra tgħix fil-kumpanija ħelwa tiegħu, tifhem li hi ġġorr fiha sema ċkejkna li fiha Alla tal-imħabba waqqaf l-għamara tiegħu. Allura hi bħal atmosfera divina li fiha hi tieħu n-nifs, saħansitra ngħid li m’għadx fadlilha ħlief ġisimha fuq l-art, iżda ruħha diġà qiegħda tgħix ’l hemm mis-sħab u minn kull velu, f’Dak li ma jitbiddilx.

Il-Beata Eliżabetta tal-Trinità Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 18, silta mill-1 punt

Those souls who are half-hearted and lazy, who have little love for prayer, ought not to be surprised if they are not among those whom God favors in a special way and with whom he communicates familiarly. They do not enjoy an intimate union with him,

Page 50: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 49

because they do not give themselves to the exercise that unites us with God and in which we learn to enjoy God and to have, even on this earth, a foretaste of the joy of heaven. Be faithful to this holy exercise, so that all your actions may be done in the spirit of prayer

TALBA

Grazzi Mulej! Grazzi Mulej talli nara ...

hemm tant nies li ma jarawx! Grazzi Mulej talli nisma’ ...

hemm tant nies li ma jistgħux jisimgħu! Grazzi Mulej talli nista’ nimxi ...

hemm tant nies li ma jistgħux jimxu! Grazzi Mulej talli għandi x’niekol ...

hemm tant oħrajn li huma bil-ġuħ! Grazzi Mulej li għandi fejn nistkenn ...

hemm tant nies bla dar! Grazzi Mulej li għandi min iħobbni ...

hemm tant nies minsijin! Grazzi Mulej talli taqsam miegħi

s-salib tiegħek ... tgħinni biex nifhmek aktar

u nagħraf min jien. Grazzi Mulej li tajtni lilek INNIFSEK ...

kemm nies għadhom ma jafukx! Għadhom ma semgħux BIK!

Missierna...

Page 51: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

50 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, l-24 t’April

San Fidiel minn Sigmaringen - presbiteru u martri Santa Marija Ewfrasja Pelletier

San Egberth ta’ Northumbria - raħeb Santa Benedettu Menni - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 5: 34-42 L-appostli ħarġu minn quddiem is-Sinedriju ferħana talli ġew

meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-isem ta’ Ġesù.

2. Salm 26 : 1,4,13,14 Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej: li ngħammar fid-dar tiegħu. 3. Ġwann 6: 1-15 Ġesù ħa l-ħobżiet u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda;

u kulħadd ħa kemm ried. SANTA MARIJA EWFRASJA PELLETIER (1796-1969) Din il-qaddisa hija l-fundatriċi tas-sorijiet tal-Bon Pastur. Roża Virġinja twieldet

fuq il-gżira ta’ Noirmontier fuq il-kosta tal-Brittanja (Franza) fejn il-ġenituri kienu marru biex jeħilsu mill-ġlied tar-Rivoluzzjoni Franċiża.

Bagħtuha tistudja f’Tours, fejn Roża saret taf bil-kunvent Santa Marija tal-Karità tar-Refuġju. Dan kien ta’ kongregazzjoni reliġjuża mwaqqfa minn San Ġwann Eudes, biex jgħinu nisa li żbaljaw u biex iħarsu oħrajn li jkunu fil-periklu.

Roża bdiet in-novizzjat hawnhekk fl-1814, meta kellha 18-il sena, u ħadet l-isem ta’ Marija Ewfrasja.

Madwar 11-il sena wara, meta kien għad kellha biss 29 sena, hi ġiet magħżula superjura. Hi waqqfet kunventi ġodda f’Angers, u marret hi nnifisha biex tmexxi dar tar-rifuġju li kienet teżisti hemm bl-isem tal-Bon Pastur (Ir-Ragħaj it-Tajjeb). Kellha suċċess meraviljuż, imma kellha titlaq minn hemm u marret lura fil-kunvent tagħha ta’ Tours.

Sa issa dawn id-djar tar-rifuġju kienu kull waħda minnhom indipendenti mill-oħra. Ewfrasja ħabirket li ġġibhom taħt amministrazzjoni waħda, taħt superjura ġenerali waħda u jkun hemm novizzjat wieħed, u hekk tkun tista’ tqassam is-sorijiet minn kunvent għall-ieħor skont il-bżonnijiet.

Sabet ħafna diffikultajiet, imma Ewfrasja baqgħet soda għax rat li b’hekk il-ħidma tagħhom tkun aktar koordinata u aktar effettiva.

Minkejja li kienet bniedma umli u tirrispetta l-awtorità, is-superjura żagħżugħa, li xi ħadd dwarha qal li “kellha kapaċità anki tmexxi renju”, irnexxielha, bil-għajnuna tal-providenza, li toħloq f’Angers dak li jista’ jissejjaħ stitut ġdid u d-djar kollha li bdew jinfetħu bdew jissejħu tal-Bon Pastur.

L-approvazzjoni tal-Papa waslet fl-1835. F’din il-kongregazzjoni ġdida saru ħafna żviluppi fi żmien qasir, u l-ġid immens li kien qed isir kien qed jidher f’kull dar ġdida li bdiet tinfetaħ.

Fil-ħafna provi u diffikultajiet tagħha, fosthom akkużi li kienet tagħmel tibdil bla ħsieb ta’ xejn, ta’ ambizzjoni personali, u ta’ nuqqas ta’ paċenzja fl-awtorità,

Page 52: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 51

Santa Marija Ewfrasja Pelletier uriet qawwa erojka, baqgħet sal-aħħar iżżomm il-karattru ferrieħi tagħha u tama kbira f’Alla.

Mietet fl-24 ta’ April tas-sena 1868 fl-età ta’ 71 sena. L-aħħar kelmiet lil sħabha kienu – “Ħobbu s-salib u s-salvazzjoni tal-erwieħ”.

Ġiet ikkanonizzata minn Piju XII fl-1940. Meta mietet Santa Ewfrasja Pelletier, is-sorijiet tal-Bon Pastur kienu ġa jlaħħqu

l-2,760 u d-djar tagħha wasslu għal 110 mad-dinja kollha, fosthom dik ta’ Malta f’Ħal Balzan fl-1858, jiġifieri din twaqqfet għaxar snin qabel ma mietet il-qaddisa.

Riflessjoni: Philip kien jaf li wieħed ikollu bżonn ammont kbir ta' ħobż biex jitma' dawk il-ħluq kollha. U madankollu kien jaf ukoll fil-qalba ta' qalbu li Ġesù jista’ jagħmel xi ħaġa barra min-normal! Inkella, kieku ma kienx isemmi l-ħames ħobżiet tax-xgħir u ż-żewġ ħutiet li t-tifel żgħir kellu miegħu. Huwa kien qiegħed jiġbed l-attenzioni ta' Ġesù, u jfakkru dwar Elisha u l-ħobżiet tax-xgħir tiegħu (2Slaten 4: 42-44). Forsi kien qiegħed ifakkru dwar l-ilma mibdul fi nbid f'Kana! Fl-isem ta’ Ġesù, Filippu kien jaf li l-affarijiet se jkunu differenti, straordinarjament differenti!

Dun Pawl Sciberras Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mill-1 punt

It seems in today’s Gospel that Jesus Christ wants to suggest that there are times of trial and dryness when souls cannot find much help from other people, either because these people are not sufficiently enlightened by talent or experience or because God does not give them a sufficiently great abundance of graces to relieve those who are indifficulty... On this occasion in today’s Gospel, Jesus Christ did not hesitate to speak to his disciples to tell them to provide for the needs of the people, even though they were not able to do so. At the same time, he made use of them to distribute the bread that he had multiplied to feed everyone. This is how God wants you always to turn to those who guide you, represented in this Gospel by the Apostles, even though at times and in certain difficulties, doing this may seem to you quite useless. God wishes you always to use, insofar as you are able, the ordinary means that he provides for your guidance, even if this is without any success.

TALBA Mulej,

tħallini qatt ninfired minnek. Nitolbuk biex ma nonqsu qatt

minn tqarbina bil-Ġisem ta’ Kristu nnifsu, li ma nwarrbu qatt il-misteru tal-Ewkaristija.

Ejjew nitolbu li hu ma jerħilna qatt idejna.

Ammen. Il-Papa Benedittu XVI

Missierna ...

Page 53: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

52 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, il-25 t’April San Mark - evanġelista

Santa Franka ta’ Piacenza - religjuża San Pedro de S. Josè de Betancur - saċerdot

Jum il-Vokazzjonijiet

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Pietru 5: 5b-14 Iselli wkoll għalikom Marku, li hu ibni. 2. Salm 88: 2-3.6-7.16-17 Tjubitek, Mulej, irrid dejjem ngħanni. 3. Mark 16: 15-20 Xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu. SAN MARK (l-1 seklu) - evanġelista Marku kien bin Marija, il-ħabiba ta’ San Pietru. L-isem Greko-Ruman ta’ Marku

żiedu ma’ dak Lhudi ta’ Ġanni, Ġanni Marku, u b’dan l-isem hu magħruf lill-qarrejja tal-Atti (15:37) u tal-ittri ta’ San Pawl.

Marija, ommu, kienet waħda mill-membri ewlenin tal-Knisja ta’ Ġerusalemm, u f’darha Pietru mar jistaħba meta ġie meħlus mill-ħabs (Atti 12:12-13). Meta Pawlu u Barnaba wettqu l-missjoni tagħhom Ġerusalemm (45-46 AD), ħadu lura magħhom Antjokja ’l Marku, kuġin ta’ Barnaba; iżda meta Pawlu u Barnaba telqu minn Perga għaċ-ċentru tal-Asja Minuri, Marku li kien magħhom, telaqhom u reġa’ lura Ġerusalemm (Atti 12:13).

Aktar tard, waqt li San Pawl telaq għal rasu għat-tieni vjaġġ tiegħu, Barnaba ħa lil Marku miegħu u telaq għal Ċipru (Atti 15:37-40).

Hawn nitilfu ’l Marku fl-Atti u ma niltaqgħux miegħu aktar qabel xi għaxar snin wara, bħala kumpann ta’ San Pietru u San Pawl waqt l-ewwel priġunerija ta’ San Pawl (59-61 AD).

X’aktarx li wara dan, Marku mar il-Lvant, għax San Pawl jikteb lil Timotew, li kien Efesu, biex jerġa’ jġibu miegħu Ruma. Kien mela x’aktarx Ruma waqt il-martirju ta’ San Pawl.

San Pietru jsejjaħlu ibnu. Dan it-titlu ma jfissirx bilfors li kien għammdu hu; jista’ jkun titlu ta’ mħabba lejn wieħed li għal bosta snin kien miegħu u bin ħabiba antika tiegħu.

Wara l-mewt tal-Appostli, San Mark mar waqqaf il-Knisja ta’ Lixandra, fejn miet martri. Dak iż-żagħżugħ li ħarab għeri mill-Ġetsemani meta arrestaw lil Ġesù, li hu msemmi fil-Vanġelu tiegħu kien hu nnifsu.

Riflessjoni: Jeħtieġ l-ewwel li nifhmu ċar x'inhi l-essenza tal-Knisja. Għar-raġuni umana huwa faċli biex nifhmu l-idea ta' Knisja bħala l-komunità ta' dawk li jemmnu. Min jemmen fi Kristu u fl-Evanġelju tiegħu, min jittama fil-wegħdiet tiegħu, jingħaqad miegħu fl-imħabba u joqgħod għall-kmandamenti tiegħu, u jingħaqad neċessarjament f'għaqda ta' ħsieb u mħabba ma' dawk kollha li għandhom l-istess konvinzjoni. Min għex qrib il-Mulej fuq

Page 54: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 53

l-art sar is-siġra żgħira li kibret f'komunità kbira Nisranija. Huma xandruha, ħallew b'wirt għaż-żminijiet ta' wara sa żmienna t-teżor tal-fidi li l-Knisja minnha nfisha ġġorr.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 116, l-1 punt

Saint Mark, a disciple of Saint Peter, accompanied him in his travels and in preaching the holy Gospel. He was so faithful to Saint Peter and so beloved by him that this saint joins Mark’s name to his own in the greetings he addresses in his first Epistle. He calls him his son, as having begotten him in Jesus Christ and as having raised him in the faith and in the practice of Christianity. How fortunate this saint was to be instructed by so well-qualified a teacher! How clearly did his conduct show how much he profited by such an advantage, for he always remained an exact observer of the doctrine of this holy Apostle, which was none other than that of Jesus Christ. You can have the advantage of being instructed by the same teacher as Saint Mark if you often read the Epistles of Saint Peter and faithfully put into practice the holy maxims contained there, which are so consoling and instructive.

TALBA

GĦALL-VOKAZZJONIJIET O Alla, int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni Nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel, li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Missierna...

Page 55: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

54 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, is-26 t’April It-Tielet Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 2: 14a,22-33 Ma setax ikun li Ġesù jinżamm fl-irbit tal-mewt. 2. Salm 15: 1,2a,5,7-11 Mulej, int tgħallimni t-triq tal-ħajja. 3. 1Pietru 1: 17-21 Kontu mifdija bid-demm għażiż ta’ Kristu, bħal ħaruf bla

tebgħa. 4. Luqa 24: 13-35 Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ħaġa li tirrepeti ruħha fir-rakkonti evanġeliċi kollha tad-dehriet ta’ Ġesù lill-appostli, hi li dawn qatt ma jagħrfuh. F’din is-silta sabiħa, San Luqa jisfrutta dan il-fatt biex jirrakkuntalna n-niket kbir taż-żewġ dixxipli minħabba l-fatti li kienu ġraw f’Ġerusalemm, u jġiegħelna nħossu simpatija għalihom filwaqt li nxebbħu ruħna magħhom, “boloh u tqal biex temmnu” (Lq. 24:25).

Dan hu ġudizzju iebes għax ġej mingħand wieħed li fil-verità għandu ħbiberija intima magħhom. Fil-fatt naraw kif fil-ħajja kultant jista’ jkun li nkunu qegħdin nieħdu sehem f’avvenimenti importanti ħafna... u ma nkunu qegħdin nifhmu xejn. Jista’ jkun li lanqas nintebħu li dak li nkunu ħsibna li għeb mill-istorja, fil-verità jkun qabbad għeruq eħxen u jibqa’ jagħmel il-frott kif kien anzi iktar milli kien jagħmel qabel.

Dak li miet traġikament u ħsibnieh midfun għal dejjem qiegħed jimxi maġenbna, iktar ħaj minna stess. Hemm xi ħaġa misterjuża f’dan kollu u fl-istess ħin sempliċi li l-fqar u l-umli jaċċettawha mingħajr tbatija. “Tixxiebah il-ġrajja ta’ ftit snin ilu meta ħalliena l-Papa Ġwanni Pawlu II, qatt ma nħass daqshekk ħaj daqs wara mewtu – fatt li fixkel ’l-opinjonisti u ’l-intelletwali li ma setgħux jifhmu dan il-fenomenu.”

Emmaws jgħallimna li bil-qawmien ta’ Ġesù, diġà beda l-ħolqien il-ġdid. Diġà hawn sema ġdida u art ġdida: il-problema hi li fostna huma ftit dawk li jirnexxielhom jarawhom, għax ħarsitna ma twassalx fil-bogħod, għajnejna morda u qalbna mhix safja. Biex jagħtina lura l-kapaċità li naraw kif l-irxoxt ħeles mill-qabar, fejn aħna l-bnedmin kull darba nippruvaw nagħlquh. Biex jimxi fit-triqat tad-dinja biex isib lil min m’għadux ifittxu, u jissieħeb fil-vjaġġ ma’ nies li jekk isibuh dejjem jaħsbuh xi ħadd ieħor.

B’ġenerożità kbira jwasslilna kelmtu u bil-paċenzja kollha jfissirilna wkoll, idawlilna moħħna u jimlilna qalbna biex bil-mod il-mod iwassalna biex niskopru l-preżenza tiegħu f’dinja li l-għajnejn morda kienu jqisu abbandunata minn Alla stess. Sakemm fir-raħal ta’ Emmaws ir-realtà ġdida għal kollox li kienet ilha s-sekli moħbija f’Alla tidher fis-sebħ kollu tagħha. Lil hinn mill-ġisem, quddiem għajnejhom mistgħaġba; jidhrilhom f’post komuni bħal luklanda, juża ġesti sempliċi bħall-qsim tal-ħobż u kliem li kienu diġà semgħuh, kollox magħmul minn dak li hu ġdid fih innifsu, iġedded, anzi jerġa joħloq, kull ma jmiss, kull ma

Page 56: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 55

jwettaq u kull ma jgħid, ħaġa ta’ mument, imbagħad kollox jerġa’ għal li kien, hekk jidher, imma kollox inbidel għal dejjem.

U għalhekk għal dawk li ltaqa’ magħhom l-irxoxt, jinfetħu sfidi ġodda; nitgħallmu nafdaw dak li għajnejna ma jarawx, imma li qalbna b’ħeġġa turina li hu veru; ma nibqgħux nimxu t-triq ta’ ħajjitna waħedna imma, inkunu miftuħa li naraw f’min hu miexi waħdu lil ħuna lil ħabibna, lill-Mulej. Nilqgħu il-kelma Tiegħu biex tagħti sens lil kliemna; naqsmu l-ħobż t’Alla u tagħna mal-oħrajn, u mal-ħobż naqsmu l-ħajja tagħna u ta’ Alla u nsiru aħbar ta’ paċi u ferħ għal min qata’ qalbu.

Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 30, l-1 punt One of the first things to be done by those who have risen with Christand who wish to lead a new lifeis to regulate their conversation properly, making it holy and pleasing to God. Ordinarily, especially in communities, it is in our talk that we commit most of our faults and the most serious ones. It follows that conversation is one of the things that we need to watch over the most so that it does not become harmful. For this we cannot do better than model our conversation on the one that Jesus Christ had with his two disciples who were on their way to Emmaus and also the one that the two disciples had with each other before Jesus Christ joined them and after he left them. In your conversations and recreations, are you careful to take Jesus Christ for your model? Is it with the purpose of edifying one another that you participate in them? On leaving them are you all on fire with divine love, as were the two disciples who were traveling to Emmaus? Like them, are you better instructed regarding your duties? Are you more encouraged to perform these duties well? Are their topics of conversation the same as yours? Are their maxims and ways of acting sometimes the subject of your discussions? That is how you will benefit from the moments of recreation that obedience grants you to relax from your work and to restore your energy.

TALBA

Iftaħli għajnejja Mulej, biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek. Neħħili l-velu minn fuq qalbi meta naqra l-kelma tiegħek.

Imbierek int Mulej għax tgħallimni d-digriet tiegħek . Kelma tal-Missier, agħtini b’rigal il-kelma tiegħek,

missli ’l qalbi u dawwalli s-sensi tiegħi; biex nagħraf lilek dejjem Mulej.

Ammen. Lancelot Andrewes

Missierna...

Page 57: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

56 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, is-27 t’April Santa Zita ta’ Lucca

San Xmun - isqof ta’ Ġerusalemm San Pietru Kanisju - presbiteru u duttur tal-Knisja

Il-Beatu Nikol Roland

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 6: 8-15 Ma kellhomx ħila jieqfu lil Stiefnu għall-għerf u

għall-ispirtu li bih kien jitkellem. 2. Salm 118: 23,24,26,27,29,30 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 3. Ġwanni 6: 22-29 Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li

jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem. IL-BEATU NIKOL ROLAND (1642–1678) Nikol Roland twieled f’Reims - l-istess belt li fiha twieled S. Ġwann Battista de

la Salle, fl-1642. Ordna saċerdot fl-1665, kien kanonku u teologu tal-Katedral San Remiġju, f’Reims.

Il-predikazzjoni, il-formazzjoni Nisranija taż-żgħażagħ, u b’mod speċjali tal-kleru, kienu wisq għal qalbu.

Intebaħ bil-miżerja kemm temporali kif ukoll spiritwali taż-żgħażagħ u għalhekk waqqaf il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Bambin Ġesù, iddedikati għall-edukazzjoni Nisranija tal-bniet fqar ta’ Reims.

Nikol kien kanonku, flimkien ma’ San Ġwann Battista de la Salle, tal-Katedral ta’ Reims, u kien ukoll id-direttur spiritwali ta’ Ġwanni de la Salle. Kien hu li ggwidah u ħeġġu biex jirċievi d-djakonat u jkompli biex jilħaq saċerdot. Bejn Roland u Ġwanni kien hemm differenza ta’ 11-il sena.

Meta Roland beda jħoss l-għejja, talab lil Ġwanni de la Salle biex ikun l-eżekutur tat-testment tiegħu, u fdalu r-responsabbiltà li jieħu ħsieb u jiggwida l-kongregazzjoni tas-sorijiet li kien waqqaf.

Roland miet ta’ 35 sena fis-27 ta’ April 1678. Riflessjoni: Inħarsu lejn Ġesù u narawh wiċċu mixgħul bl-imħabba aktar mis-soltu, iqum jgħidilhom b’liema xewqa kien ilu jistenna dak il-Għid sabiex jagħtihom il-prova l-aktar kbira, tal-imħabba tiegħu, u bħala rahan ta’ din l-imħabba, waqqaf is-sagrament tal-ġisem u tad-demm imqaddes tiegħu. “Agħmel, O Ġesù, li ġismek u demmek jeħilsuna u jaħsluna minn kull tebgħa.” U dan sabiex nipperswadu ruħna aktar mill-eċċess ta’ mħabba li ġiegħlet lil Ġesù jagħtina lilu nnifsu fl-Ewkaristija. Għalhekk, nirriflettu ftit fuq il-ħin tat-twaqqif ta’ dan is-sagrament.

Dun Ġużepp Cauchi

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 49, silta mit-2 punt

This divine meat of the Eucharist produces another effect in us; those who eat it live in Jesus Christ, and Jesus Christ lives in them. He assures us of this in the holy

Page 58: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 57

Gospel. This shows that between Jesus Christ and the person who eats his flesh, such a close and intimate union is brought about that only with difficulty can one be separated from the other. This sacred food is incorporated in the soul that receives it with fervor, so that this soul shares in the virtues of Jesus Christ, and what was said of the spouse in the Canticle takes place: My lover belongs to me, and I belong to my lover.

TALBA O Alla,

inti żejjint lis-saċerdot Beatu Nicholas Roland, b’żelu pastorali għat-taħriġ tal-kleru u b’edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar.

Bl-eżempju u bl-interċessjoni tiegħu, agħtina l-istess spirtu ta’ karità,

sabiex naqduk billi ngħinu lil dawk li inti tħobb. Nitolbuk dan b’Ġesù Kristu sidna,

Ammen. Missierna...

It-Tlieta, it-28 t’April San Pjer Lwiġi Chanel - saċerdot martri

San Lwigi Grignon de Montfort Santa Gianna Beretta Motta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 7: 51 – ; 8: 1a Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi. 2. Salm 30: 3ċd,4,6ab,7b, 8a,17,21ab Mulej, f’idejk jien nerħi ruħi. 3. Ġwanni 6: 30-35 Mhux Mosé iżda Missieri jagħtikom il-ħobż

tassew mis-sema. SANTA GIANNA BERETTA MOLLA (1922-1962) Twieldet Bergamo, qrib Milan, u kienet l-10 wild fost 13. Studjat fl-Università ta’

Milan u ta’ Pavia, u fl-1949 iggradwat fil-mediċina u l-kirurġija. Fl-1952 speċjalizzat fil-pedjatrija u ħadmet bħala speċjalista tat-tfal f’diversi sptarijiet.

Kienet membru attiv tal-Azzjoni Kattolika. Iżżewġet lill-Inġinier Pietru Molla. Kellha tliet ulied. Meta kien ser ikollha tarbija

oħra, mill-ewwel dehru sinjali li kien se jkun hemm periklu gravi f’saħħitha. Minħabba t-tqala, irrifjutat li tieħu trattament għall-kankru.

Lesta għal kull sagrifiċċju, issottomettiet ruħha għal intervent kirurġiku, deċiża u titlob li jsalvaw lit-tarbija. Kienet tirrepeti: “lesta għal kollox biex it-tarbija tgħix.”

Fil-21 ta’ April tas-sena 1962 twieldet ir-raba’ tarbija, u ġimgħa wara (fit-28 tax-xahar) mietet l-omm erojka, konvinta li “hu dnub toqtol tarbija fil-ġuf”.

Page 59: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

58 SIGNUM FIDEI

Il-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-24 ta’ April tas-sena 1994, iddikjaraha beata fil-preżenza ta’ żewġha u l-erba’ wliedha.

Huma kienu wkoll preżenti meta fis-16 ta’ Mejju 2004, l-istess Papa, lil Gianna Beretta Molla ddikjaraha bħala qaddisa, l-ewwel waħda taż-żminijiet tagħna.

Riflessjoni: Ġesù kien jiddikjara b’mod ċar li kien qed jissostitwixxi t-Tora. Hu mhux it-Tora, huwa t-triq għall-ħajja ta ’dejjem. Sakemm ma nimlewx lilna nfusna bih, aħna mhux biss vojta u bil-ġuħ, imma nkunu spiritwalment mejta. Aħna hu dak li nieklu. Jekk għall-ħajja intellettwali u spiritwali tagħna nfittxu biss ikel ta' malajr (junk food) bħal fama, prestiġju, ġid jew poter, aħna mmutu minħabba għejxien intellettwali u spiritwali ħażin. In-nuqqas ta' tagħrif tal-kelma profetika ta’ Alla bdiet mill-bidu ta’ Iżrael tal-qedem, kif qal San Stiefnu dritt qabel il-martirju tiegħu meta sejjaħ lill-mexxejja Lhud ostinati, dejjem jopponu l-Ispirtu s-Santu; huwa staqsihom liema mill-profeti ma ppersegwitawx - inkluż ir-rifjut tagħhom ta' Alla li sar bniedem. Harold A. Buetow Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 87, silta mill-1 punt

Was he (St. Stephen) not, in fact, inspired by this spirit when he spoke with such great zeal to the Jews and when several of them who disputed with him could not resist the Holy Spirit, who was in him and inspiring his zeal? After he recounted for them all the benefits with which God had honored their fathers and the little gratitude that most of them had shown, he reproached them for being just like their fathers and for not observing any better than they the Law that they had received through the ministry of angels. Was he not filled with faith when, following the recommendation given by Jesus Christ, he pardoned his enemies and begged God not to impute to them the sin they were committing by putting him to death and when, in the fervor of his prayer, he saw the heavens opened and the Son of God made man at the right hand of God, hisFather?

TALBA O Ġesù ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen. Missierna...

Nitolbu għal ... Bro. Felix Agius (2002) Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 60: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 59

L-Erbgħa, id-29 t’April

Santa Katerina ta’ Siena - duttur tal-Knisja u ko-patruna tal-Ewropa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Ġwanni 1: 5 – ; 2: 2 Id-demm ta’ Ġesù Kristu jnaddafna minn kull

dnub. 2. Salm 102: 1-4,8,9,13,14,17,18 Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej. 3. Mattew 11: 25-30 Int ħbejt dawn il-ħwejjeġ lil min hu għaref, u

għarrafthom liċ-ċkejknin. SANTA KATERINA TA’ SIENA (1347-1380) Katerina Benincasa, waħda mill-akbar nisa li qatt rat id-dinja, kienet l-iżgħar fost

il-25 wild ta’ żebbiegħ minn Sienna, fit-Toskana (l-Italja Ċentrali) u twieldet nhar l-Annunzjazzjoni, il-25 ta’ Marzu 1347. Minkejja li ħajruha għaż-żwieġ, kienet għal kollox deċiża li tgħix fil-verġinità kkonsagrata, u għalkemm ma saritx soru, saret però Terzjarja Dumnikana, u baqgħet dejjem verġni. Bħal San Franġisk t’Assisi, irċeviet l-istimmati jew il-pjagi, imma mingħajr ma jidhru bl-għajnejn, fil-knisja ta’ Santa Kristina ta’ Pisa, fl-1375.

Ġabret madwarha bosta dixxipli, il-“Katerinati” li kienu jgħinuha fil-ħidma kbira tagħha biex ikkonvertiet tant midinbin, u tat l-aqwa għajnuna lil dawk fil-bżonn.

Ħadmet ukoll biex tikseb il-paċi bejn belt u oħra, biex tħeġġeġ l-Insara għall-Kruċjata fl-Art Imqaddsa mnidija mill-Papa Girgor XI, iddefendiet lill-Papa ġewwa Siena, Lucca u Pisa, u marret Avignon għand il-Papa Girgor fl-1376, biex turih li bħala Papa, is-sede tiegħu kienet Ruma.

Il-Papiet (li kienu Franċiżi) kienu ilhom Avignon 74 sena, imma għall-kelma ta’ Katerina, Girgor XI irritorna Ruma fis-17 ta’ Jannar, 1377. Imma Girgor miet fl-1378, u meta floku laħaq Urbanu VI, kien hemm xi kardinali li dehrilhom li dik il-għażla kienet illegali, u malajr inħatar “Papa” ieħor.

Dan ġab il-firda fost il-Kattoliċi, li tissejjaħ ix-“Xiżma tal-Punent”, u li ntemmet biss wara 39 sena bl-elezzjoni ta’ Martinu V fl-1417. Katerina ħadmet bis-sħiħ flimkien ma’ Santa Katerina tal-Isvezja, li ltaqgħet magħha Ruma, u ma’ oħrajn, biex tiddefendi l-veru Papa (Urbanu VI) u ssalva l-unjoni fil-Knisja.

Imma ma damitx ma mietet. Ħalliet difatti din id-dinja ġewwa Ruma fid-29 ta’ April, 1380, ta’ 33 sena. Ħalliet, anki bl-approvazzjoni tal-konfessur tagħha, il-Beatu Rajmondu minn Capua, ġeneral tad-Dumnikani, il-ktieb famuż: id-“Djalogu ta’ Santa Katerina”, kitba mistika mill-aqwa.

Il-Papa Piju II (li kien ukoll minn Siena) ikkanonizzaha fl-1461, il-Papa Piju XII ħatarha patruna tal-Italja (flimkien ma’ San Franġisk t’Assisi) fl-1939, waqt li l-Papa Beatu Pawlu VI ddikjaraha duttur tal-Knisja (flimkien ma’ Santa Tereża ta’ Avila) fl-1970. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II ddikjaraha ko-patruna tal-Ewropa.

Kontemplattiva f’ħajja ta’ attività kbira. Għalhekk hija rnexxielha tgħaqqad il-ħajja interjuri tat-talb mal-ħajja attiva ta’ għajnuna għall-oħrajn. Hekk kitbet, “Ftakar li kull wieħed għandu għalqa għalih magħquda ma’ dik tal-proxxmu bla

Page 61: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

60 SIGNUM FIDEI

ebda ħajt bejniethom li jifridhom minn xulxin; tant huma ħaġa waħda li ħadd ma jista’ jagħmel il-ġid jew id-deni lilu nnifsu bla ma fl-istess ħin jagħmlu wkoll lill-proxxmu” (Djalogu 24).

Lejn it-tmiem tad-Djalogu tagħha hija tesprimi l-għaqda mistika tagħha m’Alla, “Divinità eterna, int abiss, int baħar bla qiegħ! Int tajtni lilek innifsek: xi stajt tagħtini iżjed” (n. 167).

Riflessjoni: Ġesù jafferma b’mod kategoriku li hu l-ħobż għalina sabiex hu jifdina u jagħtina l-ħajja ta’ dejjem. Huwa biss permezz tal-għajn tal-fidi li nistgħu nifhmuh u niksbu l-għejxien minn dan il-ħobż tas-sema, li huwa d-don ta’ Alla għalina. Hija r-rieda tal-missier li kulħadd għandu jiġi salvat permezz ta’ Ġesù Kristu, il-Ħobż tal-Ħajja. Kull jum Ġesù jsir ħobż għalina fl-Ewkaristija biex jissodisfa l-ġuħ tagħna. Waqt il-qsim tal-Ħobż fuq l-altari tagħna, Ġesù jfakkarna fil-messaġġ tiegħu lid-dixxipli qabel ħallihom: "U araw, jien ninsab magħkom dejjem sa l-aħħar taż-żminijiet." My Daily Gospel

2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 118, it-2 punt This saint (St. Catherine) made use of austerity to help her preserve the treasure of her purity. Her austerity was so extraordinary that she can be said to have carried it to excess. For three years she spoke to no one except to her confessor. Every day she took the discipline for an hour and a half. She wore an iron chain on her body, slept sitting in a chair, never ate meat, and drank only water. On one occasion she did great violence to herself by sucking the pus that came from the sore of a sick person. She endured patiently a calumny spread by an invalid woman whom she nursed. When Jesus Christ asked her to choose between a gold crown and one made of thorns, she chose the thorns. Would you make a similar choice? When will you love mortification and suffering as this saint did?

TALBA O Alla,

inti sbuħija u għerf, misteru u mħabba.

Miss il-qalb tal-poplu tiegħek biex bit-talb u l-eżempju ta’ Santa Katerina

jitħeġġeġ għalik u għall-Knisja tiegħek. Nitolbu din il-grazzja

F’ġieħ Ġesù Kristu, il-Mulej tagħna, Ammen.

Magnificat Missierna...

Page 62: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 61

Il-Ħamis, it-30 t’April It-Twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle (1651) - saċerdot, teologu u fundatur tal-Frères tal-iskejjel Insara

San Piju V San Ġużeppi Benedittu Cottolengo (1786-1842)

Il-Beatu Beneditt ta’ Urbino - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 8: 26-40 Ara, hawn l-ilma! X’qiegħed iżommni li ma

nitgħammidx? 2. Salm 65: 8,9,16,17,20 Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha. 3. Ġwanni 6: 44-51 Jien hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. SAN PIJU V (1504-1572) – Papa Kien jismu Mikiel Ghislieri u twieled f’Bosco fi Żligurja, fl-Italja ta’ Fuq fl-1504.

Ta’ 14-il sena, daħal mad-Dumnikani u rnexxa ħafna bħala għalliem u predikatur.

Għal 16-il sena, mill-1540 sal-1556, għallem il-Filosofija u t-Teoloġija, sakemm fl-1556, laħaq isqof ta’ Nepi u Sutri, u sena wara sar kardinal u inkwiżitur ġenerali.

Fl-1559 sar isqof ta’ Mondovi u fl-1566, laħaq Papa bl-isem ta’ Piju V. Anki bħala Papa baqa jgħix ta’ patri Dumnikan, ħadem biex jitqiegħdu fil-prattika

r-riformi tal-Konċilju ta’ Trento, ikkundanna bl-akbar qawwa il-protestantiżmu. Anki l-ġlied bil-barri (it-Toro), popolari ħafna fi Spanja, ma kien jogħġbu xejn. Kien fi żmien li l-Insara kisbu r-rebħa kbira fuq it-Torok f’Lepanto fis-7 t’Ottubru,

1571, li San Piju rriforma l-Missal u l-Brevjar, u wara r-rebħa ta’ Lepanto waqqaf il-festa tar-Rużarju u żied it-Titlu ta’ Għajnuna tal-Insara fil-litanija tal-Madonna, titlu hekk għażiż għal San Ġwann Bosco 300 sena wara.

Għen ukoll lill-Kavallieri ta’ Malta fil-bini tal-Belt Valletta. Miet ta’ 68 sena fl-1 ta’ Mejju, 1572.

Riflessjoni: San Tumas ta’ Aquino jikkummeta: “fil-lejl tal-ikla ntasab flimkien mal-aħwa”. Wettaq kull ordni tar-rit qaddis tal-Għid u lill-Appostli tahom lilu nnifsu bħala ikel. Ta lilu nnifsu b’idejh stess. Ta l-ġisem u d-demm li għandhom isiru offerta tal-vittma fis-sagrifiċċju mdemmem tas-salib, għall-fidwa tad-dinja. Ta lilu nnifsu lill-Knisja taħt ix-xbihat tal-ħobż u tal-inbid għas-sagrifiċċju Ewkaristiku bla tixrid ta’ demm. Li permezz tiegħu, is-sagrifiċċju uniku tas-salib jiġġedded sagramentalment. Ta lilu nnifsu bħala ikel u xorb sagramentali lill-poplu tal-Patt il-Ġdid u li jibqa’ għal dejjem, poplu f’pellegrinaġġ.

San Ġwanni Pawlu II, Papa, silta mill-omelija ta’ nhar Ħamis ix-Xirka, 1996

Page 63: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

62 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 48, silta mit-3 punt

Seeing that the Jews found it difficult to believe what he was telling them, Jesus Christ added that he was himself the bread of life, that their forefathers who had eaten the manna had all died, but that those who eat of this bread come down from heaven will never die; that if anyone eats of this bread, he will live forever; that this bread which he will give is his own flesh. When we receive the body of Jesus Christ, we have the advantage of sharing in our Savior’s life, of having in us an assurance of eternal life. We are even guaranteed to live forever if we preserve in ourselves the Spirit of Jesus Christ, which is what he leaves in us.

TALBA

Ruħi tixtieqek O Alla ħaj, Missier, Iben u Spirtu s-Santu.

Agħtini li nfittxek fil-ħolqien fejn Int mistur,

fil-Vanġelu fejn Int tirrivela lilek innifsek.

Infittxek f’qalbi, fejn Inti tgħammar fl-Ewkaristija,

fejn Int tingħata lilek innifsek fil-ħajja ta’ kuljum,

fejn Int tgħarrafni bis-sinjali, fil-proxxmu tiegħi li fih

Int turi wiċċek. Fis-skiet fejn Int tkellimni

fix-xogħol u fit-talb, fejn kontinwament Int tgħallimni

nemmen, inħobb u nittama. Bro. Louis Camilleri

Missierna...

Page 64: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

SIGNUM FIDEI 63

It-Talba tas-Signum Fidei

Missierna li inti fis-smewwiet, fil-Providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien, imdawwla bl-entużjażmu tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u, dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen. Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 65: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · 2020-03-25 · li fil-prattika kien il-kmandant tal-armati tal-Portugall. Kien għad kellu biss 25 sena. Fil-karriera militari tiegħu, Nonju kien

64 SIGNUM FIDEI

JGĦIX ĠESU’

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

“O Ġesu` ħanin, aħna nemmnu fik

u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna

dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-

grazzja li nwasslu lill-bnedmin

kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U

jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’

mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu

niġġieldu kontra l-ħażen li hemm

fina u fid-dinja kollha għall-glorja

tiegħek u għas-salvazzjoni ta’

ruħna. Ammen.”

Mill-ħajja tal-fundatur

Fis-sigħat bikrin tas-7 ta’ April, tal-1719, Ġwanni Battista De La Salle kien fl-

aħħar agunija mdawwar bl-ewwel Brothers. Għall-erbgħa ta’ filgħodu, ipprova

jqum bilqiegħda, għaqqad idejh flimkien u refa’ għajnejh lejn is-sema, u wara ħa

l-aħħar nifs. Il-festa tal-fundatur issir fis-16 ta’ Mejju.