dun mikiel xerri -qassis u patrijott malti
Post on 27-May-2015
7.733 Views
Preview:
TRANSCRIPT
Dun Mikiel Xerri
Patrijott Malti
Dun Mikiel Xerri twieled nhar id-29 ta’
Settembru 1738 f’__________.Ħaż-Żebbuġ
Dak iż-żmien mhux kulħadd kien imur l-iskola iżda ________ tiegħu għamlu mill-aħjar biex Mikiel jieħu edukazzjoni tajba.
l-ġenituri
Huwa kien tifel intelliġenti u mexa ħafna ‘l quddiem. Huwa mar __________ biex jistudja l-Filosofija.L-Italja
Dun Mikiel minn dejjem kien jaħseb f’ħutu l-Maltin u wara li laħaq qassis, fetaħ skola għal tfal fil-bżonn fid-dar tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ.
Meta sar Professur fl-Universita’ ta’ Malta, telaq minn Ħaż-Żebbuġ u mar joqgħod il-Belt Valletta.
Ġie żmien ta’ taqlib u nkwiet fuq il-gżejjer Maltin. Il-Ġeneral Franċiż Napuljun Bonaparti ġie qrib ix-xtut Maltin u l-Kavallieri ta’ San Gwann ċedew l-armi mal-ewwel. B’hekk bdiet il-ħakma Franċiża f’Malta.
Imma l-Franċiżi ma ħakmux bil-għaqal u dejqu ħafna lill-Maltin.
Niesna rvellaw kontra l-ħakkiema u dawn ingħalqu wara s-swar tal-Belt.
Il-Maltin tal-Belt xtaqu jeħduha kontra l-Franċiżi.
Dun Mikiel Xerri, flimkien ma’ Maltin oħra, ftiehmu li jattakkaw lill-Franċiżi.
Imma b’xorti ħażina nqabdu u kienu arrestati.
Flimkien ma’ erbgħin Malti ieħor, Dun Mikiel instab ħati w ingħata l-mewt.
Dan l-eroj Malti kien xkubettjat quddiem il-Palazz tal-President nhar is-17 ta’ Jannar 1799.Imma l-mewt tiegħu ma kinitx għalxejn għax sena wara, il-Franċiżi ħallew ix-xtut Maltin umiljati bħala telliefa.
Il-Monument ta’ Dun Mikiel Xerri u sħabu jinstab f’Misraħ l-Indipendenza, quddiem il-Berġa t’Aragona, ġewwa l-Belt.
Ħarġu bolol u fuqhom hemm jidher
Dun Mikiel Xerri – ir-raġel li ħadem
ħafna biex jara lil Malta f’pożizzjoni aħjar
milli kienet.
top related