għaliex niktbu hekk? - kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_25.pdf ·...
Post on 22-Jun-2020
6 Views
Preview:
TRANSCRIPT
leħħ
il-Malti
Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali
dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San
Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment
u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq lehhilmalti@gmail.com
I S - S I N O N I M I : dawn ifissru l-istess
xaqqaq, fired, qasam, qata’
ħanin, ġentili, twajjeb, ħelu
sinċier, onest, twajjeb, ġenwin
barrani, stranġier, frustier, għarib
intebaħ, irrealizza, ittenda, induna
smin, oħxon, imġissem, imlaħħam, imbaċċaċ
kwiet, kalm, sielem, paċifiku, trankwill, sieket, ħiemed
għaxqa, gost, delizzju, passatemp, sodsifazzjon, hena, pjaċir
xalar, tbaħrid, ferħ, divertiment, tgawdija, kuntentizza, għors, hena, allegrija
aħrax, krudil, kiefer, feroċi, qalil, selvaġġ, żorr, imqit, goff, iebes, skabruż, aspru
Għaliex niktbu hekk?... Għaliex niktbu hekk?...
Kif niktbuh il-plural ta’ ragħaj: ragħajja jew rgħajja? Il-plural huwa ragħajja, u l-mudell hu qarrejja. Ftakar biss li l-għ ma tista’ qatt tiġi
rduppjata fil-kitba.
Issa ara dawn l-eżempji bil-mudell imħaddem:
Il-qarrej jaqra. Ir-ragħaj jirgħa.
Il-qarrejja taqra. Ir-ragħajja tirgħa.
Il-qarrejja jaqraw. Ir-ragħajja jirgħaw.
Issa ħalliha li f’Malta ragħajja ftit li xejn fadal u n-numru ta’ qarrejja qed jonqos!
lehhilmalti@gmail.com LEĦĦ IL -MALTI lehhilmalti@gmail.com
top related