ir-razez u l-qraba naturali tal-Ħxejjex agrikoli maltin · 2019. 5. 23. · speċi qariba naturali...
Post on 03-Feb-2021
0 Views
Preview:
TRANSCRIPT
-
Ir-Razez u l-Qraba Naturali tal-Ħxejjex Agrikoli Maltin
biex jitimgħu l-għasafar. Pjanta meqjusa bħala qariba
naturali hija x-Xewk ta’ Kristu (Carthamus lanatus).
Ħxejjex agrikoli oħrajn
Fil-Medju Evu, Malta kienet famuża għat-tkabbir u
l-esportazzjoni tal-qoton, il-kemmun u l-anisi. Kienu
jitkabbru tipi differenti ta’ qoton (Gossypium spp.)
li jinkludu tip ta’ lewn ħamrani u żewġ tipi bojod.
Il-kemmun (Cuminum cyminum) kien jitkabbar biex
jintuża għat-taħwir tal-ikel u x-xorb, u għall-preparaz-
zjonijiet ta’ mediċini u fwejjaħ. L-anisi (Pimpinella ani-
sum), magħrufa wkoll bħala “Ħlewwa”, kienet titkabbar
bħala kondiment fl-ikel.
Speċi qariba naturali tal-qoton li nsibu lokalment hija
l-Ħobbejża tas-siġra (Lavatera arborea), filwaqt li z-Zu-
nnarija selvaġġa (Daucus carota) titqies bħala qariba
naturali tal-kemmun u l-anisi.
Ritratti: Guido Bonett, Jeffrey Sciberras, Mario Cardona
Il-legumi
Varjetà ta’ ful (Vicia faba) u varjetà ta’ ċiċri (Cicer ari-
etinum) huma magħrufa.
Speċi qariba naturali tipika, fost ħafna oħrajn li jinstabu
Malta, hija l-Kafè Messikan (Astragalus boeticus).
Pjanti għall-għalf (legumi, ċereali u oħrajn):
Jeżistu żewġ varjetajiet ta’ silla (Hedysarum coro-
narium). Varjetà minnhom għandha z-zokk twil u hija
reżistenti għan-nixfa, u tinstab f’żoni żgħar u iżola-
ti. Il-varjetà l-oħra magħrufa bħala “tan-nebbieta”
hija ideali biex jirgħu n-nagħaġ u l-mogħoż, u tinstab
prinċipalment fuq iż-żrieraq tat-tafal fit-Tramuntana
u l-Majjistral ta’ Malta. Fost varjetajiet oħra ta’ legu-
mi li jintużaw għall-għalf insibu ż-Żożfa (Vicia ervilia),
iċ-Ċikkarda (Lathyrus sativus) u l-Widna (Scorpiurus
muricatus). Il-pjanta taċ-ċereali prinċipali li titkabbar
għall-għalf hija varjetà ta’ qamħ (Triticum sp.) biz-zokk
qasir li kien jitkabbar prinċipalment f’raba’ bagħli.
Speċi ta’ qraba naturali interessanti ta’ dawn il-pjanti
għall-għalf li jistgħu jinstabu f’Malta huma s-Silla sel-
vaġġa (Hedysarum glomeratum), il-Ġilbiena tas-serp
(Lathyrus clymenum), ix-Xeħt l-imħabba (Coronilla
scorpioides), in-Nixxief komuni (Hordeum lepori-
num) u l-Brimba (Aegilops geniculata).
Għalkemm l-Għosfor (Carthamus tinctorius) huwa
l-aktar magħruf bħala sors ta’ kulur u żejt veġetali, dan
kien jitkabbar f’Malta prinċipalment għaż-żerriegħa Silla
DIRETTORAT GĦAS- SAĦĦA TAL-PJANTI
-
Iż-żieda fl-introduzzjoni tal-pjanti agrikoli minn pajjiżi
barranin f’dawn l-aħħar deċennji wasslet għal tnaqqis
konsiderevoli fit-tkabbir ta’ razez u varjetajiet ta’ ħxejjex
agrikoli u siġar tal-frott lokali, għaliex dawn ġew imwarr-
ba biex jintużaw dawk importati. Minħabba f’hekk, num-
ru ta’ razez u varjetajiet Maltin diġà ntilfu jew qegħdin
fil-periklu li jinqerdu għalkollox. Bil-Proġett fuq l-Istudju
u l-Konservazzjoni Sostenibbli tal-Varjetajiet tal-Pjanti Lo-
kali tal-FAEŻR, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti beda
jieħu azzjoni għall-istudju u l-konservazzjoni tar-razez u
l-qraba naturali tal-ħxejjex agrikoli lokali. Dan se jinkiseb
bil-konservazzjoni ex situ ta’ dawn il-pjanti, billi tiġi stab-
bilita kollezzjoni ta’ żrieragħ għall-ħażna, filwaqt li l-pjan-
ti jibqgħu jiġu mnissla u mkabbra ġo ġnien botaniku.
Uħud mill-eżempji ta’ razez u varjetajiet Maltin ta’ ħxejj-
ex agrikoli u l-qraba naturali tagħhom huma msemmija
hawn taħt.
It-tadam (Solanum lycopersicum):
Iż-żewġ varjetajiet ta’ tadam lokali huma dak ta’ forma
ċatta (“tadam ċatt”) u dak tat-tip tawwali (“tadam żengu-
li”). It-tadam ċatt kien adattat biex tradizzjonalment jin-
tuża biex isir it-tadam imqadded. Dawn iż-żewġ varjetajiet
m’għadhomx jidhru fuq is-suq u jinstabu biss fi kwantitaji-
et żgħar li jitkabbru minn ftit bdiewa għall-użu personali
tagħhom. Żewġ speċi ta’ pjanti naturali li huma meqjusa
bħala qraba naturali tat-tadam huma l-Għeneb id-dib
(Solanum nigrum) u t-Tuffieħ is-serp (Solanum villosum).
Il-ħxejjex agrikoli tipi ta’ qara’ (Cucurbita spp.), bettieħ
(Cucumis spp.) u dulliegħ (Citrullus spp.):
Varjetà lokali magħrufa hija dik tal-qarabagħli zgħir u tond
(“qarabagħli tond”), li għandha togħma ftit eħfef minn
dik tal-qarabagħli t-twil. Ma’ din insibu żewġ varjetajiet ta’
qara’ aħmar, waħda kbira ħafna u oħra iżgħar. Imbagħad
insibu wkoll varjetà tipika ta’ bettieħ “tax-xitwa”, li jisimha
‘Winter Green Maltese’ u varjetà ta’ dulliegħ.
Il-Faqqus il-ħmir (Ecballium elaterium) hija pjanta sel-
vaġġa qariba ta’ dawn il-frott u ħxejjex agrikoli li hija ko-
muni f’Malta.
Il-ħxejjex kruċiferi (Brassica oleracea):
Varjetajiet Maltin jinkludu tip ta’ kaboċċa, tip ta’ pastarda
u tip ta’ ġidra. Lokalment insibu bosta pjanti qraba natu-
rali ta’ dawn il-ħxejjex agrikoli, bħal-Liftija (Brassica rapa),
in-Nevew (Brassica napus) u l-ispeċi antenata, il-Kaboċċa
selvaġġa (Brassica oleracea).
Il-basal (Allium cepa):
Il-varjetà ta’ basla Maltija hija dik tal-lewn ħamrani
(basal aħmar). Żewg speċi qraba naturali huma l-Kur-
rat selvaġġ (Allium commutatum) u l-Kurrat ta’ Malta
(Allium melitense), din tal-aħħar hija endemika.
Varjetà lokali ta’ basal
Indirizz: Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti
Ċentru għall-Bijoteknoloġija tal-Pjanti
110, Triq Annibale Preca, Lija LJA 1915
Websajt: www.planthealth.gov.mt
Telefon: 22926535
Imejl: plant.health@gov.mt
SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Programm tal- – 2013
Assi 1 – Titjib fil-Kompetittivita` tas-Settur Agrikolu
-Unjoni Ewropea
Il- - Rata ta’ Ko-finanzjament:
75% Unjoni Ewropea, 25% Gvern ta’ Malta
L-
top related