it- tielet Ħadd matul is-sena

Post on 18-Mar-2016

136 Views

Category:

Documents

8 Downloads

Preview:

Click to see full reader

DESCRIPTION

It- Tielet Ħadd Matul is-Sena. A. Qari I Fil-Galilija tal- ġ nus , il-poplu ra dawl kbir. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. 8. 23b – 9, 3. A matulis-sena 3. Alla bħalma qabel fl-imgħoddi kien mela bl-għajb l-art ta’ Żebulun u l-art ta’ Naftali ,. A matulis-sena 3. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

It-Tielet Ħadd Matul is-SenaA

Qari IFil-Galilija tal-ġnus, il-poplu ra dawl kbir.

Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.8. 23b – 9, 3

Amatulis-sena3

Alla bħalma qabel fl-imgħoddi kien mela bl-għajbl-art ta’ Żebulun u l-art ta’ Naftali,

Amatulis-sena3

hekk issa fl-aħħar isebbaħ it-triq tal-baħar’l hemm mill-Ġordan, il-Galilija tal-ġnus.

Amatulis-sena3

Il-poplu li kien miexi fid-dlamra dawl kbir;

Amatulis-sena3

in-nies li joqogħdu f’art id-dlamdawl idda fuqhom.

Amatulis-sena3

Int kattart il-ġens,kabbart l-hena;huma ferħu quddiemek,

Amatulis-sena3

bħalma jifirħu fi żmien il-ħsad,bħalma jifirħu fi qsim il-priża.

Amatulis-sena3

Għax il-madmad li kien itaqqlu,u l-ħatar ta’ fuq spallejh,u l-bastun ta’ l-argużin,

Amatulis-sena3

int kissirthom bħal f’jum Midjan.

Amatulis-sena3

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Amatulis-sena3

Salm26 (27) 1.4.13-14

℟.Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.

Amatulis-sena3

Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi;minn min għandi nibża’?

Amatulis-sena3

Il-Mulej hu l-kenn tiegħi;quddiem min għandi nitwerwer?

Amatulis-sena3

℟.Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.

Amatulis-sena3

Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej,ħaġa waħda nfittex:li ngħammar f’dar il-Mulejtul il-jiem kollha ta’ ħajti; Amatulis-sena3

biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulejjien u nħares lejn it-tempju tiegħu.

Amatulis-sena3

℟.Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.

Amatulis-sena3

Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin.

Amatulis-sena3

Ittama fil-Mulej, żomm sħiħ u qawwi qalbek;ittama fil-Mulej.

Amatulis-sena3

℟.Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.

Amatulis-sena3

Qari IIAqblu fi kliemkom u ma jkunx hemm firdiet fostkom.

Qari mill-Ewwel Ittrata’ San Pawl Appostlulill-Korintin. 1, 10-13.17

Amatulis-sena3

Nitlobkom, ħuti, f’isem Sidna Ġesù Kristu,

Amatulis-sena3

biex tkunu taqblu fi kliemkom u ma jkunx hemm firdiet fostkom.

Amatulis-sena3

Kunu magħqudin kif imiss, ħsieb wieħed u fehma waħda.

Amatulis-sena3

Ħuti, in-nies ta’ Kloji qaluli fuqkom li fostkom hemm it-tilwim:

Amatulis-sena3

irrid ngħid jien, li kull wieħed minnkom qiegħed jgħid:

Amatulis-sena3

«Jiena ta’ Pawlu,» «U jiena ta’ Apollo,» «U jiena ta’ Kefa,» «U jiena ta’ Kristu.»

Amatulis-sena3

Jaqaw Kristu mifrud? Forsi Pawlu kien li ssallab għalikom jew f’isem Pawlu tgħammidtu?

Amatulis-sena3

Kristu ma bagħatnix biex ngħammed iżda biex inxandarl-Evanġelju,

Amatulis-sena3

mhux bi kliem l-għerf sabiex ma jiġix fix-xejn is-salib ta’ Kristu.

Amatulis-sena3

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

BilwieqfaAmatulis-sena3

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah.℟.Hallelujah.

Amatulis-sena3

ara Mt 4, 23

Ġesù xandar l-Evanġelju tas-Saltna,u fejjaq kull xorta ta’ mard fost il-poplu.

Amatulis-sena3

℟.Hallelujah.

Amatulis-sena3

EvanġeljuĠie f’Kafarnahum, biex iseħħ dak li kien intqal mill-profeta Isaija.

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.4, 12-23

Amatulis-sena3

Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija.

Amatulis-sena3

Telaq minn Nażaret u mar joqgħod Kafarnahum,qrib il-baħar,

Amatulis-sena3

fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali,

Amatulis-sena3

biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal:

Amatulis-sena3

«Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,it-triq tal-baħar, art ’il hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus!

Amatulis-sena3

«Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam ra dawl kbir;

Amatulis-sena3

«dawk li kienu f’art u dell il-mewt idda dawl għalihom.»

Amatulis-sena3

Minn dak iż-żmien Ġesù beda jxandar u jgħid:

Amatulis-sena3

«Indmu għaxis-Saltna tas-Smewwiet waslet.»

Amatulis-sena3

Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa,

Amatulis-sena3

Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrí, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda.

Amatulis-sena3

U qalilhom: «Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.»

Amatulis-sena3

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

Amatulis-sena3

Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni,

Amatulis-sena3

qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejħilhom.

Amatulis-sena3

Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.

Amatulis-sena3

Ġesù dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom,

Amatulis-sena3

ixandarl-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.

Amatulis-sena3

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Amatulis-sena3

top related