l-lingwa, il- letteratura, il- -familja, r- il-kultura...
Post on 29-Aug-2019
40 Views
Preview:
TRANSCRIPT
Il-Wirt Kulturali f’Malta Studji Soċjali - Form 3
Page 1 of 6 Ms T. Maidani
Il-kelma Kultura għandha diversi tifsiriet, iżda l-
iżjed waħda komuni fost l-ohrajn hi l-lingwa, il-
letteratura, il-mużika, il-familja, r-reliġjon, u l-
ikel fost affarijiet oħra.
Kif jgħid Masini, il-Kultura tfisser, “ll-Ġabra ta' għarfien, valuri, twemmin,
arti, moralita`, normi, liġijiet, tradizzjonijiet u snajja li l-bniedmin jirtu
minn ġenerazzjoni għall-oħra".
Allura, il-Kultura hija xi ħaga komuni fis-soċjeta` li bniedem
qiegħed jgħix fiha.
Il-Kultura hija l-istil ta’ ħajja ta’ soċjeta.
Il-Wirt Kulturali f’Malta Studji Soċjali - Form 3
Page 2 of 6 Ms T. Maidani
Wieħed jista jgħid ukoll li hemm erba’ elementi ta’ Kultura:
1. it-teknoloġija,
2. id-drawwiet,
3. il-lingwa u
4. il-valuri (inklużi l-valuri reliġjużi).
Allura, Il-Kultura turi l-identita` ta’ ċertu grupp bħal nazzjon, jew klassi soċjali,
jew reliġjon. Għalhekk il-Kultura Maltija turi l-Identita` Nazzjonali tagħna l-Maltin
u ta’ pajjiżna.
Minħabba l-kultura li nifformaw parti minnha nsibu
li għadna identita` kulturali. L-Ewwelnett nsibu l-
Identita`. Din propja hija magħrufa bħala l-jien min
jien. Waqt li l-bniedem qiegħed jikber, l-identita`
tkun qiegħda tigi ffurmata u żviluppata. Imbagħad
nsibu L-Identita` Kulturali li hija meqjusa bhala
identita` ta’ grupp, kultura jew individwu, li gie
influwenzat għaliex dan l-individwu jħoss li jagħmel
parti minn dak l-grupp jew kultura.
Il-Wirt Kulturali f’Malta Studji Soċjali - Form 3
Page 3 of 6 Ms T. Maidani
Il-Kultura tirrefleti l-morali, il-valuri u n-normi li jistabillixxu kif poplu għandu jġib
ruħu u kif għandu jirrelata man-nies l-oħra. Hija l-
attitudni, il-valuri, l-amirazzjonijiet u t-tradizzjonijiet li jaqsmu
l –individwi ta’ grupp, organizzazjoni jew soċjeta`.
L-interpretazzjoni ta’ x’inhu moral hija influenzata minn
normi kulturali. Kulturi differenti għandhom twemmien
differenti fuq x’inhu tajjeb u x’inhu ħazin. L-interpretazzjoni
hija dejjem influwenzata mill-kultura tagħna.
Il-Kultura tinbidel matul iż-żminijiet,
bejn pajjiż u ieħor u anke fuq skala ġeoloġika. Il-Kultura
tirrefleti il-valuri, it-twemmin u l-ideat li jifformaw l-bażi ta
kif l-individwi għandhom iġibu ruħhom u jirrelataw ma’
individwi oħrajn.
Il-Wirt Kulturali f’Malta Studji Soċjali - Form 3
Page 4 of 6 Ms T. Maidani
Il-Wirt Kulturali Malti
Il-Lingwa
Għadna nkunu kburin ħafna bil-lingwa Maltija, għax il-lingwa hija li tiddistingwina
mill-kumplament tad-dinja. Minnħabba l-ħakkiema differenti ta’ Malta, il-lingwa
żżvilupat maż-żminijiet. Lingwa ħajja taddatta ruħha għaż-żminijiet biex ma tmutx.
Il- Lingwa Maltija sabu li bbażżata fuq is-Semitiku, iżda fiha ukoll ħafna kliem
Rumanz u Ingliż.
Il-Valuri
Malta għandha wirt Nisrani, li hija evidenti mill-ħafna knejjes, kappelli u statwi
reliġjuzi li naraw madwar il-gzejjer Maltin. Il-Kristjaneżmu kien daħal f’Malta fi 60
A.D. wara l-miġja ta’ San Pawl, li ikkonvertina lil din ir-
reliġjon.
Ikel Malti
Timpana (baked macaroni), bigilla (bean paste), ħobż biż-
żejt (literally meaning “Maltese bread with oil”), bebbux (snails), fenek moqli
(rabbit) zalzett tal-Malti (Maltese sausage), torti (pies), Qarabagħli mimli (stuffed
courgette), Qaqocc Mimli (stuffed artichokes)
Il-Wirt Kulturali f’Malta Studji Soċjali - Form 3
Page 5 of 6 Ms T. Maidani
L-Għana
Din hija form ta’ kant, li hu meqjus bħala l-eku tal-passat Malti,hija
kkunsidrata bħala l-mużika tan-nies komuni speċjalment dawk tar-
raħal. Hija forma ta’ stil ta’ mużika tal-ispirtu pront billi tqabbbel
vers ma’ ieħor
Il-Festi Tradizzjonali
Festi Nazzjonali
L-Imnarja (on June 29th),
Ir-regatta. Sea-races (on September 8th, known as
the Vitorja, which commemorates the Great Siege,
when the Ottoman Turks retreated),
Il-Karnival. Carnival (dating back to the 1530s, the
first years of the Knights’ rule, and intended to enable
the Maltese population to eat and drink at will before
the beginning of Lent, the fasting season),
L-Indipendenza. The Independence celebrations on
September 21st (which have become national
celebrations untainted by party-politics as from 2014).
Festi Reliġjużi
Il-Milied, l-Ghid u l-festi tar-raħal.
Il-Wirt Kulturali f’Malta Studji Soċjali - Form 3
Page 6 of 6 Ms T. Maidani
Il-Multikulturiżmu
Minħabba li llum saret aktar faċli biex in-nies
imorru minn post għall-ieħor, qed ikun hawn
taħlit ta’ kulturi differenti, dawn huwa magħruf
bħala multi-kulturaliżmu, anke minħabba
żwieġ. Dan it-taħlit ta’ kulturi differenti ġab
diversita` fil-familja. F’pajjiżi bħal Malta daħlu ideat ġodda: bħal strutturi differenti u
żwieġ bejn koppji ta’ reliġjonijiet differenti, jew nazzjonalita` differenti.
Il-Multi-kulturiżmu jitlob li kull membru jaċċetta u jirrispetta
din id-diversita` biex nassiguraw li jkun hemm armonija soċjali.
Huwa importanti wkoll li nagħtu ċans u opportunita` lil kull
individwu; niftakru li kull wieħed u waħda minna għadnu l-
istess drittijiet u dmirijiet.
Ta’ min jgħid li l-iskejjel għandhom rwol importanti ħafna
x’jaqdu biex nissoċjalizzaw lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar
biex minn ċkunithom jitgħallmu jaċċettaw u jirrispettaw
kulturi differenti. Huwa importanti ħafna li ngħallmu lin-
nies, mhux biss tfal, biex ma jkunux razzisti u
jiddiskriminaw, iżda jkunu tolleranti u jaċċettaw
gruppi minuri fis-soċjeta`, biex ngħixu lkoll fil- paċi.
top related