punti - seminar parrokkjali - parroċċa tarxientarxienparish.com/15_punti - seminar...
Post on 03-May-2018
229 Views
Preview:
TRANSCRIPT
Ġabra ta’ punti li
13 ta’ Ġunju 2015Dar Nazaret, Triq it
1 abra ta’ punti li ħarġu waqt id-diskussjoni fi gruppi
SEMINAR PARROKKJALI
Ġunju 2015 Dar Nazaret, Triq it-Tamal, Tarxien
diskussjoni fi gruppi
SEMINAR PARROKKJALI
Tamal, Tarxien
2
Wiċċ il-Ħniena (Misericordiae Vultus)
SEMINAR PARROKKJALI
13 ĠUNJU 2015
Il-punti miġbura f’dan id-dokument ħarġu mill-parteċipanti li ħadu sehem f’diskussjonijiet
fi gruppi żgħar dwar il-Bolla tal-Indizzjoni mill-Papa Franġisku dwar il-Ġublew
Straordinarju tal-Ħniena.
It-temi diskussi kienu dwar ħames aspetti differenti li fuqhom hi msejsa l-bolla maħruġa
mill-Papa Franġisku għas-sena ddekiata lill-Ħniena, kif inhuma ppreżentati fid-dokument
Ħsibijiet u Temi Prinċipali, u Analiżi1 miktuba minn Dun Hector Scerri (2015). Il-ħames
aspetti msemmija huma:
• L-Aspett Kristoloġiku;
• L-Aspett Ekkleżjoloġiku;
• L-Aspett Liturġiku;
• L-Aspett Marjoloġiku;
• L-Aspett Etiku.
1 http://www.laikos.org/Gublew_Hniena_2015-6.htm
3
Kontenut Wiċċ il-Ħniena (Miseriċordiae Vultus) - Ħsibijiet u Temi Prinċipali, u Analiżi ......................................... 4
Ġabra ta’ Punti mis-Seminar Parrokkjali ............................................................................................... 9
L-Aspett Kristoloġiku ........................................................................................................................... 10
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi ................................................................................ 10
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni ...................................................................................... 11
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni .......................................................................................... 11
L-Aspett Ekkleżjoloġiku ....................................................................................................................... 15
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi ................................................................................ 15
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni ...................................................................................... 16
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni .......................................................................................... 16
L-Aspett Liturġiku ................................................................................................................................ 19
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi: ............................................................................... 19
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni ...................................................................................... 20
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni .......................................................................................... 20
Aspett Marjoloġiku .............................................................................................................................. 22
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi: ............................................................................... 22
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni ...................................................................................... 23
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni .......................................................................................... 23
L-Aspett Etiku ...................................................................................................................................... 25
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi: ............................................................................... 25
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni ...................................................................................... 27
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni .......................................................................................... 27
4
Bolla tal-Indizzjoni mill-Papa Franġisku dwar il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena
Wiċċ il-Ħniena (Miseriċordiae Vultus) - Ħsibijiet u Temi Prinċipali, u Analiżi
Dun Heċtor Sċerri
Il-Bolla Miseriċordiae Vultus ta’ Papa Franġisku tinftiehem tajjeb fil-qafas
tal-Pontifikat tiegħu, jiġifieri fid-dawl tal-linji-gwida pastorali li hu ilu jisħaq
fuqhom mill-bidunett tal-missjoni tiegħu bħala l-Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-
Knisja Universali. Mir-riflessjoni tiegħu qabel l-ewwel talba tal-Angelus tal-
Pontifikat tiegħu (nhar is-17 ta’ Marzu 2013), beda jidher ċar li waħda mit-
temi li kienu se jispikkaw fid-diskorsi u fil-ġesti tal-Papa l-ġdid kienet l-
emfasi li hu beda jagħmel kostantement fuq il-ħniena ta’ Alla.
Nhar il-Ġimgha 13 ta’ Marzu 2015, meta waqt ċelebrazzjoni penitenzjali fil-
Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa ħabbar għall-ewwel darba l-Ġublew tal-
Ħniena, hu qal hekk: “Għeżież ħuti, spiss ħsibt fuq kif il-Knisja tista’ tagħmel
iżjed evidenti l-missjoni tagħha ta’ xhud tal-ħniena. Hi mixja li titlaq minn
konverżjoni spiritwali; u jeħtieġ nagħmluha din il-mixja. Għalhekk iddeċidejt
li nsejjaħ Ġublew straordinarju li jkollu fil-qalba tiegħu l-ħniena ta’ Alla. Sa
tkun Sena Mqaddsa tal-Ħniena. Irridu ngħixuha fid-dawl tal-kelma ta’ Alla.
“Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (ara Lq 6:36). U dan ngħidu b’mod
speċjali għall-konfessuri! Ħafna ħniena!
Jiena konvint li l-Knisja kollha, li tant għandha bżonn tirċievi l-ħniena, għax
aħna midinbin, tista’ ssib f’dan il-Ġublew il-ferħ li tiskopri mill-ġdid u tkattar
il-ħniena ta’ Alla, li biha aħna lkoll imsejħa nfarrġu lil kull raġel u mara ta’
żmienna. Ma ninsewx li Alla kollox jaħfer, u Alla dejjem jaħfer. Ma negħjewx
nitolbu maħfra”.
Il-Bolla Miseriċordiae Vultus, mhux biss tħabbar uffiċjalment il-Ġublew
Straordinarju tal-Ħniena (mit-8 ta’ Diċembru 2015 sal-20 ta’ Novembru
2016) u tagħti xi dettalji preliminari dwaru, imma tagħtina ġabra
straordinarja fil-qosor tat-teoloġija tal-ħniena. Huwa tagħlim li, bħalma hu
kull tagħlim ieħor ġej minn Papa Franġisku, jista’ jinftiehem minn kulħadd,
5
hi x’inhi l-formazzjoni jew il-livell edukattiv tiegħu. Il-kliem tad-dokument
huwa mill-aktar ċar, l-istil mexxej, u għalhekk faċli li wieħed jaqbad it-test ta’
Miseriċordiae Vultus u jaqrah b’ċerta faċilità, anke bl-ilsien tagħna (kif
miġjub mis-sit Laikos.org.mt). Id-dokument fih xi referenzi bibliċi sbieħ li
jkomplu jgħinuna nifhmu s-suġġett, kif ukoll xi referenzi għal dak li kitbu xi
ftit qaddisin (bħal Santu Wistin, San Tumas d’Akwinu u San Ġwann tas-
Salib), kif ukoll numru ta’ Papiet riċenti (San Ġwanni XXIII, Beatu Pawlu VI
u San Ġwanni Pawlu II). Naturalment, il-foċus tad-dokument kollu hi l-
ħniena infinita u permanenti ta’ Alla li jaf biss jurina tenerezza u għożża, u
joffrilna l-maħfra tiegħu. L-istedina hija li ngħixu intensament dan il-Ġublew:
“Ngħixu intensament il-Ġublew billi nitolbu lill-Missier il-maħfra ta’ dnubietna”
(MV 22).
Kemm l-Introduzzjoni, kif ukoll il-Konklużjoni ta’ Miseriċordiae Vultus
jagħtuna – kif wieħed jistenna – l-għan u l-ispirtu tal-Ġublew li se nkunu qed
niċċelebraw. Fil-bidunett, Papa Franġisku jistqarr: “Ġesù Kristu hu wiċċ il-ħniena tal-Missier. Il-misteru tal-fidi Nisranija donnu jsib f’din il-kelma l-
ġabra sħiħa tiegħu. Hi saret ħajja, viżibbli u laħqet il-quċċata tagħha f’Ġesù
ta’ Nazaret. ... Ġesù ta’ Nazaret bil-kelma tiegħu, bil-ġesti tiegħu u bil-
persuna sħiħa tiegħu juri l-ħniena ta’ Alla” (MV 1). Fil-konklużjoni, il-Papa
jgħid li waqt il-Ġublew “il-Knisja ssir eku tal-Kelma ta’ Alla li tidwi qawwija u
konvinċenti bħala kelma u ġest ta’ maħfra, ta’ tweżin, ta’ għajnuna, ta’
mħabba. Ma tegħja qatt toffri l-ħniena u tistabar dejjem fil-faraġ u l-maħfra li
xxerred” (MV 25).
Meta wieħed jaqra tajjeb Miseriċordiae Vultus, jintebaħ li hemm qafas
bibliku sod, b’referenzi pertinenti ħafna għat-teoloġija tal-ħniena. Hemm
referenzi għat-Testment il-Qadim, partikolarment xi Salmi u xi Profeti, u
għat-Testment il-Ġdid, partikolarment għal xi parabboli u mirakli ta’ Ġesù.
Aspett ieħor li joħroġ ċar fil-Bolla Pontifiċja huwa dak prattiku. Fi kliem ieħor,
il-Papa jurina kif nagħmlu esperjenza personali tal-ħniena, u kif aħna
ngħixu l-ħniena fir-relazzjonijiet tagħna ma’ ħutna l-bnedmin.
Fid-dokument Miseriċordiae Vultus jiena nara dawn l-aspetti trasversali:
(a) Aspett Kristoloġiku – b’emfasi fuq il-missjoni pubblika (speċjalment kif kien jilqa’
l-midinbin) u l-Misteru tal-Għid tal-Mulej. Aħna mistednin insammru ħarsitna fuq
6
Ġesù. Ir-referenzi għal Ġesù huma ħafna u nsibuhom f’dawn il-paragrafi: 1, 7, 8,
11, 12, 14, 15, 20, 21, 22 u 25.
(b) Aspett Ekkleżjoloġiku – b’emfasi fuq il-Knisja li “għandha l-missjoni li xxandar il-
ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Evanġelu, li permezz tagħha trid tilħaq il-qalb u
l-moħħ ta’ kull bniedem” (MV 12). F’rabta mal-aspett ekkleżjoloġiku, hemm dak
eskatoloġiku, speċjalment bir-referenza għax-xirka tal-qaddisin (ara para. 22).
(c) Aspett Liturġiku – b’emfasi fuq iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Qrar bħala
esperjenza qawwija u diretta tal-ħniena ta’ Alla. Il-Papa qed jipproponi diversi
inizjattivi bħal “24 siegħa għall-Mulej” biex il-Ġimgħa u s-Sibt tat-tielet ġimgħa tar-
Randan ikun hemm konfessuri biex jisimgħu l-qrar f’diversi ċentri tad-djoċesijiet
(ara MV 17), u bħall-Missjunarji tal-Ħniena matul ir-Randan li hu se jagħtihom l-
awtorità li jaħfru anke d-dnubiet riżervati għas-Santa Sede, apparti milli jkunu
“sinjal ħaj ta’ kif il-Missier jilqa’ lil dawk li qed ifittxu l-maħfra tiegħu” (MV 18).
(d) Aspett Marjoloġiku – b’emfasi fuq il-preżenza ta’ Marija li twassal il-bnedmin
għar-rikonċiljazzjoni ma’ Binha Ġesù. Apparti l-fatt li l-Ġublew se jibda nhar it-8 ta’
Diċembru 2015, is-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija, wieħed għandu
jinnota li l-Papa jsejjaħ lil Marija bħala “Omm il-Ħniena”. Il-Papa jistqarr li “il-
ħlewwa ta’ ħarsitha sseħibna tul din is-Sena Mqaddsa, biex ilkoll kemm aħna
nistgħu niskopru mill-ġdid il-ferħ tal-ħlewwa ta’ Alla. Ħadd daqs Marija ma għaraf
il-qawwa tal-misteru ta’ Alla magħmul bniedem. ... Omm il-Mislub Irxoxt daħlet
fis-santwarju tal-ħniena divina għax ħadet sehem intimu fil-misteru ta’ mħabbtu”
(MV 24).
(e) Aspett Etiku – b’emfasi fuq ir-responsabbiltà fil-ħajja tan-Nisrani biex “ħadd
minna ma ... jsir imħallef ta’ ħuh” (MV 14). Papa Franġisku jfakkarna fis-sejħa li
ngħixu b’libertà fil-konfront mal-illużjoni tal-flus (MV 19a), li ma nappoġġjawx jew
inkunu kompliċi fil-korruzzjoni li theżżeż il-pedamenti tas-soċjetà (MV 19b), u li
ngħixu l-valur tal-ġustizzja fir-relazzjoni ma’ ħutna l-bnedmin (MV 20).
Kif wieħed jistenna hemm diversi temi oħra direttament marbutin maċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-Ħniena. Fost dawn, il-Bolla Miseriċordiae
Vultus ssemmi: (i) is-sinifikat tal-“Bieb tal-Ħniena” (Porta Santa) (ara MV 3)
li ma jkunx biss fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u fil-Bażiliċi Patrijarkali
ta’ Ruma, imma wkoll f’kull Djoċesi (bħal fil-Katidral, fis-Santwarji u postijiet
oħra ta’ devozzjoni); (ii) il-motto tal-Ġublew – “Ħanina bħall-Missier” (MV
14); (iii) it-tema tal-vjaġġ jew pellegrinaġġ, li apparti l-aspett fiżiku li spiss
jieħu, għandu jkun simbolu tal-vjaġġ ta’ konverżjoni li għalih huwa msejjaħ
7
kull bniedem (ara MV 14); (iv) l-atteġġjament tal-konfessuri waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Qrar meta huma msejħin biex f’isem Alla jilqgħu lil kull
midneb niedem (ara MV 17); (v) l-għoti tal-indulġenza f’rabta mal-Ġublew, li
apparti mit-tneħħija tal-effetti negattivi fina tad-dnubiet li diġà nħafrulna,
iddewwaqna l-vera tifsira tal-kelma, għax il-ħniena ta’ Alla ssir l-indulġenza
tiegħu (mill-abbundanza infinita ta’ mħabbtu għalina) li permezz tal-Knisja
tilħaq kull midneb maħfur u tgħinu jġib ruħu bl-imħabba, u mhux jerġa’ jaqa’
fid-dnub (ara MV 22).
Papa Franġisku jagħmel emfasi fuq l-opri tal-ħniena, kemm dawk li jmissu
r-ruħ, kif ukoll dawk li jmissu l-ġisem. Hawn tidħol ir-responsabbiltà ta’ kull
Nisrani lejn ħutu l-bnedmin, l-aktar dawk li jinsabu – kif iħobb isemmi l-Papa
– fil-periferiji eżistenzjali tas-soċjetà tallum.
Il-Papa ma jonqosx li jagħmel tliet referenzi sbieħ għal siltiet mill-Maġisteru
ta’ xi predeċessuri riċenti tiegħu, u li jkompli jitfgħu dawl fuq l-għanijiet tal-
Ġublew tal-Ħniena:
I. Id-diskors profetiku tal-Papa San Ġwanni XXIII fil-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II
(Ottubru 1962), fejn dan jisħaq fuq Knisja li “tippreferi tuża d-duwa tal-ħniena
flok taqbad l-armi tas-severità ħarxa” u li “turi ruħha bħala omm mimlija
mħabba għal kulħadd” (MV 4).
II. Id-diskors programmatiku tal-Papa Beatu Pawlu VI fl-għeluq tal-Konċilju
(Diċembru 1965), meta jgħid li l-Knisja li għamlet esperjenza ekkleżjali hekk
qawwija u li għandha patrimonju teoloġiku għani għandha din id-direzzjoni: “li
naqdu lill-bniedem ... f’kull qagħda tiegħu, f’kull dgħjufija tiegħu, f’kull ħtieġa
tiegħu” (MV 4).
III. L-Enċiklika tal-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar il-ħniena ta’ Alla, Dives in
Miseriċordia (Novembru 1980): “Il-misteru ta’ Kristu ... iġegħelni wkoll inxandar
li l-ħniena hi l-imħabba kollha ħniena ta’ Alla ... Iġegħelni wkoll nirrikorri għal
din il-ħniena u nitlob għaliha f’dan il-mument hekk iebes u hekk kritiku tal-
ġrajja tal-Knisja u tad-dinja” (MV 11).
Fatt interessanti li l-Papa ħass li kellu jinkludi fid-dokument Miseriċordiae
Vultus huwa l-aspett interreliġjuż meta jispjega kif il-ħniena hija valur
importanti lil hinn mill-ħitan tal-Knisja, għax insibuha fil-Ġudaiżmu u fl-Iżlam
(ara MV 23).
8
Ejjew inħallu l-Papa Franġisku jkellimna hu direttament fil-Konklużjoni tad-
dokument tiegħu, Miseriċordiae Vultus, para. 25: “Għalhekk din is-Sena
Mqaddsa straordinarja, biex ngħixu fil-ħajja ta’ kuljum il-ħniena li sa minn
dejjem il-Missier xerred fuqna. F’dan il-Ġublew ejjew inħallu lil Alla
jissorprendina. Hu ma jegħja qatt jiftaħ beraħ il-bieb ta’ qalbu biex itennilna
li jħobbna u jrid jaqsam ħajtu magħna. Il-Knisja tħoss b’mod qawwi l-
urġenza li xxandar il-ħniena ta’ Alla. Il-ħajja tagħha tkun awtentika u
kredibbli meta tagħmel mill-ħniena t-tħabbira konvinta tagħha. Hi taf li l-
ewwel dmir tagħha, fuq kollox fi żmien bħalma hu dan tagħna, mimli
b’tamiet kbar imma wkoll b’kuntrasti qawwija, hu dak li ddaħħal lil kulħadd
fil-misteru kbir tal-ħniena ta’ Alla, hi u tikkontempla l-wiċċ ta’ Kristu.
“Il-Knisja hi l-ewwel waħda li hi msejħa tkun xhud veritier tal-ħniena, billi
tistqarrha u tgħixha bħala l-qalba tar-Rivelazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Mill-qalb
tat-Trinità, mill-ġewwieni l-aktar profond tal-misteru ta’ Alla, tnixxi bla
waqfien ix-xmara kbira tal-ħniena. Din l-għajn ma tista’ qatt tinxef, ikunu
kemm ikunu dawk li jersqu jixorbu minnha. Kull darba li xi ħadd jiġi
bżonnha, jista’ jersaq lejha, għax il-ħniena ta’ Alla hi bla tarf. Daqskemm
ma nistgħu qatt nifhmu l-fond tal-misteru li fih tinsab, daqshekk ieħor hu bla
tarf l-għana li joħroġ minnha.
“F’din is-Sena tal-Ġublew, il-Knisja ssir eku tal-Kelma ta’ Alla li tidwi
qawwija u konvinċenti bħala kelma u ġest ta’ maħfra, ta’ tweżin, ta’
għajnuna, ta’ mħabba. Ma tegħja qatt toffri l-ħniena u tistabar dejjem fil-
faraġ u l-maħfra li xxerred. Il-Knisja ssir leħen għal kull raġel u mara u
ttenni b’fiduċja u bla waqfien: “Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, għax
huma minn dejjem, Mulej” (Salm 25:6).
9
Ġabra ta’ Punti mis-Seminar Parrokkjali
Is-sezzjoni segwenti tinkludi l-ġabra ta’ punti li ħarġu waqt is-seminar parrokkjali dwar il -
il-Bolla tal-Indizzjoni mill-Papa Franġisku dwar il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena.
10
L-Aspett Kristoloġiku
b’emfasi fuq il-missjoni pubblika ta’ Ġesù (speċjalment kif kien jilqa’ d-dgħjufija tal-bniedem) u l-
Misteru tal-Għid. Aħna mistednin insammru ħarsitna fuq Ġesù.
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi:
1. Speċjalment kif kien jilqa’ d-dgħjufija tal-bniedem... Ġesù bil-kelma, bil-ġesti u bil-persuna
tiegħu juri l-Ħniena t’Alla. Ġesù kif kien jirrelata mal-persuni li jersqu lejh? U x’sinjali kien
iwettaq mal-midinbin, mal-foqra, l-imwarrbin, il-morda u l-imġarrbin? Liema kliem, liema ġesti
jistgħu jesprimu ħniena? Xi kwalitajiet jagħmlu persuna li turi ħniena?
2. Qabel il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, id-dixxipli riedu li Ġesù jibghat lin-nies. Imma meta Ġesù
Ra n-nies ... tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj [Matt 9,
36]. X’inhi d-differenza bejn il-mod kif id-dinja tara r-realtà u kif Ġesù jara
r-realtà?
Nota għall-moderatur:
• Minn xi ħaġa li tidher problema u negattiva, naraw xi ħaġa sabiħa li tistiednek tagħmel xi ħaġa...
bħall-ħsad.
• Ġesù ħadem b’idejn ta’ bniedem, ħaseb b’moħħ ta’ bniedem, agixxa b’rieda ta’ bniendem,
ħabb bil-qalb ta’ bniedem. Huwa sar tassew wieħed minna, jixbaħna f’kollox barra mid-dnub
(Gaudium et Spes n. 22).
• Ġesù kapaċi jaqra s-sinjali taż-żminijiet u jinterpretahom, u quddiem dan kollu jibqa’ kapaċi
jħoss... Jinnota li n-nies huma mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Kristu jħobb bil-qalb
ta’ bniedem għax issa jara wkoll bl-għajnejn ta’ bniedem. Jara dak li naraw aħna u jħoss dak li
nħossu aħna. Ma jibqax indifferenti u bla qalb quddiem il-bniedem imma tiġih ħniena u jgħinu.
11
3. Aħna mistednin insammru ħarsitna fuq Ġesù. Dan x’jitlob minna? X’inhu mistenni minna
bħala dixxipli ta’ Ġesù? Quddiem ir-realtà tal-bniedem [imdejjaq u mitluq] Ġesù ma jirrassenjax
ruħu. Ma jaqax fl-iskuraġġiment jew fil-pessimiżmu, imma propju f’din ir-realtà li ġġor
sinjali negattivi, Hu kapaċi jilmah qasam fejn wieħed jista’ jaħdem. Meta tħares lejn Ġesù u kif
jesprimi l-ħniena, x’jispirak tagħmel?
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni:
• Id-dinja tiggwidak li taħseb għalik innifsek - Ġesu` ġie fid-dinja bies issallab u qam mill-
mewt għal kull bniedem – egoiżmu kontra altruiżmu – karita` b’imħabba.
• Importanti li ssir taf sew fuq Ġesu` permezz tal-kelma tiegħu – talb – Ewkaristija, u timitah,
taġixxi bħalu kemm tista’.
• Tara t-tajjeb ta’ ħaddieħor
• Ġesu` kien jitlob qabel imur għall-ħidma
• Iħoss għall-bniedem
• Intenzjoni retta
• Ġesu` ra l-bżonn tal-bnedmin – ħniena għal kulħadd
• Titlob għal min jgħamillek id-deni
• Nimxu fuq l-eżempju ta’ Ġesu’
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni:
• Wieħed għandu jieħu l-inizzjattiva u jmur jaqsam dak li jirċievi (doni, tagħlim, talenti) ma
min hu fil-bżonn biex ikompli fl-imħabba t’Alla;.
• L-importanza tal-ġentilezza u l-mgħodrija, ħniena, maħfra, fejqan;
• Ġesu` stess qalilna ‘tgħallmu minni, kunu ta’ qalb ħelwa u umli’;
• Dak li ngħamlu ngħamluh għall-glorja t’Alla u mhux għalina;
• Ġesu` were ħniena u mgħodrija lejn kull min kellu bżonn;
• Hemm ħtieġa li noħorġu minna nfusna u nilħqu lil nies fil-periferija;
• Ninfurmaw u niffurmaw ruħna dwar Kristu;
• Inħobbu aktar u mhux niġġudikaw;
• Ħidma b’imħabba;
12
• Kif l-Aqqpostli ħarġu miċ-ċenaklu wara l-mewt ta’ Ġesu` bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu ma
ningħalqux imma noħorġu aktar ‘l barra;
• Ir-relazzjoni m’Alla ġġib bidla għat-tajjeb – il-maħfra dak li ġġib;
• Fi Kristu, fejn hem il-fidi, jinstabu l-gwidi u s-soluzzjonijiet, it-tama, l-paċi u s-serħan.
Importanti li wieħed iżomm dan quddiem għajnejh u jara kif iwassal dan lil ħaddieħor;
• F’kull ma għamel Ġesu` ġab lil Alla viċin tal-bnedmi, għax il-bniedem għandu bżonn lil Alla.
Bħala missjunarji tal-ħniena inkunu Kristu ieħor, inġibu lil Alla lejn l-oħrajn bl-għajnuna
tiegħu.
• L-importnaza li nkunu pro-attivit u mhux indifferenti;
• Bil-ħarsa, bil-kliem ta’ faraġ, qabeż għall-midimbin;
• Turi ħniena – bis-sabar, tisma’, taċċetta lil kulħadd kif inhu;
• Id-dinja egoista, u Kristu jħenn u lest li jaħseb għall-ġid ta’ kulħadd;
• Li naħfru – nkunu lesti li nimitawh;
• Ħniena = ma nkunux indifferenti;
• Ngħamlu minn kollox biex nimitaw lil Kristu;
• Id-dinja tikkundanna u Kristu jaħfer u juri kompassjoni;
• Bi ħniena kbira, b’imħabba, b’maħfra;
• …li mmut għalija nnifsi;
• Fejqan, b’rispett kbir, ħniena, il-ħarsa ta’ wieħed li jagħti każ;
• Rispett, beka, fejqan, maħfra;
• Meta qajjem lil-Lazzru b’imħabba, ġest, smiegħ, maħfra kontinwa, jagħti każ,
Ġesu`jitħassar, juri nteress, jagħder;
• Tagħnnieqa tat-tfal, natura altruista, Ġesu` jara x’hemm fil-qalb;
• Umli;
• Paċenzja, il-ħin: disponibilita’
• Dinjita
• Tikkoreġi bil-ħewwa;
• Il-lebbrużi;
• Dnubietek maħfura;
• Ġesu`qatt ma kien selettiv;
• Ġesu`kien ifittex il-midneb;
13
• Ġesu`wera ħniena ma’ Żakkew, l-armla ta’ Naim; lill-Malku fl-ort; il-mara l-midinba, lis-
Sammaritana fejn il-bir;
• Ma jiġġudikax;
• Ma npattux bid-deni;
• Ħlewwa;
• Ġesu` beka fil-mewt ta’ Lazzru;
• L-opri tal-ħniena spiritwali;
• Bil-prattika
• Serva
• Inpoġġu fil-prattika l-opri tal-ħniena ma min hu fil-bżonn. Nagħtu xhieda bil-prattika billi
tgħinhom fil-bżonnijiet tagħhom;
• Ġesu`qatt ma warrab lill-midneb;
• Ġesu` ħass ħniena għal dik l-omm li tilfet lill-uniku iben li kellha u qajmu mill-mewt;
• Tjubija;
• Faraġ
• Maħfra;
• Ġeneruż;
• Naħfru lil-ħaddieħor
• Turi ħniena;
• Nitlob għl min iweġgħni;
• Il- ħniena infinita;
• Meta qassam il-ħut u l-ħobż;
• L-umanita’
• Fuq is-salib – ħenn għal ommu – ħafer
• Kien jistaqsi; it-tjubija;
• Umilta’;
• Mogħdrija;
• Imħabba;
• Tkejjel is-suċċess/karriera;
• Egoiżmu; konsumeriżmu, sagrifiċċju;
• Ġesu` jħares lejn il-fidi;
14
• Ma taqtax qalbek – perseveranza;
• Talb – titlob maħfra;
• Għajnuna fil-knisja;
• Nisimgħu; naħfru; mgħodrija; kuraġġ;
• Mal-mara adultera – iddefendiha; il-mifluġ
• Ħbiberija sinċiera;
• Għajnuna;
• Li nisimgħu;
• Kliem ta’ ħlewwa.
15
L-Aspett Ekkleżjoloġiku
b’emfasi fuq il-Knisja li “għandha l-missjoni li xxandar il-ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Evanġelu, li
permezz tagħha trid tilħaq il-qalb u l-moħħ ta’ kull bniedem” (MV 12).
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi:
1. Aħna bħala poplu nisrani rridu nkunu konxji tad-dinja li qed ngħixu fiha. Quddiem din id-dinja u
quddiem il-bniedem tal-llum, aħna nistgħu nagħrfu aħjar l-identità u l-missjoni tagħna.
X’inhi l-missjoni tagħna? Lilna x’se jagħtina identità?
Nota għall-moderatur:
• Il-missjoni u l-identità tagħna bħala nsara: li nkunu komunità u nżommu r-rabtiet ta’ mħabba
bejnietna u nkunu xhieda.
• Immedjatament Kristu jmidd idejh għax-xoghol... Jibda Hu l-ewwel. Jibda jsejjaħ kollaboraturi
miegħu. Jaqsam magħhom is-sentimenti tiegħu quddiem ir-realtà tal-bniedem. Jinvolvihom
f’din l-imħabba u fil-kura pastorali tiegħu. Jagħmilhom responsabbli miegħu tal-bniedem.
Miegħu jistedinhom jaraw u jħennu, u mbagħad jibgħathom biex jikkuraw lill-bniedem sħiħ.
2. Fil-parroċċa tagħna... fil-komunità tagħna... fl-għaqdiet tagħna, insomma, kull fejn hemm l-
insara, kulħadd għandu jsib oasi ta’ ħniena. Din applikabbli ghall-parroċċa tagħna? Għaliex
iva / le? X’jista jsir?
3. Ejjew niskopru mill-ġdid l-opri tal-ħniena korporali: nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu
bil-għatx, illibbsu lil min hu għarwien, nilqgħu lil min hu bla dar, inżuru lill-marid, inżuru lill-
ħabsi, nidfnu lill-mejtin... Liema nistgħu inwettqu? U kif?
4. ... U ma ninsewx l-opri tal-ħniena spiritwali: nagħtu parir tajjeb lill-ħosbien, ngħallmu lil min ma
jafx, inwiddbu lill-midneb, infarrġu lill-imnikket, naħfru l-ħtijiet, nistabru b’min idejjaqna, nitolbu ’l
Alla għall-ħajjin u għall-mejtin. Liema minn dawn ta’ min niskopru? U kif?
16
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni:
• Mera tal-imħabba t’Alla;
• It-talb jeħel mal-ħitan;
• Responsabilita’;
• Formazzjoni;
• Xhieda.
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni:
• Fid-djar nużaw il-ħniena;
• Xhud bl-eżempju
• Kliem ta’ ħniena;
• Nisimgħu lil min hu għaddej minn żmien iebes;
• Naraw u nqisu lil kuħadd indaqs;
• Nagħtu ħwejjġ tajbin xirjiet;
• Importanti li jkunu jafu fejn isibu ħniena, toġroġ ‘il barra...;
• Ħafna nies iridu min jismagħhom;
• Tagħti t-tieni ċans – eżempju lill-ħabsin;
• Xhieda bil-kliem;
• Inneħħu dik l-‘imma’ għax kulħadd hu midneb;
• Sensittivita’ għall-oħrajn;
• Laċk of managment;
• Kull għaqda – x’tista’ tagħmel biex tkun mera tal-ħniena t’Alla...?
• Toffri ħniena mhux għax aħjar minn ħaddieħor iżda għax trid takkumpanja lil ħaddieħor;
• Għandna nkunu mgħarufa mhux bħala ‘tal-Knisja’ imma bħala ‘l-persuna li tati l-Ħniena’;
• Infittex fil-persuna dak li hu pożittiv u nipporva nibni fuqu;
• Agħti ħin biex tisma’;
• Awareness tal-ħtiġijiet tan-nies;
• Personalment ma nkunx ta’ tfixkil għal ħaddieħor;
• Taċċetta lill-oħrajn kif inhuma;
• Inkunu ġusti imma fil-ħniena t’Alla;
17
• Meta xi ħadd għandu bżonn l-għajnuna pero ma jridx juri fiex tinsab il-familja – bil-permess
tagħha ġġibilha l-għajnuna li għandha bżonn u żżomm l-identita’ tagħhha mgħottijja;
• Ikollok ċonċern għal ta’ madwarek hu min hu. Bl-eżempju tal-ħajja tagħna tara x’għandu
bżonn. Turi ħniena, mħabba u għajnuna;
• Ma niġġudikawx;
• Niffurmaw ruħna bil-kelma t’Alla. Iktar easy biex tħobb lil min iħobbok għalhekk trid tħobb
lil min am taqbilx miegħu ukoll;
• Fil-parroċċa tibda tgħin bil-materjal biex tibnii ħbiberija maggħhom u minn dan imbagħad
b’kelma tajba u spiritwali jirnexxilek tiġbidhom lejn il-Knisja;
• Interess għall-persuni li huma imweġġgħin u tismagħhom u ssegwihom;
• Meta persuna tiftaħ qalbha miegħek m’għandu għalfejn ikun jaf ħadd;
• Inkunu disponibbli;
• Komunita’ li sservi;
• Kondoljanzi;
• Ġesu’ jġib il-paċi;
• To err is human, to forgive is divine;
• Tbissima – Tiġġudikax biex ma tkunx iġġudikat;
• Formazzjoni personali;
• Iżżur in-nies waħedhom. Il-morda billi ngħinuhom fil-bżonnijiet tagħhom;
• Ma naħdmux isolati;
• Taħdem fi grupp;
• Formazzjoni hija mportanti;
• Reaċhing out – mhux bħala individwu imma grupp;
• Missjoni tfisser Ġesu’;
• Il-ħniena – poġġi lil ħaddieħor qablek;
• Preżenza waqt mumenti ta’ niket tal-ġirien;
• Opri tal-ħniena:
- Nitolbu għall-ħajjin u l-mejtin;
- Ma niġġudikawx;
- Nitolbu f’komunita – meta titlob f’komunita Ġesu’ jkun f’nofsna;
- Turi l-ħniena meta tħenn għall-batut – eżempju żżur il-morda;
18
- Naraw lil Ġesu’ fil-fqir;
- Tgħin fil-parroċċa billi tqassam il-fuljett u bżonnijiet tal-Knisja bħall-ħasil;
• Iżżur lill-morda, komfort għal ħaddieħor; nitolbu għal xulxin;
• Sehem f’talb komunitarju – għaqda;
• Jista’ jkun ma nqarrbux lil ‘extended family’ forsi ma tajniex eżempji nsara b’ħajjitna;
• Komunjoni ta’ gruppi fil-parroċċi;
• Il-quddiesa nipparteċipaw fiha bħala komunita’ u mhux individwali;
• Nintegraw lill-proxxmu anke bi tbissima u noħorġu mill-kumdita’ tal-ħbieb;
• Talb u nagħtu xhieda konsistenti:
- Nghixu dak li nemmnu;
- Sessjonijiet flimkien – il-ħidma bħala grupp fil-parroċċa;
- Komunita fit-triq bejn il-ġirien, talb għal xulxin;
• Formazzjoni: proċess infinit ta’ kif niskopru lil xulxin;
• Irridu mmorru aktar f’irkejjen, fid-djar u l-imħabba t’Alla neħduha dirett – follow ups;
• Twiddeb – baċked up by prayer;
• Talb u xhieda;
• Esċapism biex forsi nħossni aktar komda? Jew i go for it?
• Komunitarja;
• Inkunu lesti f’kull sitwazzjoni biex inkunu Kristjani;
• Ħolma tiegħi ndividwali billi nappartjeni għal xi grupp u nagħti sehemi. Sehmi biex
nistieden lill-oħrajn, b’hekk inkun qed nuri ċonċern għall-oħrajn. Nintegraw.
• Attenti għal min hu fil-bżonn;
• Dinja egoista – il-Knisja trid tkun kontra;
• Kien żmien li s-sorijiet kienu jaħdmu fl-Isptarijiet. Issa ħadu f’idejhom is-sekulari, aħna
ngħinu lil kull min jitlobna l-għajnuna u ngħamluh għall-glorja t’Alla.
• In-nies mhux kliem biss iridu imma l-opri, għalhekk għandna nagħtu l-għajnuna tagħna fejn
ikun hemm bżonn;
• Opportunita ta’ din is-sena li l-għaqdiet u l-gruppi tal-parroċċa inkluż żgħażagħ jwasslu l-
imħabba t’Alla fid-djar. Nibdew mill-familja (xi drabi aktar diffiċli) u nimxu ‘l barra.
19
L-Aspett Liturġiku
b’emfasi fuq iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Qrar bħala esperjenza qawwija u diretta tal-ħniena ta’
Alla (MV 18).
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi:
1. Alla lil Mosè jgħidlu: Jien ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi; jiena smajt il-karba tagħhom.
Inżilt biex neħslihom (Eżod 3, 7-8). Dan Alla hu kapaċi jara fil-fond tar-realtà tal-bniedem u
jara it-tbatija tal-poplu. Jisma’ l-karba tagħhom, u jinżel. Dan hu l-misteru tal-inkarnazzjoni –
ta’ Alla li jitbaxxa u jinżel, biex jeħles lill-bniedem li tant iħobb. Inħares lejn il-Qrar bħala
esperjenza li fiha Alla jisma’ l-karba tiegħi?
2. Il-liturġija għandha tkun mument qawwi ta’ talb li tgħinni niskopri mill-ġdid is-sens ta’ ħajti. Il-
mod kif qed niċċelebraw il-liturġija u s-sagramenti fil-parroċċa tagħna, qegħdin iwassluna biex
immissu l-kobor tal-ħniena u l-imħabba t’Alla?
3. Kull fejn hemm l-insara, kulħadd għandu jsib oasi ta’ ħniena. X’jonqos biex il-komunità
tagħna tkun oasi ta’ ħniena? Min jiġi għall-quddies tal-Ħadd u mhux parti minn għaqda jew
kummissjoni, kif jista’ jħoss li aħna oasi ta’ ħniena?
Nota għall-moderatur:
• Ġesù l-Iben t’Alla ġie għal kulħadd. Il-minsteru tiegħu huwa universali: indirizzat lejn kull
bniedem dgħajjef. Ġesù jxandar l-aħbar it-tajba li Alla huwa missier kollu mħabba, li jrid lill-
bnedmin kollha jsalvaw. Din l-aħbar it-tajba, Ġesù jinkarnaha fil-ħajja ta’ kull bniedem.
Għalhekk idur kullimkien, jgħallem u jfejjaq. Fejqan mhux biss tal-ġisem imma wkoll tal-Ispirtu;
tal-bniedem sħiħ.
4. Għandna bżonn fejqan fir-relazzjonijiet tagħna: fil-familji, fil-parroċċa, fil-pajjiż? X’jista jsir?
20
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni:
• Il-Knisja għandha tkun il-mutur tal-ħniena;
• Tħossok paċi mad-dinja u miegħek innifsek u ma kulħadd;
• Il-festi kultant iġibu l-firda u ma jħalluniex inkunu oażi tal-ħniena;
• Katekeżi għal kulħadd fuq is-sagrament tal-qrar;
• Aktar disponibilita’ tas-saċerdoti għall-qrar, użu tal-konfessjonarju u s-sagristija – ħinijiet
differenti;
• Penitential serviċes aktar spissi (mhux Randan);
• Matul is-sena ssir emfasi akbar u sforz sabiex l-imħabba ta’ Alla tiġi mwassla lill-gruppi ta’
nies li s-soltu ma jiġux mistiedna – outreaċh/appostolat bl-eżempji
• Missjoni tagħna li nwasslu t-tagħlim b’mod li nilħqu lil min ma jattendix laqgħat.
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni:
• Paċi – indawwru n-negattiv għal pożittiv;
• Privileġġ, tafda;
• Ferħ, konverżjoni fil-qrar, imħabba;
• Il-fidi hija t-topiċ tal-ħajja nisranija għalhekk meta nqerru nemmnu li Ġesu’ se jaħfrilna;
• Pope Franċis always says, please, sorry thank you;
• Inħobb kif Alla jħobb lili;
• Poġġi lil Alla fil-maħfra;
• Formazzjoni u talb;
• Paċi, preġudizzji, l-importanti kif tgħix barra l-Knisja;
• Tkun persważa mill-preżenza ta’ Ġesu fik;
• Il-ħniena m’hix kundizzjonata – ma tagħżilx ma min tagħmel ħniena;
• Il-fidi u t-tagħlim jgħinuni nemmen li hemm Alla li qed joffri l-ħniena tiegħu;
• Il-bżonn tal-qrar biex itini l-forza nirreżisti t-tentazzjoni;
• Jekk timla qalbek bil-Mulej ma jibqax post għall-mibgħeda, għira u ġlied;
• Tħoss paċi u hena jiddependi mis-saċerdot li jkun qed iqaddes kemm bil-mod kif iqaddes u
kemm iressaqni lejn il-Kelma;
• Nara bruda u ċertu nuqqas meta jiġu biex jitqarbnu;
• Bil-kliem li jgħidli s-saċerdot inħossni ħafna kkunslata u nħossni ferħana;
21
• Bil-liturġija sirt naf aktar lil Alla;
• Nuqqas ta’ tagħlim;
• L-entużjażmu għall-funzjonijiet qed jonqos;
• Kull individwu jrid iun lest li juri sinjali ta’ ħbiberija ma kull min jiltaqa’;
• Nuqqas ta’ organizzazzjoni fis-sehem tal-poplu;
• Kultant il-festi jġibu l-firda;
• L-liturġija nħossu serenita u paċi;
• Sodisfazzjoni kbira;
• Kuntentizza kbira;
• Fil-qrar inħoss lil Alla preżenti anke jekk ma narahx, jagħatini konsolazzjoni u paċi kbira;
• Kotba addattati fil-bankijiet;
• Irridu nuru ħniena kullimkien – għand tal-ħobż/fit-triq...;
• Tħoss id-differenza – xi drabi l-ambjent fil-Knisja ma jgħinx biex nifhem sewwa;
• Jiena naqbel li l-qrar huwa mezzz li jagħtina konsolazzjoni, fejn inħossu lil All dejjem lest
biex jaħfrlna;
• Inħoss li n-nies naqset minn dak l-interess. Eżempju fil-praċett moħħhom li jlibbsu lil
uliedhom u daqshekk. Nixtieq li nara iżjed interess min-naħa tal-lajċi;
• L-animaturi fuq l-altar itellfu, speċjalment meta l-animatur jinstama’ waħdu u ma
tinstemgħax il-ġemgħa;
• Skont għand min tqerr;
• Biex noħolqu oażi ta’ ħniena rridu nibdew minna u mhux nistennew lis-saċerdot jagħmel
kollox hu;
• L-għaqda bejn l-għaqdiet;
• Hemm rabta bejn is-sagrament tal-Ewkaristija u s-sagrament tar-rikonċiljazzjoni?
• Qabel kull quddiesa – rit penitenzjali – nistqarr id-dnubiet;
• Sagrament; għajnuna; grazzja t’Alla – tagħlim għal dan;
• Il-qrar – fejqan – kreatura ġdida;
• Naqas is-sens tad-dnub – naqas il-qrar – żdied it-tqarbin;
• Il-ħniena t’Alla tidher permezz tagħna;
• Spazju fil-liturġija għal min ma jistax jipparteċipa fit-tqarbin.
22
Aspett Marjoloġiku
b’emfasi fuq il-preżenza ta’ Marija li twassal il-bnedmin għar-rikonċiljazzjoni ma’ Binha Ġesù.
Apparti l-fatt li l-Ġublew se jibda nhar it-8 ta’ Diċembru 2015, is-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa ta’
Marija, wieħed għandu jinnota li l-Papa jsejjaħ lil Marija bħala “Omm il-Ħniena”. Il-Papa jistqarr li
“il-ħlewwa ta’ ħarsitha sseħibna tul din is-Sena Mqaddsa, biex ilkoll kemm aħna nistgħu niskopru
mill-ġdid il-ferħ tal-ħlewwa ta’ Alla. Ħadd daqs Marija ma għaraf il-qawwa tal-misteru ta’ Alla
magħmul bniedem. ... Omm il-Mislub Irxoxt daħlet fis-santwarju tal-ħniena divina għax ħadet
sehem intimu fil-misteru ta’ mħabbtu” (MV 24).
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi:
1. Taħt is-salib, Marija tixhed li l-ħniena tal-Iben ta’ Alla ma tafx b’limiti u tilħaq lil kulħadd bla ma
tħalli lil ħadd barra. Min huma dawk in-nies li aħna jista’ jkun qed inħallu barra?
2. Bħad-dixxiplu l-maħbub, aħna qed niġu mistiedna nilqgħu lil Marija għandna biex magħha
niskopru mill-ġdid il-ferħ tal-ħlewwa ta’ Alla. X’inhuma l-fatturi li jistgħu jfixkluna milli niskopru
mill-ġdid il-ferħ tal-ħlewwa ta’ Alla?
3. Marija skopriet u għexet il-ferħ għax laqgħet l-istedina tat-Trinità li ddaħħalha fil-profond tal-
misteru tagħha. X’inhma l-konsegwenzi li ma nilqgħux din l-istedina aħna wkoll? X’jista’ jieħu
post il-ferħ fil-ħajja tan-nisrani?
4. L-involviment tiegħi fil-parroċċa qiegħed jgħinni niskopri dan il-ferħ? Iva / le... Għaliex?
23
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni:
• L-ikbar ferħ tan-nisrani hu li jgħin lil ħaddieħor u jaħfer għax jara lil Kristu fih;
• Aljenazzjoni u tgħix qisu Alla ma jeżistix. Allura kif tista’ tiskopri l-imħabba u l-ħniena!
• Involviment fil-parroċċa – iktar parroċċi ħajjin – għandna nilħqu lill-oħrajn;
• Idea żbaljata ta’ Alla - Alla mhux tirann
• Marija xhud tal-ħniena taħt is-salib sal-aħħar – bilwieqfa baqgħet miegħu sal-aħħar –
għajnejha f’għajnejn Ġesu’;
• Marija tgħid ‘IVA’: l-Missier etern sab bintu, L-Ispirtu qaddes lil Marija, L-Iben sar Veb fil-
ġuf ta’ Marija. Jekk aħna ninqatgħu mit-Trinita’ nghidu ‘le’, ninqatgħu mid-dawl, mill-ferħ,
mill-qdusija, mill-ħajja, mill-ħniena;
• Il-Madonna qalet ‘IVA’ – meta tgħaddi perjodu iebes u ma tifhimx is-sitwazzjoni għandek
tistaqsi bħalma Marija staqsiet lill-Anġlu – Isir/Ikun minni skont kelmtek;
• Ħobb lil Alla u agħmel li trid;
• Nibżgħu nbiddlu s-sistema tagħna;
• Mudell ta’ ħniena: Fit-tieġ ta’ Kana, ħennet għall-għarajjes; ħniena umana biex ma
jaqgħux fil-mistħija – agħmlu dak li jgħidilkom hu.
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni:
• Nużaw il-ħniena mhux niġġudikaw – oasi ta’ mħabba;
• Dawk li ma jaqblux mar-reliġjon tagħna;
• Biza’, ambizzjoni żejda, suppervja, egoiżmu, ansjeta’;
• Dawk li għandna preġudizzju kontrihom – orjentazzjoni sesswali diffenenti, fil-ħabs, tattoo;
• Paċi fil-qalb;
• Il-pjan tagħna tas-Salvazzjoni;
• Dawk li ma jaqblux magħna għandhom ideat differenti minn tagħna;
• Materjaliżmu – inkunu ġenerużi
• Flus – tgawdija;
• Meta ma ngħidux ‘iva’ nintlew b’ħafna tensjoni;
• Immigranti;
• Nies li ma jattendux il-quddies;
• Egoiżmu;
24
• Ma nagħtux spazju lil Alla;
• Irridu nuru ħniena ma dawk in-nies li jdejquk u jfixkluk jekk sejrin inkunu missjunarji tal-
ħniena;
• Ngħixu fil-passat u dejjem naqgħu niftakru fid-dnubiet – skrupli.
• Nies li ma jaqblux fil-politika – ma nagħtux spazju lill-Alla – xorb – affarijiet materjali;
• Priġunieri, gays, immigranti irregolari, politika, nies li ma jmorrux knisja, naħdmu ma dawk
li dejjem naraw il-Knisja;
• Preġudizzji, ħabsin;
• Mibgħeda, flus, egoiżmu, għira
• Esperjenza li ma tgħinekx fil-qrar;
• Pessimiżmu;
• Media;
• In-negattiv;
• Jehovah, nies sindikajri, persuni li skon aħna inferjuri għalina, politika, persuni li ma tkunx
taf kif se tkompli magħħhom;
• Tkun fi gupp tikber u titgħallem;
• L-‘iva’ ta ‘ Marija
• Jekk nemmnu li hu dejjem magħna;
• Iva: titlob fil-kwiet;
• Nafda fih;
• Inħallu barra: ir-raġel, il-mara, it-tfal;
• M’għandniex niġġudikaw:- immigranti, anzjani, reliġjonijiet, ħabsin, divorzjati;
• Irridu nibnu soċjeta’ aktar inklussiva;
• Aljenati bl-affarijiet materjali;
• Kwiet;
• Il-passjoni ta’ Kristu – jekk jista’ jkun biegħed dan il-kalċi – għajnuna biex iġġorr is-salib.
25
L-Aspett Etiku
b’emfasi fuq ir-responsabbiltà fil-ħajja tan-Nisrani biex ħadd minna ma ... jsir imħallef ta’ ħuh
(MV 14). Il-Papa Franġisku jfakkarna fis-sejħa li ngħixu b’libertà fil-konfront mal-illużjoni tal-flus
(MV 19a), li [f’isem il-progress] ma nappoġġjawx jew inkunu kompliċi fil-korruzzjoni li theżżeż il-
pedamenti tas-soċjetà (MV 19b), u li ngħixu l-valur tal-ġustizzja fir-relazzjoni ma’ ħutna l-
bnedmin (MV 20).
Mistoqsijiet użati waqt id-diskussjoni fi gruppi:
1. Ħajjitna hi vjaġġ, u d-destinazzjoni hi li niskopru l-ħniena ta’ Alla. Ġesù jurina kif ser nilħqu din
id-destinazzjoni meta jgħidilna: Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma
tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra; agħtu u jingħatalkom. B’mod posittiv, x’għandu
jfisser li ma niġġudikawx u ma nikkundannawx... Li naħfru... Li nagħtu... ?
Nota għall-moderatur:
• Li ngħarfu dak li hemm tajjeb f’kull persuna u li ma nħallu lil ħadd isofri minħabba fil-ġudizzju
parzjali tagħna, u l-preżunzjoni tagħna li nafu kollox. Inkunu qalbna tajba ma kulħadd għax
nafu li anki Alla jkattar it-tjieba tiegħu fuqna b’ġenerożità liema bħalha.
2. Bniedem, huwa wriek x’inhu tajjeb u x’jistenna minnek il-Mulej; li tagħmel dak li hu ġust, li
tħobb u tkun ħanin, u li tkun umli fl-imġieba tiegħek ma’ Alla tiegħek (Mik 6, 8). Xi tfisser
‘etika’? Kif nista’ ngħix jien stess b’mod aktar ġust? U kif nista’ ngħin lil ħaddieħor ikun aktar
ġust?
Nota għall-moderatur:
• Ġesù jimxi mal-bniedem fit-toroq tal-ħajja; jiggwidah u jgħinu, u jaqsam miegħu l-esperjenza
tal-ħajja ta’ kuljum, u saħansitra jitgħabba bid-dgħjufija tiegħu. Il-Papa jgħid li jekk ma nbaxxix
lili nnifsi, jekk int ma tbaxxix lilek innifsek, inti m’intix nisrani. Li tbaxxi lilek innifsek ma jfissirx li
tarmi lilek innifsek. Din m’hix l-umiltà li wrewna Ġesù, Marija u Ġużeppi. It-triq tal-umiltà
twassal għar-rebħa tal-qawmien.
26
3. Il-ħniena hi pellegrinaġġ fil-qalba ta’ dak li jimmotivani. X’inhuma l-fatturi li jimmotivawni biex
nagħżel it-tajjeb mill-ħażin? ‘Tagħmel progress’ xi tfisser... għad-dinja? Għan-nisrani?
Nota għall-moderatur:
• Il-Papa jgħid li tagħmel progress tfisser tbaxxi lilek innifsek, jiġifieri: timxi fit-triq tal-umiltà biex
tħalli l-imħabba ta’ Alla tidher b’mod ċar fik. Ir-regola tad-deheb titlob li l-avvanz u l-
progress dejjem iseħħu meta wieħed iċekken lilu nnifsu.
27
Punti ewlenin li ħargu waqt id-diskussjoni:
• Nara lil Ġesu’ fil-proxxmu tiegħi biex b’hekk tkun iktar faċli nuri ħniena u mħabba;
• Etika mhux biss għażla bejn it-tajjeb u ħażin imma li nagħmel dak li hu tajjeb u ġust, ukoll
jekk jeħtieġ li tmur kontra l-kurrent;
• Relazzjoni tagħna mal-midinbin = Relazzjoni t’Alla mal-midinbin;
• Nagħtu, jiġifieri nuru ħniena – tfisser noffru l-ħin tagħna, nisimgħu lill-oħrajn, nieħdu
paċenzja, nobdu mingħajr prużunzjoni u b’umilta’.
Punti oħra li ħarġu waqt id-diskussjoni:
• Bil-paċi fil-qalb tasal biex tagħmel kollox;
• Bħala bnedmin, dgħajfin u midimbin, pero’ b’Ġesu magħna naslu għat-tajjeb;
• Meta noħroġ idi, qed noħroġ qalbi lejn l-oħrajn;
• Naħfer u ninsa anke jekk għandi raġun;
• Progress għad-dinja = li tilħaq f’pożizzjoni għolja fid-dinja, poter, flus, akkwisti, popolarita’;
• Maħfra = aħfrilna dnubietna bħal ma’ naħfru lil min hu ħati għalina;
• Il-maħfra ġġiblek serħan-il qalb u tneħħilek is-suppervja;
• Naħfer – nagħder;
• Biex ngħix aktar ġust inpoġġi lili nnifsi fl-istess sitwazzjoni u nagħraf li jien midneb;
• Li jkolli l-imħabba t’Alla timmotivani biex nagħżel it-tajjeb u nimita lil Kristu biex inressaq lill-
oħrajn lejn Alla;
• Progress għan-nisrani hu li timtela b’Alla bil-qari tal-kelma tiegħu biex tkun tista’ taqdi u
tħenn biex twasslu lill-oħrajn;
• Meta qed tikxef id-difetti ta’ ħaddieħor, ġeneralment ikunu d-difetti tiegħek, għax tkun
sensittiv lejhom;
• Meta qed taħfer m’intix tiġġudika;
• Mhux dejjem li taħseb ikun minnnu – ġudizzju ħażin;
• Fil-ġudizzju, hemm il-preġudizzju u kundanna;
• Anke li tiġġudika fit-tajjeb, mhux tajjeb;
• Bħala nsara, it-talb għandu jkun il-qofol tal-ħajja tagħna. Tarax it-tibna ta’ ħaddieħor imma
t-travu tiegħek;
• Meta naslu biex nitolbu għall-persuni li jkunu weġgħuna, aħna naslu għall-fejqan sħiħ;
28
• Il-fejqan hu proċess/mixja;
• Etika – missjoni; standards;
• Motivazzjoni; mħabba, talb, maħfra, tgħalim;
• Taċċetta l-persuna hi kif inhi;
• Kulħadd għandu l-aspett pożittiv tiegħu;
• Karita’ li tagħmel ma tistenniex lura, pero’ Alla ma jinsikx;
• Il-Mulej jgħid:- Ħniena rrid u mhux sagrifiċċju;
• Ngħix aktar ġust
- Nittratta lil ħaddieħor kif nittratta lil Ġesu’;
- Ma niġġudikax;
- Nipprova nifhem sewwa l-messaġġ tal-vanġelu;
- Be kind, kind, kind and you will soon be saints;
- Tħobb lill-oħrajn bħalek innifsek;
• Ngħin lil ħaddieħor ikun aktar ġust: eżempju, xhieda, nitolbu għalihom;
• Etika – mod kif iġġib ruħek – prinċipji, valuri, mġieba;
• L-atitudni;
• Tirċievi l-grazzja t’Alla biex taħfer;
• Tikkoreġi bil-ħlewwa;
• Tistma lil kulħadd l-istess;
• Ma tħarisx lejn l-uċuħ;
• Bl-eżempju tgħin lil ħaddieħor ikun aktar ġust;
• Bl-umilta’ u bil-karita’;
• Ngħix b’mod aktar ġust: sinċerita – mħabba – maħfra;
• Motivazzjoni biex tagħżel it-tajjeb mill-ħażin:
- Il-premju għall-Ġenna;
- Il-Ġudizzju;
- Is-serħan;
• Progress:
- Għad-dinja – suċċess, poter, flus;
- Għan-nisrani – opri tajbin.
• Nisimgħu;
29
• L-imħabba;
• Li tagħraf lilek innifsek l-ewwel;
• Li tkompli ttejjeb lilek innifsek;
• Li tkun miftuħ għall-oħrajn;
• Etika:
- Inżomm il-limiti;
- Intenzjoni retta;
- Responsabilita’;
- Inżommu l-kalma;
• Nghix b’mod aktar ġust:
- Nipprova npoġġi ruħi f’dik is-sitwazzjoni;
- Inneħħi l-preġudizzji;
- Nagħmel l-ewwel pass jien, ma nistenniex lil ħaddieħor;
- Nisimgħu lil xulxin;
- Tgħix l-Evanġelju (li tkun taf u taqra l-Kelma t’Alla);
• Lil ħaddieħor:
- Tispjegalhom fejn qed jagħmlu ħażin;
- Ngħallmu lit-tfal (sharing);
- Fl-eżempju tagħna;
- Tisimgħu;
- Tfarraġ;
• Motivazzjoni:
- It-talb;
- Il-konsegwenzi tad-dinja;
- Ssaħħaħ il-fidi (biex tnaqqas id-dubji)
- Ma tirrepetix żbalji;
- Qalbek sajfja;
• Progress:
- Dinja: pożizzjoni għolja fil-karriera, rikkezzi, xogħol
- Nisrani: iktar tbatija – tgawdija wara, talb, paċi fil-qalb, għaqda mal-Knisja;
• Mal-Mulej nagħtu u naqilgħu;
• Għandi nagħti mingħajr ma nistenna xejn lura;
30
• Kuxjenza safja tgħinek biex ikollok etika tajba u viċi versa;
• Ma tridx traqqad il-kuxjenza;
• L-etika tinvolvi għażla bejn it-tajjeb u l-aqwa – il-prijoritajiet;
• Immaġina lil Ġesu jgħannaq saħansitra l-persuna li weġġgħetek;
• It-tajjeb kulhadd jgħarfu;
• Ilbes iż-żarbun ta’ ħaddieħor u imxi bih;
• Sabiħ hu li nkunu ta’ sapport lil xulxin permezz tat-talb – Katina ta’ talb għal xulxin.
top related