riflessjonijiet randan 2011
Post on 11-Jan-2016
67 Views
Preview:
DESCRIPTION
TRANSCRIPT
RiflessjonijietRandan
2011
Riflessjonijiet
Ghal zmien ir-Randan
Mixja fil-fidi mal-Adolexxenti
Smajt li zmien ir-Randan idejqek ! Nifhmek !
Dak kien is-sentiment tieghi ukoll sa ftit ilu !
Illum tbiddilt xi ftit ! Biddilt il-perspettiva u s’intendi l-attitudni tieghi .
Ir-Randan sar jaghmel aktar sens f’hajti.
Inqisu rigal mill-Mulej biex naghmel riflessjoni bis-serjeta` ta’ hajti. Jitlob sfida. Mhux facli. Kollox jiddependi jekk tridx timmatura jew le !
Sib hin ghal ftit riflessjoni bis-serjeta`.
Waqt ir-riflessjoni
bis-serjeta` -
‘ you unfold to become’.
Trid taghti sens lil hajtek ?
Fittex li titjieb,u mhux tilghaba tat-tajjeb !
In-Nisrani huwa dak li
ha decizjoni f’hajtu
biex jimxi wara
l-Mulej .
( Pastorali Randan 2011)
KULTURA
Ahseb ftit fil-kultura tal-lum:
- Tahsdek ?- Tbezzek ?- Thossha bla sens xi kultant?- Tisfidak ?- Tferrhek?- Tispirak ?
Taf li inti bennej u protagonist
ta’ din il-kultura ?
Bhala nisrani ipprova‘…imlieha (l-kultura) bil-valuri spirati mill-Kelmata’ Alla’.
(Pastorali Randan 2011)
‘How do we manage in a
world that is
threatening itself, in
which progress becomes
a danger ?
Shouldn’t we make
a fresh start with God ?
( Pope Benedict XVI,
Light of the World)
IL-PJAN TA’ ALLA GHALIK F’HAJTEK
Taf li Alla ghandu pjan
ghalik ?
Halli spazju ghal Alla
f’hajtek u flimkien Mieghu
tiskopri l-Pjan Tieghu
ghalik.
Il-Mulej ghandu modi differenti kif jifthilna ghajnejna dwar aspetti differenti tal-Pjan ta’ Alla. ( Pastorali Randan, 2011)
ISKOT ghal ftit.
- Ieqaf ftit mill-girja tal- hajja u staqsi lilek innifsek – hajti fejn hi sejra ?
- B’liema responsabilita` tghix hajtek ?
Qatt hsibt, u/jew sfidajt
lilek innifsek dwar uhud
mill-kwalitajiet sbieh ta’
Gesu` Kristu ?
Xi whud mill-kwalitajiet sbieh ta’ Gesu`.
- L-Imhabba,
- Il-Mahfra,
- Il-Pacenzja,
- Il-Generozita`
- Rispett lejn id-dinjita tal- persuna, specjalment
lejn il-mara.
Identita`
Qabel ma tipprova tidhol f’xi relazzjoni ta’ mhabba; l-ewwel skopri l-identita’ tieghek.
Jien min jien ?
L-imhabba
L-imhabba hija l-isbah
rigal ta’ Alla lill-bniedem
u tal-bnedmin lejn xulxin.
Biex timmatura
fl-imhabba, itla’ t-tarag ta’
din ir-realta` wahda, wahda.
Targa Targa:
1. Kun habib mieghek innifsek; u gharaf min int.
2. Fittex grupp tajjeb biex tohrog mieghu; ghozzu !
3. Jekk tiltaqa’ ma’ persuna ghal qalbek – taqtax il-grupp, dan jghinnek biex tikber.
4.Bil-ghaqal kollu, skopri l-hbiberija gdida ma’ din il-persuna. Tigrix ; il-relazzjoni tiehu z-zmien taghha.
5. Hu hsieb tieghek innifsek u tal- persuna l-ohra - Intom holqien ta’ Alla u mhux oggetti ghal uzu ta’ xulxin !
Xi kwalita’ hi l-imhabba tieghek ?
Egoista - Int ic-centru ta’ kollox: tar-Relazzjoni ?
Utilitarja - Thobb biex tigi servut, biex tinqeda ?
Qarrieqa - Tghid li thobb, tidher li thobb, imma fil-
verita’ ma thobb xejn; l-aqwa li ma thossokx wahdek,
l-aqwa li ghandek ma’ min tohrog !
Mimlija kalkoli - Tkejjel kollox, b’kemm jaghtuk,
taghti lura ?
Ghajjura - Tqis lill-persuna l-ohra bhala oggett ?
Tidhaqx bik innifsek !
Difficli li ssir taf persuna tassew, u
li maghha tixtieq tibni relazzjoni
stabbli, sempliciment
mic-chat lines…
IL-MAHFRA
Il-Mahfra hija process. Tiehu z-zmien taghha.
Il-mahfra hija parti essenzjali mill-imhabba.
Il-vera mhabba hija maghmula minn hafna mahfriet.
Mhux facli…hija sfida kontinwa.
Li tahfer ma jfissirx li inti gifa !
Minghajr l-ghajnuna ta’ Gesu`,
hadd ma jasal li jahfer !
GENEROZITA’
Li tkun generuz ma jfissirx li taghti r-rigali, imma, li taghraf taghti minn hinek, minn dak li int,
ghall -imhabba .
Tkun generuz ifisser li ma taghmilx kollox bil-kalkoli…
Kull min traskura l-generozita` u mexa bil-kalkoli falla fir-relazzjoni.
To claim that each expression of love must be returned with similar manifestations may be a sign of insecurity – I love you, if you love me ! ( Annette Muto)
PACENZJA
F’dinja mghaggla, il-pacenzja hija kwalita’ rari !
Li taghraf tiehu pacenzja ma jfissirx li inti lay back (ghazzien, indifferenti) , imma jfisser li ghandek karattru li jaf jistenna u jaf jaghder.
Min ihobb tassew huwa pacenzjuz u kapaci jaghmel sagrificcju .
Rispett lejn id-dinjita` tal- persuna, specjalment lejn il-mara… (Pastorali Randan,
2011)
- Rispett lejn l-ohrajn huwa dmir
tan-nisrani.
- Li tirispetta persuna ohra huwa wiehed mill-elementi necessarji f’kull relazzjoni.
- Huwa mportanti li d-dinjita` tal-mara tigi rispettata dejjem, f’kull ambjent u cirkustanza.
-Huwa mportanti li l-mara tirrispetta d-dinjita` taghha.
Sahhah ir-riflessjonijiet tieghek
bit-talb, bil-qari tal-Kelma
ta’Alla , bil-frekwenza ghas –
Sagramenti specjalment ghas-
Sagrament tar-Rikonciljazzjoni
u bil-penitenza - ahdem kontra
dak li qed ifixklek tghix ta’
nisrani.
Ghamel xi sawma; din tghinek
tissahhah fil-karattru tieghek.
Ftakar biex taghmel karita’
ma’ kulhadd.
NAWGURALEK LI L-FERH TAL-GHID IKUN
DEJJIEMI.
AMMEN.
HALLELUJAH !
Segretarjat ghall-Katekezi
Sr Alexandra Chircop,
Katekezi Adolexxenti
L-Ghid it-Tajjeb
top related