seba’ sena il-malti (il-qari u l-kitba) il-Ħin: …...paġna 2 minn 12 il-malti – il-qari u...
Post on 13-Jan-2020
62 Views
Preview:
TRANSCRIPT
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 1 minn 12
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali 2017
IS-SEBA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn
L-Isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: ________________
Għall-istudent/a:
1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.
2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati
aħjar.
Għall-għalliema:
Il-M
AR
KI
It-Taħdit 10
Is-Smigħ 10
Il-Qari u l-Kitba 80
IT-TOTAL 100
Taqsima A B Ċi Ċii Ċiii Di Dii TOTAL
Marka 14 10 10 10 10 8 18 80
Marka
tal-Istudent/a
Kummenti:
___________________________________________________________________________________

IL-LIVELLI
7 – 8
5 – 6 – 7 – 8
Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017
IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI
Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.
Qalb tad-deheb
Il-qawl Malti jgħid “Il-flus imorru u jiġu”. Hekk irraġunaw is-Sinjuri Catrambone meta daħlu għal
missjoni li kellha ssalva ħafna ħajjiet ta’ nies. (par.1)
Reġina u Chris Catrambone ma kinux magħrufa mal-poplu Malti u mad-dinja qabel involvew ruħhom
f’att umanitarju kbir. Kif spjegat f’intervista li kellha s-Sinjura Catrambone, huma kienu fil-Mediterran
fuq il-jott lussuż tagħhom igawdu l-vaganzi meta lemħu xi ħaġa fil-baħar. Staqsew u saru jafu li kienet
ġakketta li probabbli kienet ta’ persuna li kienet tilfet ħajjitha fil-Mediterran meta kienet qed taqsam
mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa flimkien ma’ eluf oħra li messithom l-istess xorti. (par.2)
Wara din l-esperjenza semgħu lill-Papa Franġisku jagħmel appell dwar waħda mit-traġedji li seħħew
qrib Lampedusa, sabiex min jista’ jgħin f’din
is-sitwazzjoni tal-biki joffri l-għajnuna tiegħu. Dan kien
il-punt tat-tluq sabiex huma jibdew il-missjoni msejħa
MOAS (Migrant Offshore Aid Station). Kif jispjega
l-isem stess, dan huwa stazzjon li jagħti l-għajnuna lil
persuni li jsibu ruħhom f’diffikultà meta d-dgħajjes
tagħhom ikunu qegħdin jaqsmu l-Mediterran. Biex
jagħmlu dan huma xtraw il-Phoenix, vapur li issa huwa ċ-ċentru ta’ din l-operazzjoni. (par.3)
Skont is-Sur Catrambone, il-mod kif qed jgħinu f’dawn is-sitwazzjonijiet hu xi ħaġa li ħadd qatt għadu
m’għamel bħalha. Dan għaliex għall-ewwel darba qed jużaw vapur ċivili u mhux militari għal
operazzjoni ta’ din ix-xorta u wkoll għax qed jużaw vapur armat b’teknoloġija avvanzata ħafna. (par.4)
Meta l-Phoenix jiltaqa’ ma’ dgħajsa mimlija bl-immigranti fl-ibħra internazzjonali, il-vapur jagħmel
kuntatt mal-awtoritajiet l-aktar fil-qrib kif inhu obbligat li jagħmel u jistenna struzzjonijiet. Waqt din
l-istennija, jagħti l-għajnuna li jista’ lil dawk fil-bżonn. Imma fiċ-ċirkostanza li d-dgħajsa tkun qed
tagħmel l-ilma jew f’periklu ieħor, il-Phoenix itella’ n-nies abbord sakemm tasal fuq il-post il-patrol
boat tal-pajjiż li se toħodhom l-art. (par.5)
L-għan l-aktar importanti ta’ din il-missjoni hu li n-nies li jkunu fil-periklu jkunu salvati u l-ebda ħajja
ma tintilef għax kull ħajja hija prezzjuża ħafna. (par.6)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 3 minn 12
Taqsima A. Il-Fehim mill-Qari (14-il marka)
Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.
1. X’kienu qegħdin jagħmlu fil-Mediterran il-koppja Catrambone?
_________________________________________________________________________ (marka)
2. Skont l-informazzjoni mogħtija fit-tieni paragrafu, taħseb li l-koppja Catrambone kienu fqar jew
sinjuri? Agħti raġuni għat-tweġiba tiegħek.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
3. Wara li s-Sinjuri Catrambone skoprew x’kien qiegħed jiġri minn ħafna nies li kienu qegħdin
jippruvaw jaqsmu l-Mediterran, x’kien li kompla ħeġġiġhom biex jagħmlu xi ħaġa?
________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________ (marka)
4. Xi ddeċidew li jagħmlu s-Sinjuri Catrambone biex joffru l-għajnuna tagħhom?
________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________ (marka)
5. Skont is-Sur Catrambone, x’inhuma ż-żewġ affarijiet li jagħmlu din l-operazzjoni fuq il-baħar
differenti minn oħrajn?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
6. X’inhu obbligat li jagħmel il-Phoenix, hekk kif jiltaqa’ ma’ dgħajsa mimlija bl-immigranti?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
7. “Waqt din l-istennija, jagħti l-għajnuna li jista’ lil dawk fil-bżonn” (par. 5). Semmi żewġ tipi ta’
għajnuna li taħseb li jista’ jagħti l-ekwipaġġ tal-Phoenix lill-immigranti.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
8. Xi jrid jgħid il-kittieb bil-kliem “messithom l-istess xorti”?
__________________________________________________________________________(marka)
9. X’jiġifieri “d-dgħajsa tkun qed tagħmel l-ilma”?
__________________________________________________________________________ (marka)
10. Fisser il-qawl “Il-flus imorru u jiġu”.
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________ (marka)
___
14
Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017
Taqsima B. Il-Grammatika (10 marki)
1. Mit-tielet paragrafu sib partiċella
magħquda ma’ artiklu.
(marka)
_______________________________________________
2. ...l-ebda ħajja ma tintilef...(par.6)
Ikteb din il-frażi fil-Perfett.
(marka)
_______________________________________________
3.
Wara din l-esperjenza semgħu...
(par.3).
Ikteb il-verb fl-Imperfett maskil
singular.
(marka)
_______________________________________________
4.
“Il-flus imorru u jiġu.”
Ikteb in-nom minn dan il-qawl.
(marka)
_______________________________________________
5. Mill-ħames paragrafu sib verb
fit-temp futur.
(marka)
_______________________________________________
6.
Ikteb l-għerq ta’ dan il-kliem:
a. saru (par.2) (marka)
6a._____________________________________________
b. jista’ (par.3)
ċ. jagħti (par.3)
(marka)
6b.____________________________________________
(marka)
6ċ._____________________________________________
7.
Oħroġ nom mill-verbi b’tipa skura:
a. ... li kienet tilfet ħajjitha...(par.2)
b. ... joffri l-għajnuna tiegħu. (par.3)
(marka)
7a.____________________________________________
(marka)
7b.____________________________________________
___
10
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 5 minn 12
Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)
Ċi. Il-Poeżija (Nadriet 1 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)
1. Dawn huma żewġ strofi mill-poeżija Il-Bikja tal-Buskett ta’ Oliver Friggieri.
Għad tindunaw xħin tilmħu,
barrani ċass għaddej,
ifittex lil pajjiżkom
meqrud, u jkun għalxej’
Din art missirijietkom,
mhix tagħkom, tmissuhiex,
uliedkom għad jistaqsu:
għaliex, għaliex, għaliex?
a. F’din il-poeżija lil min qiegħda tkellem il-ħarruba x-xiħa?
__________________________________________________________________________ (marka)
b. Għaliex taħseb li fit-tieni strofa l-poeta jirrepeti l-kelma “ għaliex”?
__________________________________________________________________________ (marka)
ċ. Agħti eżempju ta’ żewġ kelmiet li jirrimaw.
__________________________________________________________________________ (marka)
2. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżiji li studjajt din is-sena.
a. Fil-poeżija Lil Ommi għaliex il-poeta jitlob lil ommu tbennu?
___________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________ (marka)
_____
30
Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017
b. F’Ritratt ta’ Toninu man-nanna għaliex in-nanna tidher imdejqa?
________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________ (marka)
ċ. Dun Karm f’min jara l-qofol tal-bjuda fl-aħħar strofa tal-poeżija Bjuda?
________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________ (marka)
d. X’parir jagħtina l-poeta fil-poeżija Il-Ħolma t’Alla meta mmorru nimxu fil-kampanja?
________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________ (marka)
3. Mill-poeżiji t’hawn taħt, agħżel WAĦDA li laqtitek u għid x’taħseb li jrid jgħidilna/tgħidilna
l-poeta jew poetessa. (3 marki)
distanza – Tarċisju Zarb, Il-Ħerża – Marjanu Vella, Tristis Est Anima Mea – Rużar Briffa,
Dik Mewġa! – Anastasju Cuschieri, Xmara Ħamra, Bruka Xiħa – Victor Fenech,
Raħal Twelidi – Karmenu Vassallo, Il-Kebbies Tal-Fanali – Anton Buttigieg,
Xita – Mary Meylak.
F’din il-poeżija ___________________________________________________________________

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 7 minn 12
Ċii. In-Novelli (Arja Friska 1: Antoloġija ta’ Novelli) (10 marki)
Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet dwarhom.
1. L-imħatra tal-ħallelin ta’ Dun Xand Cortis
Kieku Randu m’emminx lill-aħħar ħalliel u ma qabiżx il-baħar għall-borża, ikteb fi kliemek kif
taħseb li kien ikun it-tmiem ta’ din in-novella.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________(5 marki)
2. Il-Ġennien ta’ Ġorg Borġ
Kieku int kont wieħed minn dawk it-tfal li waddbu l-ġebla lill-ġennien, x’kont tgħid u x’kont
tagħmel xħin il-ġennien offrielek il-larinġ?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________(5 marki)
3. Demgħa ta’ Anselm Sciberras
Tkellem fuq is-sagrifiċċji u t-tbatija li għaddiet minnhom in-nanna meta kellha lil Ġużeppi.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________(5 marki)
Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017
4. Ġaħan u l-ġurdien ta’ G. Mifsud Chircop
F’din il-ħrafa Ġaħan jidher bħala raġel li għandu moħħu jilħaqlu. Tkellem dwar dan.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (5 marki)
Ċiii. Ir-Rumanz (Zito Zandarell ta’ Carmel G. Cauchi) (10 marki)
Wieġeb il-mistoqsijiet kollha.
1. Tkellem dwar iż-żewġ żjarat li kellu Zito meta kien l-isptar u li bihom beda ġej ’il quddiem sakemm
fieq.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________(4 marki)
2. Barra l-karattru ta’ Zito, agħżel xi karattru ieħor mill-istorja ta’ Zito li tħoss li għoġbok u fil-qosor
għid għaliex għoġbok.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (3 marki)
3. Irrakkonta episodju mill-istorja ta’ Zito li fih ħassejtek tibża’.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________(3 marki)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 9 minn 12
Taqsima D. Il-Kitba (26 marka)
Di. Il-Kitba Funzjonali (8 marki)
Agħżel waħda minn a JEW b.
a. Ikteb ittra elettronika ta’ madwar 40-60 kelma lill-preżentatur ta’ programm mużikali Id-Diski
fejn titolbu sabiex fil-programm tiegħu jdoqq aktar diski Maltin. Issuġġerilu xi ismijiet ta’ xi diski
Maltin u għidlu għaliex taħseb li se jogħġbu lis-semmiegħa tal-programm tiegħu .
Ismek: Vanni / Vanessa Abela
Indirizz elettroniku tiegħek: vanabela@interess.org
Indirizz elettroniku tal-preżentatur: diski@ radjutajjeb.org
JEW
b. Ikteb ittra elettronika ta’ madwar 40-60 kelma lis-Sindku tal-lokal tiegħek fejn titolbu biex iżid
in-numru ta’ kotba bil-Malti fil-librerija tal-Kunsill Lokali, sabiex ir-residenti tal-lokal ikollhom
għażla akbar ta’ kotba bil-Malti. Issuġġerilu xi titli ta’ xi kotba jew awturi Maltin li taħseb li jistgħu
jħajru aktar nies biex jaqraw bil-Malti.
Ismek: Andrew / Anna Sant
Indirizz elettroniku tiegħek: ansant@qarimalti.org
Indirizz elettroniku tas-Sindku: sndk@klokali.org
Immarka n-numru tal-mistoqsija magħżula a b
Dii. Il-Komponiment (18-marka)
Lil:

26
Ibg
ħa
t
Lil:
Mingħand:
Suġġett:
Data:
Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017
Agħżel WIEĦED mit-titli li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 250 kelma fuqu fil-linji
Dii. Il-Komponiment (18-il marka)
Agħżel WIEĦED mit-titli li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 200 kelma fil-linji pprovduti.
1. Narrattiv: Ma kinitx passiġġata li ħlomna biha!
2. Deskrittiv: L-iskola ideali li nixtieq li xi darba jkolli.
3. Argumentattiv: L-istudenti m’għandhomx jużaw aktar kotba u pitazzi biex jitgħallmu iżda jużaw
biss il-mezzi teknoloġiċi kollha bħal laptop, tablet u l-kindle. Taqbel? Iddiskuti.
Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (Ma jingħatawx marki għall-pjan.)
Immarka n-numru tal-komponiment magħżul 1 2 3
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________________
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 11 minn 12

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Is-Seba’ Sena – L7 sa L8 – 2017 Paġna 13 minn 12
TMIEM IL-KARTA
top related