Ż jara fir- razzett

Post on 14-Jan-2016

152 Views

Category:

Documents

0 Downloads

Preview:

Click to see full reader

DESCRIPTION

Ż jara fir- razzett. Mark u Li s a marru ġ urnata għand iz-zijiet tal-papa fil-kampanja. Malli waslu z-ziju Ġanni u z-zija Marija ħarġu jifirħu bihom. Ftit wara ġiet ukoll il-kelba flimkien mal-ġeru tagħha. Ben, il-kelb taz-ziju ħareġ jiġri jinbaħ bil-ferħ malli sema’ t-tfal. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Mark u Lisa marru ġurnata għand iz-zijiet tal-papa fil-kampanja.Malli waslu z-ziju Ġanni u z-zija Marija ħarġu jifirħu bihom.

Ben, il-kelb taz-ziju ħareġ jiġri jinbaħbil-ferħ malli sema’ t-tfal.

Ftit wara ġiet ukoll il-kelba flimkien mal-ġeru tagħha.

Mark u Lisa marru jaraw iż-żiemel ħiereġ mill-istalla.

X’ħin ra lit-tfal beda jiżher bil-ferħ.

Ftit wara, ħarġu ukoll id-debba u l-mohor.

Fil-maqjel kien hemm il-ħnieżer. Mhux qażquż wieħed kien hemm,

imma erbgħa!

Wieħed minnhom ma tantx ħa gostu tgħidx kemm beda jagħmel storbju.

Lisa bdiet tilgħab b’fellus żgħir iżda

t-tiġieġa ma ħaditx gost u bdiet tqaqi.

It-tiġieġ ħarġu mill-gallinar.

Is-serduk beda jidden ukoll !

Fil-mandra raw iz-zija Marija taħlebil-baqra.

L-għoġol ma beżax u ġie ħdejn ommu jiekol it-tiben.

Imma imbagħad ħareġ il-barri u beżgħu minnu . . .

Mark u Lisa ittawlu fil-kamra tal-fniek. Kif raw lit-tfal, iż-

żrameġ ħarbu u staħbew fit-tiben.

Mark mar jgħin liz-ziju jagħti t-tiben lin-nagħaġ.

Il-muntun ġera wara l-mutur.

Lisa ħadet gost tilgħab mal-ħaruf.

Huma taw jieklu wkoll lil mogħoż.

Il-bodbod ġie jiekol minn fuq il-karru.

Il-gidi ġie jiġri wara missieru.

Wara nofsinhar Mark rikeb il-ħmara.

Il-felu ġie jiġri wara ommu.

Lisa għenet liz-zija ġġorr il-ħamrija għall-qsari.

Il-qattus u l-qattusa kienu fil-bitħa għax-xemx . Lisa melset l-ferħ iżda

l-qattusa ma tantx ħadet gost u bdiet tnewwaħ.

Mark u Lisa ħadu gost ħafna u ma xtaqux jitilqu minn ħdejn l-annimali iżda kontra qalbhom kellhom imorru

lura lejn id-dar.

Filgħaxija ġew għalihom il-mama’ u l-papa’.

Kelb żgħir huwa

gidi

jew

ġeru

L-għoġol huwa l-ferħ tal-

baqra

jew

mogħża ?

Min iqaqi:

l-għasfur

jew

it-tigiega ?

Min jiżher?

iż-żiemel

jew

il-ħmar ?

Min jinħaq?

Il-baqra

jew

il-ħmar?

Min jagħmel dan il-ħoss?

Il-baqra

jew

il-ħanżir ?

Min jorqod fil-gallinar?

il-mogħoż

jew

it-tiġieġ ?

Missier il-ħaruf huwa:l-muntun

jew

il-bodbod ?

Il-gidi huwa l-ferħ:tan-nagħġa

jew

tal-mogħża ?

Il-felu huwa l-ferħ: tal-ħmara

jew

tal-baqra ?

Min jagħmel dan il-ħoss?

Il-fellus

jew

is-serduk ?

top related