Ħarġa numru 3 – jannar 2014 maħruġa mis-sezzjoni mut youth...

2
Ħarġa numru 3 – Jannar 2014 Maħruġa mis-sezzjoni MUT Youth tal-Malta Union of Teachers kuntatt: [email protected] www.mut.org.mt MUT Youth e-newsletter Daħla mill-editur Justin Schembri Għadna kemm bdejna sena ġdida li tifsser ħafna għall-MUT. Fil-fatt, fl- 2014 hemm l-elezzjonijiet sabiex jinħatar il-Kunsill il-ġdid li mbagħad jirrappreżenta lill-edukaturi għat-tliet snin li ġejjin. Fl-istess waqt, il- formazzjoni preżenti tal-MUT Youth waslet fi tmiemha wkoll u għaldaqstant, irid jinħatar kumitat ġdid. F’din il-ħarġa qegħdin, għall-ewwel darba nniedu kompetizzjoni tal- fotografija li għaliha jistgħu jieħdu sehem il-membri kollha tal-Unjin. Hija opportunità għalina bħala MUT Youth sabiex nersqu dejjem eqreb il- membri tagħna. L-intenzjoni ewlenija tal-MUT Youth wara din il- kompetizzjoni hija mingħajr dubju li nnisslu sens ta’ kompetizzjoni fuq livell professjonali li minnha jista’ jibbenifika kemm min għandu l- fotografija għal qalbu u kemm dawk li japprezzaw il-fotografija inġenerali. It-tema magħżula hija marbuta mal- edukazzjoni, sabiex tinħoloq rabta bejn ir-ritratt li jaqbad mument partikolari mill-ħajja edukattiva u t- tifsira li tmur lil hinn minn sempliċiment ritratt. Din l-inizzjattiva hija l-bidu ta’ opportunitajiet li ’l quddiem, aħna bħala MUT Youth nittamaw li nibqgħu noffru sabiex ikun hemm relazzjoni dejjem aktar wiesgħa bejn il-Unjin u l-edukaturi membri tagħha. Min-naħa tagħna, ninsabu ottimisti li din il-kompetizzjoni sejra tkun suċċess. Irrid nieħu din l-opportunità sabiex nawgura sena tajba mimlija hena u saħħa. Nikkonkludi billi nirringrazzja lil FXDD, li għoġobhom jisponsorjaw din it-tielet ħarġa tal-e-newsletter. Kompetizzjoni tal-fotografija Premijiet sbieħ x’jintrebħu il-membri tal-MUT mħeġġa jipparteċipaw L-MUT Youth qiegħda tniedi kompetizzjoni fotografika bit-tema Unite for Quality Education ejjew ningħaqdu sabiex bil-kreattività tagħna nsaħħu l-kwalità tal-edukazzjoni li nipprovdu. Fil-fatt din il-kompetizzjoni għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar dak kollu li hemm bżonn sabiex l- edukazzjoni tkun ta’ aktar kwalità dik li verament tagħmel differenza fil-ħajja tal-istudenti tagħna – tista’ tiġi pprovduta. Il-kampanja dinjija Unite for Quality Education tal-Education International (li magħha hija affiljata l-MUT) għandha tliet pilastri f’dan is-sens li huma għalliema, għodod u ambjent edukattiv ta’ kwalità. Għaldaqstant il-parteċipanti għandhom jissottomettu ritratti li huma direttament jew indirettament relatati ma’ din it-tema. Min jipparteċipa f’din il-kompetizzjoni, li hija miftuħa għall-membri tal-MUT, jista’ jirbaħ €200 fi flus bl- ewwel premju waqt li min jikklassifika t-tieni u t-tielet jirbaħ vawċer tasena miżata tal-MUT. It-tliet rebbieħa jingħataw ukoll ċertifikat ta’ rikonoxximent. Kull membru jista’ jissottometti sa erba’ ritratti fl-istess applikazzjoni akkumpanjata ma’ sinopsi ta’ 20 kelma għal kull ritratt li jiddeskrivi l-motivazzjoni warajh. Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu bil-posta jew jittieħdu l-uffiċċju tal-MUT l-Belt Valletta sal-5 ta’ waranofsinhar tal-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2014. L- aġġudikazzjoni mbagħad ser issir minn Facebook (25% tal-voti) u minn tliet membri ta’ ġurija esperta magħżula apposta. L-applikazzjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jinsabu fuq www.mut.org.mt . Kull min jixtieq aktar tagħrif jista’ jibgħat lil [email protected] jew iċempel 2123 7815. “Ejjew ningħaqdu sabiex bil-kreattività tagħna nsaħħu l- kwalità tal-edukazzjoni li nipprovdu.Agħfas fuq l-indirizzi biex tidħol fil-paġni tal-MUT: https://www.facebook.com/groups/mutgroup/ https://twitter.com/MaltaMUT http://www.youtube.com/MUTcampaigns http://edcommut.blogspot.com/ www.fxdd.com

Upload: others

Post on 23-Jan-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ħarġa numru 3 – Jannar 2014 Maħruġa mis-sezzjoni MUT Youth ...mut.org.mt/wp-content/uploads/2015/08/MUT-Youth-eNewsletter-Issue-03... · Għaldaqstant, aħna l-membri tal-MUT

Ħarġa numru 3 – Jannar 2014 Maħruġa mis-sezzjoni MUT Youth tal-Malta Union of Teachers – kuntatt: [email protected] – www.mut.org.mt

MUT Youth e-newsletter Daħla mill-editur Justin Schembri

Għadna kemm bdejna sena ġdida li tifsser ħafna għall-MUT. Fil-fatt, fl-2014 hemm l-elezzjonijiet sabiex jinħatar il-Kunsill il-ġdid li mbagħad jirrappreżenta lill-edukaturi għat-tliet snin li ġejjin. Fl-istess waqt, il-formazzjoni preżenti tal-MUT Youth waslet fi tmiemha wkoll u għaldaqstant, irid jinħatar kumitat ġdid.

F’din il-ħarġa qegħdin, għall-ewwel darba nniedu kompetizzjoni tal-fotografija li għaliha jistgħu jieħdu sehem il-membri kollha tal-Unjin. Hija opportunità għalina bħala MUT Youth sabiex nersqu dejjem eqreb il-membri tagħna. L-intenzjoni ewlenija tal-MUT Youth wara din il-kompetizzjoni hija mingħajr dubju li nnisslu sens ta’ kompetizzjoni fuq livell professjonali li minnha jista’ jibbenifika kemm min għandu l-fotografija għal qalbu u kemm dawk li japprezzaw il-fotografija inġenerali. It-tema magħżula hija marbuta mal-edukazzjoni, sabiex tinħoloq rabta bejn ir-ritratt li jaqbad mument partikolari mill-ħajja edukattiva u t-tifsira li tmur lil hinn minn sempliċiment ritratt.

Din l-inizzjattiva hija l-bidu ta’ opportunitajiet li ’l quddiem, aħna bħala MUT Youth nittamaw li nibqgħu noffru sabiex ikun hemm relazzjoni dejjem aktar wiesgħa bejn il-Unjin u l-edukaturi membri tagħha. Min-naħa tagħna, ninsabu ottimisti li din il-kompetizzjoni sejra tkun suċċess.

Irrid nieħu din l-opportunità sabiex nawgura sena tajba mimlija hena u saħħa.

Nikkonkludi billi nirringrazzja lil FXDD, li għoġobhom jisponsorjaw din it-tielet ħarġa tal-e-newsletter.

Kompetizzjoni tal-fotografija Premijiet sbieħ x’jintrebħu – il-membri tal-MUT mħeġġa jipparteċipaw

L-MUT Youth qiegħda tniedi kompetizzjoni fotografika bit-tema Unite for Quality Education – ejjew

ningħaqdu sabiex bil-kreattività tagħna nsaħħu l-kwalità tal-edukazzjoni li nipprovdu.

Fil-fatt din il-kompetizzjoni għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar dak kollu li hemm bżonn sabiex l-

edukazzjoni tkun ta’ aktar kwalità – dik li verament tagħmel differenza fil-ħajja tal-istudenti tagħna –

tista’ tiġi pprovduta. Il-kampanja dinjija Unite for Quality Education tal-Education International (li

magħha hija affiljata l-MUT) għandha tliet pilastri f’dan is-sens li huma għalliema, għodod u ambjent

edukattiv ta’ kwalità. Għaldaqstant il-parteċipanti għandhom jissottomettu ritratti li huma direttament

jew indirettament relatati ma’ din it-tema.

Min jipparteċipa f’din il-kompetizzjoni, li hija miftuħa għall-membri tal-MUT, jista’ jirbaħ €200 fi flus bl-

ewwel premju waqt li min jikklassifika t-tieni u t-tielet jirbaħ vawċer ta’ sena miżata tal-MUT. It-tliet

rebbieħa jingħataw ukoll ċertifikat ta’ rikonoxximent.

Kull membru jista’ jissottometti sa erba’ ritratti fl-istess applikazzjoni akkumpanjata ma’ sinopsi ta’ 20

kelma għal kull ritratt li jiddeskrivi l-motivazzjoni warajh. Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu bil-posta

jew jittieħdu l-uffiċċju tal-MUT l-Belt Valletta sal-5 ta’ waranofsinhar tal-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2014. L-

aġġudikazzjoni mbagħad ser issir minn Facebook (25% tal-voti) u minn tliet membri ta’ ġurija esperta

magħżula apposta.

L-applikazzjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jinsabu fuq www.mut.org.mt. Kull min

jixtieq aktar tagħrif jista’ jibgħat lil [email protected] jew iċempel 2123 7815.

“Ejjew ningħaqdu

sabiex bil-kreattività

tagħna nsaħħu l-

kwalità tal-edukazzjoni

li nipprovdu.”

Agħfas fuq l-indirizzi biex tidħol fil-paġni tal-MUT:

https://www.facebook.com/groups/mutgroup/

https://twitter.com/MaltaMUT

http://www.youtube.com/MUTcampaigns

http://edcommut.blogspot.com/

www.fxdd.com

Page 2: Ħarġa numru 3 – Jannar 2014 Maħruġa mis-sezzjoni MUT Youth ...mut.org.mt/wp-content/uploads/2015/08/MUT-Youth-eNewsletter-Issue-03... · Għaldaqstant, aħna l-membri tal-MUT

Inħarsu ‘l quddiem Chris Vella, Ċerpersin tal-MUT Youth

Ninsabu fil-bidu ta’ sena kalendarja ġdida, għalkemm bħala għalliema s-‘sena’ ilha aktar minn tliet xhur li bdiet u fil-fatt terz minnha prattikalment għaddiet.

Naturalment, ikun mument tajjeb għal kull persuna, u wisq iktar għall-għalliema li jieqfu ftit u jevalwaw il-ħidma tagħhom biex jaraw xi frott qed tħalli kemm fil-ħajja tagħhom u wisq iktar fil-ħajja tal-istudenti li jgħallmu. Naturalment, l-eżamijiet ta’ nofs is-sena għandhom ikunu indikatur tajjeb tal-frott miżrugħ.

Imma tajjeb li nkomplu niġġeddu bħala għalliema sabiex il-ħidma tagħna tkun ta’ kwalità dejjem aħjar, mhux biss fil-kontenut akkademiku li nagħtu, imma fl-għodod ta’ tagħlim li rrawmu fl-istudenti tagħna. Mhux biżżejjed li l-istudenti jkunu jafu ħafna informazzjoni imma ma jiksbux il-ħiliet neċessarji biex ikunu kapaċi jiskopru u jfittxu l-kontenut waħedhom u jkollhom dak l-istess għatx li l-għalliema ta' qabilna għaddew lilna (forsi)!

Din it-tema fil-fatt – lejn kwalità ta’ edukazzjoni aħjar – hija tema ewlenija li fuqha l-Unjon ser tkun qed taħdem u tippromwovi fl-2014.

Min-naħa tagħna, is-Sezzjoni tal-MUT Youth xtaqna nagħtu s-sehem tagħna permezz ta’ kompetizzjoni tal-fotografija dwar din it-tema. Jiena nħeġġeġ lil dawk li jħobbu l-fotografija jieħdu sehem u fl-istess ħin nawgura li din ma tkunx biss tema ta’ attività imma l-Mission Statement ta’ ħajjitna bħala edukaturi

Nawguralkom sena mimlija riżq, ħidma tajba u frott xieraq!

X’inhu għaddej: Il-Laqgħa mal-NQTs

Bħal kull sena l-Unjin tistieden lill-edukaturi l-ġodda għal laqgħa ta’ introduzzjoni għall-impjieg tagħhom waqt li tfisser is-sehem tal-istess Unjin fil-ħajja professjonali. Kien hemm attendenzi numeruża għaż-żewġ laqgħat li aħna bħala kumitat organizzajna f'isem il-Unjin mal-istudenti Universitarji tal-B.Ed. u l-PGCE. Dawn l-edukaturi prospettivi kellhom ukoll l-opportunità li jistaqsu ħafna mistoqsijiet relevanti għall-impjieg futur tagħhom.

Kien ta’ pjaċir għalina li ltqajna ma’ dan in-numru sabiħ ta’ edukaturi ġodda li attendew għal-laqgħa f’Novembru li għadda u magħhom qsamna xi esperjenzi dwar x’verament tfisser id-dinja tax-xogħol.

Bħala MUT Youth, u bħala għalliema li ilna diversi snin naħdmu fis-setturi kollha tal-edukazzjoni, nifhmu kemm l-edukaturi l-ġodda jkunu jixtiequ u jistennew appoġġ. Huwa proprju minħabba f'hekk li norganizzaw laqgħat bħal dawn ta’ kull sena.

Nawguraw lil dawn l-edukaturi l-ġodda kull suċcess fil-karriera tagħhom waqt li nħeġġuhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Unjin, speċjalment fil-qasam tal-Youth. Għaldaqstant qegħdin ninkoraġġixxu lil dawk li jixtiequ jiktbu fl-e-newsletter sabiex jikkunttatjawna permezz tal-email jew Facebook.

Il-Mixja / Il-Ġirja tal-President

Għat-tieni sena konsekuttiva l-MUT Youth ingħaqdet mal-eluf ta’ Maltin fil-mixja u l-ġirja għall-Istrina nhar il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru.

Li l-Unjin tħares ‘il barra mil-limiti tagħha u tagħti l-għajnuna tagħha f’att ta’ solidarjetà huwa ġest mill-isbaħ u għani minnu nnifsu. Għaldaqstant, aħna l-membri tal-MUT Youth flimkien ma’ edukaturi oħrajn li għoġobhom jipparteċipaw fil-mixja jew il-ġirja, ingħaqadna sabiex nuru solidarjetà ma’ dawk aktar fil-bżonn minna.

Jalla, matul din is-sena jerġa’ jkollna l-opportunità sabiex ningħaqdu f’atti ta’ solidarjetà għaliex dawn huma l-mumenti meta l-Unjin tkun l-aktar qrib is-soċjetà.

Eżempju tal-Members’ News Update li qiegħda tintbagħat

regolarment lill-membri rreġistrati mal-Unjin.

L-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-MUT Antonio Olivari, Uffiċjal tal-Komunikazzjoni MUT

L-MUT wettqet u qiegħda tippjana diversi inizjattivi u huwa importanti li l-membri kollha, speċjalment iż-żgħażagħ li huma parti essenzjali mill-Unjin, ikunu kemm infurmati kif ukoll attivi f’dak li jkun qiegħed jiġri fil-qasam tal-edukazzjoni. Xogħlijiet li saru s’issa jinkludu:

- ristrutturar tal-paġna ewlenija www.mut.org.mt sabiex issa hemm lista aktar sempliċi tal-aħbarijiet wara xulxin bid-data u wieħed jista’ jikklikkja f’dawk l-aħbarijiet li jinteressawh;

- il-Members’ News Update e-newsletter (ara ritratt fuq il-lemin) li tintbagħat regolarment lill-membri kollha tal-MUT u li hija għodda ewlenija ta’ informazzjoni. Min għal xi raġuni mhuwiex jirċiviha nħeġġuh jibgħat in-numru tal-membership flimkien mal-indirizz tal-email fuq [email protected] ħalli l-informazzjoni fid-database tagħna tkun dejjem korretta kif imiss;

- l-istess informazzjoni qegħdin nippubblikawha wkoll fil-paġna ta’ Twitter u anki fil-grupp ta’ Facebook għall-membri. Dan tal-aħħar huwa mezz ukoll ta’ kif ikun hemm diskussjoni bejn il-membri dwar suġġetti relevanti. Ara l-links fl-ewwel paġna biex iżżur dawn il-paġni.

Apparti dan, hemm ukoll diversi inizjattivi oħra ppjanati inkluż attivitajiet relatati mal-kampanja “Unite for Quality Education” tal-Education International, kampanji ta’ informazzjoni dwar is-cyberbullying fl-iskejjel, aktar promozzjoni lill-MUT Publications u l-qari bil-Malti, u anki korsijiet u seminars għall-membri. Informazzjoni dwar dawn tingħata aktar ‘il quddiem.

Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lil Chris, Justin, Adrienne u Jonathan li jiffurmaw it-tim sabiħ tal-MUT Youth tal-merħba li tawni. Nawguralhom kull suċċess fl-inizjattivi interessanti li għandhom ippjanati għaż-żmien li ġej.

Min jixtieq jikkontribwixxi għall-ħarġiet li

jmiss ta’ din l-e-newsletter jista’ jibgħat email fuq [email protected].

Grazzi bil-quddiem!