Ħarġa speċjali tal-festa, Ġunju 2013charles j. scicluna. il-preżenza distinta tagħhom fostna...

20
Knisja Arċipretali ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż-Żebbuġ Tel.: (Uffiċċju Parrokkjali) 2146 0800 / 7972 9252 Tel.: (Dar tal-Arċipriet) 2146 5586 Uffiċċju Parrokkjali: Ospizio San Ġużepp, Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ Nru. 284 Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013

Upload: others

Post on 24-Aug-2020

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

Knisja Arċipretali ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż-ŻebbuġTel.: (Uffiċċju Parrokkjali) 2146 0800 / 7972 9252 Tel.: (Dar tal-Arċipriet) 2146 5586 Uffiċċju Parrokkjali: Ospizio San Ġużepp, Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ

Nru. 284 Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013

Page 2: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

2

www.parroccazebbug.com

Des

ign

& P

rintin

g: B

est P

rint C

o. L

td.,

Qre

ndi •

Tel

: 21

649

012

JANET’SPROPERTYNEGOTIATOR

OFFICE: Joe Jane House,Kurkanta Street,

ÓaΩ-Ûebbu©

MOBILE: 79461694

E-MAIL: [email protected]

FREDDIE’SG˙and Freddie’s, issibu

Ωraben eleganti tan-nisa,Ωraben g˙al tibdilatal-ir©iel u tat-tfal,

casuals, sports shoesminn ditti rinomati,

basktijiet tal-iskola, handbagsu kartieri.

Tel: 2146 5915Triq Sciortino, ÓaΩ-Ûebbu©.

Footwear

La Barbone Dolceria

Prop: S. Camenzuli

Caterers for all Occasions

‘Yeppon’,Bishop Caruana Street, Ûebbu©

• Tel: 2146 0168 • Mob: 7946 0168 • Fax: 2146 1791

VJAL IL-ÓELSIENÛEBBUÌ ZBG 2074

Tel: 21463622

4, “Shalom”, Triq il-Watar, Óal Mula,

ÓaΩ-Ûebbu©.

Karozza (hearse) BLA ÓLAS24 hours services

DAY & NIGHTTel: 21460950

Office: 21465122 - 21472219Mob: 99471168

Twanny SpiTeriFUneraLi

PSAILAAutoparts

Stockist ofMechanical & Body PartsAccessories

and BatteriesMdina Road, Ûebbu©

Tel: 2146 0878

Óanut b’varjetà kbirata’ ikel u sapun bi prezzijiet mill-aqwa. Qeg˙din fi Triq Patri Pelagu Mifsud,

wara l-kappella tal-Grazzja.Ejja u tiffranka.

Ting˙ataw punti ma’ kull xirjali jinbidlu f’rigali tas-Simpatia Crai.

Benny’sDiscount Store

Beta Paintsnow at

Mula Road, Ûebbu©.Tel: 21 461619, Mob: 9988 8276,

Fax: 21 467162

Choice of over 5,000 Colours by Beta Tinting Machine.

Borders & Covings available for your choice. Make Free Delivery.

We also provide: Home Maintenance, Plumbing & Electrical Work

SuperiorIronmongery

PuLLICIN DEvELOPERSL I M I T E D

Garaxxijiet g˙all-Bejg˙jew g˙all-Kiri

Il-garaxxijiet jinsabu fi Triq Óal Mula. G˙andhom ilkoll spazju g˙al karozza

wa˙da u qeg˙din f’basement fl-ewwel sular.

Tista’ tikkuntattjana fuq in-numru 99997323 jew

permezz ta’ email [email protected]

Page 3: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

3

www.parroccazebbug.com

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-mija u ħamsin anniversarju mill-miġja fostna tal-istatwa tal-Patrun tagħna San Filep kienu ċelebrazzjonijiet li fihom urejna maturità kbira. Nistqarr li kienu ċelebrazzjonijiet sbieħ li fihom tara liż-Żebbuġin kollha magħqudin għal għan wieħed – dak li nagħtu ġieħ mistħoqq lill-Patrun tagħna u lil missirijietna li taw lil beltna din l-opra ta’ arti unika li aħna lkoll napprezzaw u ngħożżu. Nieħu l-opportunità sabiex insellem lid-diriġenti tat-tliet baned tal-lokalità tagħna (Banda San Filep, Banda 12th May u Banda De Rohan) li aċċettaw l-istedina li għamlet il-Parroċċa sabiex flimkien iċċelebraw dan l-avveniment storiku u sinifikanti għalina lkoll.

Bdejna ċ-ċelebrazzjonijiet b’Velja ta’ Talb li daħħlitna fl-ispirtu sabiħ ta’ dawn il-jiem speċjali. Imdawrin madwar l-altar, irriflettejna dwar kemm San Filep, anke llum, għandu jdawwalna biex nersqu lejn Alla. Ħajr lil Rose Ann Borg, li ħadet ħsieb

din l-attività b’impenn u b’serjetà. Kien mument verament sabiħ ta’ talb u devozzjoni sinċiera.

Ma setax jonqos li għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jingħaqdu magħna Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona u l-Isqof Awżiljarju Monsinjur Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ barka sabiħa.

Kien jixraq ukoll li għal din l-okkażjoni noħorġu ktieb ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb kiseb it-tifħir ta’ bosta. Ħajr lill-awtur, il-Perit Anthony Gatt, u lill-fotografu Joe P. Borg, li se jħallulna tifkira sabiħa ħafna li ma tintesiex maż-żmien.

Kien proprju għal dan l-għan li ddeċidejna wkoll li noħorġu munita ta’ tifkira biex infakkru dan l-anniversarju. Għax kif jgħidu, kollox jgħaddi. Iċ-ċelebrazzjonijiet jgħaddu u jiġu oħrajn u maż-żmien jintesa kollox, iżda kelma miktuba u tifkira fil-fidda jibqgħu għal ġenerazzjonijiet sħaħ.

Jalla dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li għamilna jħallu ħafna frott bnin u fit-tul fil-Parroċċa tagħna, ħalli nkomplu nikbru fir-rispett lejn xulxin, fl-għaqda u f’armonija sħiħa bejnietna, u b’imħabba mġedda lejn il-Patrun tagħna, li twassalna għall-mixja wara Kristu, is-Salvatur tagħna, sal-aħħar nifs ta’ ħajjitna.

Konvint li l-ġid li ħareġ se jibqa’ magħġun fil-qlub taż-Żebbuġin u l-ispirtu ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jibqa’ jirrenja fostna matul iż-żmien li ġej.

Il-Festa t-Tajba,

Fr Daniel CardonaArċipriet

Messaġġ tal-Arċipriet

Ċelebrazzjonijiet u dak li jibqa’

L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Parrokkjali, jawguraw lil kulħadd Festa Qaddisa, li matulha nfittxu li nġeddu l-Fidi tagħna f’Alla l-Imbierek u nsaħħu d-devozzjoni lejn il-Patrun tagħna, San Filep, billi

nersqu lejn is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni u nieħdu sehem mill-Ewkaristija Mqaddsa, b’imħabba sinċiera u f’komunjoni sħiħa bejnietna.

Taħdita KulturaliNhar it-Tlieta, 4 ta’ Ġunju 2013,fit-8.00pm, fil-Knisja Arċipretali.

Preżentazzjoni mill-Perit Mario Ellul A & CE dwar ir-restawr tal-Knisja tal-Viżitazzjoni f’Wied Qirda

u dwar it-teknika ta’ restawr li qed tintuża llum f’pajjiżna.Wara li s-sena l-oħra ġie rrestawrat il-kwadru ddedikat lil San Ġwann tas-Salib, li qabel

kien jinsab fil-Kappella tal-Viżitazzjoni ta’ Wied Qirda, issa tkompla x-xogħol ta’ restawr fuq il-kappella nnifisha, taħt is-superviżjoni tal-Perit Mario Ellul A & CE. Huwa se jagħti tagħrif

dwar il-ħsarat li kien hemm u dwar ix-xogħol kollu li sar permezz ta’ preżentazzjoni awdjo-viżiva.

Kulħadd huwa mistieden jattendi għal din it-Taħdita Kulturali.

Ritratt tal-Faċċata: Joseph P. Borg

Page 4: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

4

www.parroccazebbug.com

IntroduzzjoniDan ir-rapport ikopri l-ħidma kollha

li twettqet mill-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ fuq livell pastorali matul is-sena l-oħra. Għal diversi raġunijiet, huwa impossibbli li wieħed isemmi kull inizjattiva, attività jew proġett li twettqu mill-Kummissjonijiet Parrokkjali rispettivi matul dan il-perjodu ta’ żmien. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li kulħadd ikun jaf b’ħidmet il-Parroċċa, li titwettaq minn ħafna nies li, skont l-abbiltà rispettiva tagħhom, jagħtu sehemhom b’mod attiv u dirett fil-Kummissjonijiet partikulari li tagħhom huma membri. Din il-ħidma ssir b’koordinazzjoni sħiħa mal-Arċipriet, mal-Kleru, mal-Kunsill Pastorali, mal-Kummissjonijiet Parrokkjali l-oħra, u mal-għaqdiet kollha tal-Parroċċa.

Il-ħidma li se tissemma’ fid-dettall f’dan ir-rapport, ġiet imfassla u mwettqa fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Pjan Pastorali tal-Parroċċa li jkopri perjodu ta’ tliet snin, jiġifieri mis-sena 2012 sas-sena 2014, liema Pjan Pastorali ssawwar u nbena fuq dak kollu li ntqal u ġie ssuġġerit waqt l-Assemblea Parrokkjali tas-sena 2011.

Huwa ferm importanti li, waqt li l-ħidma pastorali għandha dejjem tibni fuq dak li jkun sar fi snin imgħoddija, mill-banda l-oħra trid tagħti kas tal-bidliet li jkunu qed iseħħu fis-soċjetà ta’ madwarna u tkun lesta li tilqa’ l-isfidi ġodda li jġibu magħhom dawn il-bidliet. Din l-idea hija l-qafas li fuqu huwa msejjes dan il-Pjan Pastorali.

Għaldaqstant, se ngħaddi issa sabiex nagħti rendikont qasir tal-ħidma li twettqet minn kull Kummissjoni fi ħdan il-Parroċċa, jiġifieri l-Kummissjoni Djakonija, il-Kummissjoni Familja, il-Kummissjoni Liturġija, il-Kummissjoni Żgħażagħ, u l-Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi.

Kummissjoni DjakonijaFl-aħħar xhur tas-sena 2011, il-

Parroċċa tagħna ġiet mitluba mill-Caritas sabiex tieħu sehem fi proġett-pilota li permezz tiegħu jiġu mgħejjuna ċertu familji fil-mod ta’ kif dawn għandhom jamministraw il-ħajja tagħhom. Dan il-proġett, imsejjaħ “Sustainable Lifestyles”, sar fi ħdan il-grupp “Ħidma Favur is-Sostenibbiltà Ekonomika tal-Familja” u kien iffinanzjat mill-Community Chest Fund u kkoordinat mill-Kummissjoni Djakonija flimkien mal-Caritas. Dan il-

proġett involva s-sehem ta’ numru ta’ għalliema biex jgħallmu ċertu ħiliet lil familji kkunsidrati li jinsabu fil-linja tal-faqar. Il-Caritas kienet qajjmet kuxjenza dwar il-qagħda tal-familji Maltin u minn dejjem saħqet li l-faqar f’pajjiżna mhux dejjem jidher. Bl-għajnuna tal-Community Chest Fund, tim ta’ esperti għamlu riċerka u ħarġu bl-idea li jinħoloq programm apposta biex jinħadem mal-familji.

Il-proġett tnieda f’Jannar tas-sena 2012 u nħadem mal-Home Economists in Action (HEIA) tal-Università ta’ Malta, taħt it-tmexxija ta’ Dr Suzanne Piscopo. Dan il-proġett kien jikkonsisti prinċipalment minn numru ta’ laqgħat ta’ sagħtejn kull waħda, darba fil-ġimgħa, fuq perjodu ta’ disa’ ġimgħat. L-iskop ta’ dan il-proġett kien li l-familji magħżula, irrispettivament mill-pożizzjoni finanzjarja tagħhom, jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn sabiex jibdew jamministraw il-finanzi u l-ħajja tagħhom ta’ kuljum b’mod aħjar. Għal dan il-proġett kellhom jiġu magħżula numru ta’ familji Żebbuġin li nħass li għandhom bżonn jiġu mogħtija din l-għajnuna.

F’dan il-kors ta’ laqgħat, li sar fiċ-Ċentru “Ta’ Warda” u li kien mingħajr ħlas, attendew b’kollox seba’ familji. Is-suġġetti li ġew diskussi matul dawn il-laqgħat kienu jvarjaw minn x’jinfluwenza l-għażliet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-familja, sal-mod ta’ kif wieħed jista’ jħaddem aħjar il-finanzi tiegħu, kif għandu jiffranka l-konsum tad-dawl u l-ilma, u jixtri u jsajjar mingħajr ħela. Il-persuni kollha li attendew għal dawn il-laqgħat tkellmu b’mod pożittiv dwar il-kors għaliex, fost l-oħrajn, ħassewhom li tgħallmu ħafna mill-esperjenzi tal-oħrajn. Dawk kollha li pparteċipaw f’dan il-kors ġew mogħtija ċertifikat ta’ attendenza.

Fl-okkażjoni tal-festi tal-Għid, saret Quddiesa speċjali għar-romol kollha tal-Parroċċa, segwita b’festin żgħir fiċ-Ċentru “Ta’ Warda”, filwaqt f’Novembru, il-Kummissjoni Djakonija, flimkien mal-grupp “Faraġ”, organizzat Quddiesa li matulha ssemmew l-ismijiet ta’ dawk kollha li mietu matul is-sena. Din il-Quddiesa saret fil-Knisja Arċipretali.

Il-Kummissjoni Djakonija kompliet tmexxi ċ-ċentru għall-persuni b’diżabilità ġewwa “Villa San Filep”, permezz ta’ laqgħat li jsiru b’mod regolari kull nhar ta’ Ġimgħa, fejn jiġu mħejjija diversi attivitajiet. F’dan iċ-ċentru jattendu persuni b’diżabilità minn Ħaż-Żebbuġ, kif

ukoll oħrajn li huma residenti fid-Dar tal-Providenza.

Matul is-sena, komplew ukoll iż-żjajjar lill-anzjani fis-“Sala San Franġisk”, ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule. Din is-Sala kienet ġiet adottata mill-Parroċċa tagħna, u l-membri tal-Kummissjoni Djakonija impenjaw ruħhom sabiex jieħdu ħsieb jorganizzaw żjajjar darbtejn fix-xahar għall-membri ta’ għaqdiet differenti fi ħdan il-Parroċċa. Permezz ta’ dawn iż-żjajjar, inbniet relazzjoni familjari mal-anzjani li huma residenti f’din is-Sala.

Kummissjoni FamiljaIl-Kummissjoni Familja kompliet

bil-ħidma pastorali tagħha mal-koppji għarajjes u miżżewġin. Fl-okkażjoni tal-festa tas-Sagra Familja, il-Kummissjoni, flimkien mal-membri nisa tal-Azzjoni Kattolika, organizzat Quddiesa speċjali li għaliha ġew mistiedna l-koppji kollha li kienu qed jiċċelebraw l-anniversarju tal-ħamsa u għoxrin, erbgħin, u ħamsin sena miż-żwieġ tagħhom. Din il-Quddiesa kienet segwita minn festin ċkejken. Il-Kummissjoni Familja, flimkien mal-membri nisa tal-Azzjoni Kattolika, organizzat ukoll Quddiesa għall-koppji li kellhom tarbija matul is-sena ta’ qabel. Fi tmiem din il-Quddiesa, ġew ippreżentati t-trabi u ngħatat tifkira żgħira mill-Arċipriet lil dawk kollha li attendew.

Matul is-sena, komplew ukoll il-laqgħat ta’ darba fix-xahar, li matulhom grupp żgħir ta’ koppji miżżewġa jiltaqgħu ġewwa “Villa San Filep”. Għal dawn il-laqgħat jiġu mistiedna diversi kelliema sabiex jagħmlu taħditiet rigward suġġetti varji marbutin mal-familja. Dawn il-laqgħat jiffurmaw parti mill-proġett “Familji Aħjar”, li tnieda mill-Kummissjoni Familja fis-snin li għaddew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Familja tat is-sehem tagħha wkoll fil-Quddiesa tan-Novena tal-Milied, kif ukoll waqt l-Eżerċizzi tar-Randan.

Kummissjoni LiturġijaIl-Kummissjoni Liturġija kompliet

tagħti s-sehem tagħha sabiex tgħin lill-Komunità Parrokkjali Żebbuġija tiċċelebra aħjar il-liturġija b’mod aktar ħaj u b’parteċipazzjoni akbar. Il-Kummissjoni twettaq dan anke billi tara li numru akbar ta’ lajċi jimpenjaw ruħhom biex jagħtu servizz, filwaqt li tgħin lil dawk li huma diġà impenjati sabiex jagħtu servizz aħjar.

Ħidma Parrokkjali Matul is-Sena 2012Rapport imħejji min-Nutar Dr PHILIP ELLUL LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D.

Aġent President tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u PRO tal-Parroċċa

Page 5: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

5

www.parroccazebbug.com

Din il-Kummissjoni organizzat laqgħat ta’ formazzjoni u ta’ talb għal-letturi, animaturi u ministri straordinarji tat-tqarbin, fosthom laqgħa partikulari li saret fil-25 ta’ Mejju 2012, u li għaliha attendew għadd ġmielu ta’ animaturi u letturi. Din il-laqgħa tmexxiet mill-Viċi Arċipriet Fr Louis Farrugia.

Matul is-sena, uħud mill-membri tal-Kummissjoni Liturġija ħadu sehem ukoll f’laqgħat u f’seminars organizzati mill-Unita’ 6 (iffurmata mill-Parroċċa tagħna, flimkien ma’ dawk ta’ Ħal Qormi u s-Siġġiewi), biex b’hekk ikunu jistgħu jiddiskutu flimkien dak li jkun qed isir f’Parroċċi differenti, ħalli jingħata servizz aħjar lill-Komunità.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet ħsieb tikkoordina l-attivitajiet u l-funzjonijiet kollha relatati man-Novena tal-Milied, kif ukoll l-Adorazzjoni ta’ kull nhar ta’ Ħamis wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija, bis-sehem tal-għaqdiet tal-Parroċċa u tal-Viċi Arċipriet Fr Mario Sammut. Il-Kummissjoni Liturġija ħadet ħsieb ukoll tikkoordina s-sehem tal-letturi, animaturi u ministri tat-tqarbin, waqt il-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir, kif ukoll fil-festa tad-Duluri, filwaqt li organizzat ukoll il-Via Sagra Solenni.

Il-Kummissjoni Liturġija ħadet ħsieb torganizza Rużarju animat fil-Knisja Arċipretali, bħala bidu għax-xahar ta’ Ottubru, li huwa ddedikat għal din it-talba tant sabiħa lill-Madonna. Aktar tard matul l-istess xahar, il-membri tal-Azzjoni Kattolika, flimkien maċ-Ċentri tad-Duttrina f’Ħaż-Żebbuġ, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni Liturġija, organizzaw Manifestazzjoni ta’ Fidi mit-tfal għat-tfal, li kienet tinkludi purċissjoni bit-talb u r-reċita tar-Rużarju. B’dan il-mod ġew iċċelebrati l-bidu tas-Sena tal-Fidi u l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. L-attendenza min-naħa tat-tfal għal din il-Manifestazzjoni kienet waħda tassew inkoraġġanti.

Ilkoll kemm aħna nafu kemm huwa importanti li l-Komunità tagħraf tiċċelebra l-Quddiesa b’mod ħaj. Il-Parroċċa tagħna dejjem fittxet li tagħti importanza lill-

animazzjoni fil-Quddies, b’mod partikulari f’dawk ta’ matul tmiem il-ġimgħa. Għal dan il-għan, minbarra l-laqgħat għal-letturi u l-animaturi kollha tal-Parroċċa, saret riorganizzazzjoni fil-mod ta’ kif jitqassmu s-servizzi fil-Quddies kollu tal-Ħadd. Dan wassal għal żieda sostanzjali fin-numru ta’ letturi u persuni oħra li jagħtu servizz waqt il-Quddiesa. Din ir-riorganizzazzjoni għenet ukoll sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb fil-Quddies tal-Ħadd, li tul dan l-aħħar żmien qed ikun iċċelebrat bi stil differenti. Ta’ min wieħed isemmi, fost l-oħrajn, il-Quddies tas-7.00am, tat-8.00am u tad-9.30am, din tal-aħħar bis-sehem tat-tfal, kif ukoll il-Quddiesa tas-7.00pm, li jattendu għaliha ħafna nies, fosthom numru sabiħ ta’ adoloxxenti, żgħażagħ u koppji.

Kummissjoni Żgħażagħ u Ċentru “Ta’ Warda”

Fil-bidu tas-sena 2012, fil-Parroċċa tagħna twaqqfet mill-ġdid il-Kummissjoni Żgħażagħ. Kien ilu jinħass il-bżonn li din il-Kummissjoni terġa’ tingħata l-ħajja biex tibda tieħu ħsieb l-organizzazzjoni u l-koordinament tal-attivitajiet kollha immirati għaż-żgħażagħ li jsiru fil-Parroċċa, bl-iskop li dawn iservu ta’ għajnuna fit-tiġdid spiritwali tagħhom u jgħinuhom jitqarrbu aktar lejn il-Knisja u lejn il-Parroċċa, filwaqt li jibnu relazzjoni intima u b’saħħitha ma’ Alla.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tellgħet l-ewwel attività tagħha f’Ras ir-Randan tas-sena l-oħra. Qabel il-Quddiesa konċelebrata li saret f’dan il-jum li jagħti bidu għar-Randan, il-Kummissjoni Żgħażagħ ikkoordinat u animat adorazzjoni qasira ġewwa l-Knisja Arċipretali bit-tema “Agħmlu Ħbieb Ma’ Alla - Siegħa ta’ Intimità mal-Mulej”. Matul din l-attività, li ħadet il-forma ta’ att penitenzjali, kien hemm ħin għall-meditazzjoni fis-skiet, filwaqt li nqraw xi siltiet mill-Kelma t’Alla, akkumpanjati minn preżentazzjoni awdjoviżiva, riflessjonijiet qosra, u mużika adattata. Barra minn hekk, kien hemm ukoll numru ta’ saċerdoti disponibbli għal dawk kollha li xtaqu jqerru.

Fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, il-Kummissjoni Żgħażagħ ħadet ħsieb tipprepara, tikkoordina u tanima laqgħa ta’ talb b’differenza bit-tema “L-Aħħar Seba’ Kelmiet ta’ Ġesù fuq is-Salib”. Din saret ġewwa s-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù. Għaliha kien hemm attendenza sabiħa, u ntlaqgħet tajjeb ħafna minn kulħadd.

Fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Filep, il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat Quddiesa speċjali għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ kollha tal-Parroċċa, fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali, bis-sehem tal-band Footprints. Il-Quddiesa ġiet konċelebrata mill-Arċipriet Fr Daniel Cardona u mill-Viċi Arċipriet Fr Louis Farrugia. Għal din il-Quddiesa, minbarra l-membri tal-Kummissjoni, attendew ukoll numru sabiħ ta’ adoloxxenti miċ-Ċentru “Ta’ Warda”, kif ukoll rappreżentanti mill-kumitati taż-żgħażagħ rispettivi fi ħdan il-Każin Banda San Filep u l-Każin 12th May.

Fiċ-Ċentru “Ta’ Warda”, filwaqt li kompliet tissaħħaħ it-tmexxija tiegħu, saret ukoll riorganizzazzjoni fil-mod ta’ kif dan jitmexxa b’mod ġenerali. Minbarra li żdiedu l-youth leaders, żdiedu wkoll b’mod sostanzjali n-numru ta’ adoloxxenti li qegħdin jattendu regolarment għal-laqgħat u l-attivitajiet li jsiru f’dan iċ-Ċentru.

Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi

Il-Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi kompliet bil-ħidma tagħha sabiex twassal tagħrif fuq ġrajjet u mixjet il-Parroċċa u l-ħidma mwettqa mill-Arċipriet u l-Kleru, mill-għaqdiet reliġjużi u gruppi oħrajn parrokkjali – tagħrif li jiswa ta’ ħolqa bejn il-parruċċani kollha, u ta’ tħeġġiġ għal sehem akbar f’din il-ħidma parrokkjali. Din il-ħidma kompliet titwettaq prinċipalment permezz tal-Fuljett Parrokkjali “Is-Sliem”, li jiġi ppubblikat kull xahar, b’ħarġiet speċjali tiegħu mitbugħha fi żmien l-Għid il-Kbir, fil-Festa Titulari ta’ San Filep f’Ġunju, fix-xahar ta’ Ottubru (iddedikat lir-Rużarju), u fil-Milied. F’dan il-fuljett, minbarra l-messaġġ tal-Arċipriet u xi avviżi rigward

Page 6: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

6

www.parroccazebbug.com

attivitajiet varji li jsiru fil-Parroċċa minn żmien għal żmien, jiġu ppubblikati wkoll diversi kitbiet interessanti minn persuni differenti li jogħġobhom jaċċettaw l-istedina tal-Kummissjoni sabiex jikkontribwixxu permezz ta’ kitbiethom f’dan il-fuljett.

Minbarra l-Fuljett Parrokkjali “Is-Sliem”, din il-Kummissjoni tieħu ħsieb tippubblika wkoll il-fuljett bil-lingwa Ingliża msejjaħ “Connection”, immirat għal dawk il-familji u individwi barranin li huma residenti f’Ħaż-Żebbuġ. L-għan ta’ dan il-fuljett, li jiġi mitbugħ perjodikament, huwa li jżomm kuntatt ma’ dawn il-familji u individwi barranin billi jinfurmahom b’dak kollu li jkun qiegħed isir fil-Parroċċa tagħna matul is-sena, sabiex dawn iħossuhom aktar integrati mal-bqija tal-Komunità Parrokkjali Żebbuġija, u bit-tama li titnissel fihom il-ħajra li jattendu huma wkoll b’mod regolari għall-funzjonijiet reliġjużi, u jipparteċipaw fl-attivitajiet soċjali organizzati mill-Parroċċa. Għal dawn il-persuni barranin, kienet ukoll qiegħda tiġi organizzata l-Quddiesa tal-Ħadd bil-lingwa Ingliża darba fix-xahar, fil-Kappella tal-Madonna tal-Anġli.

Permezz tal-ħidma mill-membri fi ħdan il-Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi, qegħdin jiġu esplorati metodi ġodda dwar kif għandu jitwassal il-messaġġ nisrani u t-tagħrif dwar ħidmet il-Parroċċa, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u l-informatika. Għal dan il-għan, matul din is-sena, il-websajt uffiċjali tal-Parroċċa tagħna – www.parroccazebbug.com – ġiet mogħtija dehra ġdida u aktar friska, filwaqt li kompliet tiġi msaħħa.

Nistgħu ngħidu li kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-websajt tal-Parroċċa, li issa ilha online għal numru ta’ snin, tiġi aġġornata sabiex tilħaq aktar il-bżonnijiet tal-Parroċċa u l-parruċċani. Minkejja li l-websajt il-ġdida hija simili f’ħafna aspetti għal dik ta’ qabilha, saru numru ta’ żidiet oħra biex iservu aħjar l-operat tal-Kummissjonijiet Parrokkjali. Fl-aħħar mill-aħħar, din il-websajt hija waħda bażika, faċli ħafna biex tintuża, u hija aċċessibbli ferm għall-parruċċani kollha, sew għat-tfal u ż-żgħażagħ, kif ukoll għall-adulti u l-anzjani. Fl-istess waqt, però, il-websajt ġiet mogħtija bixra aktar moderna u professjonali. F’din il-websajt wieħed jista’ jsib sezzjoni li permezz tagħha l-membri tal-għaqdiet u l-Kummissjonjiet Parrokkjali jkunu jistgħu huma stess jaġġornaw regolarment it-tagħrif rigward l-għaqda jew il-Kummissjoni tagħhom. Fix-xhur li ġejjin, f’din il-websajt se tkun qed tiżdied sezzjoni oħra li fiha wieħed ikun jista’ jara xi proġetti jkunu saru jew se jsiru fil-Parroċċa. Barra minn hekk, ġiet inkluża sezzjoni li fiha jidhru ritratti

ta’ attivitajiet pubbliċi organizzati mill-għaqdiet, mill-Kummissjonijiet Parrokkjali, u mill-Parroċċa b’mod ġenerali, kif ukoll kalendarju bid-dettalji ta’ wħud mill-attivitajiet organizzati fil-Parroċċa minn ġimgħa għal oħra.

Minbarra t-tisħiħ tal-websajt, kompliet tissaħħaħ ukoll il-paġna uffiċjali tal-Parroċċa fuq in-netwerk soċjo-interattiv Facebook, li issa ilha aktar minn sentejn li tnediet. Din il-paġna jisimha “Il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ”, u l-iskop ewlieni tagħha huwa li l-messaġġ u l-avviżi kollha tal-Parroċċa jitwasslu lil firxa aktar wiesgħa ta’ nies, bit-tama li dawn jaslu wkoll għand min ftit li xejn jattendi għall-funzjonijiet u l-attivitajiet li jsiru fil-Parroċċa matul is-sena. B’dan il-mod, qed jiġi sfruttat pożittivament dan is-social network tant popolari man-nies.

Radd il-ĦajrFl-aħħar nett, wara dik il-ħarsa ħafifa

lejn ħidmet il-Kummissjonijiet Parrokkjali matul is-sena 2012, ippermettuli, kemm personalment u kemm f’isem il-Komunità Żebbuġija kollha, irrodd ħajr lill-Arċipriet Fr Daniel Cardona, lill-Viċi Arċipriet Fr Mario Sammut, lill-Viċi Arċipriet Fr Louis Farrugia, lill-bqija tal-Kleru, u lill-membri kollha tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tal-Kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa tagħna, għall-ħidma sfiqa u kontinwa li jwettqu matulek ja sena, mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, u b’imħabba sħiħa lejn il-Komunità Żebbuġija. Għal dan u ħafna aktar, grazzi mill-qalb.

Punti ta’ ħidma għall-implimentazzjoni matul is-Sena Pastorali 2012-2013

Kummissjoni Djakonija - Ħidma Pastorali ma’ Familji fil-Bżonn

Taħriġ għall-membri tal-Kummissjoni u individwi oħrajn li jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom fi proġetti ta’ outreach ma’ familji fil-bżonn.

Isiru home visits ikkoordinati mill-Kummissjoni għand familji li qed jgħixu fi stat ta’ faqar.

Kummissjoni Familja – “Evanġelizzazzjoni Ġdida”

Isir taħriġ fuq livell ta’ Unita’ lill-membri tal-Kummissjoni rigward il-ħidma tagħhom fil-qasam tal-evanġelizzazzjoni.

“Evanġelizzazzjoni ġdida”: Isiru home visits lill-familji kkoordinati mill-Kummissjoni.

Aktar formazzjoni lill-koppji għarajjes u miżżewġin.

Kummissjoni Żgħażagħ u Ċentru “Ta’ Warda”

Tingħata formazzjoni ħolistika lill-youth leaders, anke permezz ta’ koordinazzjoni min-naħa ta’ youth minister kwalifikat.

Jitwettqu proġetti maħsuba u immirati speċifikament għal żgħażagħ minn tmintax-il sena ’l fuq.

Jiġu individwati żgħażagħ li jistgħu joffru s-sehem attiv tagħhom fi ħdan il-Kummissjoni Żgħażagħ, ħalli din tkompli għaddejja b’ħidmietha.

Aktar involviment min-naħa taż-żgħażagħ fil-ħidma ġenerali tal-Parroċċa.

Kummissjoni Liturġija – Niċċelebraw il-Quddiesa b’mod ħaj

Issir spjega dettaljata, li tinftiehem minn kulħadd, tal-partijiet liturġiċi tal-Quddiesa, għall-benefiċċju tal-Komunità, bl-iskop li din tibda tipparteċipa b’mod aktar ħaj u attiv fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

Aktar impenn mill-animaturi biex jgħinu lill-Komunità tieħu sehem b’mod sħiħ fil-Quddiesa.

Aktar formazzjoni lill-animaturi, letturi, u ministri straordinarji tat-tqarbin.

Tingħata ħajja ġdida lill-festi liturġiċi marbutin mal-Madonna, bl-iskop li dawn jolqtu aktar lil sezzjonijiet differenti tal-Komunità.

Kummissjoni Media u Relazzjonijiet Pubbliċi – Inwasslu lill-Parroċċa fid-djar taż-Żebbuġin kollha

Aktar impenn min-naħa tal-Kummissjoni biex jiġi sfruttat l-użu ta’ metodi ġodda ħalli l-messaġġ tal-Parroċċa jasal għand l-akbar firxa ta’ nies possibbli.

Tisħiħ tal-websajt uffiċjali tal-Parroċċa www.parroccazebbug.com – din għandha tkun aktar utli, aċċessibbli u effettiva.

Tisħiħ tal-paġna uffiċjali fuq Facebook – għandu jkun hemm iżjed reklamar mifrux dwarha, biex ħafna aktar nies isiru jafu biha u jissieħbu fiha.

Proġett rigward pubblikazzjoni msejħa “Il-Parroċċa: Illum u Għada”, li tikkonsisti f’ġabra ta’ kitbiet minn esponenti politiċi u letterarji, opinjonisti, saċerdoti u reliġjużi, lajċi impenjati u professjonisti, rigward il-mod ta’ kif huma jħarsu lejn il-Parroċċa f’Malta b’mod ġenerali u x’jaħsbu li jista’ jiġri ’l quddiem. Din il-pubblikazzjoni, li se tkun ikkoordinata mill-Kummissjoni Media, għandha tiġi mitbugħha mill-Parroċċa tagħna, bil-ħsieb li tingħata promozzjoni fuq livell nazzjonali.

Proġett rigward sensiela ta’ video clips qosra, effettivi u oriġinali, maħruġa mill-Parroċċa, biex jiġu eventwalment ippubblikati fuq Youtube, Facebook, fil-websajt uffiċjali tal-Parroċċa, u f’websajts oħra popolari.

Page 7: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

7

www.parroccazebbug.com

Programm tal-Festa 2013f’Ġieħ San Filep ta’ Aġira

Il-Ħadd, 2 ta’ ĠunjuĦruġ Solenni ta’ San Filep min-niċċa 8.00pm Ħruġ solenni tal-istatwa ta’ San Filep, li

titqiegħed fil-Knisja għall-qima tagħna. Il-Kor Parrokkjali Magnificat imexxi l-kant matul il-ħruġ tal-istatwa. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Tnejn, 3 ta’ ĠunjuJum it-Tfal u ż-Żgħażagħ 5.30pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fil-

Knisja. It-tfal kollha huma mistiedna jagħmlu offerta mill-flus tagħhom stess għat-tfal tad-djar tal-Knisja. Jieħu sehem il-grupp tal-kitarri tal-Museum tal-Bniet. Wara l-Quddiesa, isir Sports Festival fil-Museum tas-Subien, organizzat mill-Kummissjoni Kateketika Parrokkjali.

7.00pm Quddiesa organizzata miż-żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-Knisja.

It-Tlieta, 4 ta’ Ġunju 8.00pm Taħdita Kulturali – dwar ir-restawr tal-Knisja

tal-Viżitazzjoni f’Wied Qirda u dwar it-teknika ta’ restawr li qed tintuża llum f’pajjiżna. Preżentazzjoni mill-Perit Mario Ellul A & CE.

L-Erbgħa, 5 ta’ ĠunjuL-Ewwel Jum tat-Tridu – Jum il-Familja Nisranija 6.30pm Quddiesa b’talb speċjali għall-familja,

imħejjija mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja. Janima l-Quddiesa l-Kor tal-Parroċċa Magnificat, taħt it-tmexxija tas-Surmast Charles Cachia. Wara l-Quddiesa, issir il-Prietka tat-Tridu minn Patri Michael Camilleri O.P.

Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ħamis, 6 ta’ ĠunjuIt-Tieni Jum tat-Tridu – Jum il-Qadi u l-Vokazzjonijiet 4.30pm Quddiesa speċjali għall-morda u l-anzjani,

immexxija mill-Viċi Arċipriet Fr Louis Farrugia.

6.30pm Quddiesa tat-Tridu, b’mistiedna speċjali: is-Saċerdoti u r-Reliġjużi kollha Żebbuġin li qegħdin iwettqu l-ħidma tagħhom barra mill-Parroċċa. Wara l-Quddiesa, kollox bħall-jum ta’ qabel.

Il-Ġimgħa, 7 ta’ ĠunjuIt-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Għaqdiet u l-Movimenti Kattoliċi fil-Parroċċa 6.30pm Quddiesa tat-Tridu, b’talb speċjali għall-

għaqdiet li qed jaħdmu fi ħdan il-Parroċċa. Wara l-Quddiesa, kollox bħall-jum ta’ qabel.

Is-Sibt, 8 ta’ ĠunjuLejlet il-Festa – Jum ir-Rikonċiljazzjoni 8.00am Quddiesa Kantata Solenni tal-għeluq tat-

Tridu, Innu, Antifona u Te Deum. 5.30pm Quddiesa. 6.30pm Transulazzjoni Solenni, Għasar u Ċelebrazzjoni

Ewkaristika, immexxija minn Fr Louis Farrugia. 8.00pm Quddiesa li fiha ssir l-omelija fuq il-Qaddis

maħbub tagħna, San Filep. Imexxi Mons. Charles Cordina.

N.B. Illum ikollna saċerdoti barranin għall-Qrar, filgħodu u filgħaxija.

Il-Ħadd, 9 ta’ ĠunjuJum il-Festa 6.00am Quddiesa. 7.00am Quddiesa. 8.00am Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa,

immexxija mill-Arcisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca. Wara l-Evanġelju, jinseġ il-Paniġierku lil San Filep, Fr Philip Cutajar, Kapuċċin.

9.45am Quddiesa għat-Tfal. 11.00am Quddiesa. 5.00pm Għasar Solenni mmexxi minn Fr Louis

Farrugia. 6.00pm Quddiesa. 7.00pm Toħroġ il-Purċissjoni bl-Istatwa ta’ San Filep,

immexxija minn Fr Karm Dimech, Kapuċċin. 10.00pm Dħul tal-Purċissjoni, Antifona u Barka

Sagramentali.

Il-Mużika tat-Tridu u tal-Festa tkun kollha taħt it-tmexxija tas-Surmast Mons. John Galea.

Page 8: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

8

www.parroccazebbug.com

Dħul: Ewro Donazzjonijiet: 6,195Ġbir: 8,065Total: 14,260

Ħruġ:Arloġġi Enemalta u Konsum + Kuntrattur Dawl: 905Kuntrattur Dawl: 4660Bibita: Baned, Qassisin, Predikaturi, eċċ: 805Fratelli: 462Sopraporta Restawr: 900Qniepen: 268Mużika (Orkestra): 2,264Mużika (Kant, Tridu + Kor): 100Sigurtà: 457Manutenzjoni: 685Banda 12th May: 233Banda Barranija (Każin 12th May): 466Banda San Bastjan (Każin San Filep): 699Banda Queen’s Own (Każin San Filep): 699Każin San Filep: 233

Total: 14,069BILANĊ: 424

Dħul: EwroDonazzjonijiet: 1287Ċirku Dsatax: 500Total: 1787

Ħruġ: Fratelli: 204Qniepen: 124Mużika + Kor Tridijiet: 945Qassisin + Bibita: 335

Total: 1608BILANĊ: 179

Rendikont Finanzjarju

SAN FILEP Festa 2012

Rendikont Finanzjarju

SAN ĠUŻEPPFesta 2012

IS-SLIEM: Fuljett tal-Parroçça SAN FILEP TA’ AÌÌIRA, ÓaΩ-Ûebbu©. – Óar©a SPEÇJALI TAL-FESTA: Ìunju 2012. – Inizjattiva tal-Kummissjoni “Relazzjonijiet Pubbliçi u Media”, li hija ffurmata minn: Fr. Daniel Cardona (ARÇIPRIET); Tonio Galea (SEGRETARJU); in-Nutar Dr. Philip Ellul LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D. (PRO); u l-MEMBRI: Joe P. Borg, l-Avukat Dr. Jean Noel Cutajar LL.B., Dip. Not. Pub., LL.D., Michael Sciriha, Riccardo Flask u t-Tabiba Dr. Elizabeth Zammit Lupi MD. – INKARIGATI MIR-REKLAMAR: Janet Agius u Grace Baldacchino – GÓAN TAL-ÓIDMA tal-Kummissjoni “Relazzjonijiet Pubbliçi u Media”: Li twassal TAGÓRIF fuq ©rajjet u mixjet il-Parroçça u l-˙idma mwettqa mill-Arçipriet u l-Kleru, mill-G˙aqdiet Reli©juΩi u Gruppi o˙rajn parrokkjali – TAGÓRIF li jiswa ta’ ˙olqa bejn il-parruççani kollha u ta’ t˙e©©i© g˙al sehem akbar u usa’ f’din il-˙idma parrokkjali.

Chemistry and Biology Private Lessons

O’level, Intermediate and A level courses

Qualified Teacher.

Small groups for individual attention.

San Gwann / Haz-Zebbug

Mobile number: 99899214 / 21372025

Email address: [email protected]

Privat tal-MaltiLezzjonijiet tal-Malti għal dawk l-istudenti kollha li jsbuha diffiċli jiktbu b’Malti korrett, kif ukoll sabiex itejbu l-marki tagħhom.

Il-klassijiet jibdew minn form 3 sa form 5 & resit.

Jiġu aċċettati numru żgħir ta’ studenti f ’kull klassi.

Kull min hu interessat jista’ jibgħat e-mail fuq: [email protected] jew

iċempel fuq: 9999 7323

A T T E N Z J O N I I N D I V I D W A L I

Page 9: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

9

www.parroccazebbug.com

Meta tħares lejn l-istatwa ta’ San Filep bl-għajnejn ta’ qassis, tara li l-Patrun tagħna liebes stola madwar għonqu u tinżel fuq quddiem u fuq dahru. L-istola hija mill-aktar importanti għall-Qaddis Filippu għaliex hija tagħżlu minn fost il-poplu nisrani u turi li huwa għandu l-awtorità li jippresjedi l-Ewkaristija.

Biex nifhmu aħjar it-tifsira tal-istola li Luigi Fontana ried ilibbes lill-San Filep, irridu mmorru lura meta l-Knisja bdiet tuża dan l-ilbies tal-Isqof, tal-presbiteru u tad-djaknu. Għal tliet mija u tlettax-il sena mill-bidu tal-Kristjaneżmu, il-Knisja ma kellhiex il-libertà kollha biex tipprietka l-Vanġelu, biex tiċċelebra l-Ewkaristija u s-Sagramenti u biex tieħu ħsieb il-poplu nisrani, u dan minħabba l-persekuzzjonijiet li l-awtoritajiet Rumani kienu jqajmu kontra tagħha. F’dan l-ambjent, l-insara kienu jilbsu bħan-nies tas-soċjetà u hekk ukoll kienu jagħmlu l-Isqof, il-presbiteri u d-djakni.

Meta Konstantinu, fis-sena 313 wara Kristu, jiġifieri elfejn sena ilu, ta l-libertà lill-Knisja, l-ilbies tal-Isqof u ta’ dawk inkarigati miċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija ħadu tifsira importanti: l-istola saret l-aktar parti importanti mill-ilbies kollu tagħhom. L-istola li

kienet tintlibes fuq kollox, bdiet turi min għandu l-awtorità jippresjiedi l-Ewkaristija u min hu nisrani komuni. Maż-żmien, l-istola bdiet turi mill-kulur tagħha simboliżmu liturġiku, għaliex il-kuluri differenti tagħha kienu juru dak li l-insara riedu jgħixu skont il-Vanġelu: jekk riedu jagħmlu penitenza, tintuża l-istola vjola; il-ħajja spiritwali u qaddisa kienet tidher mill-kulur abjad; l-istola ħadra bdiet turi ż-żmien ordinarju tas-sena liturġika; filwaqt li l-aħmar kien juri l-ġrajjiet tat-tbatija li għadda minnhom il-Mulej Ġesù u dawk l-insara li jsofru l-martirju għall-imħabba ta’ Ġesù. L-istola kienet importanti wkoll għal min jippresjedi l-Ewkaristija u jaqdi lill-insara, għaliex biex jgħix kien jieħu sehem mill-ġid li l-insara joffru lill-Knisja. L-insara kienu joffru l-għajxien lill-Isqof u l-kollaboraturi tiegħu, għaliex kienu huma stess li jagħżlu lil min jippresjiedi l-Ewkaristija u għalhekk kienu jipprovdulhom l-għajxien tagħhom. Dan ifisser li l-vokazzjoni li wieħed ikun Isqof, presbiteru u djaknu, kienet dejjem sejħa minn Alla u l-insara kienu jħarsu madwarhom u jagħżlu lil min iridu jmexxihom fil-komunità nisranija.

Illum, qabel jiġu ordnati djakni u presbiteri, il-Kappillan joħroġ it-

tnedijiet fuq in-noticeboard tal-Knisja biex l-insara jkunu jafu u jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jew le lill-kandidati għas-saċerdozju u għad-djakonat. Barra minn hekk, anke llum, bħal fl-imgħoddi, min jaf kemm-il darba wieħed adult jgħid lil tifel u żagħżugħ, “trid issir saċerdot”. Illum għadek issib min joffri ħajtu għal saċerdot biex “jilbes l-istola”, imma dan dejjem ikun frott ta’ ħafna nsara li jitolbu għall-vokazzjonijiet.

Statwa ta’ San Filep, Stola u VokazzjonijietMonsinjur Frans Bonnici

Dun Frans flimkien ma’ qassisin oħra sħabu li ċċelebraw il-41 sena

mill-ordinazzjoni tagħhom. Kien nieqes qassis Żebbuġi ieħor, Mons. Salvinu

Micallef peress li kien imsiefer.

GAUCI ROBERT TIED INSURANCE INTERMEDIARY

Robert Gauci is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for Middlesea Insurance p.l.c. (C 5553). Middlesea Insurance p.l.c. is a company authorized under the nsurance Business Act, 1998 to carry out long term and general business. MSI and Robert Gauci are authorised by the Malta Financial Services Authority.

Monday - Friday 08.30 till 12.00 15.00 till 19.00Saturday 09.00 till 12.00

9947 8757 [email protected]

rginsurance.com.mt

Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ

2146 1664 2746 1664

CO

M N

O 1

8051

2 65

1

MOTOR | HOME | HEALTH | TRAVEL | INJURY | BOAT| COMMERCIAL

Page 10: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

10

www.parroccazebbug.com

Attivitajiet marbutin maċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-wasla tal-istatwa ta’ San Filep ġewwa Ħaż-Żebbuġ

Velja ta’ Talb li ttellgħet nhar il-Ħamis 9, ta’ Mejju 2013, madwar l-istatwa ta’ San Filep.

L-Arċipriet Fr Daniel Cardona, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Monsinjur Charles J. Scicluna u s-Sindku Sur Alfred Grixti, waqt

l-Akkademja Mużiko-Letterarja li ttellgħet nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju 2013, fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali.

L-istatwa artistika ta’ San Filep fil-bieb tal-Knisja Arċipretali waqt l-Akkademja Mużiko-Letterarja.

Attività għat-tfal madwar l-Istatwa ta’ San Filep, li ttellgħet matul l-għodwa tas-Sibt 11 ta’ Mejju 2013, fil-Knisja Arċipretali.

Page 11: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

11

www.parroccazebbug.com

Quddiesa fil-Knisja Arċipretali fl-okkażjoni tal-konsagrazzjoni tal-Knisja u l-għeluq tal-festi tal-anniversarju tal-istatwa,

nhar it-Tnejn, 13 ta’ Mejju 2013.

Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona O.P., nhar il-Ħadd, 12 ta’ Mejju 2013.

L-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona O.P. jingħata kopja tal-ktieb fuq l-Istatwa ta’ San Filep maħrug apposta fl-okkażjoni

tal-150 sena mill-miġja tagħha fil-parroċċa.

Membri tal-Kumitati tat-tliet baned Żebbuġin flimkien mal-Arċipriet quddiem l-Istatwa. Dawn ħadu sehem waqt

il-purċissjoni li saret nhar il-Ħadd, 12 ta’ Mejju 2013 filgħodu.

T e l : 2 2 6 9 4 0 0 0 • w w w . t o y o t a . c o m . m t

Page 12: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

12

www.parroccazebbug.com

Il-Kappella tal-Viżitazzjoni ta’ Ommna Marija lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta, li tinsab f’Wied Qirda u li għal ħafna snin kienet magħluqa għall-pubbliku, qiegħda tiġi rrestawrata ħalli tkun tista’ tintuża għal diversi attivitajiet reliġjużi u Quddies. Ix-xogħol ta’ restawr huwa wieħed ikkumplikat u delikat, minħabba diversi opri tal-arti li jinsabu fil-kappella, ammont kbir ta’ graffiti ta’ importanza storika li hemm mal-faċċati tal-kappella, kif ukoll l-ambjent naturali u pittoresk li fih tinsab din l-istess kappella. Id-diversi attakki vandali li kienu saru fuq din il-kappella, ikkaġunaw ħsara kbira fuqha u tlifna għalkollox elementi li s’issa m’għandniex ħjiel ta’ kif kienu eżattament.

Huwa magħruf li meta fl-1575 Monsinjur Pietro Dużina żar din il-kappella, li kienet tinsab f’post magħruf bħala “in kontrada tal-Gandar”, sab li din kienet qiegħda fil-ġnien ta’ ċertu Leonardu Vassallo. Dan Vassallo kien jieħu ħsieb din il-kappella, kif ukoll il-festa li kienet issir. Infatti, fuq in-naħa ta’ wara tal-kappella, għadna sal-lum insibu binja antika bi ġnien madwarha. Fil-żjara tiegħu, Monsinjur Dużina nnota li l-kappella kellha altar wieħed u bibien tal-injam, iżda ma kelliex paviment, rettur u ħwejjeġ oħra għall-funzjonijiet. Jingħad li madwar mitt sena wara, eżattament fl-1675, din il-kappella reġgħet inbniet mill-ġdid minn Reverendu Bartilmew Magro, fuq il-fdalijiet tal-kappella l-qadima. Infatti, fuq blata tat-tieqa ċentrali nsibu s-sena 1675, filwaqt li fuq il-bieb tal-ġenb insibu s-sena 1678.

Il-kappella hi mogħnija b’diversi xogħlijiet tal-arti, speċjalment il-kwadru

titulari ta’ Swor Maria De Dominici, li kienet allieva ta’ Fra Mattia Preti, kif ukoll seba’ kwadri oħra madwar il-kappella. L-iskultura barokka li nsibu madwar il-kwadru titulari huwa wkoll xogħol maestuż u sabiħ ħafna.

Il-kappella għandha forma rettangolari, b’apside ċirkolari li fiha nsibu l-uniku altar. Is-saqaf tal-kappella huwa magħmul minn ħnejjiet b’xorok twal fin-nofs. Il-ħnejjiet jispiċċaw f’arzella fuq il-kwadru titulari. Wara l-altar hemm sagristija tul il-wisa’ tal-kappella. Din sofriet minn danni kbar minħabba nar li kien tqabbad. Fuq quddiem, il-kappella għandha zuntier imdaqqas li hu mdawwar b’ħajt għoli.

Ix-xogħol ta’ restawr fuq din il-kappella huwa wieħed sostanzjali, u għalhekk tqassam f’erba’ fażijiet.

L-ewwel fażi kienet tikkonsisti f’xogħol ta’ tindif u tiswija tas-saqaf, minn fejn kien dieħel ammont kbir ta’ ilma, kif ukoll xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata, li jinkludi tiswija tal-blata maqsuma tal-bieb prinċipali, kif ukoll dik ta’ fuq it-tieqa, tibdil ta’ ġebel madwar il-bieb, tibdil ta’ ġebel imkisser tal-gwarniċa u l-pedament għat-tond, u tindif u tikħil tal-fili bil-ġir u d-deffun. Kif isir dan ix-xogħol, se tingħata velatura, li hija ilma tal-ġir imħallat bil-kulur li jagħti protezzjoni u juniforma l-kulur tal-faċċata.

It-tieni fażi tinkludi t-tindif u r-restawr ta’ ġewwa l-kappella. Ix-xogħlijiet jinkludu t-tibjid tas-saqaf (li parti minnu kienet sewda bin-nugrufun u parti oħra kienet ħadra minħabba l-ilma li kien dieħel), tiħkil u tibjid tat-tliet ħitan tal-kappella, l-installazzjoni ta’ sistema tal-elettriku, manifattura u twaħħil

ta’ tieqa ġdida tal-injam fuq il-bieb prinċipali, u jinżebgħu l-bibien u t-twieqi tal-ħadid. Tul dawn ix-xogħlijiet, tnaddfet l-iskultura bl-idejn madwar il-kwadru titulari minn ħafna trabijiet u bejtiet tal-għasafar. Din il-fażi tax-xogħlijiet dalwaqt tkun lesta.

It-tielet fażi se tinkludi r-restawr tal-faċċata tal-ġenb, tal-kampnar, kif ukoll ta’ żewġ ħitan oħra fuq wara u l-ġenb tal-kappella. Xogħol ieħor li jrid isir huwa t-tibdil tal-bibien u t-twieqi tal-ħadid b’aperturi tal-injam, li jixirqu aktar mal-kappella storika, u t-tiswija u r-restawr tal-bieb prinċipali tal-injam, li jinsab fil- kappella. Ix-xogħlijiet huma ppjanati għas-sena d-dieħla.

Ir-raba’ u l-aħħar fażi tinkludi studju estensiv dwar l-affreski u r-restawr jew konservazzjoni tagħhom, ir-restawr tal-qabar ta’ Reverendu Bartilmew Magro, l-induratura tal-iskultura madwar il-kwadru titulari, u r-restawr tal-art tal-irħam.

Dan ix-xogħol kollu huwa stmat li se jilħaq it-80,000 Ewro, u għalhekk huwa ferm importanti li kulħadd jipproteġi din il-kappella tant għażiża għaż-Żebbuġin.

Restawr tal-Kappella tal-Viżitazzjoni f’Wied Qirda

Il-Perit Mario Ellul B.E.& A (Hons), MSc

by josianne

Opening HOursTuesday - Thursday9.00am to 1.00pm

and 3.00pm to 6.00pmFriday & Saturday: 9.00am - 6.00pm

triq l-eroj, Ωebbu© Tel: 21/27 466330

styling zone

ACCOUNTSPRIVATE TUITION• ‘O LEVEL• INTERMEDIATE LEVEL• ‘A’ LEVEL • OTHERSINDIVIDUAL ATTENTION

SMALL GROUPS COURSE NOTES PROVIDED

F. Cassar B. Accty (Hons), AIATel. Nos.: 21495286 (Home) 79092845 (Mob.)E-mail: [email protected]

Għal kull tip ta’ assigurazzjoni taħt saqaf wieħed

Malita Shipping hija liċenzjata mill-MFSA biex taħdem bħala intermedjarju fiss ta’ l-assigurazzjoni għal u f’isem Atlas Insurance PCC Ltd.

St Philip Building

Zebbuġ ZBG 2301Tel: 2146 6018

Triq Sciortino

Malita Shipping hija liċenzjata mill-MFSA biex taħdem bħala intermedjarju fiss tal-assigurazzjoni għal u f’isem

Atlas Insurance PCC Ltd.

Għal kull tip ta’ assigurazzjoni taħt

saqaf wieħedGħal kull tip ta’ assigurazzjoni

taħt saqaf wieħed

Malita Shipping hija liċenzjata mill-MFSA biex taħdem bħala intermedjarju fiss ta’ l-assigurazzjoni għal u f’isem Atlas Insurance PCC Ltd.

St Philip Building

Zebbuġ ZBG 2301Tel: 2146 6018

Triq SciortinoSt. Philip BuildingPjazza ŻebbuġŻebbuġ ZBG 2301Tel: 2146 6018

Page 13: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

13

www.parroccazebbug.com

Minjaf kemm-il darba konna għall-prietki tat-Tridu u għall-Paniġierku ta’ San Filep u konna mitluba biex inħarsu lejn l-istatwa sabiħa u artistika tal-Patrun tagħna fil-pożizzjoni tiegħu bħala isqof-ragħaj miexi biex jgħallem lill-poplu.

X’jgħallem? X’messaġġ jixtieq iwassal lin-nies? X’irid li n-nies ikunu jafu? Jekk inpoġġu lil San Filep fl-ewwel seklu tal-Kristjaneżmu, fi żmien l-Appostli, kif dejjem tradizzjonalment għamilna, niltaqgħu ma’ persuna mill-ħeġġa tal-istess Appostli li kienu qed jattwaw il-mandat ta’ Ġesù: “Morru u għallmu lill-ġnus kollha”.

Sentenza sabiħa tal-Papa Pawlu VI fl-Enċiklika missjunarja tiegħu Evangelii Nuntiandi, li kienet ukoll ikkwotata ħafna mill-Papa Benedittu

XVI fil-messaġġi tiegħu għall-Ġurnata Missjunarja, tgħid li “l-Knisja teżisti biex tevanġelizza”. Din ix-xejra ta’ ħidma narawha mill-ewwel fis-snin bikrija tal-ħajja tal-Knisja, li minnha wkoll jagħmel parti San Filep. Għalhekk, bir-raġun kollu nistgħu ngħidu li San Filep kien wieħed mill-ewwel missjunarji tal-Knisja. Huwa fehem li Kristu ġie biex iwassal il-verità li għallem Hu u li ta xhieda tagħha b’ħajtu stess lil kulħadd sa truf l-art kollha.

Fi żmien San Filep, Sqallija kienet art pagana, bħalma kienet ukoll gżiritna qabel ġie San Pawl fostna, u waqt li l-Appostli bdew jinxterdu mad-dinja ta’ dak iż-żmien (insibu lil San Ġakbu fi Spanja u lil San Tumas li wasal sal-Indja), San Filep joffri u jiġi mibgħut biex jevanġelizza fi Sqallija waqt li jitfa’ l-ankri tiegħu fil-belt ta’ Agira.

Bħala missjunarju li jrid jibda kollox mill-bidu u bħalma nistgħu ngħidu li żviluppat il-ħidma pastorali fil-Knisja, San Filep jgħaqqad flimkien it-tliet pilastri li fuqhom tinbena l-komunità nisranija: it-talb, il-predikazzjoni u l-karità mal-bniedem fil-bżonn. B’dawn it-tliet mezzi, San Filep jibda jevanġelizza madwar il-gżira ta’ Sqallija, u filwaqt li jxerred il-fidi nisranija, jikkumbatti t-tfixkil u l-ostakli li kull missjunarju jrid jaffaċċja.

Meta nitkellmu fuq San Filep missjunarju, irridu niftakru li aħna

wkoll bħala nsara għandna s-sejħa missjunarja. Nisrani ta’ veru huwa dak li jifhem u juri b’mod prattiku li għandu spirtu missjunarju. Dan ifisser li jrid ikompli l-missjoni ta’ Kristu, sew fil-komunità fejn jgħix u fejn jaħdem, u sew billi jinteressa ruħu u jgħin fil-ħidma missjunarja tal-Knisja. Illum il-ġurnata, meta n-numru tal-Kattoliċi fid-dinja huwa biss ta’ sbatax fil-mija, u wħud minn dawn mhumiex prattikanti, din il-ħidma missjunarja, wara iżjed minn elfejn sena ta’ Kristjaneżmu, saret aktar urġenti. Ix-xogħol tal-Uffiċċju Missjunarju huwa li janima sew lit-tfal u sew lill-kbar biex jagħrfu u jwettqu bit-talb, bid-donazzjonijiet u bil-volontarjat, din is-sejħa missjunarja.

Ħaż-Żebbuġ mhux nieqes fil-kamp missjunarju. Iż-Żebbuġi Monsinjur Anton Cilia kien il-pijunier li ta l-enerġija tiegħu kollha biex joħloq spirtu missjunarju fil-Maltin u l-Għawdxin u li waqqaf fuq pedamenti sodi l-Opri Missjunarji Pontifiċji. Ħaż-Żebbuġ ukoll ta numru sabiħ ta’ missjunarji matul s-snin. Biex insemmi tnejn minnhom, f’Marzu li għadda jien kont il-Brażil u hemm rajt b’għajnejja stess ix-xogħol kbir li wettqu Dun Philip Said u Dun Karm Bezzina, li sfortunatament miet wara li ttajjar minn mutur.

Fil-Brażil ukoll impressjonajt ruħi bil-parteċipazzjoni kbira tal-lajċi fil-Parroċċi u bin-numru kbir ta’ voluntiera fil-liturġija, fil-katekeżi u fil-qasam soċjali. Naħseb li anke f’Malta u f’Ħaż-Żebbuġ ukoll għandna bżonn ta’ spinta fil-volontarjat tal-Parroċċi.

San Filep missjunarju żgur li jifraħ ħafna meta jara l-Parroċċa tiegħu bħala Parroċċa missjunarja.

San Filep MissjunarjuMonsinjur Salvinu Micallef

Dun Philip Said ma’ Monsinjur Salvinu Micallef quddiem il-Knisja Parrokkjali.

Monsinjur Micallef quddiem il-Knisja li bena Dun Karm Bezzina, fejn kien Kappillan meta seħħ l-inċident.

Monsinjur Micallef ħdejn il-qabar ta’ Dun Karm Bezzina.

Page 14: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

14

www.parroccazebbug.com

F’din il-ħarġa tal-Fuljett “Is-Sliem”, se ngħidu xi ħaġa dwar il-Kummissjoni Parrokkjali Familja fi ħdan il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ. Se naqsmu magħkom is-sehem u l-ħidma tal-membri ta’ din il-Kummissjoni, li tikkonsisti f’erba’ koppji. Dawn jieħdu ħsieb li bejn Ottubru u Mejju jistiednu kelliema differenti għal laqgħat darba fix-xahar għall-koppji miżżewġa, li matulhom jiġu diskussi suġġetti li jolqtu lill-koppja miżżewġa. Waqt dawn il-laqgħat, li jsiru ġewwa “Villa San Filep”, ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. Il-Kummissjoni tixtieq li l-attendenza għal dawn il-laqgħat tkun ħafna aħjar. Il-koppji li jattendu, saru qishom familja waħda u nibtet ħbiberija sinċiera bejniethom. Fis-sajf jiġi organizzat barbecue li għalih jattendu wkoll xi saċerdoti mill-Parroċċa. Il-laqgħat li jsiru jintemmu bi ftit kafe’ jew te u xi gallettini, u d-diskussjoni tal-laqgħa tibqa’ għaddejja anke wara li l-laqgħa nnifisha tkun intemmet.

Fix-xahar ta’ Diċembru, il-Kummissjoni torganizza seminar ta’ tliet sigħat flimkien mal-Arċipriet Fr Daniel Cardona, għall-koppji għarajjes li jkunu se jiżżewġu fi żmien sena. Is-seminar ikun jikkonsisti minn diskors ta’ introduzzjoni milll-Arċipriet. Wara l-koppji preżenti jinqasmu f’erba’ gruppi għall-workshops. Dan ikun ħin li matulu l-koppji għarajjes jieħdu sehem f’diskussjoni. Wara pawsa qasira, il-

koppji jerġgħu jingħaqdu kollha flimkien u jaqsmu bejniethom dak li jkunu ddiskutew waqt il-workshops. Is-seminar jintemm b’talba u bit-tqassim ta’ ċertifikati tal-attendenza, li ta’ kull sena tkun waħda tajba ħafna.

Fuq xewqa ta’ Fr Daniel, dejjem jekk it-temp ikun jippermetti, nhar ta’ Ħadd filgħodu fuq iz-zuntier tal-Knisja, wara l-Quddiesa tad-9.30am, xi membri mill-Kummissjoni Familja, flimkien ma’ membri minn għaqda oħra, jieħdu ħsieb jippreparaw ftit kafe’, te, orange juice u gallettini għal dawk preżenti għall-Quddiesa, li dejjem qed ikollha attendenza tajba minn numru ta’ familji bit-tfal. Matul dan il-ħin, il-familji preżenti jkunu jistgħu jitkellmu bejniethom u jingħaqdu magħhom ukoll Fr Daniel u xi saċerdoti oħra.

Il-Kummissjoni Famija, flimkien mal-membri tal-Azzjoni Kattolika Nisa, tieħu ħsieb ukoll il-Quddiesa tal-koppji miżżewġa li jkunu ċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Il-koppji mistiedna jipparteċipaw fil-Quddiesa u fi tmiemha l-Arċipriet

iqassam tifkira żgħira tal-okkażjoni. Wara l-Quddiesa, il-koppji preżenti jiġu mistiedna sabiex jieħdu xi ħaġa flimkien. Għal Mejju jew Ġunju, kemm il-Kummissjoni Familja u anke l-membri tal-Azzjoni Kattolika Nisa, jorganizzaw Quddiesa għall-ġenituri flimkien mat-trabi tagħhom. Fl-aħħar issir il-preżentazzjoni tat-trabi, li tkun segwita minn festin żgħir. Dawn iż-żewġ okkażjonijiet isiru filgħaxija u l-attendenza għalihom tkun tajba ħafna.

Il-Kummissjoni tagħmel xi żjarat lill-anzjani ta’ San Vinċenz de Paule u tkun mistiedna sabiex tagħti sehemha kemm waqt in-Novena tal-Milied u anke waqt il-Quddiesa tat-Tridu tal-Festa ta’ San Filep. Barra minn hekk, il-membri tal-Kummissjoni jkunu mistiedna wkoll sabiex jattendu għal xi laqgħat organizzati għall-Kummissjonijiet tal-Familja. Darba fis-sena tiġi organizzata laqgħa tal-Unita’ flimkien mal-Parroċċi ġirien tagħna.

Il-Kummissjoni Familja tixtieq li fil-futur qarib torganizza laqgħat għall-koppji miżżewġa li jkunu fl-ewwel snin taż-żwieġ tagħhom. Kulħadd ikun jixtieq li jagħti kontribut akbar, però l-membri mhux kollha jkunu jistgħu jikkontribwixxu l-istess ammont ta’ ħin. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi koppji ġodda sabiex jingħaqdu maghha u jagħtu sehemhom huma wkoll.

Kummissjoni Parrokkjali FamiljaMonica Buhagiar – Chairperson tal-Kummissjoni Familja

Aesthetic x-CellsBeauty Therapy & Make-up Studio

Specialising in Make-Up for all occasions, Including airbrush make-up

• All kind of facials• All kind of massages• Body Treatments• Electroloses• All types of Slimming Treatments• Cavitation• Manicure / Pedicure Treatments• Gel Nail extensions / Gelish• Eye lash Extensions• Laser treatment• Tanning (Manual & Air Brush)• Semi perm make up

• Make up (Manual & Air Brush)• Make up Courses• Retail products and Gift sets.

Tel: 21465150 • Mob: 99487857

Vjal il-Óelsien, ÓaΩ-Ûebbu©

Lezzjonijiet tal-kitarra

Ċempel 7955 5015

għal tfal minn 7 snin ‘il fuq.

Page 15: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

15

www.parroccazebbug.com

Wasal iż-żmien li fih niċċelebraw il-festa tal-Patrun tagħna San Filep. Kull sena, iċ-Ċentru taż-żgħażagħ Ta’ Warda jintalab jaqsam mal-qarrejja ta’ dan il-fuljett dak li qed iseħħ u dak li beħsiebna nwettqu f’dan iċ-Ċentru.

Fiċ-Ċentru jsiru laqgħat organizzati minn diversi gruppi u għaqdiet. Tliet darbiet fil-ġimgħa, dan il-post iservi ta’ kenn għal tliet gruppi ta’ żgħażagħ li l-età tagħhom tvarja minn tnax sa sittax-il sena. Għandna madwar tmenin żagħżugħ u żagħżugħa li jattendu b’mod regolari. Kif ġieli spjegajna, fiċ-Ċentru jsiru laqgħat ta’ formazzjoni maħsuba biex isaħħu l-valuri nsara, valuri soċjali u anke dawk interpersonali. Kull grupp jitmexxa minn leaders li, flimkien mal-Arċipriet Fr Daniel u l-Viċi Fr Louis, iħejju dawn il-laqgħat, kif ukoll jippreparaw riflessjoni fuq siltiet mill-Bibbja, li ġeneralment ikunu bi preparazzjoni għall-Vanġelu tal-Ħadd ta’ wara.

F’dawn l-aħħar snin, qed nilqgħu fostna studenti li jattendu kulleġġi post-sekondarji, fejn fis-suġġett tas-Sytems of Knowledge, ikunu mitluba li jagħmlu proġett relatat ma’ diversi temi, fosthom it-tema “Ċittadini Responsabbli”. Dan l-aħħar, żdiedu ż-żgħażagħ Żebbuġin li qed jagħżlu li jagħmlu dan il-proġett fiċ-Ċentru Ta’ Warda. Għalina huwa ta’ pjaċir li nagħtuhom l-opportunità

li jagħmlu dan ix-xogħol volontarju billi jippreparaw laqgħat fejn aħna niggwidawhom sabiex iwasslu l-messaġġ mixtieq lill-membri tagħna. Din hija opportunità li jagħtu mill-ħin prezzjuż tagħhom għal żgħażagħ iżgħar minnhom fl-età. Ħafna minn dawn l-istudenti, sa ftit tax-xhur ilu, kienu huma stess membri ta’ dan iċ-Ċentru, u għalhekk huwa ta’ sodisfazzjon għalina li jfittxu l-post fejn huma stess ħadu l-formazzjoni tagħhom. Għalkemm wieħed jista’ jirraġuna li dan iseħħ għax hu obbligu għall-istudenti, aħna ċerti li minn din l-esperjenza, xorta joħroġ ħafna ġid, kemm għalihom li jingħataw l-irwol ta’ assistenti tal-leaders, kif ukoll għall-membri tagħna. Fi kliemhom stess, din hija “esperjenza sabiħa”. Aħna fiduċjużi li din tista’ tkun l-ewwel esperjenza tagħhom li tista’ twassalhom għal ħidma volontarja aktar ’il quddiem.

Realtà fil-Parroċċa tagħna hi li ma tantx kellna suċċess maż-żgħażagħ li għandhom ’il fuq minn tmintax-il sena. Din hija sfida li ilna nippruvaw negħlbu u sar ħafna u ħafna sforz minn leaders ta’ qabilna biex jgħaqqdu grupp li jibqa’ jiltaqa’

regolarment. Fl-opinjoni tiegħi, hemm diversi raġunijiet għaliex matul is-snin ma kellniex is-suċċess mixtieq. Wieħed irid japprezza li l-leaders li taw u qed jagħtu sehemhom fiċ-Ċentru huma studenti, jew jaħdmu u jistudjaw, kif ukoll hemm min għandu familja u jaħdem. Li wieħed jagħmel xogħol volontarju, mhuwiex biss li tmur tiftaħ iċ-Ċentru għal sagħtejn jew tlieta, iżda jitlob ħin ta’ preparazzjoni għal-laqgħat u li tkun dispost għall-ħruġ li jiġi organizzat minn żmien għal żmien. Kull wieħed minna jixtieq li ż-żgħażagħ tagħna jikkontribwixxu u jipparteċipaw, speċjalment fil-Knisja u fil-funzjonijiet. Però rridu nammettu li dan jitlob impenn kbir minna l-adulti, ħafna aktar milli qed nagħtu aħna bħala leaders għal-laqgħa tal-grupp ta’ darba fil-ġimgħa. Allura jista’ jagħti l-każ li rridu ninvestu aktar f’riżorsi umani. Naħseb bħali ħafna jistaqsu kif f’ċerti rħula tara gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi ferm fil-Parroċċa. Dan ma jiġix malajr. Fil-fatt, kif jgħidulna leaders f’Parroċċi oħra, dan huwa riżultat ta’ ħafna impenn u ħin iddedikat liż-żgħażagħ fi ħdan il-Parroċċa mil-lajċi u anke mis-saċerdoti.

Nawgura li matul din is-sena nsibu aktar leaders li jkunu disposti jagħtu iżjed ħin, biex flimkien naħdmu ħalli niġbdu liż-żgħażagħ tagħna sabiex jikkontribwixxu u jinvolvu ruħhom fil-Parroċċa tagħna u fil-Knisja.

Il-Ħidma fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ WardaMariella Cutajar - Youth Leader

Il-Grupp ta’ 15+ flimkien mal-Viċi Fr Louis Farrugia

Il-Grupp ta’ 12+ flimkien ma’ Mariella Cutajar

Page 16: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

16

www.parroccazebbug.com

Għeżież tfal,Għaraftuhom dawn ir-ritratti? Dawn

huma ritratti ta’ Wied Qirda, wied li jinsab bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi. Għaddiet sena oħra u reġgħet waslet il-festa tar-raħal tagħna. Din il-festa niċċelebrawha fl-isbaħ staġun tas-sena. Dan huwa l-istaġun tar-rebbiegħa. Hemm xi ħadd minnkom li ma jogħġbux dan l-istaġun? Jien nista’ ngħid li kulħadd iħobbu dan l-istaġun! Għalija jfisser mixjiet twal fil-kampanja u l-beraħ. Nammetti li ma nibdlu ma’ xejn. Fix-xitwa nħobbu nitgeddsu għas-sħana, iżda kif tibda r-rebbiegħa, nagħmlu bħal dawk l-annimali li jqumu mir-raqda. X’hemm isbaħ milli tieħu xi ktieb jew tablet u tintefa’ għad-dell ta’ xi siġra ġol-kampanja? Mela tfal, jien hekk għamilt il-Ħadd li għadda. Mort mixja twila ġo dan il-wied u hemmhekk qgħadt nitpaxxa b’dawk is-siġar twal u ħoxnin, u għedt bejni u bejn ruħi, “Li kieku jkollhom jitkellmu dawn is-siġar, minjaf kemm stejjer sbieħ u interessanti għandhom x’jirrakkontawlna!”

Dan il-wied għandu leġġenda li tgħid li kien jissejjaħ hekk minħabba l-qerda li kienu jħallu warajhom il-furbani meta kienu jiġu f’dawk l-inħawi. Intom tafu min kienu dawn il-furbani, tfal? Dawn kienu ħallelin tal-baħar u fejn kienu jinżlu kienu jagħmlu ħerba sħiħa. Din tfakkarna fil-leġġenda ta’ San Dimitri fil-gżira ta’ Għawdex. Mela darba, tfal, żmien twil ilu, kien hemm mara armla li kienet tgħix ġo dwejra fl-Għarb. Kulma kellha f’din id-dinja, Diżgogina, għaliex hekk kien jisimha

din il-mara fqira, kien tifel biss. Tistgħu taħsbu x’niket waqa’ fuq din il-mara! Ħassitha se tiġġennen. Iżda bħal kull mara oħra li temmen fil-qawwa tal-Mulej, talbet lil San Dimitri biex jidħol għaliha. Din Diżgogina bdiet titlob hekk: ”San Dimitri ġibli lil ibni, u nixgħellek qasba żejt, nixgħelhielek minn filgħodu u tibqa’ tixgħel sa billejl!”

Jingħad li qabel ma waslu l-Kavallieri f’Malta, fejn il-kappella kienet tinżamm l-għassa għal xi żbark tal–furbani. Dawn kienu jagħmlu sinjal lill-Imdina biex jipproteġu lill-bdiewa u lir-raħħala li kienu jgħixu f’dawn l-inħawi. Imma hemm min jgħid li dan il-wied jissejjaħ hekk minħabba l-ilma qalil li kien jinġabar fih u jeqred kollox hu u għaddej minnu. Dun Karm Psaila, il-poeta Żebbuġi u Nazzjonali, kiteb sunett sabiħ fuq dan il-wied li jinsab f’raħal twelidu. Din li ġejja hija silta minn dan is-sunett:

“Nisma’ ġol-fraxxnu u ġol-ħarrub tal-plajju, bħal karba twila ta’ min qed ibati, U jigdem l-art fl-uġigħ tal-aħħar firda...”

Issa, tfal, nixtieq mingħandkom biċċa xogħol żgħira:

Iktbu għaxar sentenzi fuq esperjenza tagħkom stess. Semmuha “Ħarġa sa Wied Qirda.”

Indirizzawha lil Fr Daniel Cardona, l-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ, fl-Uffiċċju Parrokkjali, Misraħ l-Isptar, Ħaż-Żebbuġ, Malta.

Paġna għat-TfalCarmen Borg - Għalliema

DMD Auto PartsImporters and Distributors of

Original Mechanical & Body Parts for

Triq l-Imdina. Ħaż-ŻebbuġĦdejn il-Kappella tal-Kuncizzjoni

Tel: (+356) 2749 5752 • Fax: (+356) 2749 5752Mob: (+356) 9949 5752

Email: [email protected]: www.dmdautoparts.com

Josef Felice

(Tal-Bonç)

Servizztal-Funerali

24 Sieg˙a Kuljum.

“Casa Felice”Triq l-Indipendenza,

Óal Mula, ÓaΩ-Ûebbu©Servizz tal-Kor u organiSta

Bla ÓlaS

Prezzijiet Moderati

Tel: 2146 6599 Mob: 9945 6733

Triq Santa MarijaÛebbu©

Tel: 21461197

Page 17: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

17

www.parroccazebbug.com

Wieħed mill-isbaħ perjodi ta’ ħajti kien meta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija konna evakwati Ħaż-Żebbuġ. Il-Belt kienet ħerba. Ma stajniex noqogħdu.

Ġejna Ħaż-Żebbuġ għaliex nannti – omm ommi – kienet minn Ħaż-Żebbuġ u kellha żewġ ħutha xebbiet, Filomen u Pawla, li kienu joqogħdu fid-dar ta’ ommhom, il-bużnanna tiegħi, Anna, u offrew li jżommuna għandhom.

F’Ħaż-Żebbuġ inġbarna ma’ ħafna familji oħra evakwati mill-inħawi ta’ madwar il-Port il-Kbir. Familji li nġabru għand qraba u ħbieb li joqogħdu Ħaż-Żebbuġ. Għexna għalenija u b’imħabba lkoll flimkien. Eluf ta’ nies ta’ kull klassi u età.

Ħajja oħra: sempliċi u f’għaqda. Id-djar u t-toroq għadhom bla dawl tal-elettriku. Mad-dar aktarx hemm remissa fejn jinżamm il-karettun; fuq ġewwa hemm stalla għaż-żiemel jew ħmar; fil-bitħa hemm kantina għat-tiġieġ iqaqu u s-sriedek jiddnu; fil-ġnejna hemm xi mogħża u nagħġa. Ħajja li kompliet tgħajjixna lkoll f’ambjent sempliċi, sabiħ u f’rabta ma’ xulxin.

L-iskejjel imdewdin bit-tfal minn kullimkien, jisimgħu, jitgħallmu u jiċċajtaw. Jitkellmu bir-raħli jew bid-djaletti tal-Kottonera. Magħqudin, jiċċajtaw ferħanin ma’ xulxin. L-istess id-Domus tal-Azzjoni Kattolika, li kien iħaddan fih is-subien u l-ġuvintur tar-raħal, flimkien ma’ għadd kbir – biex ma ngħidx akbar – ta’ evakwati, miġburin għal-laqgħat madwar il-famuż Dun Anton Cilia, Philip Grech (kjeriku bis-suttana) u Ulisse Ebejer minn Raħal Ġdid. Kellna wkoll il-ħarġiet fuq iż-żiemel sa San Pawl il-Baħar. Ma ninsiex meta messni noqgħod ma’ tlieta oħra fl-ixkora li kien ikollhom taħt

il-karettun, imdendla bejn ir-roti, naħbat dari mal-art kull darba li r-rota tgħaddi fuq xi ħofra. L-għajjat u d-daħk ta’ min kien ikun miegħi hemm taħt kien inissili l-uġigħ.

Il-Mużew ma kontx. Iżda niftakar il-Mużew tas-Subien immexxi mis-Sur Debono, qajla bogħod minn fejn konna noqogħdu aħna, kollu tfal żgħar; u niftakar lis-Superjur Ġenerali dieħel ħdejhom biex iqassmilhom ftit ħelu. Niftakar imbagħad liz-Zija Filomen, oħt nannti, liebsa l-għonnella, tistenna lil Dun Ġorġ ġej biex iddaħħlu fil-ġnien ta’ wara s-Sorijiet Franġiskani biex jitlob. Niftakar ukoll lil Dun Ġorġ, fi triqtu lura lejn id-dar tal-Interni, fejn qabel kien joqgħod it-Tabib Cutajar.

L-isbaħ għaqda li kont tara kienet dik tas-saċerdoti. Dawk tar-raħal, fosthom l-Arċipriet Milanesi, Dun Luret, Dun Sander, Dun Anton Galea u Cilia u Genovese, Dun Salv Zammit u Mallia, Dun Flipp Xerri u Bonnici, Dun ĠanKarl, Dun Piju, Dun Tumas, u oħrajn li ma niftakarx isimhom, kienu jingħaqdu ma’ saċerdoti mhux Żebbuġin iżda li kienu residenti f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-gwerra konna għoddna nsejniha, għajr għal tliet inċidenti. L-ewwel wieħed meta waqgħet il-mine ħdejn il-Knisja tal-Madonna tad-Dawl. Din il-mine ma splodietx, iżda heżżet lir-raħal kollu. It-tieni meta waqgħet bomba fejn kienu evakwati n-novizzi jew studenti tat-Tereżjani, ħdejn il-Pjazza tal-Mużew, u ħalliet ħerba warajha. Ingħaqad nofs ir-raħal madwar ommijiethom biex ifarraġhom. It-tielet meta ntlaqat ajruplan “tal-għadu” u l-pilota qabeż u ntefa’ ’l barra mill-ajruplan bil-parachute. Ħarġu jiġru għalih bl-ixkupi, jistennewh nieżel, ma nafx kemm-il raġel, u missieri jżommhom.

I r- raħa l ta’ Ħaż-Żebbuġ sirt nafu mir-r a k k o n t i t a t - t f a l , m i l l - ħ r u ġ tagħna ma’ Dun Philip Grech, iżda l-aktar waqt il-passiġġati ta’ wara l-Quddiesa ta’ Dun Karm Psaila. Niftakru jieqaf ħdejn il-Bieb il-Ġdid jirrakkontali li dak bnewh iż-Żebbuġin meta l-Granmastru Emanuel de Rohan-Polduc għolla ’l Ħaż-Żebbuġ għall-grad ta’ Belt – Città Rohan. Niftakru jniżżilni passiġġata sat-Triq tas-Siġġiewi, iwaqqafni u jurini Wied Qirda, li fih kien jinġabar ħafna ilma, jgħaddi bil-qilla u jeqred kollox.

Ma nistax ma nsemmix lil Dun Luqa Attard, li bena l-Kappella taċ-Ċimiterju. Ħdejn il-qabar tiegħu, inbena l-qabar ta’ nannuhi, Filippo Grech, fejn huma midfuna nannti, ommi u oħti, u ħdejhom hemm il-qabar ta’ Sciortino, il-parrinu tiegħi.

Man-nies kbar Żebbuġin hemm ukoll Lazzaro Pisani, li pinġa l-kwadru uffiċjali ta’ Nazju Falzon. Isem grandjuż ieħor huwa dak ta’ Mikiel Anton Vassalli, Missier l-Ilsien Malti, li jitkellem ħafna fuqu Monsinjur Lawrenz Cachia, eks-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Nawgura liż-Żebbuġin kollha festa sabiħa. Jiena jisimni Philip għal missier ommi, li kien jismu Filippu u li kien minn Ħaż-Żebbuġ.

San Filep ikun magħna.

Tifkiriet Sbieħ tal-ImgħoddiMonsinjur Philip Calleja

Mdawra RoadBurmarrad

Tel: 21571428Fax: 21574879

Email: [email protected]

WiÌi Micallef

9947 2401

Doris Micallef

9921 3392

John Spiteri

(tax-xema’)

Servizz tal-Funerali(24 SiegÓa kulJum).

155, triq l-iSqoF Caruana,ÓaΩ-ÛebbuÌ.

biSwit il-kunSill lokali

IL-KANT BLA ÓLAS

tel: 21464286.mob.: 79464286.

PrIvAT għall-O level

tal-Malti(Resit: Settembru 2013)

minn għalliema professjonali u

t’esperjenza

Ċemplu: 7905 1100

L-ew

wel

pur

ċiss

joni

ta’ w

ara

l-gw

erra

- 19

43

Page 18: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

18

www.parroccazebbug.com

Ġurnata waħda, filgħodu kmieni, wieħed xwejjaħ kien qed jippassiġġa ma’ xatt fl-Awstralja. Ix-xatt kien wieħed minn dawk li l-ħarsa ta’ għajnejk ma twassalx sat-tarf tiegħu. Induna li matul il-lejl, il-baħar kien tella’ eluf ta’ starfish fuq ir-ramel. Madwar 300 metru ’l bogħod minnu, jilmaħ tfajjel li kien jidher li qed jiġbor l-istarfish u jitfagħhom waħda waħda lura fl-oċean.

Imnikket bid-dehra sofferenti ta’ dawk l-eluf ta’ kreaturi mifruxa fuq ir-ramel li kien qed jassorbi bil-mod is-sħana mielsa tax-xemx, ix-xwejjaħ qagħad iħares lejn it-tfajjel waqt li kien qed jiġbor l-istarfish, waħda wara l-oħra, u mbagħad jarahom jifirxu subgħajhom biex iħaddnu l-baħar turkważ frisk li kienu qed jiġu mitfugħin fih. Fl-aħħar, ix-xwejjaħ resaq qrib it-tfajjel u staqsih għaliex kien qed jaħli daqstant enerġija f’dak li kien jidher ċar li hu ħela ta’ ħin.

It-tfajjel wieġeb, “Jekk dawn l-istarfish inħallihom hawn fuq ir-ramel, jinxtwew bix-xemx, u sa filgħaxija jkunu mietu kollha.”

Ix-xwejjaħ tefa’ ħarstu ’l bogħod kemm seta’ tul ix-xatt, u wieġeb, “Hawn għexieren ta’ kilometri ta’ xatt u eluf ta’ starfish. Qatt ma tista’ ssalvahom kollha. Mur ara x’differenza se tagħmel jekk tixħet ftit għexieren minnhom lura

fil-baħar, wara kollox!”It-tfajjel għolla l-istarfish li dak il-

ħin kellu f’idu u taha lura l-ħajja billi waddabha qalb il-mewġ tal-oċean, u wieġeb lix-xwejjaħ, “Għamilt differenza għal dik!”

Il-qaddisin kienu nies li għamlu differenza. Bl-għajxien tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum, huma kienu dawk li għamlu d-dinja aħjar milli sabuha. Għax kienu ħbieb ta’ Alla, għarfu r-rieda tiegħu. Għax kienu ħbieb tal-Evanġelju, wasslu lil Kristu mhux bil-kliem biss, iżda b’għemilhom ukoll, anke meta dan kien diffiċli. San Filep huwa qaddis mhux minħabba l-mirakli li għamel. Mit-tagħrif li għandna, huwa xerred kemm felaħ it-tagħlim tal-Evanġelju fi Sqallija. Ta’ min jgħid li San Filep kien ’il bogħod minn art twelidu. Filippu kien miżmum bħala l-Appostlu tal-Isqallin għax kien l-ewwel missjunarju nisrani li żar Sqallija. Kiteb dwar ħajtu Patri Ewsebju li, jingħad, kien jakkumpanja lil Filippu fil-missjonijiet tiegħu. Jgħid li Filippu twieled fi Traċja (illum parti mill-Bulgarija, il-Greċja u t-Turkija). Tgħallem il-lingwa Sirjaka u ħa edukazzjoni ekkleżjastika soda. Ta’ 21 sena ħa d-djakonat. Imbagħad wasal Ruma, flimkien ma’ Patri Ewsebju. Wara li ordna saċerdot, ingħata l-inkarigu li jevanġelizza lin-nies ta’ Sqallija. Ladarba d-devozzjoni lejn dan

il-Qaddis għadha ħajja sal-lum, sinjal li ħalla impatt kbir fuq in-nies li kellu kuntatt magħhom. Mhux biss, iżda l-eżempju tiegħu tant kien qawwi li baqa’ jiġi mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-Papa Pawlu VI darba kien qal li l-bniedem tal-lum iktar kapaċi jisma’ lix-xhieda milli lill-għalliema, u jekk jisma’ lill-għalliema, dan għaliex ikunu xhieda. Għalhekk, f’din is-sena tal-fidi, jeħtieġ li nagħmlu l-almu tagħna biex ikun jistħoqqilna li nissejħu nsara. Bħal San Filep, irridu nkunu lesti li nwasslu l-Kelma ta’ Alla kull fejn inkunu, anke jekk dan ikun diffiċli. Twassal il-Kelma ta’ Alla mhux bilfors bil-kliem. Twassal il-Kelma ta’ Alla jfisser li inti tgħix l-Evanġelju, jiġifieri tgħix kif kien jgħix Ġesù. Lest li taħfer mill-qalb lil min għamillek il-ħsara? Kliemek huwa nadif? X’joħroġ minn fommok, tgergir u kliem ta’ mibegħda, jew ħlewwa u mħabba? Iżżomm il-fedeltà taż-żwieġ? Lil Alla qed tagħtih l-ewwel post fil-ħajja tiegħek? Lest li tħobb u tgħin lil dik il-persuna li ma tantx tinżillek? Tersaq qrib ta’ Alla permezz tas-Sagramenti tal-Qrar u tal-Ewkaristija? Bħal San Filep jeħtieġ li ‘nilbsu lil Ġesù’ biex inkunu nistgħu ngħidu li aħna nħobbu tassew lil dan il-Qaddis.

Nilbsu lil Ġesù bħal San FilepIs-Superjur Simon Camilleri

TAL-MISRAHConfectionery

...We accept orders

for all occasions!

St. Philip Square, ÓaΩ-Ûebbu©Mob: 99873133/79918897

...OPEN ALL WEEK!

Page 19: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

19

www.parroccazebbug.com

Page 20: Ħarġa Speċjali tal-Festa, Ġunju 2013Charles J. Scicluna. Il-preżenza distinta tagħhom fostna kienet ta’ ... ta’ livell għoli dwar l-istatwa ta’ San Filep. Dan il-ktieb

Awtur: Anthony Gatt - Fotografu: Joe P. Borg

Il-ktieb qed jinbiegħ għal 35 Euro mis-Sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Aktar tard din is-sena, se noħorġu munita tal-fidda biex infakkru dan l-anniversarju b’tifkira

li tibqa’ titgawda għal ġenerazzjonijiet sħaħ.

Il-ktieb fl-okkażjoni tal-mija u ħamsin anniversarju

mill-wasla fostna tal-istatwa artistika ta’ San Filep

Il-ktieb “STATWA TITULARI” li tnieda waqt l-Akkademja Mużiko-Letterarja, nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju, 2013.

Pubblikazzjoni li se tħallilna tifkira sabiħa ħafna li ma tintesiex maż-żmien.

Funeral minn A-ZTel: 9940 9332 – 7941 0582

M’Ann Tal-Larinġu

Rolls Royce ConvertibleThe only one in Malta

http://theweddingsite.com/miksgarage/email: [email protected]