awwissu 2016 - wordpress.com€¦ · 2, salm 118: 29.43.79.80.95.102 għallimni, mulej...

66
AWWISSU 2016 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

AWWISSU 2016

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

2 SIGNUM FIDEI

inn bejn l-im

San Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna: 1. Biex l-isport ikun okkażjoni ta’ fraternità u jagħti s-sehem tiegħu għall-paċi fid-dinja. 2. Biex l-insara jgħixu l-Vanġelu billi jagħtu xhieda ta’ fidi, ta’ onestà u ta’ mħabba għall-proxxmu. 3. Biex iż-żmien ta’ mistrieħ iservi biex insiru nafu iżjed lil Alla permezz tal-qari tal-Kotba Mqaddsa u permezz tas-sbuħija tal-ħolqien. Dati importanti għax-xahar ta’ AWWISSU: 4 ta’ Awwissu: Festa ta’ San Ġwann Marija Vianney 6 ta’ Awwissu: Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej 10 ta’ Awwissu: San Lawrenz, Levita u Martri 15 ta’ Awwissu: Il-Verġni Marija Mtella’ s-Sema 22 ta’ Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina 27 ta’ Awwissu: Santa Monika 28 ta’ Awwissu: Santu Wistin 29 ta’ Awwissu: Il-Martirju ta’ San Ġwann Battista Nota importanti: Din il-ħarġa t’Awwissu issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

- AWWISSU 2016 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

San Ġwann Battista De La Salle

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

Page 3: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 3

It-Tnejn, 1 t’Awwissu San Alfons Marija de’ Liguori - isqof u duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 28:1-17 Ħananija, ma kienx il-Mulej li bagħtek, imma int

ġgħalt lil dan il-poplu jittama f’gidba. 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-

ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies.

SAN ALFONS MARIJA DE’ LIGUORI (1696-1787) - isqof u duttur San Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb id-dottorat kemm fil-liġi ċivili kif ukoll dik ekkleżjastika mill-università ta’

Napli meta kellu biss sittax-il sena u pprattika ta’ avukat b’suċċess kbir sa tmien snin wara, meta abbanduna l-karriera, minħabba li bi żvista tilef kawża importanti li kien qed jiddefendi.

Hu ddeċieda li jsir saċerdot u daħal mal-Oratorjani. Ordna saċerdot fl-1726, meta kellu qrib it-30 sena.

Għal sentejn ħadem bħala missjunarju madwar Napli, għallem għal sena, u fl-1730, fuq stedina tal-Isqof Tumas Folcoia, mar f’Castellamare. Meta kien qed jagħti rtir f’kunvent tas-sorijiet fi Scala, iltaqa’ ma’ Swor Marija Celeste u għarrfitu b’viżjoni li kellha dwar twaqqif ta’ ordni reliġjuża ġdida - u li kienet taqbel ma’ viżjoni oħra li l-Isqof Falcoia kellu aktar qabel f’Ruma.

Il-qaddis għaraf li l-viżjoni kienet ġenwina. Alfons għalhekk, sena wara (fl-1731), organizza l-kunvent tas-sorijiet skont ir-regola li Swor Celeste kellha fil-viżjoni, u twaqqfet il-kongregazzjoni tas-sorijiet tas-Santissimu Redentur.

Hu mar joqgħod fi Scala fejn hemm ta bidu għat-twaqqif tal-fergħa tal-irġiel tal-Kongregazjoni tas-Santissimu Redentur, imsejħin Redentoristi. Dawn huma ddedikati biex jipprietkaw missjonijiet speċjalment fi nħawi traskurati. L-ordni tar-Redentoristi kibret u fl-1743, il-Kunsill Ġenerali għażel lil Alfons bħala superjur.

Matul il-biċċa l-kbira tal-91 sena ta’ ħajtu, S. Alfons kellu vot li ma jaħlix mument żmien. Barra li pprietka kemm felaħ missjonijiet fil-kampanja u fl-irħula, iddedika ruħu għall-kitba.

Min-nofsinhar tal-lum sa nofsillejl ta’ għada tista’ tintrebaħ l-indulġenza tal-Porzjunkula bi żjara f’xi knisja parrokkjali jew f’xi knisja tal-Franġiskani. Biex wieħed jirbaħ l-indulġenza jrid jgħid il-Kredu u l-Missierna u jkun qerr, tqarben u talab għall-Papa.

Page 4: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

4 SIGNUM FIDEI

Irrifjuta li jsir isqof ta’ Palermo, imma fl-1762 kien imġiegħel jaċċetta li jsir isqof ta’ S. Agata dei Goti ħdejn Napli.

Huwa inawgura programm maħsub biex jirriforma l-kleru, il-monasteri, u d-djoċesi kollha kemm huma, u ħabrek biex itaffi l-kundizzjonijiet tal-fqar u tal-injoranza.

Marid u batut bir-rewmatiżmu, li ħallieh ipparalizzat sakemm miet, huwa rriżenja minn isqof fl-1775 (wara li kien ilu 13-il sena) u rtira f’Nocera.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, meta naqaslu ħafna d-dawl ta’ għajnejh, sofra ħafna minħabba l-ordni tiegħu. Fl-aħħar ftit snin ta’ ħajtu sofra wkoll minn dipressjoni kbira spiritwali u għadda minn dak li hu msejjaħ, il-lejl mudlam tar-ruħ. Imma mbagħad dan l-istat inbidel fi żmien ta’ paċi u dawl mis-sema, u esperjenza viżjonjiet, estasijiet u anki pprofetizza ġrajjiet li seħħew wara.

Miet Noċera fl-1 ta’ Awwissu 1787, ta’ 91 sena. Kien ikkanonizzat fl-1839 u ddikjarat duttur tal-knisja fl-1871, mill-Papa Piju

IX. Riflessjoni: Jiena fhimt li waqt li dan l-Imħabba-Ġesù kien jitħaddet magħna f'din id-dinja, huwa u jħares fih innifsu – jiġifieri fl-umanità tiegħu – u għaraf bih u fih innifsu l-fraġilità proprja talli kien ħa fuqu l-umanità tagħna, u billi ħabbna b'dik l-istess imħabba ta' qabel, huwa ried jirrimedja mhux biss għar-ruħ imma għall-ġisem ukoll, u għalhekk tana lilu nnifsu biex niekluh fil-ġisem tiegħu, ħalli jitma' u jsaħħaħ lil waħda u lill-ieħor fih innifsu. O xi mħabba! Santa Marija Maddalena de’ Pazzi Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mill-1 punt

On this occasion in today’s Gospel, Jesus Christ did not hesitate to speak to his disciples to tell them to provide for the needs of the people, even though they were not able to do so. At the same time, he made use of them to distribute the bread that he had multiplied to feed everyone. This is how God wants you always to turn to those who guide you, represented in this Gospel by the Apostles, even though at times and in certain difficulties, doing this may seem to you quite useless. God wishes you always to use, insofar as you are able, the ordinary means that he provides for your guidance, even if this is without any success.

TALBA O Mejda mqaddsa

li fiha Kristu jitqiegħed bħala ikel, issir it-tifkira tal-passjoni tiegħu.

Ir-ruħ timtela bil-grazzja u lilna jingħata r-rahan tal-ħajja ta’ dejjem.

San Tumas t’Aquino

Missierna ...

Page 5: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 5

It-Tlieta, 2 t’Awwissu San Ewsebju - isqof ta’ Vercelli

San Pietru Ġiljan Eymard - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 30: 1-2.12-15.18-22 Għax kibru ħtijietek jien ġibt dan fuqek. Araw, se

nbiddel ix-xorti ta’ tined Ġakobb. 2. Salm 101: 16-21.29 u 22-23 Il-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ

tiegħu. 3. Mattew 14: 22-36 Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma. SAN PIETRU ĠILJAN EYMARD (1811-1868) - fundatur Fundatur tas-Soċjetà tas-Sagrament Imqaddes u tal-Qaddejja tas-Sagrament,

minn ċkunitu ta’ sinjali ta’ devozzjoni speċjali lejn Ġesù Sagramentat. Ta’ tmintax-il sena daħal mal-Oblati ta’ Marija (1829), iżda marad u kellu jmur

id-dar. Ta’ għoxrin sena mar is-seminarju ta’ Grenoble u ħa l-quddiesa fl-20 ta’ Lulju, 1834.

Ħames snin wara reġa’ daħal in-novizzjat tal-Maristi (1839). Fl-1845 sar Provinċjal tal-Oblati. Iċ-ċentru tal-ħajja spiritwali tiegħu kienet l-Ewkaristija. Kienet is-suġġett tal-prietki u tal-konferenzi, tal-kult u tad-devozzjoni tiegħu. Kull min kien imur jitolbu xi parir spiritwali kien imexxih quddiem Ġesù Sagramentat.

Fl-1851, il-beatu għamel pellegrinaġġ lis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fourvieres u wegħedha li jwaqqaf kongregrazzjoni ta’ saċerdoti li jkun dmirhom ewlieni li jagħtu qima lil Ġesù Sagramentat.

Wara li kiseb il-permess tal-Knisja, Mons. De Sibour, arċisqof ta’ Pariġi, tah dar kbira fejn beda jgħammar flimkien ma’ wieħed ieħor u fejn fis-6 ta’ Jannar 1857, ġie espost għall-ewwel darba fil-Kappella s-Santissmu.

Il-qaddis ipprietka lil kongregazzjoni kbira. L-ewwel membri tal-kongregazzjoni tal-Qassisin tas-Sagrament Imqaddes kienu l-patrijiet de Cuers u Champion. Wara sena kellhom iħallu u jmorru ġo kappella żgħira fit-Triq ta’ San Ġakbu. Il-Papa Piju IX bagħtilhom ittra ta’ inkoraġġiment (1859).

Fetħu dar Marsilja u oħra Angers. Fl-1862 fetħu novizzjat regulari u l-kongregazzjoni bdiet tixtered. Illum għandha djar f’bosta pajjiżi tal-Ewropa (Spanja, l-Italja, Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Olanda, iċ-Ċekoslovakkja), l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel. Il-qassisin, barra li jżommu l-adorazzjoni perpetwa quddiem is-Santissmu espost, jgħidu l-Uffizzju fil-kor u jaqdu d-dmirijiet kollha tal-kleru.

Page 6: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

6 SIGNUM FIDEI

Il-qaddis waqqaf ukoll, fl-1858, il-Qaddejja tas-Santissmu Sagrament, kongregazzjoni ta’ sorijiet li jagħmlu l-adorazzjoni perpetwa u jxandru l-imħabba ta’ Ġesù.

Waqqaf ukoll l-Għaqda Ewkaristika tas-Saċerdoti, li jwiegħdu li kemm jistgħu jagħmlu siegħa meditazzjoni u talb kuljum quddiem is-Santissmu; kif ukoll l-Arċikonfraternità tas-Sagrament, li b’dispożizzjoni tal-liġi kanonika għandha titwaqqaf f’kull parroċċa.

Il-Kongregazzjoni tal-Beatu ġiet approvata mis-Santa Sede meta kien għadu ħaj, u fl-1895 ġiet imwettqa “in perpetuum”. Fost l-opri tal-qaddis huma magħrufin: “Il-Preżenza Reali”, “L-Irtir Quddiem Ġesù Ewkaristiku”, u “L-Ewkaristija u Perfezzjoni Nisranija”. Miet fl-1 ta’ Awwissu, 1868. Il-Papa San Ġwanni XXIII ikkanonizzah fl-1965.

Riflessjoni: In-nuqqas ta’ fidi ma jżommx lil Ġesù li jasal għandhom. La r-riħ u lanqas il-mewġ ma jfixkluh, u dan juri li l-imħabba ta’ Ġesù lejn id-dixxipli hi verament divina. L-ebda maltempata jew nuqqas ta’ fidi ma’ jħallu lil Alla milli jħobbna. Kif jista’ jkollna l-fidi, jekk ma jħobbniex hu l-ewwel (1 Ġw. 4: 29). Ġesù huwa r-risposta tal-biżgħat kollha tagħna. Hu jiġi għalina fil-maltemp u f’sitwazzjonijiet impossibbli, meta aħna ma nkunux nistaw naslu fid-destinazzjoni tagħna bis-saħħa tagħna biss. Hu jersaq lejna għax irid jgħidilna, “La tibżawx” imma emnu li xejn “ma jista’ qatt jifridna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna (Rum. 8:29).

Douglas Bushman, “Praying with Saint Matthew’s Gospel”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 28, silta mit-2 punt

These sacred wounds not only honor the body of Jesus Christ but also, as Saint Peter declares, help us recognize that Jesus Christ suffered to give us an example, so that we might follow him and walk in his footsteps. He bore our sins in his own body on the tree of the cross, so that we might die to sin and live for justice, having been healed by his bruises and by these lovable wounds.

TALBA Mulej xi trid minni?

Xi trid minni, Mulej twajjeb? X’għandha tagħmel dil-ħlejqa msejkna?

Liema ħidma tridha tagħmel din l-ilsira hekk midinba? Arani hawn, imħabba tiegħi; Imħabba ħelwa, arani hawn:

Mulej, xi trid minni? Santa Tereża tal-Bambin Ġesú

Missierna ...

Page 7: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 7

L-Erbgħa, 3 t’Awwissu Santa Lidja

San Pietru Krisologu San Waltheof Abbati ta’ Melrose

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 31, 1-7 Bi mħabba ta’ dejjem ħabbejtek. 2. Salm - Ġeremija 31: 10-13 Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu. 3. Mattew 15: 21-28 Mara, il-fidi tiegħek kbira! SAN WALTHEOF (1100-1160) - abbati ta’ Melrose San Waltheof kien iben Xmun, il-Konti ta’ Huntingford u twieled madwar l-

1100. Meta missieru miet, ommu, Maud, iżżewġet lir-Re San David I tal-Iskozja, bin ir-Reġina Santa Margerita u allura ġie mrobbi fil-palazz tar-re. Hawn sar ħabib ta’ San Aelred, abbati ta’ Rievaulx, li kien jieħu ħsieb l-ispiritwalità fil-palazz rjali.

Inġibed lejn il-ħajja reliġjuża u għall-ewwel daħal mal-Patrijiet Kanoniċi Regolari ta’ Santu Wistin, f’Yorkshire, fejn sar abbati ta’ Kirkam. Hu xtaq jgħix ħajja aktar iebsa, allura ngħaqad maċ-ċisterċensi ta’ Bedfordshire. Meta Melrose ġiet mibnija mill-ġdid, huma mar hemm fejn laħaq abbati.

Magħruf għall-imħabba tiegħu għall-foqra u għall-umiltà kbira tiegħu, meta ntgħażel arċisqof ta’ Saint Andrew’s u primat tal-Iskozja, irrofta dan l-unur biex jibqa’ jgħix fil-komunità tal-abbazija tiegħu.

Miet fit-3 t’Awwissu, 1160. Riflessjoni, l-Ispirtu ta’ Fidi u l-effetti tiegħu: 1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi. 2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla. 3. Li tqis kollox bħala li ġej minn Alla. l-Ispirtu ta’ Fidi huwa spirtu li f’kollox jirregola ruħu li jimxi fuq il-massimi u s-sentimenti meħudin mill-iskrittura

San Ġwann Battista De La Salle

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 32, silta mit-2 punt Jesus Christ, entering a soul, raises it so far above all human sentiments, through the faith that enlivens it, that it sees nothing except by the light of faith. No matter what anyone does to such a soul, nothing can disturb its constancy, make it abandon God’s service, or even diminish in the least degree the ardor it feels for God, because the darkness that previously blinded its spirit is changed into an admirable light. As a result, the soul no longer sees anything except by the eyes of faith.

Page 8: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

8 SIGNUM FIDEI

TALBA O Mulej Alla,

int it-tama tagħna, int il-fidi tagħna,

int l-imħabba tagħna, int il-ħlewwa kollha tagħna, int l-ħajja bla tmiem tagħna,

kbir u tal-għaġeb, Mulej Alla li tista’ kollox,

feddej tal-ħniena. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Il-Ħamis, 4 t’Awwissu San Ġwann Marija Vianney - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 31: 31-34 Jien nagħmel patt ġdid u ħtijiethom aktar ma niftakarhomx. 2. Salm 50:12-15.18-19 Oħloq fija qalb safja, o Alla. 3. Mattew 16: 13-23 Inti Pietru. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-

Smewwiet.

SAN ĠWANN M. VIANNEY (1786-1859) - saċerdot Ġwann Marija kien ir-raba’ fost sitt ulied ta’ familja ta’ bdiewa, f’Dardilly, fi

Franza. Kien jirgħa l-merħla ta’ missieru u attenda ftit xhur biss skola fi tfulitu. Ta’ 18-il sena beda jieħu lezzjonijiet privati għand kappillan ta’ parroċċa qrib, biex jidħol is-Seminarju.

Billi ma kienx jaf bil-Latin biżżejjed, ma tħalliex ikompli l-kors fis-Seminarju Maġġuri, iżda s-surmast antik tiegħu tah kors privat fit-teoloġija b’manwal bil-Franċiż. Ta’ 23 sena (1809) kien maqbud suldat bil-lieva, imma ħarab.

Seta’ jmur lura d-dar meta Napuljun ta amnestija lil dawk kollha li ħarbu fl-1810. Is-sena ta’ wara rċieva t-tonsura u mar is-Seminarju fi Lyons fl-1813. Minkejja bosta diffikultajiet, huwa ġie ordnat saċerdot ta’ 29 sena u f’inqas

Page 9: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 9

minn tliet snin intbagħat f’Ars, raħal b’230 ruħ xi 40km fit-tramuntana ta’ Lyons.

Is-superjuri tiegħu billi kienu jafu kemm moħħu ma jtihx, bagħtuh f’Ars għax qalu li hemm żgur ma setax jagħmel ħsara.

F’dan il-post, il-knisja kienu jmorru xi ftit nisa xjuħ, in-nies kienu jaħdmu nhar ta’ Ħadd, jiskru u jħobbu jiżfnu. Wara għaxar snin, dan ir-raħal inbidel, saru konverżjonijiet u fejqan tal-għaġeb. Il-kurat kien iħabbar il-ġejjieni u jaqra l-qlub tan-nies.

Huwa kien jitlob, isum u jqarar ħafna – kien jgħaddi minn 16 sa 18-il siegħa fil-konfessjonarju. Qaddisin u midinbin kienu jmorru għandu għall-pariri. Kien jorqod biss xi tlieta jew erba’ sigħat. Kienu jiġu għall-pariri tiegħu bosta u bosta nies minn kull naħa ta’ Franza, tant li l-gvern kellu jwassal il-linji tal-ferrovija sa hemm.

Minkejja li kien miżmum b’qaddis minn ħafna, kien hemm oħrajn li kienu jippruvaw iwaqqgħuh għaċ-ċajt minħabba n-nuqqas ta’ għerf tiegħu. Għal 30 sena kien ukoll immolestat spiss minn attakki tax-xitan li żgur ma kienx jaħmel jara dawk il-konverżjonijiet kollha jsiru f’riġlejn il-qaddis.

Kien miġbud ħafna għall-ħajja iebsa tal-Kartużjani, u tliet darbiet ittanta jaħrab mill-parroċċa biex imur magħhom. Irrifjuta l-unuri kollha li riedu jagħtuh fl-aħħar snin ta’ ħajtu.

Meta ġabulu l-vjatku qal: “Kemm hija ħaġa ta’ niket li titqarben għall-aħħar darba!” San Ġwann M. Vianney miet fl-4 ta’ Awwissu 1859, ta’ 73 sena. Piju XI fl-1925 ddikjarah qaddis, u erba’ snin wara ħatru patrun tal-kappillani.

Riflessjonijiet minn San Ġwann Marija Vianney: "M'hemmx għalfejn nitkellmu ħafna biex nitolbu tajjeb. Aħna nafu li Alla

qiegħed hemm; Ejjew mela niftħu qalbna miegħu. Ejjew nieħdu pjaċir fil-preżenza tiegħu. Din hi l-aħjar talba."

"Huwa dejjem żmien ir-rebbiegħa, fil-qalb ta' min iħobb ’l Alla."

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-2 punt It is also by the movement of the Spirit of God that all those who today proclaim his kingdom continue to speak. But if God makes use of people to announce the truths of Christianity to others and to prepare their hearts to be docile to these truths, it is God alone, as the Wise Man says, who must guide their steps and impart to their hearts the docility they need in order to welcome these holy truths that he is making known to them.

Page 10: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

10 SIGNUM FIDEI

TALBA għas-saċerdoti

Mulej, agħtina qassisin jixbhu lilek. qassisin adattati għad-dinja tal-lum. Qassisin mimlija bl-Ispirtu s-Santu, iħobbu lilek, l-Ewkaristija u l-Kelma.

Mulej, agħtina qassisin li jitolbu u li jgħallmuna nitolbu. qassisin li jħobbu ħafna liż-żgħażagħ lill-fqar u lil dawk li huma tal-aħħar.

Qassisin li kapaċi juru l-ħlewwa u l-ħniena għall-miżerji kollha tad-dinja tal-lum.

Missier qaddis, ħares fil-verità lis-saċerdoti tiegħek.

huma qegħdin fid-dinja, ħarishom mill-ħażen. Ammen.

Missierna...

Il-Ġimgħa, 5 t’Awwissu Id-dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ S. Marija Maggiore f’Ruma.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Naħum 2: 1.3; 3: 1-3.6-7 Ħażin għal belt id-dmija. 2. Salm: Dewterinomju 32, 35-36,39-41 Il-Mulej imewwet u l-Mulej jaħji. 3. Mattew 16: 24-28 Xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva

ħajtu? Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma. Il-festa tal-lum bdieha Sistu III (432-440) u għall-ewwel kienet waħda lokali,

sakemm fl-1586 iddaħħlet fil-Kalendarju Ruman. Hemm leġġenda qadima popolari li tgħid li fi żmien il-Papa Liberju fis-seklu 4

il-Madonna dehret lil wieħed patrizju (nobbli) jismu Ġwanni u talbitu li tinbena knisja ddedikata lilha fuq il-post li kellha turih permezz ta’ nżul ta’ silġ fi żmien mhux soltu għax fis-sajf, bejn il-lejl tal-5 u s-6 ta’ Awwissu.

Page 11: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 11

Minn hawn ġej li l-festa tal-lum popolarment tissejjaħ ukoll il-Madonna tas-Silġ.

Sa mis-seklu 7 din il-knisja bdiet tissejjaħ Sancta Maria ad Praesepe billi jingħad li fiha kien hemm il-maxtura li fiha twieled Ġesù f’Betlem.

Il-Konċilju ta’ Efesu fis-sena 431 wettaq it-tagħlim li Marija hi tabilħaqq Omm Alla (Theotokos). Biex ifakkar din l-okkażjoni, il-Papa Sistu III xi erba’ snin wara (madwar is-sena 435) rrestawra l-bażilka Liberjana antika u ddedikaha lil Marija Omm Alla.

Il-bażilka ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma hi hija l-akbar knisja fid-dinja ddedikata lil Marija Santissma. Hija wkoll waħda mill-erba’ knejjes patrijarkali li fihom il-Papa jmur jiċċelebra f’xi okkażjonijiet speċjali, u li fihom hemm altar, riservat għalih biss.

It-tliet bażiliċi l-oħra huma San Pietro fil-Vatikan, San Ġwann Lateran u San Paolo Fuori le Mura.

Riflessjoni: Waqt li tipproklama lil Marija «Omm Alla», il-Knisja tistqarr b’espressjoni unika l-fidi tagħha dwar l-iben u l-omm. Din l-unjoni toħroġ diġà fil-Konċilju ta’ Efesu: bid-definzzjoni tal-maternità divina s-Santi Padri riedu jenfasizzaw il-fidi tagħhom fid-divinità ta’ Kristu. Minkejja l-oġġezzjonijiet, antiki u riċenti, dwar l-opportunità li jirrikonoxxu lil Marija dan it-titolu, l-insara taż-żminijiet kollha, waqt li interpretaw b’mod korrett is-sinifikat ta’ tali maternità, ħolqu espressjoni privileġġjata tal-fidi tagħhom fid-divinità ta’ Kristu u ta’ mħabbithom lejn il-Verġni ... Waqt li jsegwu l-eżempju tal-insara antiki tal-Eġittu, il-fidili jafdaw lilhom infushom lil dik, li, billi hija omm Alla, tistà tikseb mingħand l-iben divin il-grazzji tal-ħelsien mill-perikli u tal-fidwa eterna.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu ii, Katekeżi dwar il-Verġni Marija Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 151, silta mit-3 punt

It is of Rule in our Institute (1) not to let a single day go by without reciting the rosary and to say it while walking in the streets; (2) to celebrate all her feasts with great solemnity; (3) to uncover our heads and bow every time we hear her name or pass in front of her image, as this devotion requires; (4) considering her as the principal patroness of our Society, we place ourselves daily under her protection at the end of our prayer in the morning and in the evening and after each exercise; we have recourse to her, placing in her, after God, our entire confidence; (5) we invoke her in our most pressing needs as our primary advocate, after Jesus Christ, before God. Are we faithful to all these practices of devotion toward the Most Blessed Virgin? How well do we perform them? Is it in the spirit we have proposed above? Let us not fail in this if we wish to receive a great abundance of grace through the merits of the Most Blessed Virgin.

Page 12: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

12 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla, li għamilt il-ġuf

tal-Verġni Marija għajn issiġillata u inti stess dħalt u ħriġt

mill-ġnien magħluq tal-Omm, hekk li ma tebbajtx il-verġinità ta’ dik li tnissel,

nitolbuk; ħejjina biex inkunu ġnien tar-rieda tajba tiegħek, sabiex meta tgħix inti biss fih jista’ jiġbor fina frott ta’ virtù.

Ammen. Ktieb tat-Talb Viżigotiku

Missierna ...

Is-Sibt, 6 t’Awwissu It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 7, 9-10.13-14 Ilbiesu abjad silġ. jew 2. Pietru 1, 16-19 Smajna dan il-leħen ġej mis-sema. 3. Salm 96, 1-2.5-6.9 Il-Mulej isaltan, hu ’l fuq mill-art kollha. 4. Mark 9, 2-10 Dan hu ibni: isimgħu lilu. FESTA TAT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ Meta Ġesù kien fil-Galilija, xi sena qabel ma ġarrab il-passjoni, huwa wera l-

glorja tiegħu lit-tliet appostli maħbubin tiegħu, Pietru u ż-żewġ aħwa Ġwanni u Ġakbu. Tradizzjoni qadima tgħid li din it-trasfigurazzjoni seħħet fuq il-muntanja Tabor.

Ir-rakkont jagħtuhulna l-ewwel tliet evanġelji, Mattew, Mark u Luqa. Huma jgħidulna kif il-wiċċ ta’ Ġesù sar jiddi bħax-xemx u lbiesu bojod bħas-silġ. Dehru wkoll miegħu Mosè u Elija li tkellmu miegħu fuq dak li kellu jġarrab f’Ġerusalemm. Għal dehra bħal din l-appostli baqgħu mistagħġbin u Pietru qal lil Ġesù: “Kemm hu tajjeb għalina li qegħdin hawn!” u ppropona li jibnu tliet tined, waħda għal Ġesù, u l-oħrajn għal Mosè u Elija. Imma, waqt li kien jitkellem, sħaba kollha dija għattiethom, u minnha nstema’ leħen: “Dan hu ibni l-maħbub li fih insib l-għaxqa tiegħi. Lilu isimgħu.”

L-appostli waqgħu wiċċhom fl-art bil-biża’, imma Ġesù messhom u qalilhom biex iqumu. Meta qamu d-dehra kienet intemmet, u Ġesù reġa’ deher kif kien

Page 13: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 13

jidher qabel. It-trasfigurazzjoni setgħet ġrat f’xi wieħed mill-iljieli li Ġesù għadda fit-talb.

Din kienet dehra minn qabel tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù u l-Vanġeli jgħaqqdu ż-żewġ ġrajjiet meta jgħidulna li Mosè u Elija tkellmu ma’ Ġesù fuq il-passjoni tiegħu u li d-dixxipli kienu ordnati minn Ġesù biex ma jgħidu xejn minn dak li raw ħlief wara l-qawmien mill-mewt tiegħu. Ix-xena żgur għenet lill-appostli biex jaċċettaw lil Ġesù bħala l-mibgħut tal-Missier minkejja li aktar tard jarawh umiljat u msallab.

Il-festa tat-trasfigurazzjoni ilha tiġi ċċelebrata b’solennità kbira fil-Lvant sa mis-seklu sitta. Kienet iċċelebrata wkoll f’xi nħawi fil-Punent fil-Medjuevu, sakemm ġiet estiża għall-knisja kollha fl-1457 minn Kallistu III biex tfakkar ir-rebħa tal-insara fuq it-Torok f’Belgrade s-sena ta’ qabel.

F’Malta l-parroċċa ta’ Ħal Lija hi ddedikata lit-trasfigurazzjoni li fostna nsejħulha l-festa tas-Salvatur.

Riflessjoni: Għax minn dakinhar li nżilt fuqu bl-ispirtu tiegħi hemm fuq il-Muntanja Tabor u għedt: Dan huwa ibni l-għażiż li fih insib l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu (Mt. 17, 5) warrabt għalkollox dawn il-modi kollha ta' tagħlim u tweġib, u afdajt kollox f'idejh. Isimgħu lilu, għax ma għandix fidi aktar x'ngħarraf, lanqas ma għandi ħwejjeġ oħra x'niddikjara. Għax, jekk tkellimt fil-Liġi l-Qadima, kien biex inwiegħed il-miġja ta' Kristu; u, jekk kienu jiġu jistaqsuni, il-mistoqsijiet tagħhom kienu bħal talb għal Kristu u juru l-istennija tiegħu, li fih kellhom isibu kull ħaġa tajba, bħalma issa huwa mniżżel fit-tagħlim kollu tal-Evanġelisti u l-Appostli … Ma tistgħu ssibu xejn x'tistaqsuni jew li tkunu tixtiequ mingħandi, kemm jekk rivelazzjonijiet kif ukoll jekk viżjonijiet: aħseb sewwa dwar din il-ħaġa, għax issib li kollox ġie magħmul għalik, u kollox ġie mogħti lilek – iva, u ħafna aktar – fih.

San Ġwann tas-Salib Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, silta mit-2 punt

Saint Peter, who was present at this mystery (of Transfiguration), when giving testimony to what he had seen, says, We ourselves were witnesses of the majesty of Jesus Christ, for he received from God the Father a testimonial to his honor and glory when we were together with him on the holy mountain. Moses and Elias also were there and joined with him to do him homage. Because Jesus Christ always possessed this glory within himself, when he was transfigured, the change that appeared in him was only external. It is not the same with us. The change that must take place in us is interior; we must be entirely transformed by the light and the fulness of grace and by the possession of the Spirit of God. If there were to follow, later on, some change in our exterior, this would come about only as an overflowing of the happiness that we enjoy in the depths of our soul, because we will then be taken up with God alone and with what we must do for love of him.

Page 14: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

14 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla,

int ħlaqt kollox mix-xejn. Kollox jiddependi fuqek

għall-eżistenza tagħhom. Għinni biex nistagħġeb b’dan il-kobor tiegħek

fil-ħwejjeġ li jien qed nara. Ammen.

Missierna ...

Il-Ħadd, 7 t’Awwissu Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għerf 18: 6-9 Kif int ikkastigajt l-għedewwa tagħna, hekk sebbaħt

lilna meta sejjaħtilna għalik. 2. Salm 32 : 1,12,18-20, 22 Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu. 3. Lhud 11: 1,2,8-19 Kien iħares ’il quddiem, lejn il-belt, li l-imgħallem u l-

bennej tagħha huwa Alla. 4. Luqa 12: 32-48 Kunu lesti intom ukoll. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Meta seħħet it-traġedja tat-“Twin Towers” fi New York, flimkien maż-żewġ torrijiet iġġarrfu ħafna ċertezzi tad-dinja tagħna li kellha tistenbaħ b’ħasda mill-ħolm u l-illużjonijiet li bniet il-futur tagħha fuqhom. Dak l-attakk tal-biża’ fil-fatt laqatna hemmhekk fejn konna naħsbu li ma jista’ għalina ħadd; il-kapaċità li nipprevedu, li nipprogrammaw, li nżommu kollox taħt kontroll. Minn din it-traġedja tgħallimna li kollox jista’ jinqala’ fil-ħajja u qegħdin nirrassenjaw ruħna anke għal xi katastrofi li tista’ tiġri.

Ġesù llum, b’dawn it-tliet parabboli qosra, ikompli jistedinna biex nagħmlu l-għassa għal xi ġrajja misterjuża. Dan l-istess Vanġelu jibda bil-kliem ta’ kuraġġ “Le merħla ċkejkna, tibżgħu xejn għax missierkom għoġbu jagħtikom is-saltna!” (Lq. 12:32). Din hi l-ġrajja misterjuża li għad trid tiġi fuq l-umanità. Ma tixbaħ xejn lil xi katastrofi terroristika, jew xi rebħa tal-għedewwa tal-bnedmin kif iħabbru ħafna setet. Din il-ġrajja tikkonsisti fil-wasla tal-imħabba

Page 15: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 15

misterjuża u providenti t’Alla li għalkemm ma narawhiex hija reali, li taslilna permezz ta’ Ġesù u tinvolvi r-realtà u l-bnedmin li jgħixu fiha biex twassalhom għad-destinazzjoni inevitabbli dik tal-fidwa u l-qawmien mill-mewt.

Din is-saltna t’Alla qiegħda magħna, tgħix magħna, ssir aħna jgħidilna Ġesù. Il-bniedem modern jaħseb li dan ma jistax ikun; iddiżappuntat kif inhu mit-tiġrif tal-ħolm u t-tamiet tiegħu u mit-tifrik li baqa’ mill-ideoloġiji. Il-bniedem li jagħraf il-ħażen tiegħu imma tilef il-ħeġġa biex jegħlbu għax ma jafx kif se joħroġ minnu.

Propju lil dan il-bniedem ta’ żmienna Ġesù jistiednu jishar: x’jiġifieri? Jiġfieri ma norqdux, ma nistordux lill-kuxjenza, lil moħħna u lil qalbna bl-illużjoni li nistgħu negħlbu l-biża’ tad-dalma interjuri, ifisser għal min jemmen li nħallu l-lampa tat-tama mixgħula, għax kif jgħidilna Ernesto Balducci, “jekk it-tama mingħajr il-fidi hi mejta, il-fidi mingħajr it-tama hi għamja.”

Ifisser li ma nħallux li jitteħdulna l-isbaħ affarijiet tal-ħajja u tal-fidi filwaqt li noqogħdu attenti ħafna għax il-ħallelin ma jagħmlux avviżi u meta nintebħu li hemm toqba fil-ħajt diġà jkun tard wisq.

Fuq kollox ifisser li niftakru li aħna biss amministraturi u jeħtieġ inkunu fidili ubbidjenti biex nifhmu r-rieda tal-Mulej. Dak li jeħtiġilna nagħmlu hu li nżommu t-tama tagħna ħajja biex il-Mulej ikun jista’ jsejħilna “mberkin”.

Minn La Realta é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 153, silta mill-1 punt

What Holy Scripture tells us about the ancient Patriarchs can also be said of Saint Cajetan, namely, that his days were full and that he died full of days, for as soon as he had received Holy Orders, he devoted himself to procure the salvation of souls in such a way that the day and the night did not seem enough for him to do his work, so ardent and so all embracing was his zeal for his neighbor. He spent all day administering the sacraments, visiting and encouraging the sick, and in other acts of piety; then he spent nearly all night in penance, study, and prayer. In this way what he did at night helped him to prepare for what he had to do during the day.

TALBA LIL ĠESÙ

Ġesù, noffrilek lili nnifsi,

dak li jien u dak li għandi, kollox huwa tiegħek.

Noffrilek ix -xogħol tiegħi u inti tagħtini l-mistrieħ. Noffrilek in-niket tiegħi u inti tagħtini l-faraġ.

Noffrilek it-tentazzjonijiet tiegħi u inti tagħtini r-rebħa. Noffrilek it-tbatija tiegħi u inti tagħtini s-sabar

Jien nagħtik iż-żmien tiegħi u inti tagħtini l-eternità. Inħobbok Ġesù!

Bernard Vaughan

Missierna ...

Page 16: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

16 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 8 t’Awwissu San Duminku – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżekjel 1: 2-5.24-28ċ Hekk dehritli x-xbieha tal-glorja tal-Mulej. 2. Salm 148: 1-2.11-14 Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek. 3. Mattew 17, 22-27 Joqtluh, u fit-tielet jum iqum. Is-sudditi meħlusa mit-taxxa. SAN DUMINMKU TA’ GUSMAN (1170-1221) – fundatur Kien iben Feliċ ta’ Gusman u l-Beata Ġwanna ta’ Aza, u ħu l-Beatu Mannes.

Semmewh Duminku għal San Duminku, Abbati Benedittin ta’ Silos qrib Burgos, fejn ommu kienet tmur titlob.

Twieled fil-belt ta’ Calaruega, f’Kastilja, fi Spanja, fl-1170. Kellu zijuh qassis, l-arċipriet ta’ Gumiel d’Izan, li ħa ħsiebu u bagħtu jistudja f’Palencia.

Ta’ madwar 26 sena sar kanonku tal-katidral ta’ Osma. Dawn il-kanonċi però kienu fil-fatt patrijiet, għax kienu Kanonċi Regolari ta’ Santu Wistin. Tliet snin wara, fil-1204, ir-Re Alfonsu IX ta’ Kastilja bagħat lill-Isqof Diego fid-Danimarka u Diego ħa miegħu lil Duminku.

Għaddew minn Toloża u sabu li kienet mimlija eretiċi Albiġiżi. Diego u Duminku rħewlha lejn Ruma fejn talbu lill-Papa Innoċenzu III jibgħathom missjunarji fir-Russja.

Imma l-Papa qalilhom jibqgħu jikkumbattu l-ereżija fi Franza. Żaru ċ-Ċisterċensi ta’ Citeaux u ta’ Montpellier, li kienu nkarigati jikkumbattu l-ereżija, u ltaqgħu wkoll mal-Beatu Pietru ta’ Castelnau, Ċisterċens, li ftit wara, fil-15 ta’ Jannar 1208, miet marti, maqtul mill-eretiċi.

Sadanittant, f’Jannar 1207, Duminku kien waqqaf fi Prouille l-ewwel monasteru tas-sorijet, ilkoll konvertiti mill-ereżija. Kien imbagħad f’Awwissu, fl-1216, li fil-belt ta’ Toloża (Toulouse) ta bidu għall-ordni tal-Patrijiet Predikaturi. Duminku malajr telaq lejn Ruma, fejn il-Papa Onorju III approva l-ordni bir-Regola ta’ Santu Wistin.

Il-Papa ta lil San Duminku l-knisja ta’ San Sisto Vecchio. Imma din taha lis-sorijiet u għall-patrijiet kiseb il-Bażilika ta’ Santa Sabina.

Il-qaddis għadda s-snin 1218 u 1219 jivjaġġa fi Franza, Spanja u l-Italja, sa ma wasal Bolonja, fejn baqa’ l-aħħar sentejn ta’ ħajtu. F’Ruma kien iltaqa’ ma’ San Franġisk t’Assisi, u ż-żewġ fundaturi tgħannqu flimkien dik it-tgħanniqa li għadha teżisti fiż-żewġ ordnijiet glorjużi tagħhom.

Duminku miet Bolonja fis-6 t’Awwissu, 1221, ta’ 51 sena u ġie kkanonizzat mill-Papa Girgor IX fl-1234. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Bolonja, fil-Bażilika tal-Patrijiet Dumnikani.

Page 17: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 17

Dakinhar li miet il-fundatur, kien hemm diġà fuq 60 kunvent tal-patrijiet, li kienu fl-Italja, fi Franza, fi Spanja, fl-Ingilterra, fil-Polonja, fil-pajjiżi Skandinavi, fil-Palestina, eċċ.

Illum id-Dumnikani jinsabu mxerrdin ma’ kullimkien. Kellhom tul 700 sena, iktar minn 40 qaddis, mijiet ta’ beati, fosthom ħafna martri, 4 Papiet, mal-100 kardinal u mijiet kbar ta’ isqfijiet, barra minn tant għorrief ewlenin, fosthom San Tumas t’Aquino u San Albertu Manju.

Duminku, bniedem ta’ talb, ta’ penitenzi ħorox, imma wkoll ta’ ħlewwa u tjieba ma’ kulħadd, kien ċertament wieħed mill-ikbar ġganti ta’ għerf u ta’ qdusija, li qatt kellha l-Knisja Mqaddsa.

Riflessjoni: Li jseħħlek tasal għall-qawmien permezz tat-tbatija u tal-kurċifissjoni hija t-triq li ħa l-iben ta' Alla. Li tidħol fis-sebħ tal-qawmien permezz tat-tbatija u l-mewt, imseħbin mal-iben ta' Alla, hija t-triq tagħna lkoll, tal-umanità kollha.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 24, silta mit-2 punt

The Gospel tells us that the reason for these different dispositions of Jesus Christ is that on the prior occasions his hour had not yet come and that later on he knew that the time and the hour for leaving this world and going back to the Father had indeed arrived. This is why, when Judas went out to do what he had agreed upon with the enemies of Jesus, Jesus told him: Be quick about what you are going to do. This was to give us to understand that he had waited to allow himself to be arrested and to deliver himself up to death until the hour that had been determined by his Eternal Father. This shows us that Jesus Christ followed in detail his orders from heaven and wanted everything he had to do and to suffer to be prescribed for him by his Father.

TALBA

Saċerdot l-iżjed qaddis ta’ Alla, konfessur kbir

u predikatur tal-għaġeb, San Duminku,

kun fostna u fit-tjieba tiegħek,

agħti widen għat-talb tagħna.

Missierna ...

Page 18: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

18 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 9 t’Awwissu Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein) -

verġni, martri u patruna tal-Ewropa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ħosegħa 2: 16b,17b,21,22 Għal dejjem ngħarrsek miegħi. 2. Salm 44: 11,12,14-17 Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej. 3. Mattew 25: 1-13 L-Għarus ġej: oħorġu ilqgħuh. SANTA TEREŻA BENEDETTA TAS-SALIB: EDITH STEIN (1891-1942) Edith twieldet fit-12 ta’ Ottubru 1891, f’familja Lhudija, nhar il-Yom Kippur, l-

akbar festa tal-Lhud. Il-familja kienet tan-negozju. L-omm ma kinitx tlaħħaq mat-tfal, f’dik li hija formazzjoni reliġjuża. Edith tilfet il-fidi: “Jien ħassejt ġewwa fija li m’għandix inkompli nitlob aktar.”

Fl-1911, ta’ għoxrin sena spiċċat l-iskola, bl-akbar suċċess u unuri. Fl-1913, daħlet fl-Università ta’ Gottingen u bdiet l-istudji tal-fenomenoloġija, taħt l-għaref filosofu Edmund Husseri.

Fl-1914, Edith stqarret “M’inix ngħix ħajti”. Darba daħlet ġol-katidral ta’ Frankfurt u rat mara bil-basket tax-xirja, li baqgħet dieħla ’l fuq u niżlet għarkupptejha u talbet għal ftit ħin. Edith ħasset fiha xi ħaġa: “Għalija din kienet xi ħaġa ġdida; fis-Sinagoga konna mmorru darba biss. Hawnhekk rajt lil din il-mara, ġejja dritt mis-suq bix-xirja u dieħla ġo din il-knisja. Rajtha bħallikieku kien ser ikollha konverżazzjoni intima. Kienet ġrajja li qatt ma nsejtha”.

Dakinhar stess marret iżżur lill-armla, li r-raġel tagħha li kien protestant, kien għadu kif miet. Wara kitbet hekk: “Din kienet għalija l-ewwel laqgħa mas-salib u fil-qawwa kbira li hu jagħti lil dawk li jilqgħuh u jġorruh. Kien il-mument fejn il-fidi tiegħi ħassejtha tikkollassa u Kristu beda jitfa’ d-dawl tiegħu fuqi: Kristu fil-misteru tas-SALIB. Aktar tard kitbet : “Din il-ġrajja kienet il-pjan ta’ Alla li jien stess ma kontx ippjanajt.”

Fl-1 ta’ Jannar 1933, daħlet mal-Karmelitani ta’ Cologne u fl-1934 ħadet il-libsa Karmelitana bl-isem ta’ Suor Tereża Benedetta tas-Salib.

Fit-2 t’Awwissu 1942, in-Nażi arrestawha għax kienet Lhudija, u magħha ’l oħtha Rosa, li kienet tgħix fil-kunvent tagħha. Fid-9 ta’ Awwissu tal-istess sena Edith u oħtha mietu ggassjati fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz.

Il-Professur Jan Nola li għex fl-istess Università magħha kiteb hekk: “Edith Stein kienet xhieda tal-preżenza t’Alla, f’dinja fejn Alla ma jeżistix.”

Ġiet ibbeatifikata mill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, f’Cologne, fl-1 ta’ Mejju 1987.

Page 19: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 19

Riflessjoni: Il-Papa Ġwann Pawlu II, nhar il-beatifikazzjoni ta’ Edith Stein qal : “Suor Tereża Benedetta tas-Salib, hija personalità li għaqdet ġewwa fiha nnifisha dik il-ħajja rikka tagħha, sintesi tas-seklu tagħna. Dik kienet sintesi ta’ storja mimlija feriti, li għadhom qed iweġġgħuna ... kif ukoll sintesi fuq il-bniedem. Dan kollu nġabar flimkien ġo dik il-qalb waħdanija, li baqgħet bla heda u mhux mitmugħa, sakemm fl-aħħar sabet il-mistrieħ tagħha f’Alla.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 17, silta mit-2 punt

What ought to induce a soul truly given to God to be always ready to meet temptation is what Job says: human life is a temptation or, according to the Vulgate, a constant warfare. From this we may conclude that if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation.

TALBA Mulej, nitolbok bil-ħerqa

agħmel li l-qawwa mħeġġa u ħelwa ta’ mħabbtek

tħarrab lir-ruħ tiegħi mill-ħwejjeġ tad-dinja biex inkun nista’ mmut

għall-imħabba tiegħek, maħbub tiegħi. (mill-Arbor Vitae Crucifixae Iesu, V,4

ta’ Umbertino da Casale)

Missierna ...

L-Erbgħa, 10 t’Awwissu San Lawrenz – djaknu u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Korintin 9: 6-10 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. 2. Salm 111: 1,2,5-9 Hieni l-bniedem li jħenn u jislef. 3. Ġwanni 12: 24-26 Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġah.

Page 20: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

20 SIGNUM FIDEI

SAN LAWRENZ († 258) – djaknu u martri San Lawrenz kien djaknu tal-Knisja ta’ Ruma u ħa l-martirju flimkien ma’ erba’

djakni oħra, sħabu, erbat ijiem wara l-martirju tal-Papa Sistu II, fil-persekuzzjoni ta’ Valerjanu, fl-10 ta’ Awwissu tas-sena 258. (Il-kelma djaknu tfisser “qaddej”.)

Skont tradizzjoni, il-prefett ta’ Ruma talab lill-qaddis biex jagħtih id-deheb u l-fidda tal-Knisja. Lorenzo, beda jbiegħ kull ma kellha l-Knisja u l-flus flok tahom lill-prefett, qassamhom lin-nies fqar tal-Belt. Lill-prefett ħadlu kemm sab nies fqar, xjuħ u morda.

Il-prefett xegħel bil-għadab u malajr ikkundanna lil Lawrenz għall-mewt. Hu ordna li jiġi maħruq ħaj fuq nar bati, li San Lawrenz sofra b’kuraġġ liema bħalu.

Wara l-martirju, il-fdal tal-qaddis indifen fiċ-ċimiterju ta’ Ċirijaka ħdejn it-triq Tiburtina fil-Verano. Kostantinu l-Kbir bena bażilika fuq il-qabar tiegħu, li waqgħet u nbniet kemm-il darba. Il-knisja li hemm illum iġġib l-isem ta’ San Lorenzo Fuori le Mura, u tinsab f’idejn il-patrijiet Kapuċċini.

Imfaħħar mill-aqwa dutturi tal-Knisja, fosthom Santu Wistin, Sant’Ambroġġ, u San Leone Manju, wara l-Appostli San Pietru u San Pawl, hu l-iktar martri meqjum ġewwa Ruma.

Il-Papa tal-Immakulata, il-Beatu Piju IX, ried jindifen ħdejn il-qabar ta’ San Lawrenz, u hemm jinsab tassew. Lil San Lawrenz, huma ddedikati mijiet kbar ta’ knejjes, fosthom f’Ruma, San Lawrenz “In Lucina”, “In Damaso”, mibnija mill-Papa San Damaso (366-384), “In Paneperna” u “In Miranda”.

Lilu huma ddedikati l-Katidrali ta’ Genova, Perugia, Grosseto, Trapani, Lugano u oħrajn. Il-Knisja tiċċelebra l-festa tiegħu bl-istess grad liturġiku daqs tal-festi tal-Appostli.

San Lawrenz huwa l-patrun tal-Birgu u tar-raħal li jġib ismu ‘San Lawrenz’, f’Għawdex.

Riflessjoni: Il-Papa Benedittu XVI kif wasal il-Portugal, nhar il-11 ta’ Mejju 2010, għamel dan l-APPELL: “Il-kattoliċi għandhom ikunu lesti li jsofru l-Martirju f’soċjetà sekularizzata ...” Il-membri tas-Signum Fidei huma nisa u rgiel li jagħtu xhieda ta’ dak li jemmnu. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 154, silta mill-1 punt

Saint Lawrence showed his extraordinary regard for the poor when the emperor, having learned that he had been given charge of all that belongedto the Church, demanded that he hand over the treasure entrustedto him. The saint gathered all the poor and presented them to the emperor, telling him, Here are the treasures of the Church. Let us admire how great the faith of this saint was, for it led him\to look upon the poor as the treasure of the Church, that is, as being the most precious and most

Page 21: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 21

valuable part in the Church, having the closest relationship with Jesus Christ. Let us share this saint’s attitude, we to whom God has entrusted the most valuable portion of his treasure.

TALBA

O Lorenzo, Alla lilek ried iġarrab biss bil-qawwa tan-nirien,

iżda l-ewwel nar li kebbes nar l-imħabba f’qalbek kien. Kemm nixtiequ li aħna bħalek, b’dan in-nar niġu mġarrbin,

biex nitgħallmu nħobbu ’l Alla bħalma aħna maħbubin. Mikbus kollu nar u qilla, fis maqtul ħalef jarak,

rabtek, sawtek, biċċrek, seħtek u b’kemm setgħa tturmentak. Kif mingħajr xejn ma tniffist int ġarrabt din il-moħqrija,

hena u sabar aqlgħalna biex nifilħu għat-tbatija. Żewġ strofi min-novena.

Missierna ...

Il-Ħamis, 11 t’Awwissu Santa Klara t’Assisi - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżekjel 12: 1-12 Itlaq binhar quddiemhom għall-eżilju. 2. Salm 77: 56-59.61-62 Ma ninsewx l-għemejjel ta’ Alla. 3. Mattew 18: 21 – 19:1 Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet imma sa sebgħa u sebgħin darba.

SANTA KLARA T’ASSISI (1194-1253) Klara twieldet fil-belt t’Assisi, fl-1194, tnax-il sena wara San Franġisk. Ta’ 18-il sena, nhar Ħadd il-Palm, fit-18 ta’ Marzu 1212, imsaħħra mill-qdusija

ta’ Franġisku, telqet lejn il-kappella tal-Porzjunkola, biex tkun dixxipla tiegħu, u tgħix bħalu l-ħajja tal-faqar evanġeliku.

Għall-ewwel għexet fil-kunvent tas-Sorijiet Benedittini ta’ San Pawl ħdejn Bastia, u wara f’dak ta’ Sant’Anġlu in Panzo.

Page 22: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

22 SIGNUM FIDEI

Wara però, Franġisku tahom jgħixu mal-knisja ta’ San Damiano, barra minn Assisi. Ma’ Klara, ingħaqdu ħutha, Sant’Anjeże u Beatriċe, u saħansitra ommha Ortolana.

Matul ħajjitha, Klara rat is-sorijiet tagħha jinxterdu fl-Italja, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Boemja. Fi Praga, il-kunvent twaqqaf minn Sant’Anjeże, bint ir-Re Ottokar I tal-Boemja.

Klara, maħtura kontra qalbha badessa ta’ San Damiano minn San Franġisk innifsu, damet tmexxi l-monasteru għal 40 sena. Kienet hekk magħrufa li saħansitra isqfijiet, kardinali u anke Papiet, fittxew il-parir tagħha.

Mietet fil-11 ta’ Awwissu 1253, fil-kunvent ta’ San Damiano, u ġiet ikkanonizzata mill-Papa Alessandro IV, fil-katidral ta’ Anagni fl-1255. Il-ġisem tagħha jinsab meqjum fil-bażilika ddedikata lilha, fil-belt t’Assisi, fejn qabel kien hemm il-knisja ta’ San Ġorġ.

Il-Papa Piju XII ħatar lil Santa Klara patruna tat-televiżjoni fl-14 ta’ Frar 1958. Anke oħtha Anjeże hija meqjuma bħala qaddisa. Interessanti l-ittri li Santa Klara kitbet lil Sant’Anjeże ta’ Praga dwar l-

osservanza tal-vot tal-faqar.

Riflessjoni: “Hi ħaġa ta’ Alla li juża l-ħniena u f’dan b’mod speċjali tidher il-qawwa tiegħu li tista’ kollox”. Kliem San Tumas ta’ Aquino juri kemm il-ħniena divina mhi xejn sinjal ta’ dgħufija, imma pjuttost il-kwalità tas-setgħa bla tarf ta’ Alla. U għalhekk il-Liturġija, f’waħda mill-eqdem kolletti, titlob hekk: “O Alla, inti tagħtina l-aqwa xhieda tas-setgħa tiegħek bla tarf billi taħfrilna u tħenn għalina”. Alla, fl-istorja tal-bniedem, dejjem sa jkun Dak li hu preżenti, qrib tagħna, providenzjali, qaddis u ħanin.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Bolla tal-Indizzjoni Misericordiae Vultus

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mit-2 punt

It is said of Saint John that he preached penance for the remission of sins, because it is penance that procures the remission of sins for those who have offended God. Saint Peter said to the Jews in the Acts of the Apostles, Do penance, and be converted, so that your sins may be forgiven. For such is the specific end of this virtue; it alone can appease the heart of God irritated against sinners. God tells us this in Ezechiel, saying that if the wicked man does penance for all the sins he has committed, keeps all my precepts, and acts according to equity and justice, I will no longer remember all his iniquities, and they will no more be imputed to him. Saint Peter, preaching to the Jewish people to make known to them the truths of the Gospel, told them, Do penance to obtain the remission of your sins.

Page 23: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 23

TALBA Min hu Alla bħalek li jneħħi l-ħażen

u jaħfer id-dnub lil fdal wirtu? Hu ma jżommx il-korla tiegħu għal dejjem

għax lilu għoġbu juri ħniena. U jerġa’ jħenn għalina,

jixħet ħżunitna taħt saqajh, jarmi ħtijietna kollha f’qiegħ il-baħar. Ġib ruħek ma’ Ġakobb bil-fedeltà,

bil-ħniena ma’ Abraham, bħalma ħlift lil missirijietna

minn żmien il-qedem. Mikea 7: 18-20

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 12 t’Awwissu

Santa Ġovanna Franġiska de Chantal - verġni Santa Feliċissima - martri

Il-Beatu Isidor Bakanja - martri Il-Beatu Innoċenz XI - Papa.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżekjel 16: 1-15,60,63 Xejn ma kien jonqsu t-tiżjin li jien qgħedt fuqek, oraklu ta’ sidi l-Mulej. 2. Salm Iżaija 12: 2-6 Il-korla tiegħek reġgħet lura Mulej, u farraġtni. 3. Mattew 19: 3-12 Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosè takom il- permess tibagħtu n-nisa tagħkom. IL-BEATU INNOĊENZ XI (1611-1689) - Papa Kien jismu Benedittu. Twieled f’Como fl-1611 u kien ġej mill-familja magħrufa

Odescalchi. Wara li studja għand il-Ġiżwiti, minn mindu kellu 15-il sena, hu kien imħarreġ fil-bank tal-familja tiegħu f’Ġenova. Iżda wara sar avukat u sar magħruf għall-onestà, kuraġġ u mħabba kbira lejn il-foqra.

Wara li qabad il-karriera ekklesjastika, il-Papa Innoċenz X li kien iġibu ħafna minħabba l-kwalitajiet sbieħ fih, għażlu kardinal meta kellu 33 sena, minkejja li kien għadu mhux saċerdot.

Page 24: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

24 SIGNUM FIDEI

Ordna qassis u kien maħtur isqof ta’ Novara meta kellu 49 sena. Kien elett Papa fl-1676 meta kellu 65 sena. Qabel ma aċċetta li jkun Papa huwa talab li l-kardinali jiftehmu li jtemmu r-riforma tal-Konċilju ta’ Trentu, jiddefendu l-libertà tal-Knisja fil-kontroversja li kien hemm fil-Knisja ta’ Franza msejħa l-Gallikaniżmu u jipproteġu r-reliġjon Nisranija kontra t-Torok.

Il-Papa Innoċenz XI ikkundanna l-kwetiżmu ta’ Miguel de Molinos u ħeġġeġ għat-tqarbin spiss, anke ta’ kuljum, basta mhux biex wieħed jagħmel bħal ħaddieħor u basta wieħed joqgħod attent għat-tħejjija u l-qima lejn is-sagrament.

Dan il-Papa kkundanna 65 propożizzjoni laxki mxerrda minn xi moralisti. Hu ta direttiva lill-ġeneral tal-Ġiżwiti biex iqanqal lill-universitajiet tal-ordni biex isostnu l-opinjonijiet l-aktar probabbli fit-teoloġija morali.

Innoċenz XI kien bniedem ta’ drawwiet sempliċi u ta’ natural ġeneruż, imma sod ħafna fil-ħidma tiegħu kontra l-ħażen u fejn jidħlu ambizzjonijiet jew stravaganzi ta’ ekklesjastiċi.

Il-Papa Innoċenz XI miet fit-12 ta’ Awwissu 1689, ta’ 78 sena, wara li kien ilu Papa 13-il sena.

Il-poplu, speċjalment il-foqra li fih sabu veru missier, iffolla lejn il-kadavru tiegħu biex jagħtih l-aħħar tislima, u billi ħafna xtaqu jżommu xi biċċa mil-libsa tiegħu, kellha tiżdied il-gwardja miegħu mejjet.

Iddikjarah beatu Piju XII fl-1956. Riflessjoni: Il-Mulej ma jinnegozzjax, ma jipprovdilix alternattivi jew joffrili dak li hu inqas aħjar jekk ma naċċettax li nemmen fil-verità. Jekk jagħmel dan ma jkunx hemm il-bżonn tas-salib, iżda mbagħad lanqas inkun naf xi tfisser l-imħabba ta’ Alla, l-imħabba li tagħmilha possibbli li naċċetta l-verità. Nemmen li l-verità tagħtini l-libertà? Nemmen li biex ikolli s-salvazzjoni jeħtieġ is-salib. Il-verità twassal għas-salib, u s-salib jwassalni biex nemmen fit-tagħlim Tiegħu. Douglas Bushman, Praying with Saint Matthew’s Gospel Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 140; silta mill-1 punt

The most admirable trait in Saint Paul is his all-embracing and ardent zeal, which he first showed by defending the faith of Moses, in which he had been very well instructed. Because he was very knowledgeable and saw that the Christian religion was beginning to spread throughout Judea by the preaching of the Apostles, he took every possible step to oppose and to destroy it... His zeal for the law of God made him undertake all these travels and all these persecutions against the Christians, but he did all this out of ignorance, as he states. This is why God did not leave him in error but enlightened him in a completely miraculous manner.

Page 25: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 25

TALBA O Alla,

ftakar fina u sawwar l-istorja tagħna, dawwar il-ħarsa tagħna

biex naraw id-dell tas-salib tiegħek, li fiż-żminijiet mqallba tal-lum,

jagħti l-ħajja. F’ġieħ Kristu sidna li miet għalina lkoll,

Ammen. ‘The Glenstal’ book of daily prayer

Missierna ...

Is-Sibt, 13 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Benild Romançon - reliġjuż San Ponzjanu - papa u San Ippolitu – presbiteru u martri

Il-Beatu Mark minn Aviano - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 18: 1-10,13b,30-32 Lil kull wieħed minnkom niġġudikah skont imġibtu. 2. Salm 50 :12-15,18,19 Oħloq fija qalb safja, o Alla. 3. Mattew 19: 13-15 Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. SAN BENILDU (1805-1862) - reliġjuż Qabel ma daħal mal-Frères u ħa l-isem ta’ Benild, hu kien jismu Pierre

Romançon. Twieled fir-raħal żgħir ta’ Thuret (Franza) u kien ġej minn familja tgħix mir-raba’. Ommu tatu trobbija tassew nisranija u nisslet fih imħabba lejn l-ewkaristija u l-Madonna. Lil ommu, wara Alla, kien jaf il-qdusija tiegħu li fiha għex u wasslitu fuq l-altari.

Ta’ 14-il sena talab li jingħaqad mal-Frères, imma, minkejja li kien magħruf għal tjubitu, ma ġiex aċċettat minħabba li kien ta’ statura qasira ħafna. Kellu jistenna sentejn oħra sakemm fil-ħarifa tal-1820 telaq għan-novizzjat ta’ Clermond-Ferrand u ngħata l-isem ta’ Benild.

Page 26: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

26 SIGNUM FIDEI

Fl-1841 (ta’ 36 sena) kien mibgħut biex jiftaħ u jmexxi skola f’Saugues, fil-muntanji Gevedon. Hawnekk kellu jgħaddi l-aħħar 21 sena ta’ ħajtu.

L-awtoritajiet tal-belt żgħira ħarġu jilqgħuh bil-banda u l-bnadar, imma meta rawh, qsajjar qsajjar, tħassbu u staqsew lil xulxin kif dan is-surmast hekk qasir kien ser jikkontrolla tfal tant sfrattati u mqarbin.

Mill-ewwel jum tliet mitt tifel marru jiffullaw jgħajtu barra mill-iskola. Uħud minnhom qatt ma kienu marru skola: ġuvintur ta’ 20 sena b’lingwaġġ u manjieri rozzi lesti biex jiżvugaw in-nuqqas ta’ tagħlim fil-vandaliżmu u l-vjolenza. Il-qilla tagħhom kienet xi ħaġa tal-għaġeb. Iżda l-influwenza qaddisa ta’ dan is-surmast-reliġjuż kienet tinħass b’qawwa tal-għaġeb waqt il-lezzjoni tal-katekiżmu. Huwa kien tabilħaqq katekista mill-aqwa.

Dan stqarrewh it-tfal stess: “Tant kien jinteressana waqt il-katekiżmu li qatt ma konna niddejqu jew nitilfu ż-żmien waqt il-lezzjoni tad-duttrina.”

Biex irnexxielu jikkontrolla ġuvintur ta’ dix-xorta nqeda bil-mezzi umani, bħal per eżempju, skola organizzata tajjeb fil-programmi u fl-orarju, lezzjonijiet interessanti, dixxiplina intelliġenti, pika meqjusa, premjazzjoni ... Imma qiegħed ukoll pedament ta’ mezzi spiritwali: talb, xogħol iebes u tbatija għal Alla, eżempju tajjeb, paċenzja kbira, tjubija ...

Speċjalità tiegħu kienet it-tħejjija għall-Ewwel Tqarbina. L-aqwa għodda ta’ San Benild fl-edukazzjoni tat-tfal, tal-ġuvintur u l-irġiel ta’ Saugues kienet il-katekiżmu, il-kelma ta’ Alla.

Frott ta’ din il-ħidma kien it-tiġdid fil-ħajja nisranija ta’ Saugues, kif ukoll għadd sabiħ – xi 15 kull sena – ta’ ġuvintur li kienu jidħlu s-seminarju jew iħaddnu l-ħajja reliġjuża.

Meta San Benild miet, kien hemm xi 265 saċerdot u reliġjuż ħajjin, li kollha stqarrew li, wara Alla, kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom lil dan il-Frère qaddis.

Benild ma għamel xejn straordinarju f’ħajtu. Għex fis-skiet u l-ġabra u kien attent li jogħġob lil Alla fil-qadi ta’ dmirijietu ta’ kuljum mill-aħjar li seta’. Hu miet ta’ 57 sena b’kanċer fil-fwied fit-13 ta’ Awwissu 1862, jitlob maħfra għan-nuqqasijiet tiegħu u għall-eżempji ħżiena li seta’ ta.

Il-Beatu Pawlu VI ddikjarah qaddis fl-1967. Skola tal-Frères f’Tas-Sliema hija ddedikata lil San Benild.

Riflessjoni: Missier San Benild mar jarah waqt in-novizzjat u biex jeħles minn piż li taqqallu qalbu, qal lil Pierre, “Pierre irridek tiġi lura d-dar.” Brother Benild talab f’qalbu: ġabar il-kuraġġ u l-ħila tiegħu u fl-aħħar wieġeb, “Missier, jien se nibqa hawn!” “Jekk ma tiġix lura d-dar inċaħħdek minn sehmek fil-wirt tal-familja.” Imma Brother Benild irrisponda, “jekk ikolli ngħix il-bqija ta’ ħajti fuq qxur tal-patata biss, ma nitlaqx minn din id-dar imbierka!” Waqa’ skiet kbir fil-kamra ... il-missier qalbu mnikkta ħa b’idejn ibnu u tbiegħed b’pass mgħaġġel ... Din il-prova li għadda minnha, għal Brother Benild kienet ta’ barka kbira.

Page 27: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 27

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR 16, l-1 punt As St Paul told the Corinthians, "You will be our glory when the Day of Our Lord, Jesus Christ, comes." (2 Cor 1:14) Your pupils are like St Paul's Corinthian converts, because you can say that they will be the cause of your glory on Judgement day if you taught them well and they followed your teachings. Everyone at the judgement will see the good that you have done for them. And all through eternity you will be glorified for teaching them so well. Your glory will reflect the glory you earned for them.

TALBA LIL SAN BENILD

O Alla, int għażilt lil San Benild biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha

biex jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

Missierna ...

Page 28: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

28 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 14 t’Awwissu L-20 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 38, 4-6.8-10 Wilditni bniedem ġellied, li għandu xi jgħid mal-pajjiż

kollu. 2. Salm 39; 2.3.4.18 Mulej, fittex għinni. 3. Lhud 12, 1-4 B’qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova li

għandna quddiemna. 4. Luqa 12, 49-53 Ġejt inġib mhux il-paċi fid-dinja, imma l-firda. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Fil-Vanġelu tal-lum, San Luqa jpoġġilna tliet stqarrijiet qawwija ta’ Ġesù li għandhom tifsira profonda tal-ħajja kollha ta’ Ġesù nnifsu. L-ewwel waħda hi meta qal; “ Nar ġejt inqiegħed fuq l-art!” Dan in-nar hu l-istess Spirtu s-Santu li huwa n-nar li jagħti l-ħajja, id-dawl, is-safa, il-ħeġġa u l-kuraġġ lill-bnedmin. L-Ispirtu s-Santu kien in-nar li mela l-ħajja ta’ Ġesù, ħeġġeġ fih ir-rieda li jaqdi l-missjoni li tah il-Missier u tah l-enerġija u s-saħħa biex iwettaqha sal-aħħar. L-Ispirtu s-Santu għandu jkun ukoll ‘in-nar’ li jħeġġeġ u jagħti l-enerġija lid-dixxipli ta’ Ġesù.

It-tieni stqarrija kienet; “Hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed.” Ġesù kien jaf li fl-aħħar tal-missjoni tiegħu, hu kellu jxerred demmu fuq is-salib biex jifdina. Bl-istess mod dawk id-dixxipli li jridu jagħtu xhieda ta’ Ġesù kien ser ikollhom jiltaqgħu ma’ ħafna reżistenza, oppożizzjoni u tfixkil. Għaldaqstant id-dixxplu ta’ Ġesù għandu jħares ix-xhieda u ma jħallix din ix-xhieda titgħawweġ jew tiddgħajjef.

It-tielet stqarrija kienet: “Taħsbu intom li ġejt biex inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda.” L-Ispirtu ta’ Ġesù ma jħalliniex kwieti, passivi, nikkuntentaw bir-rutina jew nimxu mal-kurrent. Bil-kuntrarju, dan ser iġib il-firda, l-għażla bejn min hu ma’ Ġesù u min hu kontra. Min irid jimxi ma’ Ġesù u min irid jimxi mal-kurrent. Dan ifisser li ta’ kuljum biex turi li inti ma’ Ġesù trid tiġġieled battalja kontra l-kurrenti ta’ madwarna. Ma nistgħux ngħidu ħaġa u nagħmlu oħra, bħalma kienu jagħmlu l-kittieba u l-Fariżej. Ix-xhieda tad-dixxipli u tal-komunità nisranija trid tkun, f’kull żmien, ċara u bla tlaqliq.

Irrifletti fuq il-ħajja tiegħek u ara jekk intix qed tgħix ħajja ta’ kontradizzjoni bil-mod kif qed tgħix il-fidi tiegħek. Lest li tiġġieled kontra tiegħek innifsek u kontra l-kurrent?

Page 29: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 29

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 35, silta mill-1 punt

When we turn our backs on the world and when by this separation we renounce the pleasures of the senses, it sometimes happens that we only make this renunciation out of a mere feeling and sensible attraction for God and the things of God, which gives us a satisfaction incomparably superior to those of the senses. To enjoy this greater satisfaction, we deprive ourselves willingly of another satisfaction that is far less; this shows that we have not yet attained complete detachment. Earnestly beg God for this total detachment, so that you may give yourself to him alone in whom is all happiness in this life and in the next.

TALBA

Marija, mara tas-smigħ, agħmel li widnejna jkunu miftuħa;

agħmel li nitgħallmu nisimgħu l-kelma ta’ ibnek Ġesù qalb il-ħafna kliem ta’ din id-dinja;

agħmel li nagħrfu nisimgħu r-realtajiet li fihom ngħixu, lil kull persuna li magħha niltaqgħu,

speċjalment dik li hi fqira, fil-bżonn, f’diffikultà. Marija, mara tad-deċiżjoni, dawwal il-moħħ tagħna

u l-qalb tagħna, biex nagħrfu nobdu l-kelma ta’ ibnek Ġesù, bla tnikkir;

agħtina l-kuraġġ tad-deċiżjoni, biex ma nitkaxkrux mill-kurrent ta’ oħrajn li jmexxulna ħajjitna huma.

Marija, mara tal-azzjoni, agħmel li jdejna u riġlejna jmorru “jħaffu” lejn l-oħrajn,

biex iwasslu l-karità u l-imħabba ta’ ibnek Ġesù, biex iwasslu, kif għamilt int, id-dawl tal-Vanġelu fid-dinja.

Ammen. Il-Papa Franġisku

Missierna ...

Page 30: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

30 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 15 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 11, 19a; 12, 1-6.10 Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha. 2. Salm 44, 10bc.11-12ab.16 F’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir. 3. 1 Korintin 15, 20-26 L-ewwel, Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu. 4. Luqa 1, 39-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar: għolla

ċ-ċkejknin. IS-SOLENNITÀ TAL-ASSUNZJONI TA’ MARIJA SSMA. Sa mill-qedem l-insara emmnu li Marija wara mewtha, ġiet irxuxtata minn

Kristu u mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. Kien hemm ukoll xi ftit teoloġi li qalu li Marija ma mietet xejn imma ġiet

imtellgħa s-sema mingħajr ma daqet il-mewt. Imma dawn kienu ftit. Fost dutturi kbar li ddefendew din il-verità nsemmu lil San Ġwann

Damaxxenu, San Ġermanu, Patrijarka ta’ Kostantinopoli, Sant’Antnin ta’ Padova, Sant’Albertu Magnu, San Pietru Kanisju u San Lawrenz minn Brindisi.

Fl-1 ta’ Novembru 1950, fil-festa tal-Qaddisin Kollha, il-Papa Piju XII mar jiddikjara din il-verità bħala Domma tal-Fidi.

Minħabba l-fatt li l-Mulej tnissel f’Marija u twieled minnha, ma kienx ikun xieraq li l-ġisem tagħha, Verġni Immakulata, jara t-taħsir tal-qabar.

Ma ninsewx fl-aħħarnett li Marija Assunta hija l-patruna prinċipali ta’ Malta u Għawdex. Barra minn hekk hija wkoll il-patruna ta’ Franza, tal-Paragwaj (li l-kapitali tagħha jisimha Asuncion, għall-Assunta), tal-Ġamajka, tal-Afrika t’Isfel u ta’ New Caledonia.

Il-knejjes taċ-Ċisterċensi, skont ix-xewqa ta’ San Bernard, huma l-biċċa l-kbira ddedikati lill-Assunta, kif huma wkoll il-katidrali kollha.

Riflessjoni, mill-Papa Franġisku (id-diskors waqt l-Anġelus, 2015):

Illum il-Knisja tiċċelebra waħda mill-aktar festi importanti ddedikati lill-Beata Verġni Marija: il-festa tal-Assunta. Fi tmiem ħajjitha fid-dinja, Omm Kristu telgħet bir-ruħ u l-ġisem fis-sema, jiġifieri fil-glorja tal-ħajja eterna, f’għaqda sħiħa ma’ Alla.

Il-paġna tal-Evanġelju tal-lum (Luqa 1, 39-56) tippreżentalna lil Marija li, fis wara li nisslet lil Ġesù bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, tmur għand qaribitha anzjana Eliżabetta, li hi wkoll b’miraklu, kienet qed tistenna iben. F’dil-laqgħa mimlija bl-Ispirtu s-Santu, Marija tistqarr il-ferħ tagħha bil-kant tal-Magnificat għax fehmet fil-fond it-tifsira tal-għeġubijiet li kienu qed iseħħu f’ħajjitha: fiha tikseb il-milja l-istennija kollha tal-poplu tagħha.

Page 31: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 31

Iżda l-Evanġelju jurina wkoll liema hi r-raġuni vera tal-kobor ta’ Marija u tal-beatitudni tagħha: ir-raġuni hija l-fidi. Infatti Eliżabetta sselmilha b’dan il-kliem: «Hienja hi dik li emment kull ma’ bagħat jgħidilha l-Mulej» (Luqa 1,45). Il-fidi hi l-qofol tal-istorja kollha ta’ Marija: hi, hija dik li temmen, li għandha twemmin kbir; hi taf – u tgħidu – li fuq l-istorja tagħfas dejjem il-vjolenza tal-prepotenti, il-kburija tas-sinjuri, l-arroganza tas-suppervi.

Madankollu, Marija temmen u xxandar li Alla, lil uliedu, lill-umli, lill-foqra, ma jħallihomx waħedhom, jgħinhom bil-ħniena tiegħu, bl-attenzjoni, billi lis-setgħana jniżżilhom minn fuq it-tron tagħhom u jxerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom. Din hi l-fidi tal-omm tagħna, il-fidi ta’ Marija!

Il-kantiku ta’ Marija jgħinna nintebħu bis-sens sħiħ tal-istorja ta’ Marija; jekk il-ħniena tal-Mulej hija l-mutur tal-istorja, allura ma setgħetx «iġġarrab it-taħsir tal-qabar dik li nisslet lill-Mulej tal-ħajja» (Prefazju). Dan kollu ma jirrigwardax biss lil Marija. “Il-ħwejjeġ kbar” li għamel magħha l-Omnipotenti jmissuna fil-qiegħ nett, ikellmuna dwar il-vjaġġ tagħna tal-ħajja, ifakkruna fl-għan aħħari li qed jistenniena: id-dar tal-Missier.

Meta nħarsu lejha fid-dawl ta’ Marija, ħajjitna mhix qed timraħ ’l hawn u ’l hinn mingħajr skop, imma hi pellegrinaġġ li, bl-inċertezzi kollha u t-tbatijiet tiegħu, għandu għan ċert: id-dar ta’ Missierna li qed tistenniena bl-imħabba. Sabiħ li naħsbu dan: li aħna għandna Missier li jistenniena bl-imħabba, u li ommna Marija wkoll tinsab hemm fuq u tistenniena bl-imħabba.

Intant, waqt li l-ħajja miexja, Alla, «lill-poplu tiegħu, pellegrin fl-art, jibgaħtlu dawl ta’ faraġ u ta’ tama żgura» (ibid.). Dak is-sinjal għandu wiċċ, dak is-sinjal għandu isem: il-wiċċ mimli dawl ta’ omm il-Mulej, l-isem imbierek ta’ Marija, il-mimlija bil-grazzja għax emmnet il-Kelma tal-Mulej: dik li għandha emmna samma bħall-blat! Bħala membri tal-Knisja aħna destinati li naqsmu l-glorja tal-omm tagħna, għax għall-grazzja t’Alla, aħna wkoll nemmnu fis-sagrifiċċju ta’ Kristu fuq is-salib, u bis-saħħa tal-Magħmudija aħna wkoll dħalna f’dal-misteru tas-salvazzjoni.

Ilum nitolbuha lkoll flimkien biex, tul il-mixja ta’ ħajjitna fuq din l-art, hi ddawwar lejna l-għajnejn tal-ħniena tagħha, tiċċaralna t-triq, turina fejn għandna naslu, u wara dan it-turufnament turina lil Ġesù, il-frott imbierek tal-ġuf tagħha. U ngħidu flimkien: O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, it-2 punt

The Most Blessed Virgin did not remain in the tomb for long; a few days after her death, she rose. It was quite proper that God granted her such a favor, for without doubt it would not have been fitting that the flesh from which the flesh of Jesus Christ came would suffer corruption. It was, moreover, worthy of God’s goodness that the very special purity of the Most Blessed Virgin would be rewarded by so great a favor. How, O my God, could you have allowed that the body of the Most Blessed Virgin, which had been the tabernacle of your Incarnate Word, the Temple of the Holy

Page 32: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

32 SIGNUM FIDEI

Spirit, and the sacred ark of a soul filled with your grace, would be for a long time separated from that soul and not be honored even after death with all the favors it could possibly receive? The special grace we ought to ask of the Most Blessed Virgin on this day is to be removed and to be freed from the corruption of the world and especially to have great purity, which is the true incorruptibility that we ought to procure for our body. Because the Most Blessed Virgin possessed this virtue in all its perfection, she can help us very much to preserve it.

TALBA “Qaddisa Marija, omm Alla, inti tajt lid-dinja d-dawl veru,

Ġesù, ibnek – iben Alla. Inti tajt lilek innifsek lil

Alla li sejjaħlek u hekk sirt għajn

ta’ tjieba li toħroġ minnu. Urina ’l Ġesù. Mexxina lejh.

Għallimna nsiru nafuh u nħobbuh, biex aħna wkoll ikollna l-ħila

nimtlew bi mħabba vera, kif ukoll insiru għejun ta’ ilma ħaj

f’nofs dinja bil-għatx.” Il-Papa Benedittu XVI

Missierna ...

It-Tlieta, 16 t’Awwissu San Stiefnu tal-Ungerija Santu Rokku - konfessur

Il-Beata Marija Sagrario ta’ San Alwiġi Gonzaga - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 28: 1-10 M’intix ħlief bniedem, u mhux alla; ħsibt li għerfek hu

għerf l-allat. 2. Salm – Dewterinomju 32, 26-28.30.35ċd-36ab Ħadd ma hemm li jeħles minn idejja. 3. Mattew 19: 23-30 Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.

Page 33: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 33

Mill-Istorja tal-Istitut 1683: Bl-approvazzjoni tal-arċisqof, Ġwanni formalment jirreżenja mill-pożizzjoni ta’ kanonku tal-katidral ta’ Rheims, u flimkien mal-Brothers ikanta t-“Te Deum”. SAN STIEFNU, RE TAL-UNGERIJA (970-1038) San Stiefnu, iben Geza, ir-raba’ duka tal-poplu Maġjar (illum insejħulhom

Ungeriżi). Ommu kienet prinċipessa nisranija u rċieva edukazzjoni nisranija. Hu

tgħammed, flimkien ma’ missieru, fis-sena 985, meta kellu xi 15-il sena, mill-Arċisqof San Adalbert ta’ Praga, li kien qarib t’ommu. Dakinhar li tgħammed ħa l-isem ta’ Stiefnu.

Lejn is-sena 995, iżżewweġ lit-twajba prinċipessa Ġisella tal-Bavarja, oħt il-futur Imperatur San Neriku II.

Daqs sentejn wara ħa f’idejh it-tmexxija tal-poplu Maġjar. L-ewwel objettiv ta’ Stiefnu kien li joħloq l-unità politika u reliġjuża billi jwaqqaf Ungerija kompatta, taħt it-tmexxija tal-fidi nisranija.

Għal dan il-għan, Stiefnu nqeda b’missjunarji barranin b’mod partikolari bil-Benedittini Ċisterċensi li waqqfu diversi abbaziji.

Fil-Milied tas-sena 1001, Stiefnu kien ikkonsagrat bħala l-ewwel sultan tal-Ungerija u rċieva dan it-titlu mingħand il-Papa Silvestru II u kien inkurunat bil-kuruna li bagħtlu dan l-istess Papa, li wkoll tah it-titlu ta’ “re appostoliku”. Din il-kuruna saret famuża u għadha miżmuma b’għożża mill-poplu Ungeriż sal-lum.

Dakinhar tal-inkoronazzjoni tiegħu, ir-re poġġa l-Ungerija taħt il-protezzjoni tal-Verġni Marija.

Ftit żmien wara, ir-re qasam il-pajjiż f’żewġ arċiveskovati, kull waħda minnhom terġa’ maqsuma f’erba’ djoċesijiet, bi knisja parrokkjali kull għaxar villaġġi, u ħareġ leġislazzjoni ispirata mill-ispirtu tal-evanġelju.

Stiefnu nnifsu ta eżempji ta’ karitajiet bla limiti. Jingħadu ħafna stejjer dwar dan, fosthom il-ġrajja meta mar biex iqassam il-karità lit-tallaba wara li kien biddel ħwejġu biex ma jingħarafx, u ġie mitfugħ fl-art b’daqqa ta’ ponn u serqulu l-borża bil-flus li kellu.

Stiefnu saltan għal 40 sena u miet fil-15 ta’ Awwissu 1038, fl-età ta’ madwar 68 sena.

Idu l-leminija baqgħet inkorrotta u hi miżmuma b’għożża kbira bħala l-aqwa relikwja tal-Ungerija li tqimu bħala l-akbar qaddis u eroj tal-pajjiż.

Riflessjoni: Alla l-Imbierek jixtieqni naħdem għall-ħobż tiegħi ta’ kuljum u nithenna bil-pjaċiri xierqa li tagħti l-ħajja. Iżda m’għandix nintrabat ma’ dawn il-ħwejjeġ li nasal ukoll biex nidneb għalihom. Kull ġurnata għandha tkun pass ’il quddiem lejn il-ħajja vera u perfetta tal-ġenna. Għandi nafda għal kollox fl-għerf t’Alla l-Imbierek u l-imħabba

Page 34: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

34 SIGNUM FIDEI

tiegħu lejja. Din il-virtù tiftaħli l-bibien għall-karità vera u hekk nibda nifhem kuljum aħjar x’għandi nagħmel biex nogħġob iżjed lil Alla fl-għemil tiegħu kollu.

Anthony J paone S.J., Ħobżna ta’ Kuljum

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mit-3 punt

How many would agree with this thought of Saint Bernard, that light and frivolous words in the mouth of a secular person may be only playful chatter, but in the mouth of a person consecrated to God, they are blasphemies? How many take to heart the words of Saint Dorotheus: “Let us be faithful in the slightest matters, lest they lead to regrettable consequences and unfortunate results”? To how many do not these words of Jesus Christ seem harsh? Blessed are the poor in spirit; it is harder for a rich man to enter heaven than for a camel to pass through a needle’s eye.

TALBA

O Ġesù tiegħi, jekk jogħġbok tħallinix naħseb iżżejjed

fuq dak li neħtieġ hawn fid-dinja. Ħsibijiet bħal dawn

jistgħu jimlewli moħħi żżejjed u ma jħallunix naħseb fik u fil-kliem imqaddes tiegħek.

Eħlisni mill-ġibda għamja għall-pjaċir u mill-biża’ li forsi ma jkollix

kull ma għandi bżonn fid-dinja. Agħtini l-libertà ta dawk li jgħixu għall-ġenna.

L-ebda ħaġa tad-dinja m’għandha żżommni lura

milli nagħmel ir-rieda tiegħek. Ammen.

Anthony J Paone S.J. Missierna ...

Page 35: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 35

L-Erbgħa, 17 t’Awwissu Santa Kjara ta’ Montefalco - verġni San Ġjaċint tal-Polonja - presbiteru

Santa Beatrice de Silva - verġni Santa Beatrice de Silva - fundatriċi tal-kongregazzjoni tal-Konċezzjonisti, verġni

Il-Beatu Anġlu Wistin Mazzinghi - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 34: 1-11 Neħdilhom minn taħt idejhom in-nagħaġ tiegħi u ma jirgħux iżjed ir-rgħajja lilhom infushom. 2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Mattew 20: 1-16a Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba? SANTA BEATRIĊE DE SILVA Beatriċe tiġi oħt il-Beatu Amedew De Silva, fundatur tar-riforma Franġiskana

tal-Amadejiti, approvata mill-Papa Sistu IV, li qabel kien il-ġeneral tal-Franġiskani Konventwali, imqiegħda mill-fundatur taħt l-ubbidjenza tal-Konventwali, u li miet fil-1482.

Beatriċe twieldet fil-belt ta’ Ceuta fil-Marokk minn familja nobbli Portugiża, li kienu qraba tar-rejiet ta’ Spanja u tal-Portugal. Missierha kien il-konti ta’ Viana. Kienet waħda mill-paġġi tar-reġina tal-Portugal, u marret Spanja mal-Prinċipessa Isabella meta din iżżewġet lir-Re Ġwanni II ta’ Kastilja. Imma ma damitx ma ħalliet kollox u daħlet mas-sorijiet Ċisterċensi ta’ San Duminku De Silos, fil-belt ta’ Toledo.

Aktar tard, però, waqqfet is-Sorijiet Kunċezzjonisti, b’qima lill-Immakulata, fl-1484. L-ewwel dar tagħhom kienet il-kastell ta’ Galliana mogħti lilhom mir-Reġina Isabella.

Approvati mill-Papa Innoċenz VIII, fl-1489, bħala Benedittini, għaddew imbagħad biex jagħmlu parti mill-Ordni Franġiskan, bħala Klarissi, bis-saħħa tal-Kardinal Cisneros.

Sadanittant il-fundatriċi qaddisa kienet mietet fil-belt ta’ Toledo, fis-16 ta’ Awwissu, 1490, fl-età ta’ 66 sena. Il-Papa Beatu Pawlu VI, mar jgħoddha mal-qaddisin fit-3 t’Ottubru, 1976.

Riflessjoni: Ġesù jgħallem li dawk li jixtiequ jkunu l-ewwel ikunu l-aħħar (Mk.9 35). Din mhix it-triq tad-dinja, la fi żmien Kristu lanqas fiż-żminijiet tal-lum. Imma hija kompletament konsistenti mal-pjan tal-fidwa ta’ Alla. Alla għall-fini tiegħu tas-salvazzjoni, isejjaħ lil batuti u l-umli. Kif ifakkarna fl-Epistola San Ġakbu “mhux Alla kien li għażel lill-foqra għad-dinja biex jistagħnu fil-fidi u jsiru werrieta tas-saltna..” (Ġak. 2:5). Ġesù nnifsu

Page 36: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

36 SIGNUM FIDEI

ffissa l-mod tal-ħajja tiegħu billi ħa r-rwol ta qaddej batut, anke fil-mewt. Waqt li nimitaw il-ħajja ta’ Kristu, nitgħallmu mmutu ftit kuljum, immewtu ftit ftit l-interessi tagħna biex ninħelsu għall-imħabba għanja t’Alla u tal-proxxmu. Din hi ċ-ċavetta tal-milja tagħna, il-mezz għall-kobor veru, it-tmiem li aħna konna maħluqa għalih.

Fr. Joseph Torchia, Praying with Saint Matthew’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 13, silta mill-1 punt

There are many people in religious communities who could be asked with more surprise and more justice than those in the Gospel who were standing idle in the market place: Why have you stayed here all the day doing nothing? These people have consecrated themselves to God and profess to be striving toward the perfection proper to their state, yet they remain in it without making any progress in virtue, especially the virtue of obedience. Although they are pledged in a special manner to practice it, they are not observed doing so to any great extent. We can truly say that they never do practice genuine obedience at all. Oh, how deeply are they to be pitied: they are not exercised in the practice of obedience, and they always remain newcomers in the practice of this virtue!

TALBA

Sinjur Alla, inti ikkmandajtni biex nagħtik qalbi; għalhekk agħtini l-grazzja tiegħek biex jiena nkun nista’ nagħtihielek,

għax mingħajrek ma nistgħu nagħmlu xejn. Aħna żguri

li inti tagħtina din il-grazzja la darba inti kkmandajtna

biex nagħtuk qalbna, meta aħna nitobuhielek għall-glorja tiegħek,

u għall-ġid tagħna. Agħtini l-grazzja tiegħek,

u jiena nagħtik qalbi, Ammen. San Ġorġ Preca.

Missierna ...

Page 37: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 37

Il-Ħamis, 18 t’Awwissu Santa Elena - imperatriċi

San Alberto Hurtado Cruchaga - presbiteru Il-Beatu Mannes, ħu San Duminku - presbiteru

Il-Beati Lwiġi-Armandu Adam u Nikola Savouret - presbiteri martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 36: 23-28 Nagħtikom qalb ġdida u nqiegħed ruħi ġo fikom. 2. Salm 50: 12-15.18-19 Irroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom. 3. Mattew 22: 1-14 Sejħu għall-festa lil kull min issibu. Santa Elena (c.250 - c.330) - imperatriċi Elena aktarx kienet bint wieħed bil-lukanda, u twieldet aktarx bejn is-snin 248-

255 fi Drepanum, fil-Bitinja. Għall-ħabta tas-sena 270 iltaqgħet mal-ġeneral ruman Kostanzu Clorus, u

minkejja li ma kinitx ta’ klassi għolja, hu żżewwiġha. Bejn is-snin 274-288, twelidilhom binhom Kostantinu.

Meta Kostanzu sar Ċesare fil-293 taħt l-Imperatur Massiminu, Elena ġiet imwarrba għal raġunijiet politiċi u Kostanzu żżewweġ lil Teodora, bint tar-rispett tal-Imperatur Massiminu.

Meta Massiminu miet f’York, l-Ingilterra, fit-306, Kostantinu, li kien miegħu, kien iddikjarat imperatur mit-truppi ta’ hemm, imma ma kellux titlu ċar għat-tron qabel ir-rebħa tiegħu drammatika kontra Massenzju fit-312.

Kostantinu tant baqa’ jistmaha lil ommu Elena li pproklamaha imperatriċi Awgusta, u ordna li jagħtuha l-ġieħ ta’ omm l-imperatur, u anki ħareġ muniti bix-xbieha tagħha. Elena f’dak iż-żmien kellha fuq 60 sena (Ewsebju jgħid li kellha 63) u kienet għadha mhix nisranija.

Hija tgħammdet wara l-editt ta’ tolleranza ta’ Milan u baqgħet figura reliġjuża importanti għas-17-il sena li ġew wara. Hija baqgħet imsemmija għall-ħajja devota tagħha u għall-knejjes li bniet f’Ruma, f’Kostantinopli, f’Betlem u fuq l-Għolja taż-Żebbuġ.

San Ambroġ isemmi l-parti li ħadet fis-sejbien tal-veru salib ta’ Kristu. Il-parroċċa ta’ Birkirkara hija ddedikata lil din il-qaddisa.

Riflessjoni: Ma nistax nagħmel il-ġenna tiegħi festa ta' ferħ, ma nkunx nista' nistrieħ, sakemm ikun hemm erwieħ xi jsalvaw. Iżda meta l-Anġlu jkun qal: “Iż-żmien intemm!” (Apk. 10, 6), imbagħad nistrieħ, inkun nista' nifraħ għax l-għadd tal-magħżulin ikun sħiħ u għax ilkoll ikunu daħlu fl-hena u l-mistrieħ. Qalbi tħabbat bil-ferħ għal dan il-ħsieb.

Page 38: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

38 SIGNUM FIDEI

Alla ma kienx se jagħtini din ix-xewqa li nagħmel il-ġid fuq l-art wara mewti, li kieku ma riedx li dan iseħħ; kieku ma kienx hekk, kien aktar jagħtini x-xewqa li nistrieħ fih.

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, L-Aħħar Kelmiet

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 72, l-1 punt

In today’s Gospel Jesus Christ tells us that many are called but few are chosen. He says this in reference to heaven, but this truth is no less applicable to communities. Although a great number of people enter them, only a few remain faithful to the grace of their vocation, take on the spirit of their state, and remain faithful after being committed to it. The first thing we have to do when we enter a religious community, if we wish to be chosen by God, is to learn well how to pray and to devote ourselves well to this exercise. For there is no other profession in which we are more tempted by the devil, because in community we have a sort of guarantee of salvation if we faithfully practice the Rule prescribed for us. Thus we have a great need for strength to withstand the attacks that the tempter will inflict on us there.

TALBA

Int, imsejken bniedem, erħi ftit it-taħbit tiegħek, inqata’ mill-ħsibijiet imħawda tiegħek.

Biegħed minnek it-tħassib li qiegħed itaqqlek, ħallik għal ftit mix-xogħol li qiegħed jeħodlok rasek. Ieqaf kemm kemm fuq Alla, u strieħ daqsxejn fih.

Idħol fil-kamra ta’ ġewwa nett ta’ moħħok; battalha minn kollox, barra minn Alla

u minn kull ma jgħinek tfittxu; agħlaq il-bieb, u oqgħod fittex lil Alla.

U issa għid b’qalbek kollha, għid lil Alla: nixtieq lil wiċċek; jiena nfittex lil wiċċek, Mulej.

Talba ta‘ San Anselmu

Missierna ...

Page 39: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ġimgħa, 19 t’Awwissu San Ġwann Eudes – presbiteru

San Eżekjel Moreno y Diaz - isqof San Ludovik minn Toloża - isqof

Il-Beatu Bernardu Tolomei - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 37: 1-14 O għadam niexef, isma’ l-kelma tal-Mulej. Ara, jiena niftaħ l- oqbra tagħkom, u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, ja poplu tiegħi. 2. Salm 106: 2-9 Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 3. Mattew 22: 34-40 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek

innifsek. SAN ĠWANN EUDES (1601-1680) - saċerdot San Ġwann Eudes twieled fin-Normandija fi Franza. Ta’ 14-il sena għamel

wegħda tas-safa. Wara studji brillanti għand il-Ġiżwiti f’Caen, meta kellu 22 sena ngħaqad mal-

Oratorju ta’ Kardinal de Bérulle. Kien ordnat qassis ta’ 24 sena u rnexxa ħafna bħala predikatur u konfessur. Hu kien l-aktar qassis missjunarju magħruf li kellha Franza minn żmien S. Vinċenz Ferrer.

Megħjun minn grupp ta’ saċerdoti, hu ta aktar minn 120 missjoni matul l-20 sena ta’ wara, kull waħda minnhom tieħu sitt ġimgħat jew aktar, u li għalihom kienu jattendu folol immensi ta’ nies. Konverżjonijiet kienu jsiru bl-eluf.

S. Ġwann waqqaf fin-Normandija l-Kongregazzjoni ta’ Ġesù u Marija (Eudisti) biex tħarreġ il-qassisin; waqqaf ukoll is-Sorijiet tal-Madonna tal-Karità, li minnhom tnisslu s-Sorijiet tal-Bon Pastur biex jipprovdu kenn lit-tfajliet imtajrin.

Il-qassisin tiegħu fis-seminarji kienu mezz qawwi kontra t-tagħlim żbaljat tal-Ġansenisti billi kienu jisħqu ħafna fuq id-duttrina vera dwar il-ħniena u kompassjoni ta’ Alla mal-bnedmin. Imma l-Ġansenisti bdew kampanja ta’ kalunji li kienu diretti l-aktar kontra d-djar li fetaħ għan-nisa penitenti.

Il-qaddis għal xi żmien kien ipprojbit li jipprietka u jisma’ l-qrar. Hu xerred id-devozzjoni lejn il-Qlub Imqaddsa ta’ Ġesù u Marija. L-ewwel

ċelebrazzjoni tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesù saret taħt id-direzzjoni ta’ S. Ġwann Eudes, fil-kappella tas-seminarju f’Rennes, tliet snin qabel ma’ S. Margerita M. Alacoque kellha l-ewwel rivelazzjoni.

Hu nnifsu kkompona l-uffiċċju u l-quddiesa. Huwa wkoll kien l-ewwel wieħed li beda l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Marija.

Page 40: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

40 SIGNUM FIDEI

Kien iħobb jgħid li biex tiċċelebra sewwa l-quddiesa trid tliet eternitajiet: waħda biex tħejji, oħra biex toffri l-quddiesa u oħra biex tirringrazzja.

Miet fid-19 ta’ Awwissu 1680, meta kellu 79 sena. Il-Papa Piju XI iddikjarah qaddis fl-1925.

Riflessjoni: “Nistaqsikom ħuti: intom meta tiġu l-knisja xi tkunu tridu, xi tkunu tfittxu? Mhux ħniena? Mela uru l-ħniena tal-bnedmin, biex ikollkom il-ħniena ta’ Alla. Lilek jitlob il-fqir, u int titlob ’l Alla; il-fqir jitlob kisra ħobż, int il-ħajja ta’ dejjem. Agħti lit-tallab biex tirċievi mingħand Kristu dak li jistħoqqlok. Isma x’jgħid: Agħtu u jingħatalkom. Ma nafx b’liema wiċċ tippretendi li tieħu, meta m’intix lest li tagħti. Għalhekk meta tiġu l-knisja, agħtu kemm tistgħu karità lill-foqra.”

San Ċesarju ta’ Artes - isqof

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mill-1 punt

We must…, first love God with all our heart, that is, with all our affection, without reserving even the smallest part of it for any creature. We must desire wholeheartedly to love only God, who alone is lovable, because God alone is essentially good. To love anything other than God is to wrong him and to prefer something that is infinitely beneath him. If a creature has some goodness or lovableness in it, this is only an overflow from and a participation in the goodness that comes from God, a goodness that belongs uniquely to God and that God imparts to his creature. Besides, because God is infinitely good and the inexhaustible source of all created goodness, we are not allowed to give ourselves and to yield our heart completely to anything but God, because everything has been created for God. If we love anything in creatures, it ought to be loved in God, in whom we will find all that is lovable in creatures as in their source.

TALBA Ibqa’ miegħi Mulej,

ħalli nibda niddi, bħal ma tiddi int, u hekk inkun ta’ dawl għal ħaddieħor.

Dan id-dawl, O Ġesù, ikun kollu mingħandek.

Kun inti d-dawl minn ġo fija għal fuq l-oħrajn.

Agħti d-dawl, lilhom u lili. Agħmel li nipprietka bla ma nitkellem,

mhux bil-kliem imma bl-eżempju tiegħi. Ammen. Il-Beatu John Henry Newman - kardinal

Missierna ...

Page 41: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 41

Is-Sibt, 20 t’Awwissu San Bernard - abbati u duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 43: 1-7a Il-glorja tal-Mulej daħlet fis-santwarju. 2. Salm 84 :9-14 Is-sebħ tal-Mulej jgħammar f’artna. 3. Mattew 23: 1-12 Huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. SAN BERNARD TA’ CLAIRVAUX (1090-1153) Twieled fi Franza, qrib il-belt ta’ Dijon fl-1090. Ta’ 22 sena, daħal flimkien ma’

30 żagħżugħ ieħor maċ-Ċisterċensi fil-kunvent ta’ Citeaux (bil-Latin Cistercium, u għalhekk Ċisterċensi), 15-il sena biss wara l-bidu ta’ dan l-ordni, li filfatt huwa riforma Benedittina, imwaqqfa minn San Robertu ta’ Molesmes.

Wara tliet snin, fl-1115, bagħtuh fil-monasteru ta’ Clairvaux, fejn laħaq abbati. Il-qaddis tant kabbar l-ordni li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tagħha.

Waqqaf difatti, mhux inqas minn 68 monasteru, ipprietka l-Kruċjata, iddefenda bil-kitba u bil-predikazzjoni l-verità Kattolika kontra l-ereżiji u kien devot kbir tal-Madonna.

Kellu, fi Clairvaux, mhux inqas minn 700 patri, u mill-kunvent ħareġ Papa, il-Beatu Ewġenju III, bosta kardinali u isfqijiet, u mal-mewt ta’ San Bernard fl-1153, iċ-Ċisterċensi kellhom 339 kunvent. Dixxiplu ġenwin ta’ San Stiefnu Harding, kien is-surmast ta’ Pietro Peganelli, li minn kanonku tal-katidral ta’ Pisa daħal Ċisterċens bl-isem ta’ Bernard, abbati tat-Tre Fontane, u spiċċa Papa bl-isem ta’ Ewġenju III. Kien jagħti l-pariri lill-Papiet, isqfijiet, slaten u nies importanti oħra.

Ħalla kitba ta’ għerf u qdusija. Miet ta’ 63 sena fl-20 t’Awwissu 1153, fl-abbazija ta’ Clairvaux, assistit mill-patrijiet tiegħu, bħalma kien hu li fit-2 ta’ Novembru,1148, assista lil San Malakija, arċisqof ta’ Armagh fl-Irlanda. San Bernard ġie kkanonizzat mill-Papa Alessandru III fl-1174, u ddikjarat duttur tal-Knisja, “Doctor Mellifluus” (id-duttur tal-għasel) mill-Papa Piju VIII, fl-1830.

Fil-katidral ta’ Troyes, fi Franza, insibu fit-teżor, ir-relikwa insinji ta’ rasu, kif ukoll xi relikwi ta’ ħabibu, San Malakija. Ta’ min isemmi wkoll li ħutu Vitus (Guy), Ġerardu, Nivard u Umbelina huma wkoll beati.

Riflessjoni, xi siltiet mill-kitbiet ta’ San Bernard: “Ħaġa tal-għaġeb l-imħabba - jekk tagħraf kif tibda; jekk tara mnejn tiġi; jekk issib l-għajn li minnha toħroġ - biex minnha tieħu, ħa tfawwar bla heda. Fost is-sentimenti, il-ġibdiet u l-ħajriet kollha li jinsabu f’qalb il-bnedmin, l-imħabba biss tista’ twieġeb, għalkemm b’mod dgħajjef ħafna.”

Page 42: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

42 SIGNUM FIDEI

“Għalkemm il-ħlejjaq kollha jħobbu inqas milli jħobbu minn ħalaqhom, għaliex huma inqas minnu, b’danakollu jekk iħobbu bil-qawwa kollha tagħhom, xejn ma jonqoshom, għaliex fejn ma hemm xejn nieqes, hemm kollox. Mela min iħobb b’dan il-mod jintrabat tassew fl-imħabba, għaliex ħadd ma jista’ jħobb b’dan il-mod mingħajr ma jkun maħbub ... Min mhux se jifhem għalhekk li l-Verb hu l-ewwel li jħobb ir-ruħ u li jħobbha wisq aktar milli qatt tista’ tħobbu?” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 158, it-2 punt

This saint (St. Bernard) attained such great chastity and reached such a high degree of modesty and self-control by means of a complete mortification of his senses that after spending a year in the monastery of Citeaux, he did not know whether the dormitory ceiling was made of stone or of wood. Likewise, after walking along the shore of a lake all day long, he had not seen it. He was so mortified with regard to drink that he once drank oil, believing that he was drinking water, and he had accustomed himself to fasting and taking so little food that eating, as he says, had become a torture for him. That is how this saint learned to die to himself and to become a perfect religious, appearing no longer to have any use of his senses. When will you be entirely detached from the pleasure you find in using your senses? Detachment requires you to watch closely in order to be mortified in some way on every occasion. Be faithful to this practice.

TALBA Ftakar, ja l-iżjed ħanina verġni Marija,

li qatt ma nstema’, li xi ħadd intefa’ taħt il-patroċinju tiegħek,

talbek l-għajnuna jew fittex li inti tidħol għalih u inti ma smajtux.

Imqanqal minn dan il-ħsieb, jien għal għandek niġi ja verġni omm tiegħi, għal għandek niġi,

quddiemek noqgħod, nidneb u niedem, ja omm l-iben t’Alla, magħmul bniedem.

La tistmerrx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni. Ammen. Talba ta’ San Bernard

Missierna …

Nitolbu għal Bro. Charles Gatt (1992) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 43: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 43

Il-Ħadd, 21 t’Awwissu Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 66: 18-21 Iġibu lil ħutkom kollha minn kull ġens. 2. Salm 116 : 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju. 3. Lhud 12: 5-7,11-13 Il-Mulej iwiddeb lil min iħobb. 4. Luqa 13: 22-30 Jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, u joqogħdu għall- mejda fis-saltna ta’ Alla.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” Din kienet il-mistoqsija li kienet fuq fomm il-Kittieba u l-Fariżej għax dawn kienu jemmnu li biex issalva l-ewwel nett trid tkun Lhudi u t-tieni trid tosserva l-liġi ta’ Alla, dik il-liġi li Alla kien ta lill-poplu Lhudi. Iżda għal Ġesù dawn kienu l-kundizzjonijiet biex wieħed isalva? Kuntrarju ta’ dan it-twemmin, għal Ġesù, Alla “jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità” (1 Timotju 2; 4). Għal Alla, is-salvazzjoni ma tiddependix mir-razza u r-reliġjon.

Dawn l-argumenti għadna nisimgħuhom sal-lum speċjalment minn ċerti setet li jaħsbu li hemm xi numru determinat ta’ bnedmin minn qabel li ser isalvaw. Għalhekk Ġesù jwieġeb hekk: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx.”

Allura nistaqsu : X’inhu l-bieb id-dejjaq? Dan il-bieb huwa Ġesù stess, jiġifieri l-ħajja tiegħu ta’ impenn sħiħ għall-bini tas-saltna ta’ Alla. Għalhekk mhux biżżejjed li wieħed josserva l-liġi, it-tradizzjonijiet, ir-riti u t-talb; dawn ma jkunu jiswew xejn jekk ma jissarfux f’għemejjel tas-sewwa. Ġesù wriena dawn l-għemejjel meta stqarr fis-sinagoga ta’ Nazzaret fil-bidu tal-missjoni tiegħu: “bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl il-ġdid lill-għomja, irrodd ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej” (Luqa 4; 18-19) Dan kien il-programm ta’ Ġesù li ġabru fit-talba tal-Missierna bħala programm ta’ ħajja u impenn għall-insara li jridu jidħlu “mill-bieb id-dejjaq”.

Fl-aħħar nett Ġesù jkompli jgħid li mhux kull minn jaħseb li hu qrib il-Mulej jista’ jsalva; jista’ jkun ukoll li nies li qatt ma semgħu bih jew kienu membri tal-Knisja, jkollhom ix-xorti li “jitqiegħdu għall-mejda fis-saltna ta’ Alla.” Huwa l-għemil tas-sewwa biss li jista’ jsalvana.

Għalhekk nistaqsu: o Qed ngħixu l-fidi tagħna bl-iskossi? o X’inhu l-impenn tagħna ta’ kuljum biex nagħmlu s-sewwa, fid-dar, waqt

ix-xogħol, l-iskola, fit-triq jew mal-ħbieb?

Page 44: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

44 SIGNUM FIDEI

o Kif qed tgħix ta’ nisrani l-lum? Tħaddan it-tagħlim kollu jew tagħmel dak li jogħġob lilek biss?

Ftakar fi kliem Ġesù “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom”. (Luqa 6: 36) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 95; silta mill-1 punt

Such is the practice of the saints, which is to avoid conversation with people and to love conversing with God. Do you feel inclined to this practice? Your duty is to pray diligently and affectionately to draw down on you a great number of graces that you need in your state, both for your own sanctification and for the sanctification of others. Be assured that the more you devote yourself to prayer, the more you will also do well in your work. Because you are not able to do anything well for the salvation of souls, you must often turn to God to obtain what your profession obliges you to give to others. For God, says Saint James, is the Father of lights, and from God every perfect gift comes down. This includes everything that is given and is needed to procure our salvation. Earnestly beg of God this spirit of prayer

TALBA Mulej Alla,

inti li beriktni b’ħafna ġid u doni,

għinni nagħraf biex ma nżomm xejn għalija imma li npoġġi kollox għas-servizz

ta’ ħuti l-bnedmin kollha. Ammen.

Addattata minn ‘Doorway to Faith’

Missierna ...

It-Tnejn, 22 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija Reġina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Tessaloniki 1: 1-5,11,12 L-isem ta’ Sidna Ġesù Kristu jkun igglorifikat fikom, u intom fih. 2. Salm 95 : 1-5 Xandru fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu. 3. Mattew 23: 13-22 Ħażin għalikom, mexxejja għomja!

Page 45: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 45

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA REĠINA Wara l-festa tat-Tlugħ tal-Verġni Mqaddsa Marija fis-Sema, fil-15 ta’ Awwissu,

huwa xieraq li jiġi wkoll iċċelebrat il-post tagħha fost l-anġli u l-qaddisin bħala r-reġina tas-sema u tal-art.

Fil-11 ta’ Ottubru 1954, il-Papa Piju XII, bl-enċiklika tiegħu “Ad Coeli Regina”, waqqaf il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina, u ddikjara li għandha tiġi ċċelebrata mal-Knisja kollha, fil-31 ta’ Mejju, ta’ kull sena.

Il-festa twaqqfet b’tifkira tas-Sena Marjana li l-istess Papa kien nieda bl-enċiklika “Fulgens Corona”, fl-okkażjoni ta’ għeluq iċ-ċentinarju tad-definizzjoni tad-domma tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija.

Wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta’ Awwissu, nhar l-ottava tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-Sema, biex hekk tkun tidher aħjar ir-rabta bejn ir-regalità tal-Verġni Marija u t-tlugħ tagħha fis-sema.

Sa mill-ewwel sekli tal-Knisja, l-insara emmnu li l-Verġni Mqaddsa hija reġina. Hi ġabet fid-dinja iben li sa mill-mument tat-tnissil tiegħu, minħabba l-għaqda ipostatika tan-natura umana ma’ dik divina, ukoll bħala bniedem, kien sultan u Mulej ta’ kollox. Għalhekk kien tassew xieraq li l-Knisja twaqqaf din il-festa biex tqim lill-Verġni Marija bit-titolu ta’ ‘Reġina’.

Riflessjoni: Ejjew nersqu b’fiduċja lejn it-tron tal-Omm tal-Grazzja Divina, li ssaltan ma’ Kristu fil-leminija tiegħu għal dejjem, imlibbsa bix-xemx, bil-qamar taħt riġlejha u f’rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba, u b’qalbna kollha nsejħulha hienja u nitolbuha għas-salvazzjoni tagħna. Marija Verġni hija beata, hija qaddisa, hija ħanina, u f’kollox hija qawwija. Ftuħ il-Qalb San Ġorġ Preca Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151; silta mit-3 punt

Saint Bernard say that we ought to honor the Most Blessed Virgin with the tenderest of devotions because God placed the fullness of all good in her when he enclosed the divine Word in her womb. But what ought to encourage us most especially to cultivate such a devotion is the great good that we will receive from it. The same saint says, Let us have a great veneration and a most tender devotion to the Most Blessed Virgin, because it is through her that we receive the benefits that God wishes us to have. Entering into detail concerning these benefits, he explains as follows: The Holy Spirit distributes all his gifts, graces, and virtues to whomsoever he pleases, when he pleases, and in the manner and the amount he judges proper, through the ministry of the Most Blessed Virgin. Saint Anselm, to stir up our trust in her, adds that when someone invokes the name of the Mother of God, even if the one who has recourse to her does not deserve to be heard, the merits of this most holy Mother of God still suffice to win from God’s goodness whatever that person asks. Let us, then, have confidence, as Saint Bernard continues, that if we have true devotion for the Most Blessed Virgin, nothing we need for our salvation will be lacking.

Page 46: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

46 SIGNUM FIDEI

TALBA Regina Coeli

Sultana tas-Sema, ifraħ: Hallelujah. Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah. Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.

Itlob ’l Alla għalina: Hallelujah. Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.

Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah. Nitolbu: O Alla,

bil-qawmien mill-imwiet ta’ ibnek Ġesù Kristu sidna, għoġbok tferraħ id-dinja;

agħtina nitolbuk, li b’ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem,

bi Kristu Sidna, Ammen. Missierna ...

It-Tlieta, 23 t’Awwissu Santa Roża minn Lima - verġni San Bernard ta’ Offida - reliġjuż

Sant’Awsterju u ħutu San Klawdju u San Neon - aħwa martri, flimkien ma' Santa Donnina u Santa Teonilla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Tessalonikin 2: 1-3a,13-17 Żommu ruħkom wieqfa u sħaħ fit-tradizzjonijiet li intom tgħallimtu. 2. Salm 138 : 1-6 Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni. 3. Mattew 23: 23-26 Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l- oħrajn barra. SANT’AWSTERJU U ĦUTU SAN KLAWDJU U SAN NEON - aħwa martri, flimkien ma' Santa Donnina u Santa Teonilla († 360) Waqt li Kostantinu, wara l-mewt ta' missieru Kostanzu fil-belt ta' York, l-

Ingilterra (25 ta' Lulju, 306), kien daħal fil-pussess tal-artijiet ta' missieru u kien ġa ħareġ ordni favur l-insara, il-persekuzzjoni tagħhom kienet qiegħda tiħrax fil-Lvant, fl-artijiet tal-Maċedonja.

Page 47: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 47

Iċ-Ċiliċja kienet taħtu. Hawn, fil-belt ta' Eġea, it-tliet aħwa ġew mixlijin bħala nsara minn ħatnu (mart missierhom) quddiem il-maġistrat tal-belt bil-ħsieb li tiret ġidhom.

Żewġ nisa nsara ġew ukoll mitfugħin il-ħabs. Huwa u għaddej mill-belt, Lisja, il-Prokuratur taċ-Ċiliċja, sejħilhom quddiemu.

Wara li pprova jġegħelhom iċedu b'ħafna żegħil u wegħdiet, u li huma, wieħed wara l-ieħor baqgħu jistqarru bil-qlubija kollha l-fidi, u wara li kellhom isofru bosta għamliet ta' torturi ħorox, fl-aħħar Lisja ordna li "t-tliet aħwa jeħduhom barra mill-belt taħt l-għassa ta' Ewtalju l-kalzrier u ta' Arkelaw il-bojja, biex hemm jiġu msallbin sabiex l-għasafar tal-arja jiklulhom ġisimhom.”

Wara dan, ġabu ż-żewġ nisa quddiem Lisju. Meta Donnina ma riditx tissagrifika, Lisja ordna li jneżżgħuha u jagħtuha bil-frosta fuq ġisimha kollu. "Donnina mejta", qallu l-bojja. Kellha qalbha hekk delikata li malli semgħet is-sentenza, mietet bil-mistħija. "Itfgħu l-katavru fix-xmara", ordna Lisja, "u ġibuli ’l-oħra". Teonilla kellha ssofri swat u torturi oħra, sakemm fl-aħħar qaxxrulha rasha, biċċruha, poġġewlha ġamar jaħraq fuq l-istonku tagħha u ħallewha tmut bil-mod.

Meta mietet, poġġew ġisimha ġo xkora u għarrquh ġol-ilma biex l-insara ma jkunux jistgħu jsibu r-relikwji.

Riflessjoni: Il-bniedem mogħni bil-karità huwa l-aħjar xbieha li hawn fid-dinja t’Alla l-Imbierek. In-nies ta’ madwaru, meta hu jkun ħdejhom, donnhom iħossu li hemm Alla stess. L-imħabba t’Alla tfur minn ġor-ruħ tiegħu, u tmiss il-qlub ta’ dawk li jkunu ħdejh. Li tkun mogħni bil-karità jfisser li tkun qaddis. Hawn għandi t-tweġiba għall-ħolm kollu li kelli, li nirnexxi fil-ħajja. Ħajti tista’ ssir suċċess etern. Jekk għandi l-karità u miniex moħħni fija biss, nista’ nersaq aktar qrib lejn Alla u nista’ nressaq lil ħaddieħor lejh. Nista’ nirbaħ il-glorja li ngħin lill-oħrajn jirbħu l-ġenna. Hija l-karità li tista’ tmexxini biex naħdem l-iżjed, kemm għal Alla, kif ukoll għal għajri u għalija nnifsi. Ħobżna ta’ Kuljum: Pub. Liberija Preca Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 39, silta mit-2 punt

Jesus Christ asks of his Eternal Father for his holy Apostles is that he sanctify them in truth; in other words, he does not want them to be holy with a merely external justice, like that required under the Old Law. He wants their hearts to be purified and sanctified by grace and by a sharing in the divine holiness which is in Jesus Christ… Because in your state of life you are called to procure the sanctification of your students, you ought to be holy in no ordinary degree, for you must communicate this holiness to them, both by your good example and by the words of salvation that you must address to them every day. Interior application to prayer, love for your exercises, fidelity in performing them well and in carrying out all the other community practices will especially help you to acquire this holiness and the

Page 48: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

48 SIGNUM FIDEI

perfection that God wishes you to have. eg God for it daily with great earnestness. Have this so much at heart that you never cease praying for it until you have obtained it.

TALBA lil S.Roża ta’ Lima

(bħal-lum tiġi ċċelebrata l-festa tagħha) O Alla Missier tagħna,

għall-imħabba tiegħek Santa Roża iċċaħdet minn kollox biex tat ħajjitha għall-penitenza. Bil-għajnuna tat-talb tagħha, agħmel li aħna nimitaw

il-ħajja mortifikata li għexet f’din id-dinja, u agħmel li nirbħu l-barka tagħha mill-ġenna.

Dan nitolbuh b’Ġesù Kristu sidna, li jgħix u jsaltan flimkien miegħek u mal-Ispirtu Santu,

Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Missierna ...

L-Erbgħa, 24 t’Awwissu San Bartilmew - appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 21, 9b-14 Fil-pedamenti hemm it-tnax-il isem tat-tnax-il appostlu

tal-Ħaruf. 2. Salm 144, 10-13.17-18 Ħbiebek ixandru l-ġmiel ta’ saltnatek. 3. Ġwanni 1, 45-51 Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih. SAN BARTILMEW APPOSTLU (l-1 seklu) Bartolmew ifisser iben Tolmew. Wara li Ġesù għamel lejl sħiħ jitlob fuq

l-għoljiet ta’ Kafarnahum, hu għażel it-tnax-il appostlu tiegħu, fosthom lil Bartolmew li dejjem jissemma ma’ Filippu.

San Ġwann fl-evanġelju tiegħu ma jsemmih qatt lil dan l-appostlu, imma jsemmi ċertu Natanael li l-Appostlu Filippu introduċa lil Ġesù u li dwaru Ġesù qal: “ara wieħed Israeli tabilħaqq li ma għandux qerq”.

Page 49: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 49

Sa mis-seklu disgħa Bartilmew huwa komunement identifikat ma’ dan Natanael. Iżda xejn ma nafu b’ċertezza fuqu. Jaħsbu li kien minn Kana tal-Galilea.

Rakkonti tardivi jgħidu li pprietka l-fidi nisranija fl-Għarabja Felix, fl-Asja Minuri, l-Armenja, il-Persja u l-Indja. Jingħad ukoll li huwa sofra l-martirju billi ġie mqaxxar ħaj fl-Armenja.

Ir-relikwji tal-qaddis jinsabu fil-Knisja ddedikata lilu fuq gżira żgħira f’Ruma fix-xmara Tevere.

Hu msejjaħ kontra l-mard tal-ġilda. F’Malta, il-parroċċa tal-Għargħur hi ddedikata lil dan l-appostlu.

Riflessjoni: “Bħal Kristu nnifsu, l-appostli bla heda kienu mitfugħin jagħtu xhieda tal-verità t’Alla. Huma wrew qawwa speċjali li jitkellmu ‘l-kelma ta’ Alla bil-kuraġġ kollu’ (Atti 4: 31) quddiem il-popli u l-ħakkiema tagħhom. B’fidi soda stqarru li l-Vanġelu hu tassew il-qawwa t’Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk li jemmnu ... Huma mxew fuq l-eżempju tal-ħniena u r-rispett ta’ Kristu.”

Addattat minn ‘Declaration on Religious Freedom, 11’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 159, sita mill-1 punt

Saint Bartholomew had the honor of being one of the Apostles chosen by Jesus Christ. To fill himself entirely with the Gospel truths, he always carried the Gospel of Saint Matthew with him on his journeys. This was the treasure in which he placed all his confidence for securing the salvation of the souls whom he converted in great numbers. It is true that he had the abundant grace of the apostolate and that this was what worked in him and drew souls to God. Because he was humble, he attributed the results of his preaching to the living and effective word of God, which he drew from Saint Matthew’s Gospel, much more than to anything he could say. He knew that this divine word alone is able to make the division between the flesh and the spirit that is so necessary to bring about the entire conversion of a soul. How fortunate you are to carry the holy Gospel with you at all times, for in it are found all the treasures of the knowledge and the wisdom of Jesus Christ.

TALBA Mulej Ġesù,

iftaħli għajnejja biex inkun nista’ nagħarfek

waqt li tkun qed timxi maġenbi, takkumpanjani fil-ħajja

matul il-mixja tiegħi ta’ kuljum. Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson Missierna ...

Page 50: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

50 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 25 t’Awwissu Jum il-Vokazzjonijiet għall-Istitut Lasaljan

San Ludoviku - re ta’ Franza San Ġużepp Calasanz - presbiteru

Il-Beata Marija Baouardy ta’ Ġesù Msallab - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.1Korintin 1: 1-9 Fi Kristu intom stagħnejtu f’kollox. 2. Salm 89: 3,4,12-14 ,17 Imbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem, Mulej. 3.Mattew 24: 42-51 Kunu lesti. SAN LUDOVIKU (1215-1270) Re ta’ Franza - Protettur tat-Terz’Ordni Franġiskana

Fil-persuna tiegħu kienu miġburin il-kwalitajiet meħtieġa għal sultan kbir, għal eroj ta’ rumanz u għal qaddis. Skop wieħed biss kellu f’moħħu: il-glorja t’Alla u l-ġid tal-poplu. Għad li ż-żewġ kruċjati, li ħa sehem fihom fallew, għandu post fost l-akbar prinċpijiet.

Ir-Reġina Bjanka, ommu, bint Alfonzu ta’ Kastilja u Eleonor tal-Ingilterra, biex tnissillu f’qalbu l-biża’ tad-dnub, kienet sikwit ittennilu: “Ibni rrid aktar narak mejjet, milli mtabba’ bid-dnub u ’l bogħod mill-grazzja t’Alla.” Dan il-kliem baqa’ hekk skolpit f’qalbu, li baqa’ jiftakru sa mewtu.

Ta’ 19-il sena żżewweġ ’l Margerita, bint Berengarju, konti tal-Provenza (1234). Kellhom ħames subien u sitt ibniet, u minnhom tnisslu s-slaten ta’ Franza.

Sentejn wara (1236) ħa r-riedni tas-saltna f’idejh; iżda baqa’ dejjem jirrispetta ’l ommu u jieħu l-parir tagħha f’kollox. Wara mewt ommu ssokta fil-passi tagħha: ifittex f’saltnatu t-trijonf tal-ħaqq u tal-qdusija.

Kien aħrax kontra d-dgħajja, keċċa s-saltimbanki u l-buffuni mill-qorti, ipprojbixxa l-użura u d-dwell u saltan ta’ qaddis.

Kien ħanin anki mal-irbelli, u qatt ma fittex, la vendetti, la ambizzjonijiet u lanqas konkwisti. L-għaxqa tiegħu kienet il-konverżazzjoni ma’ reliġjużi u saċerdoti tajbin u sikwit kien jistedinhom il-qorti.

Fil-1248, libes is-salib u telaq bħala mexxej ta’ kruċjata kontra l-Eġittu. Fiha s-Saraċini qabduh priġunier f’April tal-1250.

Sofra ħafna bil-paċenzja erojka ta’ qaddis, u ta’ kuljum kien jgħid l-uffizzju ma’ żewġ kappillani. Meta ġie meħlus telaq bl-eżerċitu lejn il-Palestina. Baqa’ sal-1254, iżur l-imkejjen sagri u jfarraġ l-insara ta’ hemm.

Meta waslitlu l-aħbar li ommu r-reġina reġġenti mietet, kellu jmur lura Franza, fejn baqa’ jġib is-salib fuq sidru, dejjem lest biex jerġa’ jmur il-Palestina. Għen bi flus u bil-pariri lill-ħabibu, Maitre Robert de Sorbon, biex jiftaħ il-fakultà tat-Teoloġija, il-magħrufa Sorbonne, fl-Università ta’ Pariġi (1257).

Page 51: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 51

Fetaħ ukoll sptar għall-għomja. Għen kemm seta’ ’l-fqar, u kien iservihom hu nnifsu fil-palazz.

Fl-1267, ħabbar kruċjata oħra, u wara li ħalla bħala reġġenti l-abbati ta’ San Denis u Simon minn Clermont, telaq ma’ tlieta minn uliedu għal Tuneż f’Lulju tal-1270. Hawn id-deżenterija għamlet straġi fl-eżerċitu: il-fustani miet, u r-re u l-kbir tiegħu waqgħu vittmi wkoll.

Meta Ludoviku ħass li l-mewt waslet, talab għall-konverżjoni tal-infidili u għar-ritorn tal-armata pajjiżha. Fl-24 ta’ Awwissu rċieva s-Sagramenti, u miet l-għada jitlob: “Mulej, f’idejk jien nerħi ruħi”.

Il-Papa Bonifaċju VIII kkanonizzah fl-1297. Għadmu u qalbu ħaduhom lura Pariġi, iżda xxerdu u ntilfu fir-Rivoluzzjoni.

Riflessjoni: Ħuti, il-wiċċ ta’ Alla huwa wieħed ta’ ħniena, li dejjem għandu l-paċenzja. Ħsibtu intom dwar il-paċenzja li għandu Alla? Il-paċenzja li huwa jieħu b’kull wieħed minna. U din hija l-ħniena tiegħu. Dejjem jieħu paċenzja. Jifhimna. Jistenniena. Jekk nagħrfu nduru lura lejh b’qalb niedma, huwa ma jgħejjiex jaħfrilna. Jgħidilna s-Salm, “Il-ħniena tal-Mulej hija kbira”. Il-Papa Franġisku Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 205, silta mill-1 punt

Jesus Christ, having been appointed by God to be your judge, will say to you, as the owner said to his manager, Give me an account of your administration. He will then look into the very depths of your heart to examine whether you have been faithful managers of the wealth he has entrusted to you and the talents he has given you to work in his service. The good or the bad use you have made of these gifts will then become clear, for the Lord, who judges you, will unveil what is most hidden and most secret in the depths of your heart. If you want to prevent the account that you must give from becoming heavier with the passage of time, make one every day to yourself. Examine before God how you are conducting your work and whether you are failing in any of your duties.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET O Alla, Int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ;

qajjem fil-knisja tiegħek Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ,

sew bħala bnedmin u sew bħala nsara. B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 52: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

52 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 26 t’Awwissu Santa Tereża ta’ Ġesù fin-Nifda tal-Qalb

San Liberal u San Bonifazju Santa Ġovanna Eliżabetta Bichier de Ages - Fundatriċi

Il-Beatu Ġakbu Retomet – presbiteru u martri Il-Beatu Żeferinu – Papa u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Korintin 1: 17-25 Aħna nxandru ’l Kristu msallab, skandlu u bluha għall- bnedmin; iżda għal dawk li huma msejħin, Kristu huwa l-qawwa ta’ Alla u l-għerf ta’ Alla. 2. Salm 32: 1-2.4-5.10 -11 Bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. 3. Mattew 25: 1-13 Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh! SANTA TEREŻA TA’ ĠESÙ FIN-NIFDA TAL-QALB (1843-1897) – Jornet e Ibars Din il-qaddisa twieldet f’Aytona, fil-Katalonja (Spanja). Bħala tifla żgħira kienet iġġib nies foqra lejn id-dar raħlija tagħhom u l-ġenituri

tagħha kienu jitimgħuhom. Hija laħqet għalliema iżda malajr ħasset ġibda għall-ħajja reliġjuża. Ċerti ċirkustanzi u marda temporanja tal-ġilda impedewha li tidħol fil-kunventi

li għażlet, għalhekk reġgħet bdiet tgħallem. Iżda fl-1873, meta kellha 30 sena, Fr. Saturninus Lopez Novoa għamilha ċ-

ċentru ta’ komunità li kellu ħsieb iwaqqaf, li kellha ddur b’nies xjuħ abbandunati.

Hija l-fundatriċi tas-Sorijiet Ċkejknin tal-Anzjani Abbandunati li hi waqqfet f’Barbastro fi Spanja.

Għaxar nisa ħadu l-abitu fl-istess żmien. Illum jgħoddu ’l fuq minn 3000 u għandhom 214 djar għax-xjuħ f’diversi pajjiżi, bid-dar ċentrali tagħhom f’Valencia.

Mietet ta’ 54 sena f’Liria, fis-26 t’Awwissu 1897. Riflessjoni: Fl-eternità mhux se tkun mistoqsi kemm ħallejt ġid materjali warajk – dak se jistaqsuh il-werrieta tiegħek. Mhux ser jistaqsuk kemm battalji rbaħt, kemm kont bravu, x’poter kellek fuq l-oħrajn – dak isir il-fama tiegħek ta’ wara ħajtek. Le, l-eternità mhix se tistaqsik x’rikkezzi materjali ħallejt warajk fid-dinja. Imma tistaqsik x’teżori ġbart fis-sema, kemm-il darba rbaħt it-taqbida fuq it-temperament tiegħek – kemm kellek kontroll fuqek innifsek, jew inkella kontx ilsir tiegħek stess.

Soren Kierkegaard (1813-1855)

Page 53: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 53

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 208, silta mill-1 punt

The work of each one, that is, of those who have labored on the building of the Church, says the Apostle, will be made known on the day of the Lord, because fire will be the test of the work of each one (especially those who have instructed children and formed them to piety). Those who have formed them in the Christian spirit and those who have procured for them a solid piety will be seen. Such teachers will easily be distinguished from others who will not have trained their disciples in any good practice and will have been negligent in guiding them. The one whose work will survive, says the Apostle, that is, the one whose disciples will have acquired a strong piety through the teacher’s effort and concern, will be rewarded in proportion to his work.

TALBA Mulej int l-imgħallem li tikkontrolla ż-żmien.

Int is-sid taż-żmien. Nitolbok li jien inkun dejjem

lest li nagħtik iż-żmien li tagħtini. Mulej, għinni biex kuljum

insib żmien biex niltaqa’ miegħek, żmien biex nisma’ lill-oħrajn,

żmien biex nammira l-għeġubijiet tiegħek u nadurak. Int Mulej, sidi, li tajtni ż-żmien.

Jien nagħtik is-sigħat kollha ta’ din il-ġurnata tal-jiem kollha ta’ ħajti,

sal-aħħar mument li ħajti tintemm. Bro. Louis

Missierna ...

Is-Sibt, 27 t’Awwissu Santa Monika - armla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Korintin 1: 26-31 Alla għażel id-dgħajfa tad-dinja. 2. Salm 32:12,13,18-21 Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu. 3. Mattew 25 : 14-30 Int kont fidil fil-ftit: idħol fl-hena ta’ sidek.

Page 54: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

54 SIGNUM FIDEI

SANTA MONIKA (333-387) - armla Monika hija mudell ta’ omm nisranija, ta’ mara miżżewġa u ta’ armla. Binha

Santu Wistin, jagħtina tagħrif mill-isbaħ fuqha fid-9 ktieb tal-konfessjonijiet tiegħu.

Hija twieldet f’familja nisranija f’Tagaste, fl-Afrika ta’ Fuq lejn is-sena 331. Żewġuha lil Patrizju, bniedem pagan ta’ ħajja laxka u li jitlagħlu malajr, imma li bil-ħlewwa u s-sabar tagħha, Monika rnexxielha ddawru kif ukoll lil ommu għall-fidi nisranija fit-370. Patrizju rċieva l-magħmudija ftit qabel ma miet.

Hi kellha tliet ulied: Augustinus Aurelius (S. Wistin), Naviġju u Perpetwa. Monika romlot fit-371 (ta’ madwar 40 sena) u għal ħafna snin talbet għal konverżjoni ta’ binha Wistin, li minn meta ta’ 17-il sena mar jistudja Kartaġni, beda jgħix ħajja vizzjuża, ingħaqad mal-Manikej, u anki kien jgħix ma’ mara li minnha kellu tarbija.

Darba hija talbet lill-isqof biex ikellmu iżda l-isqof induna li Wistin kien għadu mhux imħejji biex jisma’. Monika kompliet tinsisti u nfexxet tibki u l-isqof qalilha: “Ma jistax ikun li iben ta’ tant dmugħ jintilef.” Hija kompliet titlob għall-konverżjoni tiegħu.

F’Kartaġni meta Monika kienet qed titlob f’kappella, Wistin żgiċċa u baħħar lejn Ruma (383). Hija marret warajh sa Milan fejn sabet lil S. Ambroġ bħal anġlu t’Alla mibgħut biex jgħin lil binha.

Fit-386 hija kellha l-faraġ li tara lil binha Wistin iħaddan ir-reliġjon nisranija u f’Sibt il-Għid tat-387 jirċievi l-magħmudija u jiddisprezza l-hena tad-dinja.

Sakemm Wistin kien qed jitħejja għall-magħmudija, Monika kienet tgħix ma’ binha Wistin u ibnu Adeodatu u sħabu f’Cassiciacum, fejn marru jagħmlu speċi ta’ rtir.

Hija mietet f’Ostia fejn flimkien ma’ Wistin kienet qed tistenna ġifen biex tmur lura fl-Afrika. Qabel mietet hija talbet lil Wistin biex jiftakar fiha fuq l-altar tal-Mulej kull fejn ikun.

Sal-1969 il-festa tagħha kienet issir fl-4 ta’ Mejju, lejlet il-festa tal-konverżjoni ta’ S. Wistin; fir-riforma tal-Kalendarju Universali t-tifkira tagħha bdiet issir lejlet il-festa ta’ binha Santu Wistin.

Monika hija l-patruna tan-nisa miżżewġa u mudell għall-ommijiet insara. Riflessjoni, Santu Wistin wara l-mewt ta’ ommu kiteb hekk: Int taf Mulej x’omm jien tlift fiha. Ebda omm oħra ma qatt bkiet fuq qabar binha waħdieni, daqs kemm hi bkiet fuq il-qabar ta’ ruħi. Nista’ nkun hekk ingrat li ninsa omm bħal din?

Mill-istorja tal-Istitut Lasalljan f’Malta Fis-27 ta’ Awwissu, tal-1903 tliet Brothers waslu Malta biex jiftħu skola. Din kienet dar kbira, fi Triq Strada Buongiorno, Cospicua. Din l-iskola nfetħet fit-3 ta’ Novembru u semmewha ‘Il-Kulleġġ De La Salle’.

Page 55: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 55

Le, ommi l-għażiża, jiena niftakar dejjem fl-imħabba tiegħek kollha ħeġġa għalija. Niftakar fl-inkwiet tiegħek fuqi u fis-sufferenzi ta’ qalbek minħabba fija. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 122, l-1 punt

In her youth Saint Monica had a special attraction to prayer, and her greatest pleasure was to spend days and nights in prayer, avoiding the company of those who might turn her attention away from God. Having learned some prayers from her mother, she never gave up reciting them. What a blessing it is to be brought up in piety from our youth! This makes it easier to preserve that spirit throughout life. Saint Monica had this advantage, and it contributed a great deal to the conversion of her husband and of her son. Do you take care to educate the children confided to you in a Christian spirit? Do you try, above all else, to inspire them with recollection in their prayers and with love for this holy practice? You, on your part, ought to pray much for them to obtain for them from God the gift of piety, something God alone can give them.

TALBA

ta’ Santu Wistin wara l-mewt ta’ ommu Monika Alla tiegħi u ħniena tiegħi,

inti tajtni don kbir ieħor bis-saħħa ta’ dik il-qaddejja tajba tiegħek

li ħlaqtni fil-ġuf tagħha. Bil-ħeġġa ta’ mħabbitha refgħetni ’l fuq

lejn dak li hu fih nnifsu, ġid li ma jintemmx, ikel tal-verità.

O Alla tiegħi li ħlaqtna liema xebh jista’ jkun hemm

bejn ir-rispett li jien urejt lilha u l-qadi li bih qdiet lili? Aħfrilha Mulej, aħfrilha u tressaqhiex għall-ħaqq.

Int li kliemek hu sewwa wegħedt il-ħniena lil dawk li jħennu. Jiena nemmen li int ġa għamilt dak li qed nitolbok.

Missierna ...

Page 56: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

56 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 28 t’Awwissu It-22 Ħadd ta’ Matul is-Sena

Santu Wistin missierna - isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Bin Sirak 3: 17-20,28,29 Iċċekken u ssib grazzja quddiem il-Mulej. 2. Salm 67 : 4-7,10,11 O Alla, int ħejjejt dar għall-fqajjar. 3. Lhud 12: 18,19, 22-24 Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon, u lejn il- belt ta’ Alla l-ħaj. 4. Luqa 14: 1,7-14 Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar. SANTU WISTIN (354-430) - isqof ta’ Ippona (Ippona fl-Afrika ta’ fuq fl-Alġerija) Missieru Patrizju kien uffiċjal ruman pagan, ommu Monika, kienet nisranija.

Wistin twieled Tagaste fit-13 ta’ Novembru, 354. Wara l-mewt ta’ missieru fis-sena 371, mar jgħix ma’ xebba u kellhom lil Adeodatus.

Agostino għallem ir-Retorika Tagaste, Kartaġni, Ruma u Milan fejn Sant’Ambroġġ għenu fil-konverżjoni, u għammdu fl-Għid tas-sena 387.

Kien preżenti għall-mewt ta’ ommu f’Ostja u wara rritorna l-Afrika, fejn sar qassis fis-sena 391 u isqof erba’ snin wara.

Tul il-35 sena tal-episkopat tiegħu, bil-kitba u l-predikazzjoni ddefenda l-verità Kattolika, kontra l-ereżiji tal-Manikej, id-Donatisti, il-Prixxiljanisti u l-Pelagjani. Hu l-ikbar duttur tal-Knisja, il-veru prodiġju, miraklu ta’ għerf, qdusija u grazzja. Il-konverżjoni tiegħu wara li qara l-ittri ta’ San Pawl, kienet miraklu mill-ikbar tal-grazzja.

Kien il-ħabib mhux biss ta’ Sant’Ambroġġ, imma wkoll ta’ isqfijiet qaddisin oħra: Sant’Alipju, San Simpliċijan u San Possodju.

Agostino miet Ippona meta kienet assedjata minn Genseriku fit-28 t’ Awwissu 430 ta’ 76 sena.

Il-fdal tiegħu, midfun għall-ewwel Ippona, ittieħed wara f’Sardinja u llum jinsab meqjum ġo monument insinji fil-Knisja ta’ San Pietri ‘In Ciel d’Oro’ fil-belt ta’ Pavia, tal-Patrijiet Agostinjani.

Ġewwa Bona mbagħad, l-Agostinjani Maltin għandhom il-bażilika tiegħu li tħares ukoll relikwija insinji tiegħu.

Ta’ min isemmi fost il-ħafna kitbiet tiegħu: il-Ktieb tal-Istqarrijiet u il-Belt ta’ Alla.

Ta’ min jgħid ukoll li l-hekk imsejħa Regola ta’ Santu Wistin (ittra tiegħu lis-soriijiet) josservawha mhux biss l-Agostinjani imma wkoll ordnijiet oħra,

Page 57: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 57

fosthom id-Dumnikani, it-Trinitarji, is-Servi ta’ Marija u diversi kongregazzjoniet religużi.

Bla dubju ta’ xejn Agostino jibqa’ ġgant kolossali ta’ għerf u ta’ qdusija. Riflessjoni: “Meta bagħat lil ibnu fid-dinja, Alla hekk għażel l-aħħar post, li ħadd ma jista’ jeħodhulu” (il-Beatu Karlu de Foucauld). Minn jimxi wara Ġesù ma jistax jagħżel li jkun fuq quddiem, setgħa, ġid, lussu u unuri. F’dinja mibnija fuq il-kompetizzjoni, fuq il-popolarità tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika u fuq l-unanimità falza tal-media, id-dixxipli ta’ Ġesù – kemm individwalment u kemm bħala Knisja – iridu jfittxu l-ħajja moħbija, imsieħba mal-qadi umli u sieket, lin-nies li dejjem jibqgħu barra fis-soċjetà. L-insara u l-komunità nisranija huma msejħin biex jagħtu leħen lil dawk li m’għandhomx leħen u jxandru biss lil Kristu u lil Kristu Msallab.

Naqdfu fil-Fond, mixja ta’ fidi mal-Evanġelji tal-Ħadd

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, fl-Ittra Appostolika tiegħu Nuovo Millennio Ineunte, jikteb hekk: “Jeħtieġ niftakru li ħadd m’għandu jitħalla barra mill-imħabba tagħna għax l-iben t’Alla, meta sar bniedem, ingħaqad b’xi mod ma’ kull bniedem”. Imma kif ifakkarna tajjeb il-kliem ċar tal-Evanġelju, Kristu huwa preżenti b’mod speċjali fil-foqra u dan jitlob li l-Knisja tagħmel għażla preferenzjali għalihom. Din l-għażla hija xhieda tal-imħabba t’Alla u tal-providenza u tal-ħniena tiegħu. B’xi mod l-istorja tal-bniedem għadha mimlija biż-żerriegħa tas-Saltna t’Alla, li Kristu nnifsu żera’, meta f’din id-dinja, kull meta kien iwieġeb lil dawk li kienu jiġu għandu bil-ħtiġiet tagħhom, kemm spiritwali u kif ukoll materjali.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 161, it-3 punt Having become bishop of Hippo, Saint Augustine devoted himself with all possible zeal to the guidance of his diocese, but God did not restrict his zeal to so limited a field. Because God had given his spirit a generosity at least equal to the depth of his knowledge, God made him useful to the whole Church. Saint Augustine was consulted by Popes and Councils and by nearly everyone in the world, even by several unbelievers to whose conversion he contributed a great deal. From all sides, people came to him to ask for clerics formed under his guidance to become pastors of the Church. Yet, so holy a manner of life was strongly opposed and condemned by the heretics, who considered him as their greatest enemy, the one among the Doctors of the Church whom they feared the most. They said everything they could against him to ruin his reputation, but because it was founded on the solid base of piety and humility, they were never able to do him any harm. He showed, in fact, extraordinary humility in leaving an account of his sins to posterity.

Page 58: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

58 SIGNUM FIDEI

TALBA Lilek biss inħobb Mulej, warajk biss irrid nimxi.

Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi. Nitolbok Mulej,

ikkmandani dak li trid, irrid naqdik bil-ferħ kollu ta’ qalbi. Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba,

qiegħda ssejjaħli lejk. Agħmel Mulej li nkun kapaċi nisma’ dak li tixtieq minni.

Għinni ngħix dak li tikkmandani, u kkmandani dak li trid .

Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistrieħux. Fik biss jinsabu l-hena u l-mistrieħ tagħna.

Int għamiltna għalik, O Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet,

jekk ma tistrieħx FIK. Santu Wistin

Missierna ...

It-Tnejn, 29 t’Awwissu Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 1: 17-19 Għidilhom kullma ordnajtlek; la tibżax minnhom. 2. Salm 70: 1-6.15.17 Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek. 3. Mark 6: 17-29 Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt. IL-MARTIRJU TA’ ĠWANNI L-BATTISTA San Ġwann twieled f’Ain-Karin, ħdejn Ġerusalemm. Missieru kien Żakkarija,

qassis f’Ġerusalemm. Ommu kienet Eliżabetta, kuġina tal-Verġni Marija. Sakemm kellu madwar 30 sena għex bħala eremita fid-deżert tal-Ġudea.

Imbagħad ħareġ jipprietka matul ix-xtut tal-Ġordan u jtenni: “Indmu għax is-saltna tas-sema hi fil-qrib.”

Ħafna nies kienu jmorru jisimgħuh, li wara, uħud minnhom saru dixxipli ta’ Ġesù. Kellu l-unur kbir li jgħammed lil Ġesù, u jurih lin-nies bħala l-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Page 59: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 59

Ġwanni kien ikkundanna ż-żwieġ ta’ Erodi Antipa ma’ Erodja li kienet il-mara ta’ ħuh. Fuq hekk Erodi arrestah u tefgħu l-ħabs. Iżda Erodja ma kinitx kuntenta b’hekk. Kienet tfittex li toqtlu.

Ġietha x-xoqqa f’moxtha meta Erodi, f’jum għeluq sninu għamel ikla li għaliha stieden lill-kbarat tal-pajjiż, u bint Erodja, Salome, tant għoġbitu biż-żifna li għamlet quddiemu li ħalfilha li kien lest jagħtiha kull ma titolbu, imqar nofs is-saltna.

Imġiegħla minn ommha, it-tfajla qaltlu: “Nitolbok tagħtini issa stess hawn fuq platt, ras Ġwanni l-Battista.”

Erodi sewwed qalbu għal din it-talba, iżda biex ma jiksirx kelmtu quddiem il-mistednin, bagħat suldat biex iwettaq dak li xtaqet it-tfajla.

Il-mewt ta’ San Ġwann ġrat madwar sena qabel dik tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu. (Ara Mt. 14:3-12; Mk. 6:17-29; Lq. 3:1-20, 9:7-9)

L-istoriku Ġużeppi Flavju jgħid fuqu: “Kien bniedem mogħni bil-virtujiet kollha, li wissa ’l-Lhud biex jipprattikaw il-ħaqq lejn il-bnedmin u t-tjubija ta’ qalb lejn Alla; u wkoll biex jitgħammdu, iwissihom li huma jsiru jogħġbu ’l Alla jekk iħallu dnubiethom u mat-tindif ta’ ġisimhom iżidu s-safa’ tar-ruħ.” Jgħid ukoll li Erodi Antipa, Tetrarka tal-Galilija, qaflu fil-fortizza ta’ Makerus, fuq il-muntanji l-Lvant mill-Baħar Mejjet, fejn ġrat it-traġedja għal wiċċ ballerina.

Riflessjoni: Is-sejħa missjunarja tasal għandkom ukoll għal raġuni oħra, u dan għax hi meħtieġa għall-mixja personali tagħna fil-fidi. Il-Beatu Ġwanni Pawlu II kiteb li “l-fidi tissaħħaħ meta tingħata lil oħrajn!” (Redemptoris Missio, 2). Meta intom ixxandru l-Vanġelu, intom stess tikbru għax tkunu tniżżlu iktar għeruqkom fi Kristu u timmaturaw bħala nsara. L-impenn missjunarju hu dimensjoni essenzjali tal-fidi. Ma nistgħux nemmnu tassew jekk ma nevanġelizzawx. Ix-xandir tal-Vanġelu jista’ jkun biss ir-riżultat ta’ dak il-ferħ li jiġi mil-laqgħa tagħna ma’ Kristu u meta nsibu fih il-blata li fuqha ħajjitna tista’ tinbena. Meta intom tħabirku biex tgħinu lill-oħrajn u xxandrulhom il-Vanġelu, imbagħad ħajjitkom stess, spiss maqsuma f’ħafna biċċiet minħabba l-għadd ta’ attivitajiet tagħkom, issib l-għaqda tagħha fil-Mulej. Tkun tibnu wkoll lilkom infuskom, u hekk tikbru u timmaturaw bħala bnedmin.

Il-Papa Emeritu Benedittu XVI, silta mill-messaġġ tiegħu f’Jum Dinji taż-Żgħażagħ, 2013

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 162, it-2 punt Saint John, strengthened by the grace he had received from Jesus Christ while still in the womb of his holy mother, seems to have lived for no other purpose than to destroy sin. From his childhood he took all possible precaution not to fall into sin. While still very young, as the Church sings in his honor, he withdrew to the desert to put himself in a state not to commit the least sin. It was, no doubt, for the same reason that he was clothed, as the Gospel tells us, in a garment made of camel’s skin, wore a leather belt about his waist, and ate only locusts and wild honey. This is a great way to destroy sin in ourselves, living a poor and penitent life and avoiding all contact with people as this saint did during all the time he lived. What a

Page 60: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

60 SIGNUM FIDEI

grace it was and what an advantage for this saint to have always lived in innocence! This is what made Jesus Christ say of him, that among all people there was none greater than John the Baptist.

TALBA O Alla,

inti ridt lil San Ġwann Battista biex iħejji ’l-poplu għal Kristu.

Imla l-poplu li għandu l-grazzja tiegħek bil-ferħ, u ressaq il-ħsibijiet tal-fidili kollha

fit-triq tal-paċi u s-salvazzjoni. Agħmel li bħal ma’ San Ġwann sofra l-martirju

għall-verità u l-ġustizzja, hekk ukoll aħna bil-qawwa kollha

nixhdu l-fidi fik u agħmel li oħrajn jimxu fit-triq

tal-verità u tal-ħajja eterna, Ammen.

Missierna ...

It-Tlieta, 30 t’Awwissu Santa Ġwanna Jugan - verġni

Il-Beatu Alfredu Idelfonsu Schuster - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Korintin 2: 10b-16 Il-bniedem naturali ma jilqax il-ħwejjeġ tal-Ispirtu ta’ Alla; il-bniedem spiritwali jgħarbel kollox. 2. Salm 144: 8-14 Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha. 3. Luqa 4: 31-37 Jiena naf min int: il-qaddis ta’ Alla! SANTA ĠWANNA JUGAN (1792-1879) - verġni Ġwanna Jugan twieldet nhar il-25 ta’ Ottubru, 1792, fi Petites-Croix, raħal

pittoresk tas-sajjieda, fit-trufijiet ta’ Cancale, fil-Brettanja. Kienet is-sitt waħda minn tmint itfal ta’ Ġużeppi Joucan (kien wara f’Saint Servan li kunjom Ġwanna nbidel f’‘Jugan’) u Marie Horel.

Missierha kien ibaħħar u ma kienx preżenti għat-twelid tagħha. Ġwanna trabbiet flimkien ma’ ommha u l-erba’ ħutha li kienu baqgħu ħajjin,

għaliex tlieta mill-ħamsa ta’ qabilha mietu meta kienu għadhom trabi. Kienu

Page 61: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 61

jgħixu f’daqsxejn ta’ dwejra b’kamra waħda fuq it-triq li minn Cancale kienet tagħti għal San Malo. Il-piż tal-familja waqa’ fuq l-imsejkna omm. Imn’Alla kienet il-qalb tajba tan-nies tar-raħal li waqfu magħhom. F’Petites-Croix l-iżventura tal-armla ta’ Joucan kienet waħda komuni u n-nies twajba ta’ Petites-Croix kienu draw jieqfu mal-familji milquta bil-mewt ta’ sajjieda li ma jerġgħux lura. L-armla kienet tgħin ruħha wkoll u l-esperjenza li kisbet fi tfulitha fix-xogħol tar-raba’ ta’ missierha, switilha biex issib fejn taħdem bil-ġurnata fir-raba’ ta’ ħaddieħor.

Mingħand ommha Ġwanna ħadet ukoll l-ewwel formazzjoni nisranija u tgħallmet tgħid ir-rużarju. Ommha kienet tkellimha sikwit fuq Alla u tirrakuntalha stejjer mill-Vanġelu u mir-Rabta l-Qadima.

Ta’ 16-il sena impjegat ruħha bħala qaddejja tal-kċina. Żagħżugħ talabha biex tiżżewġu. Ġwanna qaltlu: “Alla mhux qed isejjaħli

għaż-żwieġ.” Fl-1828, iltaqgħet ma’ waħda, Francoise Aubert u b’hekk nibtet l-ewwel

żerriegħa tal-ewwel komunità. Fuq l-eżempju ta’ dawn it-tnejn, żgħażagħ xebbiet ingħaqdu magħhom.

Il-kappillan kompla jgħinhom u jinkuraġġihom fix-xogħol tax-xjuħ. Kellhom diversi postijiet żgħar fejn jilqgħuhom.

Iżda wara xi żmien bdiet il-prova ta’ Ġwanna u l-opra tagħha. Kien il-kappillan li Alla nqeda bih – kien mimli b’ċerta fantażija – u kien hu li jagħti l-ordnijiet.

Tant kien ċert minnu nnifsu, li deherlu li Ġwanna ma kinitx il-mara ideali għal dan ix-xogħol. Warrabha u poġġa lil Marie Jamet minflokha. U lil Ġwanna qalilha “rridek tgħaddi ħajtek fil-moħbi” – u inkarigaha biex tieħu ħsieb il-postulanti – u fl-aħħar qabbadha tieħu ħsieb il-ġnien – taħdem u titlob. Damet 27 sena f’din il-ħajja – bdiet tbati mill-qalb.

Fl-1879, il-Papa Ljun XIII approva l-kostituzzjoni tal-ordni. Dik il-ħabta l-ordni kien jgħodd mal-elfejn u l-erba’ mitt soru. Ftit xhur wara

saħħitha marret lura, hekk li lejn tmiem Awwissu ħassha ħażin u ntilfet minn sensiha. Meta ġiet f’sensiha ngħatalha s-Sagrament tal-Morda. Dak il-ħin instemgħet titlob: “Marija, inti taf li inti ommi, tabbandunanix! ... Missier etern, iftaħ il-bibien tiegħek lill-inqas waħda minn uliedek, lil waħda, iżda, li tixtieq ħafna li tarak!” Imbagħad b’leħen iktar debboli kompliet: “Omm għażiża tiegħi Marija, ejja għandi. Inti taf li nħobbok u li nixtieq ħafna narak.” U hekk il-mara li tant ħadmet għall-anzjani, strieħet fis-sliem. Il-kalma u l-mistrieħ li dehru fuq wiċċ il-mejta kienu jirriflettu l-preżenza ta’ Alla fir-ruħ tagħha.

Marie Jamet, is-superjura ġenerali li bis-silenzju tagħha għenet lil Le Pailleur fl-istramperiji tiegħu, fuq is-sodda tal-mewt stqarret li ma kinitx hi l-ewwel Soru Żgħira tal-Foqra, u lanqas Le Pailleur ma kien il-fundatur tagħhom. L-ewwel waħda fil-kongregazzjoni u l-fundatriċi tagħha kienet Ġwanna Jugan, li magħha kienet saret inġustizzja kbira.

Fl-2009, il-Papa Benedittu XVI iddikjaraha qaddisa.

Page 62: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

62 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, Kap. IV: Ibni, imxi quddiem il-għajnejn tiegħi bil-verità, u fittex dejjem lili b’qalb safja. Min jimxi quddiemi bil-verità, ebda ħsara ma tiġrilu fir-ruħ u l-verità teħilsu mill-qerq u mill-ilsna tal-ħżiena. Jekk il-verità teħilsek, inti tabilħaqq tkun sid tiegħek innifsek; u l-kliem fieragħ tan-nies ma jbeżżgħekx.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 141, silta mill-1 punt

We must consider ourselves blessed when we are visited by God through his inspirations. Let us be faithful to them, for to this fidelity God usually attaches a great number of graces. He does this only insofar as we do what he shows us that he wants us to do when he gives us his inspirations. God sends us his holy inspirations only to make us prompt to put them into practice with the intent to accomplish his holy will exactly.

TALBA Tiegħek jien, għalik jiena twelidt:

Mulej, xi trid minni? Maestà l-aktar għolja,

għerf bla qies u minn dejjem, tjieba hekk ħelwa għal dir-ruħ, Alla, l-Għoli, wieħed fit-tjieba, ħares lejn dil-bniedma baxxa, li mħabbitha trid tgħannilek:

Mulej, xi trid minni? Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Missierna ...

L-Erbgħa, 31 t’Awwissu San Rajmond Nonnatus - kardinal

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Korintin 3: 1-9 Aħna ħaddiema ma’ Alla; u intom l-għalqa ta’ Alla, intom il-bini ta’ Alla. 2. Salm 32: 12-15.20-21 Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu. 3. Luqa 4: 38-44 Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut.

Page 63: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 63

SAN RAJMONDU NONNATO (1204-1240) Jissejjaħ “Nonnato” jiġifieri mhux imwieled, għax twieled b’operazzjoni malli

mietet ommu, madwar is-sena 1204, fil-belt ta’ Portella, fil-Kalalonja fi Spanja. Kien iben familja għanja u nobbli, imma daħal mal-Patrijiet Merċedarji taħt l-

istess fundatur, San Pietru Nolasco. Ħeles ħafna nsara mill-jasar tal-Misilmin, anki fl-Alġerija, fejn ikkonverta bosta

Misilmin, u anki ġie ttorturat. Wasal biex kellu joqgħod fil-jasar huwa stess sakemm ġie mifdi minn San Pietru Nolasco.

Malli rritorna fi Spanja fl-1239, ġie maħtur kardinal mill-Papa Girgor IX imma miet fil-belt ta’ Cardona, qrib Barcellona, fil-31 t’Awwissu, 1240, ta’ madwar 36 sena. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Cardona fil-knisja ta’ San Nikola.

Il-Papa Alessandru VII (li bħala Monsinjur Fabio Chigi kien inkwiżitur Malta) mar jgħoddu mal-qaddisin fl-1657. Minħabba t-twelid tiegħu b’operazzjoni huwa l-prottettur tal-ommijiet, tal-qbiela (midwives) u tat-trabi.

Riflessjoni: Il-Papa San Ġwanni Pawlu II ppreċiża l-idea tiegħu dwar l-evanġelizzazzjoni ġdida u qal: “Illum il-Knisja trid tagħmel pass kbir ’l quddiem fl-evanġelizzazzjoni tagħha, trid tidħol f’pass storiku ġdid tad-dinamiżmu missjunarju tagħha. F’dinja li qed issir dejjem aktar żgħira, il-komunitajiet ekkleżjali jeħtieġ li jingħaqdu bejniethom, jaqsmu l-enerġiji u l-mezzi tagħhom, jimpenjaw ruħhom flimkien fil-missjoni waħdanija u komuni li jħabbru u jgħixu l-Evanġelju. Il-Padri Sinodali qalu li l-“Knejjes ta’ età żagħżugħa” għandhom bżonn tal-forza ta’ dawk akbar fiż-żmien minnhom, filwaqt li dawn jeħtieġu x-xhieda u l-ħeġġa ta’ dawk aktar żgħar fiż-żmien, b’mod li l-Knejjes individwali jieħdu mill-ġid ta’ xulxin.” Evanġeliżżazzjoni Ġdida għat-Tixrid tal-Fidi Nisranija Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 207, silta mit-2 punt

The spread of God’s glory, then, by preaching the Gospel made up all the consolation of this great Apostle. This must also be yours, to make God and his Son, Jesus Christ, known to the flock confided to you. Oh, what glory for you to have this resemblance to that chosen vessel of election! With joy, then, say as he does that the greatest cause of your joy in this life is to proclaim the Gospel free of charge, without having it cost anything to those who hear it. It is indeed a great glory for you to instruct your disciples about the truths of the Gospel solely for the love of God.

Page 64: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

64 SIGNUM FIDEI

TALBA

Il-Kredu tal-Appostli Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u l-art; u f’Ġesù Kristu, ibnu wieħed sidna; li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu,

twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh;

niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin

ta’ Alla l-Missier, li jista kollox; minn hemm għandu jiġi

biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; il-Knisja Mqaddsa Kattolika,

ix-Xirka tal-Qaddisin; il-maħfra tad-dnubiet; il-qawma tal-imwiet; il-ħajja ta’ dejjem.

Ammen

Missierna ...

JGĦIX ĠESU’ F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 65: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

SIGNUM FIDEI 65

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen. Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: AWWISSU 2016 - WordPress.com€¦ · 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet

66 SIGNUM FIDEI

IL-FARIŻEW U L-PUBBLIKAN

(Luqa 18: 9-14)

Ġesù qalilhom din il-parabbola: "Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor

pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f'qalbu,

'O Alla, niżżik ħajr li m'iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja,

jew ukoll bħal dan il-pubblikan. Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas l-

għexur ta' kull ma ndaħħal.'Iżda l-pubblikan, bilwieqfa fil-bogħod anqas biss

ried jerfa' għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru u jgħid: 'O Alla,

ħenn għalija, għax jien midneb!' Ngħidilkom jien li dan, u mhux l-ieħor, niżel

id-dar iġġustifikat. Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken,

jitkabbar."

Hsieb San Franġisk de Sales jgħid: “Meta tmur tqerr, immaġina li tinsab wieqaf taħt is-salib, taqtir tad-demm mill-ġrieħi tal-Mulej qed immut, jaqgħu fuq ir-ruħ tiegħek, u jaħslu kull tebgħa tad-dnub.” Mulej ikollok ħniena minna u aħfrilna

Talba tal-Papa Franġisku għall-Ġublew tal-Ħniena (2015-2016) Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi. Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa; bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem. Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla! Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena: agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż. Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja.

Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.