birkirkara - novembru 2015...il-Ħadd 29 l-1 Ħadd ta’ l-avvent tas-sena Ċ. l-ewwel Ħadd...

2
Novembru 2015 Disinn u Stampar: Veritas Press, Zabbar. Tel: 21 822 270 Il-Kelma tal-Kappillan PARROĊĊA SANTA MARIJA - BIRKIRKARA Novembru 2015 Uffiċċju Parrokkjali, 130 Triq E.B. Vella, Birkirkara BKR 1570 • Tel: 21 448 026 / 27 448 026 • E-mail: parrocca.b’[email protected] Għeżież, din hija l-ewwel opportunità tiegħi bħala kappillan tagħkom, biex nikkomunika magħkom permezz ta’ dan il-fuljett. Biex inkun preċiż, jien bħalissa nissejjaħ ‘amministratur parrokkjali’ u nkun propjament ‘il-kappillan’ meta nieħu dak li jissejjaħ ‘il-pussess’. Il-pussess hija dik iċ-ċerimonja li fiha l-Arċisqof ipoġġini uffiċċjalment bħala r-ragħaj spiritwali ta’ din il-parroċċa. Is-saċerdoti kollha huma kollaboraturi tal-Arċisqof u kull saċerdot skont ir-rwol tiegħu, jgħin l-Arċisqof fir- responsabbiltà tal-ħidma pastorali globali tad-Djoċesi. L-Arċisqof min-naħa tiegħu huwa f’għaqda sħiħa, li tissejjaħ ‘komunjoni’, mal-isqfijiet l-oħra kollha tad-dinja, miġburin mal-Papa (li huwa wkoll isqof, l-Isqof ta’ Ruma). Din hija ħaġa tassew sabiħa li tara rabta u għaqda totali bejn kull Kattoliku u mill- Papa sal-lajċi, sakemm inħalluha hekk! Ġesù hekk għamilha l-Knisja u hekk rieda tibqa’. Huwa aħna stess li niżbaljaw u ndaħlu firdiet u pika, minħabba d-dgħufija tagħna. Għalkemm aħna lkoll mgħammdin u suppost għandna għan wieħed, it-tentazzjoni li nkunu egoisti u li naħdmu għall-gwadann individwali tagħna, tegħlibna u għalhekk noħorġu mit-triq it-tajba u nibdew nitferrxu f’toroq differenti. Xħin tisma’ hekk tkun ser taqta’ qalbek, però hemm soluzzjoni għax aħna tassew xortina tajba li Alla tagħna jħobbna b’imħabba nfinita. Hu lest li jaħfrilna kull dnub, li jkun jonqos biss hu li aħna jiddispjaċina mid-dnub tagħna, inqerruh u nippruvaw nirranġaw triqtna lura fid-direzzjoni t-tajba filwaqt li nagħmlu li nistgħu biex insewwu l-ħsarat li kkawżajna. Qed insemmi dan kollu minħabba li l-Papa tant laqatni kemm iħobb jirrepeti dan il- punt, ċioè li Alla ma jgħejja qatt jaħfrilna! Il-Papa jrid iwasslilna din bis-saħħa kollha. Fil-fatt nieda s-Sena tal-Ħniena li ser tibda fl- Immakulata Kunċizzjoni u għaliha, fil-festa tal-Ħniena Divina, ħareġ dik li tissejjaħ ‘Bolla tal-Indizzjoni’ li ġġib l-isem Misericordiae Vultus li tippreparana għal din l-istess sena speċjali. Diġà bdejna nisimgħu dwar din is-sena ġubilari. Fil-ħarġiet li ġejjin ta’ dal-fuljett, ser taraw iżjed dwar din l-inizjattiva tal-Papa. Min-naħa tiegħi nitlobkom biex jekk tiġikom xi idea li nistgħu inwettqu sabiex il-wiċċ tal- ħniena tal-Mulej ikun jista’ jitwassal aħjar u lil KULĦADD, tgħadduhieli. Kunu mberkin Dun Reuben Deguara Amministratur Parrokkjali 4 Ma jgħejja qatt jaħfrilna Ħinijiet tal-Quddies u tal-Uffiċċju Parrokkjali Ħinijiet tal-Quddies Mit-Tnejn sas-Sibt: 7.00a.m., 8.30a.m., 6.00p.m. Il-Ħadd: 7.00a.m., 8.30a.m., 10.00a.m., 6.00p.m. Tixtieq tqerr? Idħol fis-sagristija qabel jew wara l-quddiesa. Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali: It-Tnejn u l-Erbgħa: 4.30p.m. – 5.30p.m. Is-Sibt: 9.30a.m. – 11.00a.m. Tel: 21 448 026 / 27 448 026 E-mail: parrocca.b’[email protected] “F’din is-Sena Mqaddsa, nistgħu nagħmlu l-esperjenza li niftħu qalbna għal dawk kollha li qed jgħixu fl-iżjed periferiji eżistenzjali differenti li jeżistu, li spiss id-dinja moderna toħloq b’mod drammatiku. Kemm sitwazzjonijiet ta’ inċertezza u tbatija għandna fid-dinja tal-lum! Kemm ġrieħi miftuħa fil-ġisem ta’ ħafna li m’għadx għandhom iżjed leħen għax il- karba tagħhom hi mxejna u mitfija minħabba l-indifferenza tal-popli għonja. F’dan il-Ġublew, iżjed minn qabel, il-Knisja qed tkun imsejħa tfejjaq dawn il- ġrieħi, iddewwihom biż-żejt tal- faraġ, tinfaxxahom bil-ħniena u tfejjaqhom bis-solidarjetà u l-attenzjoni li jeħtieġu.” Papa Franġisku, Misericordiae Vultus, 11 ta’ April 2015, nru 15

Upload: others

Post on 21-Mar-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: BIRKIRKARA - Novembru 2015...Il-Ħadd 29 L-1 Ħadd ta’ l-Avvent tas-Sena Ċ. L-ewwel Ħadd tal-Avvent huwa l-bidu tas-Sena tal-Fidi. L-Avvent jippreparana għall-miġja ta’ Ġesù

Novembru 2015

Dis

inn

u St

ampa

r: V

erita

s Pre

ss, Z

abba

r. Te

l: 21

822

270

I l - K e l m a t a l - K a p p i l l a n

PARROĊĊA SANTA MARIJA - BIRKIRKARA Novembru 2015

Uffiċċju Parrokkjali, 130 Triq E.B. Vella, Birkirkara BKR 1570 • Tel: 21 448 026 / 27 448 026 • E-mail: parrocca.b’[email protected]

Għeżież, din hija l-ewwel opportunità tiegħi bħala kappillan tagħkom, biex nikkomunika magħkom permezz ta’ dan il-fuljett. Biex inkun preċiż, jien bħalissa nissejjaħ ‘amministratur parrokkjali’ u nkun propjament ‘il-kappillan’ meta nieħu dak li jissejjaħ ‘il-pussess’. Il-pussess hija dik iċ-ċerimonja li fiha l-Arċisqof ipoġġini uffiċċjalment bħala r-ragħaj spiritwali ta’ din il-parroċċa. Is-saċerdoti kollha huma kollaboraturi tal-Arċisqof u kull saċerdot skont ir-rwol tiegħu, jgħin l-Arċisqof fir-responsabbiltà tal-ħidma pastorali globali tad-Djoċesi. L-Arċisqof min-naħa tiegħu huwa f’għaqda sħiħa, li tissejjaħ ‘komunjoni’, mal-isqfijiet l-oħra kollha tad-dinja, miġburin mal-Papa (li huwa wkoll isqof, l-Isqof ta’ Ruma).

Din hija ħaġa tassew sabiħa li tara rabta u għaqda totali bejn kull Kattoliku u mill-Papa sal-lajċi, sakemm inħalluha hekk! Ġesù hekk għamilha l-Knisja u hekk rieda tibqa’. Huwa aħna stess li niżbaljaw u ndaħlu firdiet u pika, minħabba d-dgħufija tagħna. Għalkemm aħna lkoll mgħammdin u suppost għandna għan wieħed, it-tentazzjoni li nkunu egoisti u li naħdmu għall-gwadann individwali tagħna, tegħlibna u għalhekk noħorġu mit-triq it-tajba u nibdew nitferrxu f’toroq differenti.

Xħin tisma’ hekk tkun ser taqta’ qalbek, però hemm soluzzjoni għax aħna tassew xortina tajba li Alla tagħna jħobbna b’imħabba nfinita. Hu lest li jaħfrilna kull dnub, li jkun jonqos biss hu li aħna jiddispjaċina mid-dnub tagħna, inqerruh u nippruvaw nirranġaw triqtna lura fid-direzzjoni t-tajba filwaqt li nagħmlu li nistgħu biex insewwu l-ħsarat li kkawżajna.

Qed insemmi dan kollu minħabba li l-Papa tant laqatni kemm iħobb jirrepeti dan il-punt, ċioè li Alla ma jgħejja qatt jaħfrilna! Il-Papa jrid iwasslilna din bis-saħħa kollha. Fil-fatt nieda s-Sena tal-Ħniena li ser tibda fl-Immakulata Kunċizzjoni u għaliha, fil-festa tal-Ħniena Divina, ħareġ dik li tissejjaħ ‘Bolla tal-Indizzjoni’ li ġġib l-isem Misericordiae Vultus li tippreparana għal din l-istess sena speċjali.

Diġà bdejna nisimgħu dwar din is-sena ġubilari. Fil-ħarġiet li ġejjin ta’ dal-fuljett, ser taraw iżjed dwar din l-inizjattiva tal-Papa. Min-naħa tiegħi nitlobkom biex jekk tiġikom xi idea li nistgħu inwettqu sabiex il-wiċċ tal-ħniena tal-Mulej ikun jista’ jitwassal aħjar u lil KULĦADD, tgħadduhieli.

Kunu mberkinDun Reuben Deguara

Amministratur Parrokkjali

4

Ma jgħejja qatt jaħfrilna

Ħinijiet tal-Quddies u tal-Uffiċċju Parrokkjali

Ħinijiet tal-QuddiesMit-Tnejn sas-Sibt: 7.00a.m., 8.30a.m., 6.00p.m.Il-Ħadd: 7.00a.m., 8.30a.m., 10.00a.m., 6.00p.m.

Tixtieq tqerr?Idħol fis-sagristija qabel jew wara l-quddiesa.

Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali:

It-Tnejn u l-Erbgħa: 4.30p.m. – 5.30p.m.

Is-Sibt: 9.30a.m. – 11.00a.m.Tel: 21 448 026 / 27 448 026

E-mail: parrocca.b’[email protected]

“F’din is-Sena Mqaddsa, nistgħu nagħmlu l-esperjenza li niftħu qalbna għal dawk kollha li qed jgħixu fl-iżjed periferiji eżistenzjali differenti li jeżistu, li spiss id-dinja moderna toħloq b’mod drammatiku. Kemm sitwazzjonijiet ta’ inċertezza u tbatija għandna fid-dinja tal-lum! Kemm ġrieħi miftuħa fil-ġisem ta’ ħafna li m’għadx għandhom iżjed leħen għax il-karba tagħhom hi mxejna u mitfija minħabba l-indifferenza tal-popli għonja. F’dan il-Ġublew, iżjed minn qabel, il-Knisja qed tkun imsejħa tfejjaq dawn il-ġrieħi, iddewwihom biż-żejt tal-faraġ, tinfaxxahom bil-ħniena u tfejjaqhom bis-solidarjetà u l-attenzjoni li jeħtieġu.”

Papa Franġisku, Misericordiae Vultus,

11 ta’ April 2015, nru 15

Page 2: BIRKIRKARA - Novembru 2015...Il-Ħadd 29 L-1 Ħadd ta’ l-Avvent tas-Sena Ċ. L-ewwel Ħadd tal-Avvent huwa l-bidu tas-Sena tal-Fidi. L-Avvent jippreparana għall-miġja ta’ Ġesù

Parroċċa Santa Marija - B’Kara

2 3

Djarju - Novembru 2015Il-Ħadd 1 Solennità tal-Qaddisin kollha. Illum il-Knisja tiċċelebra f’festa waħda

t-tifkira tal-Qaddisin kollha li jinsabu maqgħuda ma’ Kristu fil-glorja. Aħna nimxu fuq l-eżempji tagħhom u nifirħu bil-ħarsien tagħhom.

Nota: Bejn nofsinhar tal-lum (1 ta’ Novembru) u l-jum ta’ għada (2 ta’ Novembru) tista’ tinkiseb indulġenza plenarja b’suffraġju għall-mejtin. Biex tingħata din l-indulġenza jridu jiġu osservati dawn il-punti: a) żjara f’xi knisja; b) ir-reċita tal-Missierna, Kredu, u talba għall-Papa; ċ) qrara u tqarbina.

Bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru tinkiseb indulġenza plenarja b’suffrraġju għall-mejtin jekk tmur fiċ-ċimiterju u titlob għall-mejtin.

It-Tnejn 2 L-Għid tal-Imwiet. Il-Knisja llum tiftakar f’ħutna li raqdu bit-tama tal-qawmien, u f’dawk kollha li mill-bidu tad-dinja l-Mulej biss jaf il-fidi tagħhom, biex imnaddfa minn kull tebgħa tad-dnub, jgħaddu biex igawdu l-ferħ ta’ dejjem. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u nitolbu għal ħutna mejtin. Il-quddies ikun fis-7:00am, fit-8:30am u fis-6:00pm.

Il-Ġimgħa 6 L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Illum Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-qima tagħna bejn id-9:00am u 12:00pm u mill-4:00pm sas-6:00pm Bejn il-4:45pm u s-5:45pm ikollna adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

Il-Ħadd 8 It-32 Ħadd ta’ matul is-Sena B: Fl-10:00am ikollna Quddiesa bl-għoti tas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof immexxija minn Mons. Isqof Emeritus ET Pawlu Cremona o.p. Infakkru li l-quddiesa ta’ qabel din, għal-lum biss issir fit-8:00am minflok fit-8:30am.

It-Tnejn 9 Festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran f’Ruma. Skont it-tradizzjoni, din il-festa ilha ssir sa mis-seklu 12. Fil-bidu kienet issir f’Ruma biss, imbagħad bdew jagħmluha wkoll dawk kollha li jużaw ir-rit Ruman, ħala xiehda ta’ ġieħ lill-bażilka li hi “l-Omm u r-ras tal-knejjes kollha tal-Belt u tad-Dinja” kif ukoll bħala sinjal ta’ mħabba u għaqda mal-Katedra ta’ Pietru.

Il-Ġimgħa 13 Jibda l-grupp tal-Pre-Adolexxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali mis-6:30pm sat-

8:00pm.

Il-Ħadd 15 It-33 Ħadd ta’ matul is-Sena B. Illum ser issir promozzjoni tal-Appostolat tat-Talb.

Żur il-website tal-parroċċa tagħna

www.santamarijabirkirkara.com

Issib ħafna informazzjoni utliu importanti.

Il-Ħadd 22 Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu. Is-Solennità ta’ Kristu Re timmarka t-tmiem is-Sena tal-Fidi. Ġesù mhuwiex sultan ta’ din id-dinja. Is-saltna tiegħu hija waħda ta’ mħabba. Ġesù jsaltan permezz tas-salib. Huwa miet fuq is-salib biex lilna jaħfrilna dnubietna u biex idaħħalna fis-Saltna tas-Sema.

Il-Ħadd 29 L-1 Ħadd ta’ l-Avvent tas-Sena Ċ. L-ewwel Ħadd tal-Avvent huwa l-bidu tas-Sena tal-Fidi. L-Avvent jippreparana għall-miġja ta’ Ġesù li niċċelebrawha b’mod solenni fil-Milied.

KLIEM LI JFARRAĠ LIL KULL MIN IQERR

Il-Papa Franġisku, fid-29 t’April 2014 qal: “Il-qrar mhux dry cleaner li jnaddaf ħwejjiġna iżda mument li fih Ġesù jagħtina dik il-paċi li Hu biss jista’ jagħtiha. Hi laqgħa ma’ Ġesù li jistenniena hekk kif inkunu. Ħafna drabi aħna nistħu ngħidu l-verità iżda l-mistħija hi virtù.

Hawn min jistħi b’xejn. Li tistħi hi virtù tal-umli. Li tħossok tistħi minn dnubietek hi xi ħaġa naturali. Hi virtù li tgħinek tipprepara għall-maħfra t’Alla.

Il-qrar mhux xi sessjoni ta’ tortura u Alla ma jkunx jistenniena biex isawwatna. Minflok Hu jkun dejjem jistenniena bi ħlewwa biex jaħfrilna. Meta tmur tqerr tkun sejjer biex tfaħħar lil Alla għax jien, midneb, kont salvat minnu.

U jekk għada nerġa’ nagħmel l-istess? Erġa’ mur, mur, mur u mur.

Quddiem Alla tilbisx maskri. Ġesù Kristu hu l-ġust u jżomm magħna quddiem Alla. Minkejja d-dgħufijiet tagħna jiddefendina”.