diċembru 2017 ‑ Ħarġa nru 61 ‑ newspaper post...

16
Mill‑Qiegħa mellieha.gov.mt Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post IL‑MELLIEĦA Jum il‑Kunsill 2017 Paġna 10 Small Markets Paġna 12 Ċentru Storiku tal‑Mellieħa Paġna 16 Iljieli Melleħin Paġna 4

Upload: dokien

Post on 07-Jul-2019

216 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

Mill‑Qiegħamellieha.gov.mt

Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post

IL‑MELLIEĦA

Jum il‑Kunsill 2017Paġna 10

Small MarketsPaġna 12

Ċentru Storiku tal‑Mellieħa Paġna 16

Iljieli MelleħinPaġna 4

Page 2: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

2 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Għeżież Residenti,

Għal darb’oħra permezz ta’ din il‑pubblikazzjoni Il‑Qiegħa, li issa qegħdin fil‑61 ħarġa tagħha, nippruvaw nagħtukom u nżommukom infurmati fuq il‑ħidma u l‑attivitajiet li l‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa wettaq minn Ġunju ’l hawn.

Kif tafu matul ix‑xahar ta’ Ġunju kellna l‑elezzjonijiet ġenerali fil‑pajjiż u għaldaqstant għalkemm il‑Kunsill baqa’ jiltaqa’ regolarment, xi ftit jew wisq il‑ħidma tiegħu naqset ftit mir‑ritmu tagħha. Biss xorta waħda wieħed jista’ jgħid li fil‑lokalità tagħna twettqu 3 proġetti infrastrutturali kbar. L‑ewwel proġett kapitali li twettaq kien ir‑rikostruzzjoni u kisi bit‑tarmak ta’ Triq il‑Qortin, li wara tant snin ta’ stennija, issa wkoll bħall‑kumplament tat‑toroq fil‑lokalità ngħatat wiċċ ġdid u dehra mill‑isbaħ. Dan ix‑xogħol twettaq minn Transport Malta, wara li fil‑bidu ta’ Ġunju sar ftehim bejn Transport Malta u l‑Kunsill Lokali li permezz tiegħu seta’ jsir ix‑xogħol kollu meħtieġ. Barra x‑xogħol ta’ rikostruzzjoni tat‑triq, il‑Kunsill ħa ħsieb biex mill‑fondi tiegħu jiġu installati 12‑il lampa tad‑dawl ġodda, biex b’hekk it‑triq ikollha d‑dawl adekwat.

It‑tieni proġett kbir infrastrutturali li twettaq ukoll minn Transport Malta kien il‑kostruzzjoni ta’ rain water culvert fi Triq Ġorġ Borg Olivier. Hawnhekk tpoġġew katusi kbar tal‑ilma sabiex jiġu evitati l‑ilmijiet tax‑xita li jgħaddu minn wiċċ it‑triq. Tiġi evitata wkoll il‑problema li wara kull xita qawwija li tinżel kienet ta’ kull darba taqla’ wiċċ it‑triq. Sakemm qiegħed nikteb dan l‑editorjal ix‑xogħol wasal sa ħdejn il‑kunvent tas‑sorijiet. Wara l‑festi tal‑Milied ix‑xogħol se jitkompla sa ħdejn Triq Adenau. Irrid hawnhekk f’isem il‑komunità Melleħija nirringrazzja lill‑Ministri Joe Mizzi u Dr Ian Borg li bl‑intervent tagħhom setgħu jitwettqu dawn iż‑żewġ proġetti infrastrutturali kbar fil‑lokalità tagħna.

It‑tielet proġett kien fiċ‑Ċentru Storiku tal‑Mellieħa, fejn f’Misraħ il‑Parroċċa twaħħlu lampi tad‑dawl ornamentali

ġodda li jikkumplimentaw il‑lampi tad‑dawl ornamentali li sena ilu twaħħlu fi Triq il‑Parroċċa. Hija l‑intenzjoni ta’ dan il‑Kunsill li jkompli jinvesti fit‑titjib taċ‑Ċentru Storiku billi hemm il‑ħsieb li jinbidel wiċċ iz‑zuntier u jsir il‑pavimentar ta’ Triq l‑Inkurunazzjoni.

Irid ngħid ukoll li propju f’dawn il‑jiem se jkunu qegħdin jinbidlu 30 lampa fit‑toroq tal‑qalba tal‑Manikata u flokhom isiru lampi tad‑dawl ornamentali bħal dawk li saru f’Misraħ il‑Parroċċa l‑Mellieħa. Beda wkoll it‑tisbiħ tat‑taraġ li jagħti minn Triq Dun Franġisk Sciberras għal Triq il‑Marfa fejn hawn se jinbidel il‑ġebel immermer tal‑ħajt ta’ fuq Triq il‑Marfa u anke jitranġa u jiġi mdawwal l‑istess taraġ. Dawn iż‑żewġ proġetti se jsiru mill‑fondi tal‑Kunsill.

Naturalment il‑ħidma tal‑Kunsill kienet mifruxa f’ħafna oqsma oħra, bħal ngħidu aħna attivitajiet kulturali, sportivi, ambjentali u edukattivi. Biżżejjed wieħed isemmi li matul din is‑sena l‑Kunsill ħareġ 11‑il sejħa ta’ offerti biex isiru xogħlijiet meħtieġa jew ningħataw servizzi meħtieġa. L‑aħħar sejħa kienet biex ningħataw is‑servizz tal‑ġbir tal‑iskart mid‑djar, peress li l‑kuntrattur preżenti talab li jwaqqa’ l‑kuntratt li kellu peress li ma kienx qiegħed jagħti s‑servizz kif suppost. Nittamaw li l‑problema li kellna dan is‑sajf f’dan ir‑rigward, issa tiġi solvuta.

Il‑Kunsill jipprova jilħaq il‑bżonnijiet ta’ kulħadd, għalkemm dan mhux dejjem ikun possibli, għal diversi raġunijiet. Biss ibqgħu ċerti li sħabi u jien, flimkien mal‑istaff kollu qegħdin nagħmlu dak kollu possibli biex il‑lokalità tagħna tkompli miexja ’l quddiem.

Filwaqt li nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom għall‑għajnuna li tagħtuna biex inkunu nistgħu nwettqu ħidmietna, nixtieq nawgura lil kull wieħed u waħda minnkom Milied Ħieni u Sena mimlija risq, hena u saħħa.

Tislijiet,John Buttigieg

Sindku

Editorjal: Mis‑Sindku John Buttigieg

MiT‑18 Sad‑19 Ta’ MeJJu: Mellieħa International Music Festival

Fl‑21 Ta’ ĠunJu: Festa ta’ San Ġwann tal‑Ħġejjeġ

MiS‑6 Sal‑20 Ta’ lulJu:L‑Arti fil‑Misraħ (kull nhar ta’ Ġimgħa)

FiS‑26 Ta’ lulJu: Jum il‑Kunsill

Programm ta’ attivitajiet kulturali matul is‑sena 2018MiS‑27 Sad‑29 Ta’ lulJu: Iljieli Melleħin

F’noveMBRu:25 Sena Anniversarju tal‑Kunsilli Lokali f’Malta

MiT‑22 Sal‑24 Ta’ diċeMBRu: Milied Mellieħi

Page 3: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

3Mill-Qiegħa Diċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

The Mellieħa Local Council participated in another exciting project in Casalborgone. This project entitled Emovie Lab was funded under the Erasmus+ 2014 – 2020 Programme and took place between the 10th till the 18th September 2017. This project was led by the Municipality of Casalborgone from Italy, and the other partners were Ozolnieki County Council from Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo (FYROM) from Italy, and La Palma del Condado Municipality from Spain.

A delegation of six participants from Mellieħa took part in this project. The delegation participated in various social and cultural activities and also had the opportunity to participate in the making of a short film. All presentations by the local delegation were very much appreciated, and the Mellieħa local Council would like to thank all the participants in this programme.

eMovie Lab – Giochi di Cinema Senza Frontiere a Casalborgone

Il‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa kompla bl‑impenn tiegħu fis‑servizz tal‑vaċċin kontra l‑influwenza. Dawk kollha li rreġistraw u li għandhom ’il fuq minn 55 sena kienu eliġibbli sabiex jingħataw dan il‑vaċċin b’xejn. Il‑Kunsill Lokali kien responsabbli mil‑loġistika ta’ dan il‑proċess fil‑Mellieħa, liema proċess għal darba oħra kien suċċess kbir grazzi għall‑impenn tal‑istess Kunsill u l‑voluntiera li taw is‑sehem tagħhom.

Servizzi komunitarji offruti mill‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa

Page 4: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

4 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Iljieli

L‑għaxar edizzjoni tal‑Iljieli Melleħin, organizzata mill‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa, ittellgħet f’Lulju 2017, eżattament mill‑Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2017 sal‑Ħadd 23 ta’ Lulju 2017. Din l‑attività, li issa daħlet sew fil‑kalendaru kulturali Malti, għal sena oħra ġibdet eluf ta’ persuni lejn il‑Mellieħa. Matul dawn l‑iljieli dawk kollha li attendew kellhom l‑opportunità li jgawdu l‑aqwa elementi li taf toffri l‑komunità Melleħija. Din l‑attività ttellgħet bl‑appoġġ tal‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu u s‑Segretarjat Parlamentari għall‑Gvern Lokali.

Il‑Ġimgħa 21 ta’ Lulju ttella’ kunċert spettakolari fil‑Pjazza tal‑Parroċċa tal‑Mellieħa minn uħud mill‑aqwa DJs ta’ Malta: Lio, JJoy u Ziggy. Id‑dħul għal dan il‑kunċert kien b’xejn u dawk kollha preżenti kellhom l‑opportunità li jgawdu lejla ta’ mużika varjata.

Is‑Sibt 22 u l‑Ħadd 23 ta’ Lulju 2017 it‑toroq prinċipali u l‑pjazez tal‑Mellieħa kienu magħluqa għat‑traffiku. Matul dawn iż‑żewġt iljieli spikkat varjetà ta’ arti, mużika, kultura, sports u ikel. Attrazzjonijiet oħra inkludew l‑aqwa kantanti lokali, kif ukoll diversi animazzjonijiet għat‑tfal, u diversi forom ta’ arti mqassma mat‑toroq ewlenin tal‑Mellieħa.

Fl‑edizzjoni ta’ din is‑sena kien hemm sitt palkijiet differenti b’temi mużikali differenti. Dawn kienu jvarjaw minn mużika folkloristika, għal palk li laqa’ tfal u żgħażagħ żgħar u palk ieħor li kien iffukat fuq mużika klassika rock. Fil‑Bitħa tas‑Santwarju spikkat il‑mużika jazz li akkumpanjat esebizzjoni mill‑isbaħ ta’ pittura minn artisti lokali. Fis‑Santwarju ttellgħu diversi kunċerti żgħar b’temi Marjani u fil‑Pjazza tal‑Parroċċa kien

hemm il‑palk prinċipali li laqa’ fuqu l‑aqwa talent lokali u internazzjonali bis‑sehem tal‑Paul Abela Big Band, kif ukoll musical imtella’ mill‑Mellieħa Youth flimkien mal‑band Melleħija JAMM.

Għal dawk kollha li jħobbu l‑karozzi, fl‑edizzjoni ta’ din is‑sena kien hemm wirjiet ta’ karozzi statiċi. Il‑wirja statika kellha karozzi Maltin, kif ukoll karozzi barranin. Kien hemm ukoll sezzjoni għal trakkijiet antiki.

Mhux hekk biss, is‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa, li għandu iktar minn elfejn sena, kien miftuħ għall‑pubbliku, u għal dawk li jinteressahom żmien il‑Gwerra, setgħu jżuru x‑xelters tat‑Tieni Gwerra Dinjija.

2017Melleħin

Page 5: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

2017Għal kull min japprezza l‑ikel kellhom xalata u varjetà ta’ ikel, fejn it‑toroq prinċipali tal‑Mellieħa kienu armati bl‑imwejjed u siġġijiet attrezzati apposta al fresco sabiex wieħed japprezza l‑ikel bnin ipprovdut mill‑aqwa restoranti li jinsabu fil‑Mellieħa.

L‑attendenza numeruża ta’ eluf ta’ persuni għal din l‑attività annwali Melleħija timla b’kuraġġ lill‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa sabiex ikompli jorganizza attivitajiet ta’ dan il‑livell. Dawn kienu tlett iljieli ttrasformati f’ċelebrazzjoni kbira għall‑familja kollha, fejn il‑Mellieħa wriet dak kollu li għandha x’toffri, u iktar...

Page 6: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

6 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Konsultazzjoni

F’ittra datata 25 ta’ Settembru 2017 mibgħuta mis‑Segretarjat Parlamentari għall‑Gvern Lokali u Komunitajiet, il‑Kunsill intalab jieħu sehem fil‑konsultazzjoni dwar is‑suġġett t’hawn fuq.

F’waħda mil‑laqgħat tiegħu, il‑Kunsill iddiskuta din ir‑riforma u għamel il‑proposti segwenti.

artiklu fil‑liġi

Kap. 363Suġġett

artiklu 32(1a)(2) L‑allowance lill‑Kunsillieri għandha tkun marbuta mas‑salarju ta’ Membru Parlamentari, filwaqt li tibqa’ marbuta mal‑attendenza fis‑seduti tal‑Kunsill.

artiklu 33(i) Minkejja li dan l‑artiklu jipprovdi li Kunsill Lokali “jkun ikkonsultat minn kull awtorità li jkollha s‑setgħa li tieħu xi deċiżjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l‑Kunsill u lir‑residenti li jkun responsabbli għalihom”, fil‑realtà dan ma jsirx, peress li l‑liġijiet illi taħthom joperaw l‑istess entitajiet ma jobbligawhomx jagħmlu hekk. Ħafna drabi, rappreżentazzjonijiet li jsiru mill‑Kunsilli Lokali jiġu trattati fuq l‑istess livell ta’ dawk li jsiru miċ‑ċittadin normali.

artiklu 33(k) Meta l‑Kunsilli jidħlu fit‑tmexxija ta’ ċentri tas‑saħħa u rijabilitazzjoni, spiżeriji tal‑gvern, uffiċċji distrettwali tas‑saħħa (bereġ), djar għall‑anzjani, ċentri ta’ matul il‑jum għall‑anzjani u ċentri ta’ matul il‑lejl, dan għandu jsir ibbażat fuq ftehim approvat mid‑Dipartiment għall‑Gvern Lokali, l‑Assoċjazzjoni tal‑Kunsilli Lokali u l‑Kunsilli Lokali nfushom. Tali tmexxija għandha tkun sostnuta b’allokazzjoni finanzjarja minn sena għall‑oħra.

artikli 33(o), 33(s), u 63a

Teżisti kontradizzjoni bejn l‑Artikolu 33(o), 33(s) u 63A billi tal‑aħħar jipprovdi li “kull donazzjoni kemm fi flus kif ukoll mhux bi flus minn xi Kunsill Lokali hi pprojbita”, filwaqt li l‑Artiklu 33(o) jipprovdi li “fil‑qafas ta’ regolamenti li jsiru mill‑Ministru, jagħtu għajnuna lill‑artisti, mużiċisti u sportivi mil‑lokal tagħhom sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw it‑talenti tagħhom”. L‑Artiklu 33(s) jipprovdi l‑Kunsilli “jaħdmu mill‑qrib mal‑għaqdiet sportivi tal‑lokal, jipprovdu faċilitajiet sportivi tajbin u jorganizzaw attivitajiet sportivi li normalment ma jsirux mill‑għaqdiet sportivi tal‑lokal”.

Jekk verament l‑Artikli 33(o) u 33(s) huma ntiżi sabiex jinkoraġġixxu lill‑Kunsilli Lokli jgħinu lill‑għaqdiet tal‑lokalità b’mod konkret, dan ma jinvolvi ebda mezz ieħor ħlief dak finanzjarju.

artiklu 53 In‑numru ta’ ħaddiema li jista’ jimpjega Kunsill Lokali m’għandux jibqa’ ibbażat fuq it‑threshold ta’ impjegat wieħed għal kull 2,500 resident. Din it‑threshold ma tirriflettix il‑volum ta’ xogħol li attwalment għandhom il‑Kunsilli Lokali.

artiklu 60

Proporzjon mid‑dħul tal‑liċenzi tan‑negożju li jitħallsu mill‑Awtorità Maltija tat‑Turiżmu għandhom jiġu mgħoddija lill‑Kunsilli Lokali sabiex jiġu investiti f’titjib tal‑istess lokalitajiet li jappartjenu. Tali skema tista’ titħaddem fuq l‑istess linji li jiġi amministrat il‑Fond tal‑Ippjanar mill‑Awtorità tal‑Ippjanar.L‑Allokazzjoni Annwali li jirċievu l‑Kunsilli għandha tieħu inkonsiderazzjoni esiġenzi partikolari li jkollhom il‑lokalitajiet, li mhux neċessarjament ikunu marbuta mar‑residenti rreġistati fl‑istess lokalità. Bħala eżempji, l‑Allokazzjoni Annwali għandha tirrikonoxxi r‑residenti ta’ villeġġjatura, żoni tal‑boathouses eċċ, li jirrikjedu servizzi bħal kumplament tal‑lokalità

artiklu 73(3) Minkejja l‑introduzzjoni tal‑LESA sabiex tamministra l‑infurzar tal‑liġijiet fil‑lokalitajiet, il‑liġi għandha tesiġi konsultazzjoni diretta konsistenti mal‑Kunsilli dwar l‑allokazzjoni ta’ riżorsi bil‑għan li jiġu indirizzati esiġenzi li jinqalgħu minn żmien għal żmien.Tibdil ieħor meħtieġ

Bħala persuna eletta, Kunsillier għandu jkun indirizzat b’nomenklatura stabbilita uffiċjalment bħal fil‑każ, tas‑Sindku (Rispettabbli Sindku) u Deputat Parlamentari (Onorevoli).Introduzzjoni ta’ skemi sabiex jinkoraġġixxu l‑introduzzjoni ta’ mezzi moderni ta’ sorveljanza intiżi sabiex jogħla l‑livell ta’ sigurtà u dixxiplina fl‑użu ta’ faċilitajiet li jaqgħu fir‑responsabilità tal‑Kunsilli Lokali.Aċċess għal data li hija relevanti max‑xogħol tal‑Kunsilli Lokali, bħalma hija il‑Common Database, dettalji ta’ sidien ta’ appartamenti fil‑lokalità, qtajja’ mhux mibnija eċċ.

tal‑Kunsilli Lokalidwar ir‑Riforma fil‑Qasam

Page 7: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

Laqgħa mal‑Bord tat‑Traffiku

Triq il‑Qortin

Nhar it‑28 ta’ Awwissu 2017, is‑Sindku s‑Sur John Buttigieg, flimkien mal‑Kunsillier is‑Sur Emvin Bartolo u s‑Segretarju Eżekuttiv is‑Sur Carmel Debono attendew għal‑laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar is‑sistema tal‑one way imħaddma bit‑traffic lights fi Triq Ġorġ Borg Olivier. F’din il‑laqgħa, il‑Malta Public Transport (kumpanija tal‑karozzi tal‑linja) uriet id‑dubji tagħha dwar kemm is‑sistema msemmija tista’ taħdem, dan minħabba li l‑istennija fil‑karozzi tal‑linja, sakemm jaqleb id‑dawl tista’ toħloq aktar konġestjoni, partikolarment fil‑parti minn Triq it‑Tonn ’il fuq.

Wara l‑ftehim li sar fil‑bidu ta’ Ġunju li għadda bejn il‑Ministeru ta’ l‑Infrastruttura u l‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa, din il‑ġimgħa tlesta x‑xogħol ta’ rikostruzzjoni u kisi bit‑tarmak ta’ Triq il‑Qortin. Ix‑xogħol kien jinkludi wkoll installazzjoni ta’ numru ta’ lampi tad‑dawl ġodda simili ta’ dawk li saru fiż‑żona ta’ Għajn Żejtuna minflok dawk eżistenti biex b’hekk din it‑triq tkun imdawwla b’mod adekwat. Il‑Kunsill Lokali jixtieq jirringrazzja lil ex‑Ministru ta’ l‑Infrasstrutura s‑Sur Joe Mizzi, lill‑Ministru preżenti Dr. Ian Borg u l‑Kap Eżekkuttiv ta’ Transport Malta is‑Sur James Piscopo li bl‑għajnuna tagħhom seta’ jsir dan il‑proġett. Grazzi wkoll lir‑residenti u l‑dawk kollha li jagħmlu użu minn din it‑triq li għal dawn l‑aħħar xhur ħadu pacenzja bl‑inkonvenjent tax‑xogħolijiet li saru.

Għaldaqstant il‑Bord tat‑Traffiku ddeċieda li jieħu deċiżjoni wara li ssir simulazzjoni komputerizzata permezz tad‑data li teżisti dwar it‑traġitt ta’ vetturi li jgħaddu minn Triq Ġorġ Borg Olivier. (Sakemm morna għall‑istampar ta’ dan il‑magazine kien għad m’għandniex riżultat).

Waqt l‑istess laqgħa ssemmiet ukoll il‑problema tat‑traffiku ġewwa l‑Manikata. Dan l‑item għandu jiġi diskuss waqt laqgħa oħra tal‑istess bord.

Mill-Qiegħa Diċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

fi ħdan Transport Malta

7

Page 8: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

8 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Waqt laqgħa tal‑Kunsill li saret nhar it‑12 ta’ Settembru 2017, is‑Sindku s‑Sur John Buttigieg irrefera għall‑mewt tas‑Sur Jimmy Muscat li ġrat fit‑2 ta’ Settembru 2017. Huwa stqarr li f’din l‑ewwel seduta li qegħda sseħħ wara t‑telfa tiegħu xtaq isellem il‑memorja tiegħu billi kien persuna li ħabb lill‑Mellieħa u ddedika ħafna ħin biex jikteb fatti storiċi dwarha. Biżżejjed li wieħed isemmi n‑numru ta’ kotba li huwa ppubblika u artikli li kiteb f’diversi pubblikazzjonijiet li jsiru ta’ kull sena fil‑festa tal‑Vitorja u f’okkażjonijiet oħra. Bis‑saħħa tagħhom huwa ħareġ fil‑beraħ l‑istorja u l‑ħajja tan‑nies tal‑lokal, u li ma kienx hekk, kienu jibqgħu mistura jew minsija. Grazzi għall‑kitba ta’ Jimmy saru magħrufa aktar l‑għeruq tal‑Mellieħa.

Is‑Sindku semma wkoll il‑fatt li s‑Sur Muscat dejjem kien ta’ għajnuna għall‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa kull darba li ġie msejjaħ jagħti l‑kontribut tiegħu, b’mod partikolari meta l‑Kunsill kien jospita delegazzjonijiet barranin huwa kien jieħu ħsieb jispjegalhom l‑istorja u s‑sinifikat tal‑wirt storiku tal‑Mellieħa. Is‑Sindku rrefera wkoll għad‑diversi kontribuzzjonijiet li huwa ta fil‑magazin Mill‑Qiegħa għat‑Tfal, il‑Musical ‘El Mellaħa Ġrajjietha’ u anki fil‑kotba ppubblikati mill‑Kunsill. Is‑Sindku fakkar li fl‑2008, il‑Kunsill kien onorah bl‑onorefiċenza Ġieħ il‑Mellieħa.

Tifkira tal‑Memorjatas‑Sur Jimmy Muscat

Il‑Kunsillier Emvin Bartolo qal li huwa jikkonferma l‑merti msemmija mis‑Sindku u żied jgħid li kulma kien jagħmel is‑Sur Muscat, kien jagħtih b’umiltà u b’sens ta’ volontarjat.

Hawnhekk il‑Kunsill osserva minuta silenzju.

Fid‑dawl ta’ dan kollu, is‑Sindku, is‑Sur John Buttigieg, ippropona sabiex il‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa jibda jagħmel tħejjijiet sabiex jitwaqqaf bust bil‑għan li tiġġedded il‑memorja tas‑Sur Jimmy Muscat. Għal dan il‑għan huwa talab li jsir kuntatt mal‑familjari tiegħu sabiex isir magħruf dwar kif jaħsbuha fuq din il‑proposta.

Page 9: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

9Mill-Qiegħa Diċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Let’s Do It MaltaDuring the Maltese Olympic Sports Award Ceremony 2017, for the second consecutive year the Mellieħa Local Council has been awarded the first place in the Local Councils Award Category, in recognition and appreciation of his Outstanding Sporting Achievements and Initiatives.

Il‑Kumitat Olimpiku Malti stieden lill‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa sabiex jieħu sehem fl‑attività msemmija. Il‑KOM stieden lill‑Kunsill jieħu sehem flimkien mal‑għaqdiet sportivi tal‑lokalità. L‑attività saret nhar is‑Sibt 23 ta’ Settembru 2017. Tul ir‑rotta l‑Queen’s Baton waqfet ukoll ħdejn id‑dar tal‑anzjani Dar il‑Madonna tal‑Mellieħa minn fejn imbagħad kompliet fi triqtha lejn Għawdex. Il‑Queen’s Baton se tintuża waqt il‑Logħob tal‑Commonwealth li se jsiru fil‑Gold Coast, l‑Awstralja, fis‑sajf tal‑2018. Ġol‑Queen’s Baton ikun hemm il‑messaġġ tar‑Reġina Eliżabetta II li jinqara waqt il‑ftuħ uffiċjali tal‑Logħob tal‑Commonwealth.

Parteċipazzjoni fil‑Queen’s Baton

Maltese Olympic Sports Award Ceremony 2017

Sar tindif mill‑volontiera fil‑Bajja tal‑Mixquqa, fl‑inħawi tal‑Fortizza ta’ Campbell u l‑Palazz ta’ Selmun, fis‑16 ta’ Settembru 2017. F’dawn l‑attivitajiet ħadu sehem 87 persuna li fil‑parti l‑kbira kienu barranin. Bejniethom ġabru numru ta’ boroz bi skart differenti kif jidher hawn taħt:

Tip ta’ Skart nru. ta’ boroż

Ħġieġ 27

Flixkien tal‑plastik 89

Bottijiet tal‑aluminju 29

Skart ieħor riċiklabbli 17

Skart imħallat li ttieħed fil‑landfill 62

Post nru. ta’ boroż

Fortizza ta’ Campbell 84

Palazz ta’ Selmun 24

Triq rurali bejn il‑Mistra u Selmun 52

Xagħra tat‑Tunnara 23

Bajja tal‑Mixquqa 41

Page 10: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

10 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Jum il‑Kunsill 2017Nhar it‑Tlieta 25 ta’ Lulju 2017 il‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa ċċelebra Jum il‑Kunsill fejn ingħataw tliet unuri lil diversi persuni għax‑xogħol li jkunu wettqu b’risq il‑komunità Melleħija, jew li bix‑xogħol tagħhom għamlu unur lil‑lokalità. Din is‑serata saret taħt il‑Patroċinju tal‑Ministru tal‑Ġustizzja u Gvern Lokali l‑Onor. Dr Owen Bonnici u saret fil‑Bitħa tas‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Kien preżenti wkoll is‑Segretarju Parlamentari għall‑Kunsilli Lokali l‑Onor. Silvio Parnis flimkien mad‑Deputati Parlamentari ta’ dan id‑distrett.

Matul din is‑serata kienu onorati: l‑ekskappillan tal‑Manikata Rev. Reggie Magri, l‑Għaqda Din l‑Art Ħelwa u l‑Perit Ċensu Galea, li ngħataw l‑Unur ‘Apprezzament

il‑Mellieħa’; l‑Onor. Clayton Bartolo, is‑Sinjuri Bridgitte Vassallo, Charles Deguara u Mavis Bond ingħataw l‑Unur ‘Rikonoxximent il‑Mellieħa’. L‑ogħla Unur ta’ ‘Ġieħ il‑Mellieħa’ ngħata lis‑Sur Joseph Cauchi.

L‑Onorevoli Clayton Bartolo ngħata l‑Unur ‘Rikonoxximent il‑Mellieħa’ għas‑servizz tiegħu fil‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa, kemm bħala Kunsillier, kif ukoll bħala Viċi Sindku.

Waqt din is‑serata ndaqq għall‑ewwel darba l‑Innu tal‑Mellieħa wara li dan intgħażel waqt konkors nazzjonali. Il‑kliem huwa tas‑Sur Antoine Barbara, waqt li l‑mużika hija tas‑Sur Hertain Gauci. L‑innu tkanta mill‑kantanta brava Corazon Mizzi.

Is‑serata tmexxiet mis‑Sur Anton Falzon waqt li l‑parti mużikali ġiet provduta minn orkestra mmexxija minn Mro Etienne Spiteri.

Il‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li attendew għal din iċ‑ċelebrazzjoni u kif ukoll lil dawk kollha li taw sehemhom sabiex ittellgħet serata tassew sinifikattiva.

Page 11: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

11Mill-Qiegħa Diċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Page 12: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

12 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

During this year the Mellieħa Local Council continued on the project Small Markets at the Heart of the EU Economy Project which started in Mellieħa in December 2016. This project is funded under the Europe for Citizens Programme Strand 2 Measure 2.2 Networks of Twinning Towns. In the Small Markets at the Heart of the EU Economy Project, the participating localities face the challenge of ‘smallness’, having resource constraints, limited diversification, remoteness and scarce labour resources. The commitment required from a small economy, to cope with the European market is not an easy task. Eurosceptics argue that small markets are to be permanently protected from the European market and the effects of globalisation.

The aim of this project is to bring different stakeholders from these small and vulnerable markets/economies to discuss the way forward on how to build stronger economies that will respond to the opportunities and challenges of the EU. The specific objectives of this project are:

‑ to build stronger small economies for a stronger European market;

‑ to engage the advantages of the single market and the digital single market into the small economies;

‑ to create funding as opportunities to micro enterprises;

‑ address skills mismatch and reduce brain drain from rural localities; and

‑ increase active citizen participation to determine their future and the future of the EU.

This year 3 conferences were held, one in Vecpiebalgas, Latvia in July 2017, another one in Cugir, Romania in September 2017 and the last in October in Aquaviva delle Fonti, Italy in October 2017. The last conference will be held in Casalborgone, Italy in May 2018. These events will target over 300 direct participants from 11

The Mellieħa Local Council continues its sucessful trend in EU‑funded opportunities

Page 13: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

13Mill-Qiegħa Diċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

rural localities from Malta, Italy, Latvia, Romania, Poland and Germany. The different actions will focus on the following topics:

‑ Integrating small and vulnerable economies into the European Market;

‑ The Single Market;

‑ The Digital Single Market;

‑ Freedom of Movement, Skills Mismatch and Brain Drain; and

‑ The need of and assistance to Micro Businesses.

Through this project, the different target groups, mainly entrepreneurs, policy makers, eurosceptics, NGOs in the social context, business, labour and environment sectors, and youths, share the present obstacles and threats faced in their local markets, while seeking new opportunities that exist in the European Union.

Is‑Sindku flimkien mas‑Segretarju Eżekuttiv C. Debono kellhom laqgħa fid‑Diviżjoni tal‑Edukazzjoni fis‑16 ta’ Ottubru 2017, dwar l‑estensjoni tal‑Iskola Primarja. Għan‑naħa tad‑Diviżjoni kien hemm is‑Segretarju Permanenti Dr Frank Fabri, id‑Direttur Ġenerali Servizzi Edukattivi s‑Sinjorina Maria Mc Namara u s‑Sinjorina Roslynn Vella, id‑Direttur Peripatetic Virtual School. Attenda wkoll il‑Perit Raphael Axiaq mill‑Fondazzjoni għall‑Iskejjel t’Għada. Il‑laqgħa ġiet imsejħa mid‑Diviżjoni bħala parti mill‑konsultazzjoni li qed issir b’rabta mal‑proġett. Mil‑laqgħa rriżulta li mhijiex l‑intenzjoni li jinbena sular fuq il‑bini eżistenti u għalhekk ser isiru binjiet ġodda fuq l‑art konfinanti minn Triq Napuljun Caruana Dingli, Triq il‑Mitħna l‑Ġdida u t‑taraġ ta’ Triq Sant’ Elena. Il‑pjan huwa li jsir childcare centre, żieda fin‑numru tal‑klassijiet, parkeġġ taħt l‑art li jakkomoda 60 karozza (livel wieħed), u librerija aktar spazjuża

The Mellieħa Local Council continues its sucessful trend in EU‑funded opportunities

Estensjoni tal‑Iskola Primarjaminn dik eżistenti. Ġie spjegat ukoll li ser tinbena biċċa art oħra, biswit l‑uffiċini tal‑iskola. Huwa stmat li dan il‑proġett jitlesta sal‑2020.

Intqal ukoll li min‑naħa tal‑Kunsill sar suġġeriment sabiex il‑parkeġġ jintuża wkoll mill‑pubbliku barra mill‑ħinijiet tal‑iskola, u jiżdiedu aktar livelli għall‑parkeġġ biex b’hekk jkun hemm il‑possibilita li tissolva l‑problema tal‑parkeġġ fi Triq Gorg Borg Olivier, kif ukoll il‑possibiltà li ssir mina li tiżbokka fi Triq Ġorġ Borg Olivier minn taħt Triq Sant’ Elena/Triq it‑Tonn.

Waqt l‑istess laqgħa ttieħdet l‑opportunità biex sar aċċenn fuq il‑problemi li qed ikun hemm biex is‑Sala Professur Godfrey Wettinger tintuża barra mill‑ħinijiet tal‑iskola. Saru wkoll proposti min‑naħa tal‑Kunsill sabiex dawn il‑problemi jkunu jistgħu jintgħelbu.

Page 14: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

14 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Is‑Sejħa għall‑Istimi MLC 2/2017 għalqet fil‑11 ta’ Settembru 2017 u għaliha wieġeb offerent wieħed li kkwota prezz globali ta’ €2,940 (mingħajr il‑VAT) sabiex jipprovdi 70 vjaġġ bl‑użu ta’ minibus ta’ 18‑il passiġġier mingħajr l‑użu tat‑tail lift. Intalbet ukoll rata separata f’każ li jkun meħtieġ servizz bit‑tail lift.

l‑istima ngħatat kif jidher hawn taħt:

Rata għal kull vjaġġ ta’ Rata għal kull vjaġġ

Minibus Normali ta’ Minibus bit‑Tail

mingħajr VAT Lift mingħajr VAT

Rata kkwotata wara s‑ €42.00 €90.00

Sejħa MLC 2/2017

Is‑sottomissjonijiet li saru kienu konformi mar‑rekwiżiti tas‑sejħa, il‑Kunsill qabel li l‑purchase order għandha tinħareġ lill‑Paramount Garages Ltd.

Servizz ta’ Trasport għall‑Anzjani li jattendu ċ‑Ċentru ta’ Matul il‑Jum

Żvilupp ta’ sit konfinanti minn Triq Ħalq iċ‑Ċawl, Triq l‑Iżbark tal‑Franċiżi, Triq in‑Nases, u Triq il‑FortizzaIs‑Sindku s‑Sur John Buttigieg flimkien mas‑Segretarju s‑Sur Carmel Debono kellhom laqgħa mall‑Perit Carmel Cocopardo li ngħata l‑inkariġu mill‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa sabiex jagħmel ir‑rakomandazzjonijiet tiegħu lill‑Kunsill rigward l‑applikazzjoni PA 5909/17 – Żvilupp ta’ sit konfinanti minn Triq Ħalq iċ‑Ċawl, Triq l‑Iżbark tal‑Franċiżi, Triq in‑Nases, u Triq il‑Fortizza.

Il‑Perit Carmel Cocopardo ingħata l‑inkariġu li jagħmel:

Is‑Sur John Buttigieg qal li s’issa l‑Awtorita’ tal‑Ippjanar ikkuntattjat lill‑entitajiet pubbliċi li hija obbligata statutorjament li tikkonsultaha, iżda konsultazzjoni aktar wiesgħa mal‑pubbliku għadha ma nfetħitx. Huwa qal ukoll li fil‑laqgħa mal‑Perit Cacopardo, apparti t‑termini ta’ referenza, daħlet f’aspetti bħalma huma l‑ħtieġa ta’ studji dwar Traffic Impact Statement, Retail Impact Statement, kif ukoll il‑Planning Contribution li tibbenefika minnhom il‑komunita’.

• Sottomissjoni ta’ ħarsa ġenerali tal‑iżvilupp propost, u kif dan jirrelata mal‑policies fil‑Pjan ta’ Struttura, il‑Pjan Lokali għall‑Majjistral u Linji Gwida li l‑Awtorita’ tal‑Ippjanar għandha fis‑seħħ

• Jagħmel rappreżentazzjonijiet mal‑Awtorita’ tal‑Ippjanar u entitajiet oħra nvoluti fl‑ipproċessar tal‑applikazzjoni in kwistjoni

• Parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jissejħu mill‑Kunsill

• Jirrappreżenta lill‑Kunsill waqt laqgħat tal‑Bord tal‑Awtorita’ tal‑Ippjanar li jwasslu sad‑deċiżjoni finali dwar l‑applikazzjoni.

Page 15: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

15Mill-Qiegħa Diċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Street Cleaning Daily Schedule

Għalkemm huma ħafna li qegħdin jagħmlu użu tajjeb mill‑bring‑in sites, u ta’ dan nirringrazzjawhom, b’xorti ħażina jidher li hemm min għadu ma fehemx eżattament għalfejn jeżistu l‑bring‑in sites.

Il‑bring‑in sites qegħdin hemm biex il‑pubbliku jarmi biss skart riċiklabbli, bħal ippakkjar magħmul mill‑plastik, metall, ħġieġ, karta u kartun. Dawn il‑bring‑in sites fil‑Mellieħa jitbattlu b’mod regolari skont skeda ta’ tbattil, mill‑GreenMT li tieħu ħsieb ukoll li jitnaddfu ħalli l‑pubbliku jużahom b’mod tajjeb.

Skart goff, bħal għamara u skart elettroniku, m’għandux jintefa’ madwar il‑bring‑in sites, iżda wieħed għandu jċempel lill‑Kunsill biex dan jinġabar mis‑servizz tal‑bulky refuse mid‑dar jew inkella jittieħed fiċ‑ċentru ta’ skart goff. Dan is‑servizz hu mingħajr ħlas.

Irridu nfakkru li fejn hemm il‑bring‑in sites qegħdin jiġu nstallati l‑cameras. Dan

Użu tajjeb tal‑Bring‑In Sitesqiegħed isir għax b’xorti ħażina għad hawn min jarmi bl‑addoċċ boroż suwed u skart goff ieħor ħdejn il‑bring‑in sites.

Ikun qiegħed jitwettaq reat ukoll meta wieħed iħalli kull tip ta’ skart, anke jekk inhu riċiklabbli, ’il barra mill‑bins. Ħafna minn dawk li abbużaw diġà weħlu multi fuq dan ir‑rigward.

attendant ‘a’ attendant ‘B’

Monday (i) Village Core (i) Ta’ Braġ/Kortin (ii) Central (ii) Ċirkewwa Terminal (iii) Priority Streets

Tuesday (i) Priority Streets (i) Mellieħa Heights/Snajjin (ii) Tas‑Sellum Area (ii) Steps (Group A)

Wednesday (i) Ċirkewwa Terminal (i) Ta’ Pennellu (ii) Mellieħa Urban Litter Bins (ii) Wied tal‑Madonna Zone (iii) Miżieb Zone

Thursday (i) Priority Streets (i) Ta’ Masrija Area (ii) Village Core (ii) Steps (Group B) (iii) Central

Friday (i) Priority Streets (i) Santa Maria Estate (ii) Manikata (ii) Steps (Group C)

Saturday (i) Ċirkewwa (i) Village Core (ii) Priority Streets (ii) Central

Page 16: Diċembru 2017 ‑ Ħarġa Nru 61 ‑ Newspaper post Mill‑Qiegħacf5893147ur69.cdnserver.net/melliehalocalcouncil/... · Latvia, Association for Education and Art Studio 212 Tetovo

16 Mill-QiegħaDiċembru 2017 - Ħarġa Nru 61

Il‑Kunsill Lokali tal‑Mellieħa kompla għaddej bit‑tisbiħ taċ‑Ċentru Storiku tal‑Mellieħa. Din id‑darba nbiddlu l‑fanali ta’ Misraħ il‑Parroċċa u l‑Belvedere tas‑Sur, simili għal dawk li twaħħlu fit‑Triq il‑Parroċċa. Huwa mistenni li matul is‑sena 2018 isir ukoll il‑pavimentar taz‑zuntier tal‑Knisja u l‑pavimentar ta’ Triq l‑Inkurunazzjoni.

Proġett ta’ Tisbiħ tal‑Mellieħataċ‑Ċentru Storiku