diĊembru 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · mietet fit-2 ta diembru tal-1665 u fid-29 ta...

66
DIĊEMBRU 2015 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 19-Jan-2021

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

DIĊEMBRU 2015

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna għal dan ix-xahar: 1. Biex ilkoll inġarrbu l-ħniena ta’ Alla, li qatt ma jgħeja jaħfer. 2. Biex il-familji, l-aktar dawk li qed isofru, jsibu fit-twelid ta’ Ġesù sinjal ta’ tama żgura. 3. Sabiex fil-ħidma pastorali tagħha l-Knisja toffri liż-żgħażagħ skopijiet ġodda ta’ ħajja u tama. Dati importanti għax-xahar ta’ Diċembru : 8 ta’ Diċembru: It-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija 15 ta’ Diċembru: Tibda n-Novena tal-Bambin Ġesù 25 ta’ Diċembru: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu 26 ta’ Diċembru: San Stiefnu l-ewwel martri. 27 ta’ Diċembru: Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi Nota importanti:

Din il-ħarġa ta’ Diċembru issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda ta’

Fidi

Fidi

- DIĊEMBRU 2015 - 2011 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista De La Salle

Page 3: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 3

It-Tlieta, 1 ta’ Diċembru San Edmond Campion u San Robert Southwell - presbiteri u sħabhom

San Andrija - appostlu Il-Beatu Ġwanni ta’ Vercelli - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 11: 1-10 Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej. 2. Salm71: 2.7-8.12-13.17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran għal dejjem. 3. Luqa 10: 21-24 Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu. IL-BEATU CHARLES DE FOUCAULD (1858-1916) Charles de Foucauld twieled fi Strasbourg, fi Franza, u safa ltim meta kellu 6

snin. Nannuh min-naħa ta’ ommu, li kien raġel għani, rabba’ lilu u lil oħtu 3 snin iżgħar minnu.

Għadda żgħożitu fix-xalar. Wara li ngaġġa suldat, kellhom ikeċċuh minħabba imġibtu. Imma mbagħad reġa’ qabad il-karriera militari u fl-1883, mar fi spedizzjoni fid-deżert tal-Marokk u kiteb deskrizzjoni tajba ħafna ta’ dan il-pajjiż li rebbħitu midalja tad-deheb mis-Soċjetà Ġeografika Franċiża.

Huwa kkonverta għal ħajja reliġjuża fl-1886 meta kellu 28 sena wara li kien mar għal parir għand is-saċerdot Henri de Huvelin li mbagħad baqa’ jgħinu fid-direzzjoni spiritwali. Sentejn wara Charles mar pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa.

Wara esperjenza bħala Trappista fis-Sirja u bħala eremit f’Nazaret, huwa kien ordnat saċerdot fl-1901 meta kellu 43 sena.

Għex fil-faqar, fil-kontemplazzjoni u fl-umiltà, jagħti xhieda ta’ mħabba, fraternità fost l-Insara, il-Lhud u l-Musulmani. Huwa kien jaf tajjeb l-Għarbi u l-Lhudi.

Biex jimita l-ħajja moħbija ta’ Ġesù f’Nazaret, de Foucauld mar jgħix f’Tamanrasset, fil-qalba tad-deżert tas-Saħara.

Kiteb diversi kotba fuq it-Twareg, membri tal-poplu Berberu tas-Saħara tal-punent u ċentrali, fosthom ktieb tal-grammatika u dizzjunarju Franċiż-Tuareg.

Huwa kellu ħsieb iwaqqaf il-Fraternità tal-Qalb Imqaddsa. Magħrufin bħala l-Aħwa ż-Żgħar ta’ Ġesù, bl-iskop li jevanġelizzaw it-Twareg. Din il-ħolma tiegħu saret realtà wara mewtu permezz ta’ Dun Réné Voillaume u ta’ Sr. Magdeleine Hutin.

Charles de Foucauld kien maqtul b’tir fl-1 ta’ Diċembru 1916 waqt l-irvellijiet fost il-Berberi ta’ Hoggar.

Kien iddikjarat beatu fit-13 ta’ Novembru 2005.

Page 4: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

4 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Jiena nintelaq kollni kemm jien fl-Ispirtu s-Santu, inħalli lili nnifsi nkun immexxi kull fejn u kull meta jrid l-Ispirtu, u min-naħa tiegħi nissieħeb mal-Ispirtu b’resoluzzjoni qawwija u effettiva u b’dixxerniment responsabbli ... L-Ispirtu s-Santu jinżel fuqna bi tjieba kbira,u qatt bl-istorbju. San Franġisk Saver Cabrini

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, parti mill-1 punt

So that we, says Saint Augustine, will not endure a terrible and crushing sentence when we appear before the tribunal of this inexorable Judge who will judge us for eternity, let us constantly strive to free ourselves of our defects, for we cannot know either the day or the hour when we will die. Those whose life span is so uncertain must not delay to take the steps needed to insure their salvation.

TALBA San Mikiel Arkanġlu

ddefendina fil-jum tat-taqbida, kun int li tħarisna

mill-ħażen u t-tnassis tal-għadu. Bl-umiltà kollha nitolbuk, O Alla,

biex titfa’ ħarstek fuq l-għadu tagħna u ċċanfar lilu u l-ispirti ħżiena li għadhom jiġġerrew fid-dinja,

u jħabirku għat-telfin tal-erwieħ. ‘Doorway to Faith’

Missierna ...

L-Erbgħa, 2 ta’ Diċembru Santa Bibjana - verġni u martri

Il-Beata Marija Anġela Astorch - verġni Il-Beatu Rafel Chylinski - presbiteru

Il-Beatu Ġwanni Ruybroeck

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 25: 6-10a Sidi l-Mulej jagħmel għall-popli kollha mejda b’ikel fin u jixxotta d-dmugħ minn fuq kull wiċċ. 2. Salm 22: 1-6 Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj. 3. Mattew 15: 29-37 Ġesù fejjaq ħafna morda u qasam il-ħobż.

Page 5: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 5

IL-BEATA MARIJA AN{ELA ASTORCH (1592-1665) – ver[ni Il-Beata Marija Anġela Astorch twieldet fl-1 ta’ Settembru tal-1592, fi Spanja.

Kienet ir-raba’ wild ta’ familja reliġjuża ħafna u trabbiet f’devozzjoni kbira. Fis-16 ta’ Settembru tal-1603, fl-età ta’ 11-il sena, daħlet mas-sorijiet tal-

Klarissi u sitt snin wara ħadet il-professjoni reliġjuża. Ftit snin wara waqqfet monasteru f’Żaragoza, fi Spanja, u fl-1627 saret il-

Badessa. Imbagħad fit-2 ta’ Ġunju fl-1645, waqqfet monasteru ieħor fi Spanja wkoll,

f’Murcia, fejn serviet ta’ Badessa sal-1661 Kienet tgħaddi ħafna mill-ħin tagħha tistudja l-Kitbiet Sagri, kif ukoll il-kittieba

kbar tal-Knisja. Dan ispiraha biex tikteb il-Brevjar, skema ta’ talb u innijiet għal kuljum.

Marija Anġela, kienet mistika u viżjunarja, kienet tara u tkellem l-Anġlu Kustodju tagħha.

Mietet fit-2 ta’ Diċembru tal-1665 u fid-29 ta’ Settembru 1850, ġiet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, għall-virtujiet erojċi tagħha.

Kienet ibbeatifikata fit-23 ta’ Mejju 1982, mill-Papa San Ġwanni Pawlu II. Riflessjoni: F’dan il-perijodu tas-sena liturġika, mela, ninsabu mexjin biex niltaqgħu mal-Mulej, imma wkoll u fuq kollox «biex inħallu lilna nfusna niġu milqugħa minnu». U dan hemm bżonn li nagħmluh b’qalb miftuħa, «sabiex huwa jiltaqà miegħi, jgħidli dak li jrid jgħidli, li mhux dejjem huwa dak li jien irrid li jgħidli!». Ma ninsewx allura li «huwa hu l-Mulej u hu jgħidli dak li jgħodd għaliija», għal kull wieħed u waħda minna, għaliex «il-Mulej ma jħarisx lejn kollha f’salt, bħala massa: le, le! Huwa jħares lejna wieħed wieħed, f’wiċċna, f’għajnejna, għaliex l-imħabba mhix imħabba astratta imma hija mħabba konkreta. Persuna, persuna. Il-Mulej, persuna, iħares lejja, persuna». Hekk hu għaliex inħallu lilna nfusna niġu milqugħa mill-Mulej ifisser fl-aħħar mill-aħħar «inħallu li nkunu maħbuba mill-Mulej».

Il-Papa Franġisku, minn Santa Martha, (2013)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.1, it-2 parti

It is not only the wicked who need to be afraid of the Last Judgment because of the evil life they have led. It will be a harrowing experience for the good as well as the wicked, says Saint Augustine. For, asserts Saint Jerome, there will be few, in fact there will be none, in that general gathering who will not deserve to be reproved with severity and anger by the Judge. This is why, he adds, there is no soul that does not fear God’s judgment, for the stars themselves, meaning the saints, will not be pure in his presence. It will be very difficult, this holy doctor continues, to find anyone pure and irreproachable enough to appear before this Judge with assurance and dare to say, who will convict me of sin? Because of this, says Saint Ephrem, all creatures will be penetrated with fear, and all the legions of holy angels will shudder on the great day of the Lord’s vengeance.

Page 6: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

6 SIGNUM FIDEI

The main reason why the just themselves will fear while awaiting the Last Judgment is that we will have to give an account not only of the idle words we have spoken, as Jesus Christ says in the Gospel, but even of the good works we have performed, according to what God declares through the Royal Prophet: I will judge justices, meaning all the good that we have accomplished during our life. He will probe it to see if it was truly good and whether anything defective can be found in it. Who of us, then, will not fear God’s judgment?

TALBA

O Missier, it-traġedja kerha tad-dnub ta’ Adam hi ferm megħluba mill-grazzja infinità

tal-ħniena tiegħek lejna. Għaliex ibnek mhux biss ħassar

l-effetti tad-dnub oriġinali, imma qajjimna miegħu

biex naqsmu l-istat divin tiegħu bħala Iben Alla. Ammen.

‘Doorway to Faith’ Missierna ...

Il-Ħamis, 3 ta’ Diċembru

San Franġisk Saverju - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 26: 1-6 Jidħol poplu ġust li jżomm is-sewwa. 2. Salm 117: 1 u 8-9.19-21.25-27a Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! 3. Mattew 7: 21.24-27 Min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis- smewwiet jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.

SAN FRANĠISK SAVERJU (1506-1552) - saċerdot Dan il-qaddis jista’ jitqies bħala wieħed mill-akbar missjunarji tal-Knisja, uħud

iqabbluh mal-appostlu San Pawl. Minħabba f’hekk ġie maħtur Patrun tal-Missjonijiet.

Bħall-missier spiritwali tiegħu Sant’Injazju minn Loyola, Franġisk kien Spanjol ta’ razza Baska. Kellu f’moħħu li jagħmel isem bħala studjuż magħruf u duttur tal-filosofija.

Ta’ 18-il sena daħal fl-Università ta’ Pariġi biex jistudja l-filosofija u ħa l-grad mill-kulleġġ ta’ Santa Barbara. Hawn iltaqa’ u sar ħabib ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola. Injazju, li kien jaf bl-ambizzjonijiet ta’ Franġisku Saverju, kien ifakkru

Page 7: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 7

ta’ spiss fi kliem Ġesù: “X’jiswielu l-bniedem jakkwista d-dinja kollha u mbagħad jitlef ruħu?”

Ta’ 28 sena ċeda għall-ideali għoljin t’Injazju, wara li kien ilu jgħix fl-istess kamra miegħu u mal-Beatu Pietru Favre fl-Università ta’ Pariġi għal erba’ snin.

Seba’ Ġiżwiti ntagħżlu għall-missjoni, iżda fl-aħħar minuta Franġisk kellu jieħu post wieħed minnhom li ma setax jagħmel il-vjaġġ. “Ix-xogħol f’idejk!”, qallu Injazju.

Franġisk kellu jħalli Ruma għall-Portugall fi żmien 24 siegħa. Hu aċċetta bil-ferħ u beda jraqqa’ qalziet qadim u suttana biex jeħodhom miegħu. F’dan kollu wera faqar, sempliċità u tfittxija għar-rieda ta’ Alla fl-ubbidjenza u t-talb li kkaratterizzaw il-ħidma tiegħu fil-missjoni.

Matul l-għaxar snin ta’ xogħol fil-missjonijiet hu vvjaġġa fil-biċċa l-kbira tal-Lvant imbiegħed bħala nunzju papali u superjur Ġiżwita. Hu ħalla warajh f’kull post li għadda knejjes jiffjorixxu, li diversi minnhom komplew sa żminijietna.

Kellu xewqa kbira li jmur iċ-Ċina u jxandar il-vanġelu f’dak il-pajjiż kbir. Franġisk miet bla ma laħaq irċieva s-sagramenti u mingħajr difna nisranija, waqt li kien fuq il-gżira ta’ Sancian, ħdejn Hong Kong, jistenna lil wieħed negozjant li wegħdu li kellu jdaħħlu bil-moħbi fiċ-Ċina. Kellu 46 sena.

San Franġisk Saverju kien iddikjarat qaddis, flimkien ma’ Sant’Injazju Loyola fl-1662 mill-Papa Girgor XV.

Riflessjoni:

Ġesù jbiddel l-istorja minn sensiela ta’ inċidenti koroh għal opportunitajiet kostanti biex inbiddlu qlubna, għall-konverżjoni tal-qalb. Għalhekk, li tistenna bil-paċenzja jfisser li tħalli l-biki u t-tinwib isir t-tħejjija li ssaffina u tħejjina biex nakkwistaw il-ferħ imwiegħed lilna. Għalhekk, nitħarrġu fil-paċenzja għaliex f’ħafna minna l-paċenzja mhix awtomatika. Fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, pereżempju: inżommu l-kju bla ma naqbżu lil ħaddieħor; nistennew bla ansjetà l-karozza tal-linja bla ma nħarsu lejn l-arloġġ; induru u naqdu bl-imħabba lil xi marid/a anke jekk nisimgħu xi tgergira; nissaportu lil xulxin b’mogħdrija lill-membri tal-familja speċjalment lit-tfal; nissaportu fuq ix-xogħol lil xi ħadd b’karattru stramb u iebes ... Iva, Alla l-imbierek jinqeda b’dawn iċ-ċirkustanzi u oħrajn li huma ordinarji, ta’ kuljum, biex jgħinna nikbru fi bnedmin mimlija bl-ispirtu ta’ Kristu, kollu ħlewwa u sabar. Però, irridu nagħtu kas ta’ tant ċirkustanzi fil-ħajja ta’ kuljum u nivvalorizzawhom spiritwalment.

Bennie Mercieca, Ejja Mulej Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 79, l-1 parti

After Saint Francis Xavier joined Saint Ignatius and made a spiritual retreat under his direction, he resolved to give himself entirely to God. He had a great love for suffering, especially the mortification of his body and his senses. This spirit led him to undertake extraordinary penances.

Page 8: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

8 SIGNUM FIDEI

From time to time, he went three or four days without eating, and when he did eat, he abstained not only from meat and wine but also from wheat bread, and he was satisfied with the coarsest kind of food used by the poor. To mortify his body, he used a discipline made of metal, and he beat himself so roughly that blood flowed freely from the wounds he made. He slept very little, lying on a bit of straw on the ground. On one occasion among others, he tied cords so tightly around his body and left them there so long that they entered his flesh. The infection this caused him was judged to be incurable, but he was miraculously healed through the prayer of his companions. Once he sucked an ulcer full of pus that made him nauseous. By a life mortified like this, the saints who worked the most for the salvation of souls prepared and conditioned themselves to achieve very great results in this ministry. Because God has called you to such an exalted work, if you cannot practice these great mortifications, at least you ought to mortify your senses and your own spirit, which must no longer live in you, for God asks you not to live and to be guided except by his divine Spirit.

TALBA Missier Alla,

agħmel li l-Ispirtu s-Santu ikebbes fija xewqa kbira

li naqsam mal-oħrajn l-esperjenza tiegħi ta’ Ġesù ta’ Nazzaret,

il-Mulej ta’ ħajti. Ammen.

‘Doorway to Faith’ Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Robert of Mary Pace (1970) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru

San Ġwann Damaxxenu – presbiteru u duttur tal-Knisja Santa Barbara – verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 29: 17-24 Dakinhar għajnejn l-għomja jaraw. 2. Salm 26: 1.4.13-14 Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Mattew 9: 27-31 Żewġ għomja jitfejqu għax jemmnu fil-Mulej.

Page 9: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 9

SANTA BARBARA (ċ273- ....) - verġni u martri Il-ħafna leġġendi li nsibu fuq il-ħajja ta’ din il-qaddisa jagħmluha ħaġa diffiċli

biex inkunu nafu sewwa ġrajjietha. Hi kienet waħda mill-qaddisin l-aktar popolari taż-żminijiet tan-nofs – waħda mill-“14-il Qaddis Awżiljaturi”.

L-istorja tagħha tgħid li hi kienet minn Nikomedja, u twieldet għall-ħabta tas-sena 273. Bejn is-snin 286-287 hi marret toqgħod fir-raħal ta’ Scandriglia, illum fil-provinċja ta’ Rieti, fl-Italja Ċentrali, minħabba li missierha, jismu Dijoskoru, kien impjegat mal-Imperatur Massimiano Erkulew.

Il-konverżjoni ta’ Barbara għar-reliġjon nisranija rrabbjat lil Dijoskoru u t-tfajla ħteġilha taħrab f’bosk wara li kienet qerdet l-idoli fil-villa ta’ missierha. Meta sabuha kienet meħuda quddiem il-Prefett Marċjanu.

Waqt il-proċess Barbara ddefendiet it-twemmin tagħha u ħeġġet lil missierha, lill-prefett u lil dawk preżenti biex jiċħdu t-twemmin pagan u jsiru nsara.

Minħabba f’hekk hija ġiet maħqura u maqtula minħabba l-fidi tagħha, minn missierha stess, billi qatgħalha rasha.

Il-leġġenda tagħha tgħid ukoll li ftit wara sajjetta ħalliet mejjet lil missierha. Minħabba f’hekk Santa Barbara hi msejħa kontra s-sajjetti u hi patruna ta’ dawk li jaħdmu fil-minjieri, artillieri u ta’ dawk kollha li jaħdmu fl-esplossivi. Hi patruna wkoll tal-periti u tal-bennejja.

Fdalijiet tagħha jinsabu fil-katidral ta’ Rieti. Fil-Belt Valletta hemm knisja żgħira ddedikata lilha fi Triq ir-Repubblika, li fiha

ssir quddies b’diversi ilsna, speċjalment għat-turisti ġermaniżi. Riflessjoni: Ejja, dawl tiegħi, u dawwal id-dlam tiegħi. Ejja, ħajja tiegħi, u qajjimni mill-mewt. Ejja, tabib tiegħi, u fejjaq il-feriti tiegħi. Ejja, fjamma ta’ mħabba divina, u aħraq ix-xewk ta’ dnubieti, kebbisli qalbi bi fjamma ta’ mħabbtek. Ejja, sultan tiegħi, poġġi fuq it-tron ta’ qalbi u saltan hemm. Għax inti biss is-sultan u l-Mulej tiegħi.

San Dimitrii ta’ Rostov (1641-1709)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 79; silta mit-2 punt In this spirit of humility, Saint Francis Xavier always traveled on foot, no matter how lengthy the journey, except when he had to cross the sea. In the same spirit, he usually stayed in hospitals, and during one long sea voyage, he acted as a servant toward everyone. Later, he served for two months as a domestic servant for a Japanese soldier. He wrote on his knees to Saint Ignatius, his superior. That is how this saint prepared for the conversion of a great number of souls, for God usually acts this way with those who serve him with humility, as the Most Blessed Virgin testifies in her canticle that God acted in her regard. The more humble people are, the more God accomplishes great things through them.

Page 10: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

10 SIGNUM FIDEI

Do you wish to convert your disciples and easily win them over to God? Be children like them, not in prudence, says Saint Paul, but in evil. The more you become little, the more you will love to be considered as such. The more you cherish the persecutions and humiliations that people direct against you, the more you will touch the hearts of those whom you instruct and engage them to live as true Christians.

TALBA O Alla ta’ mħabba,

oħloq fina għajn ta’ ferħ, qanqal fina spirtu lest għaż-żifna,

ħeġġeġ ġewwa fina nar ta’ kuntentizza, rawwem fina għanja ta’ radd il-ħajr,

għaliex inti huwa DAK li ġej biex tfejjaq u tbierek.

Ammen Missierna ...

Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru

San Saba - abbati Il-Beatu Niels Stensen (Nikola Steno) - isqof

Il-Beatu Bartilmew Fanti - presbiteru Il-Beatu Filippu Rinaldi - presbiteru

Il-Beatu Plaċidu Riccardi - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 30: 19-21,23-26 Il-Mulej iħenn għalik mal-ħoss tal-għajta tiegħek. 2. SALM 146 : 1-6 Alla ġust hu l-Mulej; henjin dawk li jafdaw fih. 3. Mattew 9: 35 - ;10: 1,6-8 Ra n-nies u tħassarhom. IL-BEATU NIELS STENSEN (Nikola Steno) (1638 - 1686) - isqof L-isem ta’ Niels Stensen aktarx hu l-aktar magħruf mill-istudjużi tal-Ġeoloġija.

Dawn f’Kungress li kellhom f’Bolonja fl-1881 iddikjarawh l-aqwa fosthom. Fi rħama li twaqqfet f’ġieħu, f’San Lorenzo f’Firenze, hu msejjaħ studjuż straordinarju tal-ġeoloġija u tal-anatomija.

Niels Stensen (jew kif isibuh oħrajn Nikola Steno) twieled f’Kopenhagen fid-Danimarka, fl-1 ta’ Jannar 1638. Tilef ’il missieru meta kien għad kellu sitt snin. Bħala żagħżugħ daħal l-università jistudja l-mediċina.

Billi kien tat-tajjeb, siefer biex ikompli jistudja lejn bliet Ewropej, fosthom Amsterdam (l-Olanda) fejn beda r-riċerki xjentifiċi tiegħu. Għamel diversi

Page 11: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 11

skoperti importanti, fosthom li hija l-glandola li tikkomunika l-widna mal-ħalq. Irnexxielu wkoll janalizza l-glandoli tad-dmugħ, tal-muskoli u tal-qalb.

Ta’ 26 sena daħal l-Università ta’ Lerida (Spanja) fejn iltaqa’ mal-għaref Spinoża li tiegħu sar ħabib kbir. Minn hemm mar Pariġi fejn beda l-istudji tiegħu tal-embrijoloġija u l-anatomija. Żar ħafna bliet oħra ta’ Franza jagħmel konferenzi u fl-aħħar mar Firenze li saret it-tieni patrija tiegħu.

Hu kien studjuż kbir tal-ġeoloġija u interessa ruħu wkoll dwar l-arkeoloġija tal-gżira tagħna. Mhux ħaġa kbira li anki żar Malta.

Fl-1667, meta kellu 29 sena, megħjun minn xi ħbieb u wara maturazzjoni intelletwali u spiritwali, Niels Stensen ħaddan il-fidi kattolika minn dik protestanta. Hu ma waqafx fil-ħidma xjentifika tiegħu u kompla bil-vjaġġi jagħmel riċerki biex jipperfezzjona ruħu kemm jista’ jkun.

Fl-1675 sar saċerdot. Kellu 35 sena. Minn dak il-mument fittex li jkun kollu kemm hu ta’ Alla. Skont kliemu stess hu ried jagħti lil Alla l-aħjar li kellu u jagħtihulu bl-aħjar mod possibbli. Sentejn wara ġie kkonsagrat isqof u mibgħut bħala awżiljarju ta’ Munster, fil-Westfalja. Ta ruħu biex jgħin kif jista’ lill-ftit kattoliċi f’dawk l-artijiet, mhedda kif kienu bil-propaganda qawwija tal-luteraniżmu. Minn Munster intbagħat f’Hamburg, u wara, fi Schwerin, fejn kien bħala sempliċi missjunarju biex ikun aktar qrib il-fidili.

L-apostolat tiegħu bħala saċerdot u bħala isqof ma kellux wisq suċċess għax madwaru kien hemm ambjent mill-aktar ostili, maħkum minn protestanti ħorox u mill-politika u forza qawwija.

Il-Beatu Nikola Steno miet fil-belt ta’ Schwerin (Ġermanja) fil-5 ta’ Diċembru 1686, ta’ 49 sena neqsin xahar. Wara li kien midfun fil-katidral tal-post, il-fdal tiegħu ttieħed sena wara fil-knisja ta’ San Lorenzo ġewwa Firenze.

Hu kien ibbeatifikat mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fit-23 ta’ Ottubru 1988. Waqt id-diskors tal-beatifikazzjoni, il-Papa tenna aktar minn darba li “l-fidi u x-xjenza mhumiex kontra xulxin, imma l-waħda tikkomplementa lill-oħra.”

Riflessjoni: Jekk tħobb lil għajrek u żżommu fi ħsiebek, inti timxi ’il quddiem. U fejn tasal? Għand il-Mulej Alla, għand dak li jeħtieġ inħobbu b’qalbna kollha, b’ruħna kollha, u b’moħħna kollu. S’issa għadna ma wasalniex għand il-Mulej, imma l-proxxmu hu dejjem magħna. Mela, erfa’ l-piż ta’ dak li inti miexi miegħu, jekk trid tasal għand dak li tixtieq tibqa’ miegħu. Mill-Kitbiet ta’ S. Wistin

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 7, silta mit-3 punt

For every state, says Saint Thomas, there is a particular grace special to it; consequently, it is a necessary virtue for all those who belong to that state, if they wish to sanctify themselves and to find salvation there. For each one of you, this grace is the grace of obedience, because obedience ought to be the characteristic of people living in community. It ought to distinguish them from people living in the world and enjoying their full liberty. This is why Saint Lawrence Justinian says that whoever wishes to enter a religious society must, first of all, renounce his own will.

Page 12: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

12 SIGNUM FIDEI

Saint Bernard, to make us understand that this renunciation sanctifies, says that this is what Jesus Christ meant when he gave us in the Gospel the first means of reaching perfection, namely, to deny ourselves. Saint Vincent Ferrer says that Jesus Christ will never give his grace to anyone in religious life who refuses to be governed by the superior.

TALBA O Alla, matul dan l-Avvent

agħmel li d-dawl tal-paċi u l-imħabba jiddu mad-dinja kollha.

Agħtina l-għajnejn biex naraw is-sinjal tal-preżenza tiegħek fid-dinja.

Għinna nħejju l-ħajja tagħna u d-djar tagħna

biex nilqgħu lil DAK li qal ‘jiena d-dawl tad-dinja’.

Ammen. http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

Il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru It-Tieni Ħadd tal-Avvent

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Baruk 5: 1-9 Alla juri sbuħit Ġerusalemm lid-dinja. 2. Salm 125: 1-6 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! 3. Filippin 1: 4-6,8-11 Kunu safja u bla ebda ħtija fil-jum ta’ Kristu. 4. Luqa 3: 1-6 Il-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’Alla.

Riflessjoni fuq il-Vangelu:

F’dan l-evanġelju ninnotaw kif Luqa jagħmel referenza għas-seba’ min-nies li l-aktar kellhom poter f’dak iż-żmien biex joħloq kuntrast qawwi mal-figura ta’ Ġwanni l-Battista. Alla jinjora lis-setgħanin tad-dinja u jagħżel lil dan il-persunaġġ, Alla ma jingħalaqx fil-ġerarkiji tal-poter, ma jsegwix il-loġika tal-bniedem, jagħżel il-kollaboraturi tiegħu b’mod li jħawwadna. Alla li meta wasal iż-żmien tal-fidwa jagħżel li jibda mid-deżert, mixja bil-maqlub ta’ dak li

Page 13: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 13

jagħmel il-poter tad-dinja li minflok joqgħod fiċ-ċentru u jimbotta dejjem iktar nies lejn it-truf.

Mhux b’kumbinazzjoni li wara l-Battista l-istess Ġesù jibda l-mixja tiegħu mid-deżert. Fil-baħħ totali tad-deżert, il-bniedem ifittex il-preżenza, fis-skiet ifittex il-kelma, fil-vojt il-milja.

Ġwanni jiġbed il-folol, il-mogħdijiet jidrittaw, il-qlub magħluqa, u l-irjus iebsa jikkonvertu. Xejn ma jibqa’ kif kien jekk il-bniedem jara l-fidwa t’Alla. Ġwanni ma jimponix imma jilqa’ x-xewqa t’Alla, ma jsirx id-dawl, imma il-musbieħ umli tiegħu, m’għandux messaġġi personali xi jwassal imma jislef leħnu lill-kelma. Ġwanni hu l-profeta li juri l-mixja ta’ fidi tal-Avvent, inħallu spazju għal Alla ġewwa fina u fl-oħrajn, fid-dinja billi nirbħu t-tentazzjoni li nagħmlu aħna minfloku. Il-fidwa tal-bniedem hi opra t’Alla mhux tagħna għalhekk il-profeta jistedinna biex “inħejju triq għall-Mulej” b’hekk ikun jista’ jilħaq kull rokna tad-dinja u ta’ qalb il-bniedem.

Quddiem il-proġetti l-kbar tal-inġinjerija u tax-xjenza, dawk li jemmnu m’għandhomx jistħu jieħdu f’idejhom l-impenn li jidher dgħajjef meta mqabbel ma’ dawn; inwarrbu l-vizzji, inwittu l-ħotob tas-suppervja, nidfnu l-indifferenza, nagħmlu t-tajjeb fejn hu nieqes, nistennew bil-perseveranza biex il-fidi taħdem u bil-ħerqa ix-xogħol ta’ min ma jipretendix li jieħu l-post ta’ Alla, anzi jilqgħu bil-ħerqa kollha. Kif jgħid it-teologu martri ta’ żmienna, Dietrich Bonhoeffer, “m’għandniex bżonn ta’ … nies li jiddisprezzaw lill-bniedem jew ta’ ħafna manuvri raffinati, imma ta’ bnedmin miftuħa, sempliċi u retti. Baqgħalna forza ta’ reżistenza ġewwa fina … sinċerità bla tarf lejna nfusna biex nerġgħu nsibu t-triq tas-sempliċità u tas-sewwa?”

Don Davide Rota, La realtà e Cristo

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 80, it-2 parti

This saint (St. Nicholas) loved prayer, and it was through his prayers that he calmed a furious storm when he was on the sea to make a devotional visit to the holy places of Jerusalem. To make prayer more easily and with more devotion, he spent much time in churches and went there early in the morning. It is said that this is what led to his being chosen as bishop in a seemingly miraculous manner. Prayer also helped him a great deal to govern his diocese, for in this way he became imbued with the episcopal spirit and the divine wisdom that he needed to guide souls. Your obligation to instruct children and to bring them up in the Christian spirit ought to make you very diligent in prayer to obtain from God the graces you need to carry out your work well and to draw down on you the light you need to know how to form Jesus Christ in the hearts of the children entrusted to your guidance and how to give them the spirit of God. Realize that being filled with God as much as you ought to be in the state in which Providence has placed you obliges you to converse frequently with God.

Page 14: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

14 SIGNUM FIDEI

TALBA O Mulej,

aħna nsejħulek fil-bżonn ta’ mħabbtek biex tifdina.

Fil-ħniena tiegħek ejja u għamilna sħaħ. Inti li tgħix u ssaltan

m’Alla l-Missier u l-Ispirtu s-Santu Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Missierna ...

It-Tnejn, 7 ta’ Diċembru

Sant’Ambroġ – isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 35: 1-10 Alla ġej biex isalvakom. 2. Salm 84: 9-14 Alla ġej biex isalvana. 3. Luqa 5, 17-26 Rajna ħwejjeġ tal-għaġeb illum.

SANT’AMBROĠ (ċ340-†397) - isqof ta’ Milan u duttur tal-Knisja Sant’Ambroġ kien l-iżgħar tifel fil-familja; iż-żewġ ħutu l-oħra, Sátiru u

Marċellina, huma miżmuma b’qaddisin ukoll. Ambroġ twieled fi Trier (Treviri), fil-Ġermanja. Missieru, jismu wkoll Ambroġ, kien Ruman, prefett pretorjan tal-Gallja (Franza tal-qedem).

Wara l-mewt tal-missier, il-familja reġgħet lura f’Ruma. Hemm Ambroġ sar avukat u kien magħruf għall-oratorja u l-għerf tiegħu. Is-suċċessi tiegħu wasslu lil Ancius Probus, il-prefett pretorjan tal-Italja, biex jaħtru l-assessur tiegħu.

L-imperatur Valentinjanu nnominah gvernatur ta’ żewġ provinċji, il-Ligurja u l-Emilja, bir-residenza tiegħu f’Milan, kariga li hu mexxa b’kapaċità u ġustizzja kbira.

Fit-374, il-mewt ta’ Auxentius, isqof ta’ Milan u arjan, ġabet tilwim kbir bejn il-kattoliċi u l-arjani, kull naħa tiġġieled biex isir isqof kandidat imressaq minnha. Meta Ambroġ mar fil-katidral biex jipprova jikkwieta lin-nies u jżomm l-ordni, hu nnifsu ġie magħżul miż-żewġ naħat biex ikun l-isqof, minkejja li kien għadu katekumenu ta’ xi 35 sena. Ambroġ ma riedx jaċċetta, imma kien sfurzat li

Page 15: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 15

jagħmel hekk meta l-imperatur ikkonferma l-għażla. Hu tgħammed u fis-7 ta’ Diċembru 374 kien ikkonsagrat isqof.

Hu ta kull ma kien jippossjedi u beda jistudja t-Teoloġija, il-Bibbja u l-kittieba kbar insara taħt it-tutur li kellu qabel, Simpliċjanu, u beda jgħix ħajja ta’ awsterità kbira. Malajr hu sar l-aktar predikatur elokwenti ta’ żmienu u l-aktar oppożitur qawwi kontra l-Arjaniżmu fil-Punent.

Sar il-kunsillier tal-Imperatur Grazjanu u fit-379 ipperswadih li jikkundanna l-Arjaniżmu fil-Punent.

Kien Sant’Ambroġ li għammed lil S. Wistin. Huwa miet fis-Sibt Imqaddes tal-Għid, fl-4 ta’ April, tas-sena 397. Imma l-

festa ta’ Sant’Ambroġ issir fis-7 ta’ Diċembru, il-jum ta’ meta kien ikkonsagrat isqof.

Ambroġ kien difensur qawwi tal-indipendenza tal-Knisja kontra l-awtorità sekolari; iddefenda t-tagħlim tal-Knisja u ppopolarizza l-primat tal-Papa fil-Punent. Hu wieħed mill-ewlenin fit-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Madonna u tkellem b’persważjoni fuq il-verġinità tagħha. Ambroġ kiteb diversi trattati, prietki u innijiet liturġiċi.

Meta kien qed jispiċċa l-Imperu Ruman, Sant’Ambroġ kien wieħed mill-figuri kbar tal-Knisja bikrija u aktar minn kull bniedem ieħor kien responsabbli tal-qawmien tal-Kristjaniżmu fil-Punent.

Huwa l-qaddis patrun tal-ikbar arċidjoċesi, dik ta’ Milan, fejn id-devozzjoni lejh hija waħda kbira ħafna.

Riflessjoni: Meta Ġwanni qabeż bil-ferħ, Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu, imma nafu li għalkemm l-ispirtu ta’ Marija feraħ, hi ma kellhiex bżonn timtela bl-Ispirtu s-Santu. Lil hemm mill-għarfien tagħna, iben Marija huwa ħabrieki. Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu wara li ħarġet tqila bi Ġwanni, waqt li Marija hi mimlija bl-Ispirtu s-Santu qabel ma nisslet lill-Mulej. Eliżabetta tgħid: “Imbierka inti għax emmint”. Inti wkoll imbierek għax smajt u emmint. Ruħ li temmen iġġib u tnissel il-Kelma t’Alla u tgħarraf l-għemejjel tiegħu. Agħmel li r-ruħ ta’ Marija tkun f’kull wieħed minnkom biex ixxandru l-qawwa tal-Mulej. Ħallu l-ispirtu tagħha jkun fikom biex tifirħu fil-Mulej.

Sant’Ambroġ, isqof ta’ Milan

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 81, it-2 parti

When Saint Ambrose became a bishop, his natural eloquence became heavenly and completely divine. It served him so well in the conversion of souls that no one was able to resist him. With God’s help he had the power to convert Saint Augustine from a stubborn Manichean to one of the greatest doctors of the Church. This was also the reason why the heretics feared him and did not dare challenge him, because he alone was quite able to refute all of them. He joined to his eloquence and piety a marvelous power and firmness that were reinforced by his extraordinary disinterestedness.

Page 16: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

16 SIGNUM FIDEI

You do not need eloquence of this sort, but you do need to share in his apostolic zeal in order to labour usefully in your work of saving souls. Often ask God for the grace to touch hearts as he did. This is the grace of your state, for it would be of little use to those whom you instruct if, as Saint Paul says of the Jews, their minds remained blinded and hardened after so many instructions and if, after you have announced to them so many times the truths of the holy Gospel, a veil still remained over their hearts.

TALBA Mulej Ġesù Kristu, re etern,

Alla u bniedem, itfa’ ħarsa ta’ ħniena fuqi

u isma’ t-talba tiegħi, għax jiena nafda fik. Ikollok ħniena minni,

jien kollni mnikket u mimli nuqqasijiet għax il-kompassjoni tiegħek ma tintemmx.

Sant’Ambroġ

Missierna ...

It-Tlieta, 8 ta’ Diċembru It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 3: 9-15,20 Innissel mibegħda bejn nislek u bejn nisel il-mara. 2. Salm 97: 1-4 Ngħannu lill-Mulej, għax għamel l-għeġubijiet. 3. Efesin 1: 3-6,11,12 Alla għażilna fi Kristu sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. 4. Luqa 1: 26-38 Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.

SOLENNITÀ TAT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA Fl-ewwel jiem tal-Avvent, iż-żmien li fih nitħejjew għall-miġja fostna tal-iben ta’

Alla bħala bniedem, il-Knisja turina kif Alla nnifsu ħejja lil dik li kellha tagħtih il-ġisem uman u tagħmel il-festa tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija.

Illum tiftaħ is-Sena Mqaddsa tal-Ġublew tal-Ħniena

Page 17: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 17

Fit-8 ta’ Diċembru 1854, il-Papa Piju IX ddikjara solennement bħala domma tal-fidi illi “l-Imqaddsa Verġni Marija, in vista tal-merti ta’ Ġesù Kristu, il-feddej tal-bnedmin, sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha kienet, bi grazzja u bi privileġġ singulari ta’ Alla li jista’ kollox, meħlusa minn kull tebgħa tad-dnub oriġinali.”

Twemmin speċifiku fid-duttrina tat-Tnissil bla Tebgħa żviluppa gradatament matul sekli ta’ riflessjoni devozzjonali u teoloġika fuq il-qdusija tal-Madonna. Diġà fis-seklu 2, il-kittieba tal-Knisja raw lil Marija bħala Eva l-ġdida; fis-seklu 5, il-Konċilju ta’ Efesu (431) ddefenda t-titlu tagħha ta’ “Omm Alla” (Theotokos). Sas-seklu 8 kienu ġeneralment rikonoxxuti li l-Madonna personalment kienet bla ebda dnub u l-festa tat-tnissil tagħha, għalkemm mhux speċifikament “immakulat” kienet tiġi ċelebrata fil-Lvant.

Fis-seklu 12, Eadmer ta’ Canterbury kiteb l-ewwel trattat fuq il-konċepiment immakolat u ta bidu għall-ewwel dibattiti teoloġiċi fuq in-natura tal-ħelsien ta’ Marija mid-dnub. Kien il-Franġiskan Ingliż il-Beatu Ġwanni Duns Scotus li rebaħ l-aħħar oġġezzjoni li t-teoloġi kellhom, jiġifieri li jekk Marija kienet għal kollox preservata minn kull dnub, allura jiġi li Kristu ma kienx ikun il-Feddej tagħha. Scotus wieġeb: “Marija kellha bżonn ta’ Kristu bħala l-Feddej tagħha aktar minn kull bniedem, għaliex kienet tittebba’ bid-dnub oriġinali … kieku l-grazzja tal-Medjatur ma laqgħetlux minn qabel.”

Il-festa tal-konċepiment immakulat iddaħħlet fil-kalendarju Ruman fl-1476 u sas-seklu 17, id-dinja Kattolika kienet tikber u tiżdied fl-entużjażmu dwar dan il-privileġġ singulari tal-Madonna.

Fid-dehriet tal-Madonna lil Santa Katerina Labouré u lil Santa Bernardetta Soubirous l-Madonna wriet kemm hu għal qalbha dan il-privileġġ. F’tal-ewwel, il-Madonna talbet lil Katerina (Nov. 1830) biex fil-midalja li riditha xxerred ikun hemm il-kelmiet ‘O Marija mnissla bla dnub idħol għalina li nirrikorru lejk’. Lil Bernardetta, fid-dehra tal-25 ta Marzu 1858, għall-mistoqsija li għamlet lill-Madonna biex tgħidilha min kienet, weġbitha ‘Jiena l-Konċizzjoni Immakulata’.

Ġakulatorja għażiża marbuta mal-privileġġ tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija jixraq li llum ngħiduha b’mod speċjali: O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlgħalna l-grazzja li noħorġu minnha mingħajr ħtija.

Riflessjoni: Is-sejħa ta’ Ġesù titlob minn kull wieħed u waħda minna li ma nieqfu qatt mal-qoxra tal-affarijiet, fuq kollox meta għandna quddiemna persuna. Aħna msejħin inħarsu lil hemm, infittxu x’hemm fil-qalb biex naraw kemm kull persuna kapaċi tkun ġeneruża. Ħadd ma għandu jitħalla barra mill-ħniena ta’ Alla. Ilkoll nafuha t-triq biex niksbuha u l-Knisja hi d-dar li tilqa’ lil kulħadd u ma tirrifjuta lil ħadd. Biebna jibqgħu miftuħin beraħ, biex dawk kollha li tmisshom il-grazzja jistgħu jsibu fiha ċ-ċertezza tal-maħfra. Ikbar ma hu d-dnub, ikbar trid tkun l-imħabba li l-Knisja turi ma’ dawk li jikkonvertu. Kemm hi kbira l-imħabba li biha jħares lejna Ġesù! B’liema mħabba hu jfejjaq il-qalb midinba tagħna! Qatt ma jbeżżgħuh dnubietna.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija ta’ Ċelebrazzjoni ta’ Penitenza

Page 18: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

18 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: From all eternity, God destined the Most Blessed Virgin to be the mother of his Son and so formed her in soul and in body that she was worthy to hold him in her womb. This is why he preserved her from anything that could be the least displeasing to him. Because it would have been a disgraceful thing for the mother of God to have had anything to do with sin, God, by an entirely special privilege, exempted her from original sin. It is true that we cannot understand how this came about; nevertheless, it would be unbecoming for us to doubt the exemption she had from sin in her conception, for this is the pious and common sentiment of the faithful, and the Church accepts it as appropriate. Honor the Most Blessed Virgin today, then, as the purest of all creatures and the only one on earth who has been exempt from original sin. Tell her, with the whole Church, that she is all beautiful and that in her soul there is no stain of sin, not even the sin that is common to all the human race. Beg her on this day, in virtue of this extraordinary grace that God gave her, to obtain for you from God to be entirely freed from the corruption of the world throughout your life. Ask that there no longer be found in you any habit of sin, for this is what makes a soul unworthy of God’s special graces.

TALBA Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera l-qawwa ta' driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla ċ-ċkejknin. Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ u l-għonja bagħathom ’il barra b'xejn.

Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu għax ftakar fil-ħniena tiegħu, bħalma wiegħed lil missirijietna, b'riżq Abraham u nislu għal dejjem.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Michael Buttigieg (1997) Bro. Joseph Prosper Scicluna (1967) Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 19: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 19

L-Erbgħa, 9 ta’ Diċembru San Pietru Fourier - saċerdot

San Siro - isqof San Ġwann Diego Cuauhtlatoatzin – lajk

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 40: 25-31 Il-Mulej ikattar il-qawwa lil min hu bla saħħa. 2. Salm 102: 1-4.8 u 10 Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! 3. Mattew 11: 28-30 Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin. SAN PIETRU FOURIER (1565-1640) - saċerdot Dan il-qaddis twieled f’Mirecourt, Lorraine (Franza) minn familja fil-kummerċ.

Ta’ 15-il sena bagħtuh jistudja għand il-Ġiżwiti fl-Università ta’ Pont à Mousson. Ta’ 20 sena ngħaqad mal-kanoniċi regolari ta’ S. Wistin u ta’ 24 sena (1589) sar saċerdot. Wara kompla jagħmel studji teoloġiċi avanzati.

Meta offrewlu li jsir kappillan, hu għażel l-ifqar u l-aktar parroċċa traskurata fost tlieta, “biex ikollu x’jagħmel ħafna.” Pietru wasal f’Mattaincourt għall-festa ta’ Corpus Christi, għamel proċessjoni bis-Sagrament u, xħin din daħlet, għamel prietka li matulha kien hemm diversi li qabżilhom id-dmugħ għall-mod li bih tkellem.

Żelu pastorali, faqar u tgħakkis kienu jirfdu ’l kliemu. Minkejja l-ksieħ, daru qatt ma kien isaħħanha jekk ma kienx ikollu xi mistieden. Hu kien juża l-konfessjonarju għad-direzzjoni spiritwali. Ifforma tliet konfraternitajiet: għall-irġiel, għan-nisa, u għall-bniet, bi qrara kull xahar bħala waħda mill-ħwejjeġ meħtieġa.

Meta dan il-qaddis ma rnexxilux jibda skola b’xejn għas-subien, huwa beda jieħu ħsieb l-edukazzjoni tal-bniet bħala aktar importanti. Permezz ta’ Santa Alessja Le Clerc u tliet tfajliet oħra beda fl-1598 il-Kononessi Agostinjani tal-Kongregazzjoni tal-Madonna. L-istitut irċieva l-approvazzjoni papali fl-1616 u malajr xtered ma’ Franza kollha, u anki f’pajjiżi oħra.

San Pietru Fourier kien jagħti lir-reliġjużi tiegħu struzzjonijet kuljum fil-pedagoġija (is-sengħa ta’ kif tgħallem) u jissorvelja l-kotor u t-tixrid tal-kongregazzjoni. Hu kien jikkomponi djalogi fuq virtujiet u vizzjijiet importanti u jqabbad lit-tfal biex jiddrammatizzawhom għat-tagħlim fil-parroċċa nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar. Waqqaf ukoll fond biex tingħata għajnuna lill-parruċċani.

Hu nħatar viżitatur papali għall-kanoniċi regolari ta’ Lorraine, bl-inkarigu li jgħaqqad id-diversi monasteri f’kongregazzjoni waħda. Pietru rnexxielu jgħaqqadhom u l-grupp ġie magħruf bħala l-Kongregazzjoni tal-Feddej Tagħna. Ta’ 67 sena (1632) nħatar superjur ġenerali tagħha.

Page 20: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

20 SIGNUM FIDEI

Billi ma riedx jieħu l-ġurament tal-‘allegeance’ (ubbidjenza) lir-re Lwiġi XIII, fl-1636 kellu jaħrab lejn Fanche-Comté u għadda l-aħħar snin ta’ ħajtu bħala kappillan ta’ kunvent hemmhekk.

San Pietru Fourier miet fid-9 ta’ Diċembru 1640 meta kellu 75 sena. Kien iddikjarat qaddis fl-1897.

Riflessjoni: Ġesù Kristu hu wiċċ il-ħniena tal-Missier. Il-misteru tal-fidi nisranija donnu jsib l-ġabra sħiħa tiegħu f’din il-kelma. Hi saret ħajja, viżibbli u laħqet il-quċċata tagħha f’Ġesù ta’ Nazaret. Il-Missier, “għani fil-ħniena” (Efes. 2:4), wara li wera ismu lil Mosè bħala “Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà” (Eż. 34:6), ma hediex, b’ħafna modi u f’bosta waqtiet tal-istorja, jgħarraf in-natura divina tiegħu. Fil-“milja taż-żminijiet” (Gal. 4:4), meta kollox kien imqiegħed fl-ordni skont il-pjan tiegħu ta’ salvazzjoni, Hu bagħat lil ibnu mwieled mill-Verġni Marija biex jurina darba għal dejjem l-imħabba tiegħu. Min jara lilu jara lill-Missier (ara Ġw. 14:9). Ġesù ta’ Nazaret bil-kelma tiegħu, bil-ġesti tiegħu u bil-persuna sħiħa tiegħu juri l-ħniena ta’ Alla. Il-Papa Franġisku, Misericordiæ Vultus Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 78, silta mill-1 punt

The way to be specially loved by Jesus is to be attached to him, to give up everything for him and without hesitation, and to do everything he asks and everything he inspires in us as soon as we hear his voice. You have the advantage of being placed in the following of Jesus Christ and of being withdrawn from the world. Have you left everything for him? Have you no longer an attachment to anything? Are you faithful to follow God’s voice when he speaks to you in prayer? Do you not often neglect his holy inspirations? As the Prophet King says, do you not harden your heart and make it unresponsive when grace inspires you to carry out what God asks of you? What happens when you act this way? God withdraws his grace and abandons us to ourselves and to our own weakness. Then, without the grace of our state, we can no longer maintain ourselves in it.

TALBA Mulej,

jien nistqarr b’qalbi kollha u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu

nipproklama li ‘Ġesù hu l-Mulej’.

Missierna ...

Page 21: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 21

Il-Ħamis, 10 ta’ Diċembru Il-Madonna ta’ Loretu San Ġwann Roberts

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 41: 13-20 Jien il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael! 2. Salm 144: 1 u 9.10-13 Il-Mulej twajjeb u ħanin. 3. Mattew 11: 11-15 Ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista.

Il-MADONNA TA’ LORETU Loreto hi belt żgħira qrib Ancona, fuq ix-xatt orjentali tal-Italja Ċentrali. Fiha

hemm bażilika famuża fuq id-disinn tal-Perit Bramante, mibnija madwar dar ċkejkna rettangulari, li, skont tradizzjoni hija kienet id-dar tal-Madonna f’Nazaret — id-dar, mela, li fiha seħħet it-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel lil Marija, u li fiha għadda l-biċċa kbira tal-ħajja tiegħu fid-dinja Sidna Ġesù Kristu.

Il-leġġenda tgħid li, biex din id-dar ma taqax f’idejn nies li ma jemmnux, kienet (fl-1291) trasportata mill-anġli għal tliet bnadi differenti fuq ix-xatt tal-Adrijatiku, sakemm fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Diċembru 1294 strieħet għal kollox fejn tinsab illum.

Studjużi kattoliċi magħrufa jħarsu lejn l-istorja tat-trasport permezz tal-anġli bħala bla valur storiku, u llum l-opinjoni hi li l-fdalijiet tad-dar ta’ Nazaret setgħu ġarrewhom nies mill-familja Degli Angeli. Imma t-tradizzjoni għadha qawwija u Loreto għadu sal-lum wieħed mis-santwarji l-aktar frekwentati mill-insara.

Fost persunaġġi kbar li żaru dan is-santwarju nsibu lil Kristofru Kolombu wara l-vjaġġ famuż tiegħu biex itemm wegħda li kien għamel, u ħafna qaddisin kbar, bħal S. Briġida, Injazju ta’ Loyola, Lwiġi Konzaga, Franġisk de Sales, Karlu Borromeo, Alfons de’ Liguori, eċċ., dan biex ma nsemmux l-għadd kbir ta’ papiet, fosthom San Ġwanni XXIII qabel beda l-Konċilju Vatikan II u l-Papa Benedittu XVI.

Il-Madonna ta’ Loreto hi patruna tal-piloti. Fil-gżejjer tagħna hemm diversi kappelli ddedikati lill-Madonna ta’ Loreto,

fosthom waħda l-Imsida li hi fi ħsieb is-Sorijiet Ursolini u kappella oħra qrib l-ajruport internazzjonali fil-Gudja. Il-parroċċa ta’ Għajnsielem, Għawdex, hija wkoll iddedikata lill-Madonna ta’ Loreto.

Riflessjoni: Differenti mill-prekursur tiegħu Ġwanni Battista, li kien jgħallem fuq il-Ġordan, f’post deżert, lil dawk li kienu jmorru ħdejh minn diversi partijiet – Ġesù kien imur u jiltaqà ma’ dawk li lilhom kellu jxandar il-bxara t-tajba. Nistgħu naraw f’dan il-moviment tiegħu lejn in-nies rifless ta’ dinamiżmu propju tal-misteru stess tal-inkarnazzjoni: il-

Page 22: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

22 SIGNUM FIDEI

mawrien ta’ Alla lejn il-bnedmin. Hekk jgħidulna l-evanġelisti li Ġesù “kien jiġġerra mal-Galilea kollha, waqt li jgħallem fis-sinagogi tagħhom” (Mt. 4, 23), u li “hu kien imur fil-bliet u fl-irħula” (Lq. 8, 1). Mit-testi tagħhom jirriżulta li l-predikazzjoni ta’ Ġesù seħħet kważi b’mod esklussiv fit-territorju tal-Palestina, jiġifieri bejn il-Galilea u l-Ġudea, bi żjajjar ukoll fis-Samarija (cf. Ex. gr. cf. Ġw. 4, 3-4), passaġġ obbligat bejn iż-żewġ reġjuni ewlenin. Il-Vanġelu, iżda jsemmi wkoll ir-“reġjun ta’ Tiru u Sidone”, jiġifieri il-Feniċja (cf. Mc. 7, 31; Mt. 15, 21), u wkoll id-Dekapoli jiġifieri “r-reġjun tal-Gerasin” fuq ix-xatt l-ieħor tal-għadira tal-Galilea (cf. Mk. 5, 1; Mk. 7, 31). Dawn l-aċċenni jippruvaw li Ġesù kultant kien joħroġ ’il barra mill-fruntieri ta’ Iżrael (f’sens etniku), ukoll jekk hu jenfasizza b’mod ripetut li l-missjoni tiegħu kienet prinċipalment indirizzata “għad-dar ta’ Iżrael” (Mt. 15) Il-Papa San Ġwanni Pawlu II Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, it-3 parti

After having prepared himself interiorly to preach to the Jewish people and in order to make them ready to receive Jesus Christ, Saint John proposed to them six ways to prepare a path and an entry into their hearts for Jesus Christ. First, he required of them a true horror for sin, reproaching them with being a generation of vipers. Second, he urged them to fear the Last Judgment, assuring them that at that moment their sins would be closely scrutinized and strictly judged. Flee, he urged them, from the wrath to come. Every tree that does not bear good fruit will be cut down and thrown into the fire. Third, to help them escape the rigor of that judgment, he incited them to do penance by the words: Bring forth worthy fruits of penance. Fourth, he did not want them to be satisfied with lamenting their sins and doing penance for them; he wanted them to do good works, without which their penances would be of no avail. This he pointed out to them by these words: Every tree that does not bring forth good fruit will be cut down and thrown into the fire. Fifth, he declared that it was not enough for them to claim Abraham as their father, that they had no right to glorify themselves on that account unless they acted as Abraham did. Do not say, he told them, we have Abraham for our father. Sixth, he gave them to understand that they could not be saved, whatever good deeds they might perform, unless they practiced the good works proper and becoming to their state of life. Take these counsels to heart, and follow them carefully; pass them on to your disciples and see to it that they practice them.

TALBA Mulej, nirringrazzjawk li tajtna ’l Marija

omm Alla u ommna fil-fidi. Għax hi kienet imbierka fi Kristu

b’kull barka spiritwali u magħżula minn Kristu minn qabel ma twaqfet id-dinja.

biex tkun qaddisa u bla mittiefsa, Ammen. ‘Doorway to Faith’

Missierna ...

Page 23: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 23

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru San Damasu I-Papa

Santa Marija Maravillas ta’ Ġesù - verġni Il-Beatu Franku minn Siena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 48: 17-19 Li kieku tajt widen għall-kmandamenti tiegħi! 2. Salm 1: 1-4 u 6 Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl tal-ħajja. 3. Mattew 11: 16-19 La minn Ġwanni u lanqas minn Bin il-bniedem ma jridu jisimgħu. SANTA MARIJA MARAVILLAS TA’ ĠESÙ (1891-1974) - reliġjuża Din il-qaddisa karmelitana skalza twieldet f’Madrid, fi Spanja, fl-1891. Hija ġiet

iddikjarata qaddisa mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-4 ta’ Mejju 2003, jiġifieri 29 sena biss wara mewtha.

Kien jisimha Maravillas Pidal u kienet bint l-ambaxxatur ta’ Spanja għas-Santa Sede. Daħlet fil-famuż Karmelu Tereżjan ta’ El Escorial (Madrid) meta kienet għadha żgħira.

Meta kienet għadha kemm għamlet il-voti temporanji għarfet li l-Mulej kien qed isejħilha biex twaqqaf monasteru fiċ-Cerro de los Angele, lokalità qrib Getafe fejn ir-re Alfonsu XIII kien ried li jitwaqqaf monument lill-Qalb ta’ Ġesù. Dan kien l-ewwel minn lista twila ta’ monasteri mwaqqfin minnha li jwasslu Kotajjam, fl-Indja.

Meta qamet il-gwerra ċivili Spanjola, Madre Marija Maravillas u sħaba s-sorijiet Karmelitani Skalzi f’Lulju tal-1936 kellhom iħallu l-monasteru, fejn setgħu jmorru lura fih tliet snin wara. Minn hawn l-ispirtu kontemplattiv tas-Sorijiet Tereżjani reġa’ beda jinfirex ma’ Spanja kollha.

Santa Marija Maravillas mietet fil-11 ta’ Diċembru 1974 meta kellha 83 sena. Riflessjoni: Fl-ewwel miġja tiegħu, bl-inkarnazzjoni, l-iben ta’ Alla ried jaqsam b’mod sħiħ il-kundizzjoni umana tagħna, barra fid-dnub. Iżda, biex isalvana, bata u ġarrab il-konsegwenzi kollha tad-dnub. Fit-talb tas-Salm 142, il-Knisja terġa’ tgħix b’mod profond, kull waqt, il-grazzja ta’ din il-kompassjoni, ta’ din il-miġja tal-iben ta’ Alla fis-sura ta’ bniedem li jbati. L-għajta tal-Avvent kollha tama, imbagħad, tesprimi b’mod qawwi l-istat gravi ħafna tal-istat tagħna l-bnedmin, tal-bżonn kbir tagħna li nkunu salvati.

Bennie Mercieca, Ejja Mulej Ġesù

Page 24: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

24 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.194, parti mit-2 punt

It is not enough that children remain in school for most of the day and be kept busy. Those who have dedicated themselves to instruct them must devote themselves especially to bring them up in the Christian spirit, which gives children the wisdom of God, which none of the princes of this world has known. It is completely opposed to the spirit and wisdom of the world, for which you must inspire children with a great horror, because it serves as a cloak for sin. Children cannot be too much separated from such a great evil, for this alone can make them displeasing to God.

TALBA O Alla kollok imħabba,

agħmel li f’qalbna nżommu post għal dawk li jeħtieġu l-għajnuna tagħna.

Nirringrazzjawk għal dawk il-ħbieb u anke stranġieri li laqqajtna magħhom

meta konna mdejqa, imbeżża’ u għajjiena. Agħmel li nkunu dejjem lesti

biex nilqgħu l-imħabba li inti toffrilna u naqsmu din l-istess imħabba mal-oħrajn.

Ammen. http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

Is-Sibt, 12 ta’ Diċembru Il-Madonna ta’ Gwadalupe

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Bin Sirak 48: 1-4.9-11 Elija jerġa’ jiġi. 2. Salm 79: 2-3,15-16.18-19 Reġġgħana għal li konna, Alla tal-eżerċti. 3. Mattew 17: 10-13 Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx. IL-MADONNA TA’ GUADELUPE Il-Verġni Marija dehret erba’ darbiet fl-1531 lil wieħed Indios, Juan Diego (li kien

iddikjarat beatu fl-1990), fuq l-għolja Tepeyac, barra mill-belt tal-Messiku, u ordnatlu biex jgħid lill-Isqof Zumarraga bix-xewqa tagħha li tinbena knisja għaliha hemmhekk.

Wara xi sentejn, l-isqof għamel dak li kien mitlub, wara li kkonvinċa ruħu li d-dehriet kienu ġenwini meta ra x-xbiha ta’ daqs naturali tal-Verġni Marija stampat mirakolużament fuq il-fardal (mantle) tal-Indjos.

Page 25: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 25

Il-mantell li fih ix-xbieha tal-Madonna għadu ppreservat u hu merfugħ fil-bażilika ta’ Sidtna Marija ta’ Guadelupe. Għandu storja twila bħala ċentru ta’ devozzjoni u pellegrinaġġi fil-Messiku.

Il-Papa Benedittu XIV fl-1754 awtorizza quddiesa u talb għall-uffiċju divin f’ġieħ il-Madonna taħt dan it-titlu biex tkun iċċelebrata fit-12 ta’ Diċembru. Ħatar ukoll lill- Madonna bħala patruna ta’ Spanja l-Ġdida.

Il-Madonna ta’ Guadelupe kienet iddikjarata patruna tal-Amerika Latina minn Piju X fl-1910 u patruna taż-żewġ Ameriki minn Piju XII fl-1945.

Riflessjoni: “L-iżjed ħaġa li d-devot isib bi tqila biex jifhem hi, li Kristu mhux biss kien bniedem qaddis imma wkoll l-Iben ta’ Alla. Kieku n-natura ta’ Ġesù kienet bħal dik ta’ Alla, dan il-jedd kien jiġi aċċettat. Kieku hu għamel is-sinjali li l-poplu ried minnu, kienu jemmnuh, però xħin il-poplu talab għal dan il-miraklu partikulari, huwa żamm lura. Kieku hu wieġeb it-tweġiba fuq Kristu b’miraklu, kieku l-fatt li sar bniedem bħalna ma kienx ikun jgħodd iżjed għax tkun saret eċċezzjoni fil-punt deċisiv. Jekk aħna nemmnu f’Ġesù biss minħabba l-mirakli, Kristu ma jkunx is-salvatur tagħna – il-fidi tagħna ma tkunx f’Alla li sar bniedem, iżda biss f’xi ħaġa sopranaturali. Iżda dik mhix fidi ... Huwa biss, meta aħna nemmnu meta ma narawx, il-prova li veru nemmnu f’Alla ... ‘Għax il-bluha ta’ Alla hija għarfa iktar mill-bniedem u d-dgħufija ta’ Alla hija aqwa mill-bniedem.’ (1Korintin1:25)

‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-3 punt

If you wish Jesus Christ to fight within you the enemies who want to keep him from reigning there, he must be able to raise an army of virtues that will equip your soul and enable him to be the complete master of your heart. You also need to fight valiantly under his standard, making use of the weapons he places in your hands. You must, says Saint Paul, be girded with the belt of truth and put on the breastplate of justice, that is, a love for the duties of your state. You must take up the shield of faith, with which you will be able to extinguish all the fiery darts of the devil. Hope of salvation must serve as your helmet and the word of God as your sword. By such weapons, declares the same Saint Paul, the peace of Jesus Christ will truly reign in your hearts.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

fik jinsabu t-teżori u l-ġid kollu ta’ Alla.

Bik irċivejna kull barka spiritwali. Mexxina bil-grazzja tar-rivelazzjoni

dejjem profonda fil-misteru ta’ Kristu. Ammen.

‘Doorway to Faith’

Missierna ...

Page 26: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

26 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru It-Tielet Ħadd tal-Avvent

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Sofonija 3: 14-18a Minħabba fik il-Mulej jithenna b’hena kbir. 2. Salm - Isaija 12: 2-6 Kbir hu f’nofsok il-qaddis ta’ Iżrael. 3. Filippini 4: 4-7 Il-Mulej qorob. 4. Luqa 3, 10-18 U aħna, x’għandna nagħmlu? Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

F’din is-silta naraw kuntrast qawwi bejn id-diskors li Ġwanni l-Battista għamel qabel dan u l-mod ta’ kif ikellem lin-nies f’dan it-test. Ġwanni jagħti pariri lill-kategoriji differenti ta’ nies li jgħixu f’dak iż-żmien meta kienet tirrenja l-inġustizzja u l-illegalità. Naraw minn din is-silta speċjalment fil-mistoqsija “x’għandna nagħmlu?” li hija ripetuta tliet darbiet, li fil-poplu diġà hemm sens ġdid li jgħaqqad il-kuraġġ tad-deċiżjoni mal-umiltà tal-ubbidjenza.

Faċli biex nifhmu għaliex. F’dinja bħal tagħna fejn il-bniedem ideali hu dak li m’għandu bżonn jistaqsi għal xejn, rari ħafna li ssib min lest jaċċetta pariri u inqas u inqas ifittixhom; anzi għandna soċjetà mimlija b’esperti f’kull qasam lesti li jagħtu pariri, isolvu l-problemi (sakemm huma tal-oħrajn) f’dinja bħal din il-mistoqsija sempliċi “x’għandna nagħmlu?” mhix komuni anzi hija kważi rivoluzzjonarja, hija sinjal u prova tal-bidu tal-konverżjoni. Tfisser li tammetti li ma tafx kollox li lest titlob l-għajnuna, fuq kollox li temmen li baqa’ xi ħaġa, xi ħadd fiex temmen. Dawn huma l-kundizzjonijiet meħtieġa għal magħmudija fl-ispirtu s-Santu u bin-nar, li ssaffi l-qlub tal-bnedmin u ġġedded lid-dinja.

Il-konverżjoni li jitkellem fuqha Ġwanni mhijiex biss eżerċizzju ta’ sawm, penitenza u talb imma tintwera fis-solildarjetà, fit-tqassim tal-ġid fl-għaqda, billi nneħħu kull forma ta’ ħakma u sfruttament ta’ bniedem fuq l-ieħor. Il-konverżjoni li jitlob Ġwanni hi pprovokata mill-wasla tal-Messija li jiftaħ l-istrutturi tas-sistemi ħżiena li jiggvernaw lid-dinja, u jħabbar iż-żmien tal-ġustizzja u l-paċi universali.

Ġwanni jistqarr li hu serv umli tiegħu li hu privileġġ għalih li jkun jista’ “jħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu”. Madankollu se jkun dan li hu “aqwa minni” li għad jitbaxxa quddiem l-umanità fqira u fil-bżonn tal-purifikazzjoni biex jaħsel is-saqajn, għad ikun hu li jieħu l-magħmudija tan-nar fuq is-salib biex jeħles lill-ħatjin mill-kastig. Din il-preżenza tiegħu fid-dinja tibdel l-iktar ġest umli f’ġest nobbli bil-kundizzjoni li l-bniedem ikollu kuraġġ u umiltà biżżejjed li jistaqsih “u jien, x’għandi nagħmel?”

Page 27: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 27

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 31, siltiet mit-3 punt

The reason given by Saint Paul to explain why none of the misfortunes he mentions or anything else can make you lose charity and interior peace is that you must be prepared to mortify yourselves interiorly and exteriorly and to be mortified by others all day long for the love of God. This is why, adds the same Apostle, among all the misfortunes that may overtake you, you must always remain victorious because of the One who has loved you, Jesus Christ. For neither death nor life nor any creature can ever separate you from the charity of God, which unites you to Jesus Christ, our Lord.

TALBA O Alla ħanin,

f’dan iż-żmien tal-Avvent ibagħtilna l-grazzja biex inħejju ruħna għall-miġja tiegħek.

Missilna qalbna sabiex nixxenqu li nħobbuk aħjar u naqdu lilek u lill-oħrajn.

Imliena bit-tama, biex nitbiddlu bl-ispirtu tiegħek u b’hekk ngħinu biex inbiddlu d-dinja.

Agħtina l-għajnuna biex nifhmu li int ġejt taqsam il-ħajja magħna biex tifdina, għax tħobbna.

Dan nitolbuk f’isem Ġesù, DAK li qed infittxu saltnatu.

Ammen. http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

It-Tnejn,14 ta’ Diċembru San Ġwann tas-Salib – saċerdot u duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Numri 24: 2-7.15-17a Għad titla’ kewkba minn Ġakobb. 2. Salm 24: 4-9 Triqatek, Mulej, għarrafni. 3. Mattew 21: 23-27 Il-magħmudija ta’ Ġwanni minn fejn kienet ġejja?

SAN ĠWANN TAS-SALIB (1542-1591) – saċerdot u duttur tal-knisja San Ġwann twieled f’Fontiberos, fil-provinċja ta’ Avila, Spanja, għall-ħabta

tal-1542. Tilef lil missieru meta kien għadu tarbija. Għadda żgħożitu Medina del Campo, fejn kienet marret ommu biex issib xogħol. Meta kiber xi ftit, beda jmur l-iskola iżda ma damx għax malli tfarfar, beda jaħdem. Ipprova bosta snajja’, iżda mkien ma saddad.

Page 28: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

28 SIGNUM FIDEI

Fl-aħħar meta kellu 17-il sena daħal jaħdem fi sptar. Fl-istess ħin kien jattendi skola mmexxija mill-Ġiżwiti. Wera li kellu moħħu tajjeb.

Fl-1563, daħal mal-Patrijiet Karmelitani li bagħtuh Salamanca biex jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija. Fl-1567, ta’ 25 sena, sar saċerdot.

Ġwanni mar iqaddes l-ewwel quddiesa solenni tiegħu f’Medina, fejn kien hemm ommu u ħuh. Hawn iltaqa’ ma’ Santa Tereża ta’ Ġesù, li kienet ġa bdiet taħdem biex tirriforma l-Ordni Karmelitana, u pperswadietu biex jaħdem magħha għar-riforma tal-patrijiet.

Fit-28 ta’ Novembru 1568, Ġwanni u erbgħa oħra, fosthom dak li kien il-pirjol tal-monasteru karmelitan ta’ Medina, waqqfu l-ewwel dar ta’ rġiel tar-riforma f’Duruelo. Il-qaddis kien l-ewwel patri li libes l-abitu bħala Karmelitan skalz (ħafi), u ħa l-isem ta’ Ġwanni tas-Salib.

Fl-1570, sar ir-rettur tad-dar ġdida tal-istudju tal-karmelitani skalzi f’Alcalà, u fl-1572 ġie maħtur id-direttur tal-kunvent tal-Inkarnazzjoni Tereżjan f’Alcalà, fejn għadda ħames snin.

Sadattant it-tilwim bejn il-Karmelitani Kalzati u dawk Skalzi kien fl-aqwa tiegħu u Ġwanni fl-1577 kien arrestat mill-karmelitani kalzati u ordnat biex jabbanduna r-riforma; billi ma riedx jagħmel dan, allura kien mitfugħ f’ħabs f’Toledo. Wara li kellu jġarrab tbatijiet kbar fil-ħabs u pressjoni qawwija tul id-disa’ xhur li ġew wara, huwa ħarab minn hemm. Fl-1579, il-Karmelitani Skalzi ġew rikonoxxuti u twaqqfet provinċja separata.

Fl-1591, f’kapitlu ġenerali li kien sar f’Madrid, Ġwanni ġie mneħħi minn kull kariga u ġie mibgħut bħala sempliċi patri fil-monasteru mbiegħed ta’ La Penuela.

Meta kien f’La Penuela qabdu deni qawwi. Hu mar f’Ubeda għall-kura, u miet hemm fl-14 ta’ Diċembru 1591 fl-età ta’ 49 sena.

San Ġwann tas-Salib kien ikkanonizzat fl-1726 u ddikjarat duttur tal-Knisja minn Piju XI fl-1926.

F’Malta huwa l-patrun tal-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex immexxija mill-patrijiet Tereżjani.

San Ġwann huwa t-teologu mistiku l-aktar awtorevoli wara s-Santi Padri. Id-duttrina tal-qaddis hija pożittiva u waħda mill-aqwa massimi tiegħu hu: “Fejn int ma ssibx imħabba, qiegħed l-imħabba u inti ssib l-imħabba.”

Riflessjoni, it-Teoloġija tal-Misteru t’Alla: “L-ebda saċerdot jew teologu ma waqaf quddiem il-maxtura ta’ Betlem. Madanakollu t-teoloġija Kristjana taf il-bidu tagħha fl-aktar mument meraviljuż meta Alla sar bniedem. It-teoloġija qaddisa tibda bil-qima quddiem il-misteru tat-Tarbija Divina fil-maxtura. M’hemmx teoloġija mingħajr il-Lejl Divin, meta ‘Alla kien irrevelat fil-ġisem – il-bniedem Alla Ġesù Kristu’ – dan hu l-Misteru Divin, ir-raġuni għalfejn inħolqot t-teoloġija, biex tippreserva u tipproteġi. Kemm nonqsu meta naħsbu li l-għan tat-teoloġija hu biex insolvu l-Misteru ta’ Alla u ndgħajfuha b’dak l-għerf komuni tal-bniedem msejjes fuq l-esperjenza u r-raġuni! L-għan ewlieni tagħha hu li

Page 29: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 29

tħares il-miraklu bħala miraklu, biex tifhem, tiddefendi u tigglorifika l-misteru ta’ Alla preċiżament bħala misteru.” ‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 177, silta mit-3 punt

Oh, how fortunate this saint (St. Teresa of Avila) was to enjoy the presence of God! This caused her to perform all her actions in view of God, and it led her to make a vow to do whatever she knew was most pleasing to God. This is the result of frequent and fervent prayer, to enjoy God by anticipation as far as living faith can procure this happiness in this world. If you love God, prayer will be the food of your soul, and God will enter within you and will have you eat at his table, as Saint John says in the Apocalypse. You will then have the advantage of having God present in your actions and of having no other purpose than to please him. You will even have a constant hunger for him, as the Wise Man says, for, according to the expression of the Royal Prophet, you will not be filled until you enjoy his glory in heaven. By living a holy life, be worthy of such grace and of possessing such happiness.

TALBA Ġesù, fid-dlam ta’ dawn l-iljieli tal-Avvent

agħmel li d-dawl tal-kelma tiegħek tmexxini. Agħtini l-umiltà biex nimxi warajk

u l-għerf biex nitgħallem mingħandek. Jien qed inħoss id-dawl tiegħek f’ħajti u fid-dinja.

Ninsab grat lejn is-salvatur li qed jistenniena u b’ħerqa nistenna ż-żmien ta’ ferħ. Ħallini nittama u ndur lejk b’fidi kbira

għax naf li inti tmexxini f’dik it-trejqa li jien ma nafx biha. http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

It-Tlieta, 15 ta’ Diċembru Santa Kristjana – appostlu tar-raba’ seklu Santa Pawla Marija Di Rosa – fundatriċi

Tibda n-Novena tal-Bambin Ġesù

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Sofonija 3: 1-2.9-13 Is-salvazzjoni li jġib miegħu l-Messija titwiegħed lill-popli kollha. 2. Salm 33: 2-3.6-7.17-19 u 23 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Mattew 21: 28-32 Ġie Ġwanni, u l-midinbin emmnuh.

Page 30: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

30 SIGNUM FIDEI

SANTA KRISTJANA jew Nina (ir-raba’ seklu) – appostlu tal-Ġeorġja Rufinu jirrakkonta li fil-bidu tar-raba’ seklu ġiebu xebba lsira mill-Ġeorġja, li

għamlet impressjoni kbira fuq il-poplu bil-purità u bil-penitenzi tagħha. Meta staqsewha weġbithom li hi kienet qaddejja ta’ Kristu Alla.

Darba waħda, omm ħaditilha tifla marida u hi fejqitha. Ir-reġina, li kienet marida, semgħet b’dan, marret għandha u fieqet hija wkoll.

Ftit wara r-re ntilef ġo bosk fiċ-ċpar, talab lil Kristu li jekk hu Alla jsalvah u wiegħed li jemmen fih. Iċ-ċpar mar u r-re żamm kellmtu. Ħabbar lill-poplu li hu biddel ir-reliġjon u ta l-permess lill-qaddisa biex tista’ tipprietka u bena knisja.

Ir-re talab lill-Imperatur Kostantinu sabiex jibgħatlu saċerdoti u isqfijiet biex jikkonvertu ’l-poplu.

Wara li l-pajjiż sar nisrani, il-qaddisa rtirat ġo ċella fuq għolja, fejn mietet u difnuha.

Fuq qabarha bnew katidral ġewwa l-Ġeorgja, fejn jinsabu r-relikwi tagħha. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 83, it-2 parti

Għall-Ottava tal-Kunċizzjoni, il-fundatur kiteb din il-meditazzjoni: In her Immaculate Conception, the Most Blessed Virgin enjoyed from the first moment the practice of the virtues, at least those that are interior. She knew God by infused faith; she loved him by the charity of the Holy Spirit, who filled her from the first moments of her existence. She praised, blessed, thanked, and glorified God by her spiritual and interior acts more excellently than did all the angels together. This is what we must learn to imitate; this is what is called the science of the saints. We must learn the knowledge of God in prayer and by reading good spiritual books and catechisms. We must strive to set our hearts on fire with the love of God by fervently and frequently raising our hearts in short, repeated prayers. We must strive to make ourselves agreeable in the eyes of the Divine Majesty by continual acts of thanksgiving, love, and praise, as well as by the practice of the most solid virtues, especially humility, patience, and obedience, which were so dear and so familiar to the most holy Mother of God. L-Ewwel Jum tan-Novena - Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: “F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret u tela’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David - biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu li kienet tqila. Ġara li meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien li teħles u weldet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.” (Lq. 2; 1 – 6)

Page 31: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 31

Ħsieb – IL-MAXTURA, li laqgħet lil Ġesù Bambin: Li wieħed jara tarbija mimduda f’maxtura, l-ewwel ħsieb li jiġih f’moħħu huwa li t-tarbija hija abbandunata, li ma hemm ħadd li jieħu ħsiebha, li ma hemm ħadd jimpurtah minnha, li ma hemm ħadd li hu ferħan biha u jħobbha. Mill-banda l-oħra l-fatt li t-tarbija hija mgeżwra bil-faxex juri li fi-lfatt hemm xi ħadd li qed jieħu ħsiebha, li qed iħabbel rasu biha, li qed iħobbha u li qed jagħmel dak kollu possibli biex juriha din l-imħabba. Marija tassumi r-responsabbiltajiet kollha bħala omm, tieħu ħsieb ta’ Ġesù bl-aħjar mod li tista’. F’dawk iċ-ċirkustanzi diffiċli tal-maxtura hi qed tfittex li tħobb lil binha! Marija tintebaħ b’dak li jonqosha u twettqu. Ma tistax tirrifletti dwar it-tarbija Ġesù, l-Emmanweli, Alla magħna, mingħajr ma tħammem ukoll dwar l-għażiża Ommu Marija. Hekk ukoll ma tistax assolutament taħseb fuq il-ġrajja ta’ Betlem mingħajr ma taħseb ukoll dwar l-imkien fejn seħħet din il-ġrajja tas-sema. Hu għalhekk li b’dawn il-ħsibijiet nixtieq li nieqfu biex nagħtu l-importanza neċċessarja għal imkien qaddis li laqa’ għandu lil Marija u lil Ġużeppi u t-twelid tas-Salvatur. www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Din it-talba tingħad kulljum matul in-Novena tal-Milied

Missierna ...

L-Erbgħa, 16 ta’ Diċembru

It-Tieni jum tan-Novena tal-Milied Il-Beata Marija tal-Anġli - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 45: 6b-8.18.21b-25 Qattru, smewwiet, mill-għoli. 2. Salm 84: 9-14 Qattru, smewwiet, mill-għoli, u jraxxax is-sħab il- ġustizzja. 3. Luqa 7: 19-23 Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li rajtu u smajtu.

Page 32: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

32 SIGNUM FIDEI

IL-BEATA MARIJA TAL-ANĠLI (1661-1717) - reliġjuża Kien jisimha Marianna Fontanella, u twieldet fis-7 ta’ Jannar 1661 f’Augusta

fil-provinċja ta’ Turin, l-Italja. Hija kienet bint familja nobbli mill-Pjemonte. Minkejja l-oppożizzjoni tal-ġenituri tagħha, fl-1675, meta kien għad kellha 15-il sena, daħlet fil-monasteru karmelitan tereżjan ta’ Santa Kristina ta’ Turin. Imma għall-ewwel ma setgħetx tidra bħala novizza u kienet tistmell il-mod ġdid ta’ ħajja u lill-majjistra tagħha.

Hi għaddiet minn stati għoljin ta’ talb u kienet tagħmel penitenzi ħorox. Il-fama ta’ qdusija ta’ din il-mistika Karmelitana ħarġet ukoll barra l-monasteru u ħafna kienu jfittxuha għall-pariri tagħha fosthom anki membri tal-familja rjali.

Hija kellha qima speċjali lejn San Ġużepp, li f’ġieħu hija waqqfet monasteru ġdid fil-belt ta’ Moncalieri li fetħet fl-1703 biex tilqa’ fih tfajliet li ma setgħux jingħaqdu magħhom bħala sorijiet f’Turin minħabba nuqqas ta’ wisgħa.

Bosta drabi qdiet hawn bħala majjistra tan-novizzi u prijura u fittxet li tnissel fil-komunità l-imħabba mħeġġa lejn Alla wkoll meta kienet għaddejja minn provi kbar. Meta kienet ser tingħażel prijura għall-ħames darba hija ma ħassithiex kapaċi għal din il-kariga u talbet li, jekk kienet volontà ta’ Alla, hija tmut f’qasir żmien.

Fi żmien tliet ġimgħat hija mardet b’mod gravi u mietet fis-16 ta’ Diċembru 1717 fl-għomor ta’ 56 sena.

Kienet iddikjarata beata mill-Beatu Piju IX fl-1865, bħala l-ewwel soru karmelitana Taljana li telgħet għall-ġieħ tal-altari. Ħalliet miktub: “It-Tjubija ta’ Alla hija akbar minn kemm deni u dnubiet nistgħu nagħmlu, u qabel ma ngħejjew noffenduh hu jaħfrilna.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mill-1 parti

The Jews sent priests and Levites from Jerusalem to ask Saint John who he was: the Christ, Elijah, or a Prophet. Saint John told them he was none of these, but he declared, I am the voice of one crying in the desert: make straight the way of the Lord. Saint John wished to leave to Jesus Christ all the honor of converting souls, the task at which he labored so constantly. He said, therefore, that he was only a voice crying out in the desert. He thus showed that the substance of the doctrine he taught was not his own and that it was indeed the word of God which he preached; as for himself, he was only the voice which proclaimed it. In the same way that a voice is a sound that strikes the ear and makes it possible for a word to be heard, so it was that Saint John prepared the Jews to receive Jesus Christ. It-Tieni Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: ‘F'dawk l-inħawi kien hemm xi rgħajja fir-raba', għassa mal-merħla tagħhom billejl. U dehrilhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom, u qabadhom biża’ kbir. Iżda l-anġlu qalilhom: “Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta’ David twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u minduda f’maxtura”. F’daqqa waħda ngħaqdu mal-anġlu għadd kbir ta’ qtajja’ tas-sema,

Page 33: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 33

ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!” ... mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema ...’ (Luqa 2: 8-15) Ħsieb, L-GĦAR TA’ BETLEM: L-għar li fih sabu kenn Marija u Ġużeppi, l-għar li fih twieled l-iben t’Alla, is-Salvatur tagħna, kien għeri u kiesaħ, bla għamara ta’ xi palazz, bla kumdità ta’ xi dar. Imma kien dan l-imkien li laqgħu, li offra spazju għal dak li s-sema u l-art ma jesgħux. Il-qalb tiegħek u tiegħi, tista’ wkoll tilqa’ għandha l-Emanweli, Alla magħna, permezz tal-Ewkaristija li kuljum nistgħu nirċievu. U Ġesù mhux se jiddejjaq jiġi għandna, foqra kemm aħna; basta bħall-għar ta’ Betlem nilqgħuh, imbagħad hu jdawwalna u jsebbaħna bis-sħana tal-imħabba, il-paċi u l-maħfra tiegħu. Mhux dan li f’dinja mgħaġġla, qalbna għandha bżonn? www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna ...

Il-Ħamis, 17 ta’ Diċembru It-Tielet Jum tan-Novena tal-Milied

San Lazzru – l-ewwel seklu San Ġwann ta’ Matha

Santa Olimpja – armla tar-raba’ seklu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 49: 2.8-10 Ix-xettru minn id Ġuda ma jitneħħiex. 2. Salm 71: 1-4ab.7-8.17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem. Hallelujah: O Għerf tal-Għoli. 3. Mattew 1: 1-17 Ktieb in-nisel ta’ Ġesù, bin David.

Page 34: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

34 SIGNUM FIDEI

SANTA OLIMPJA (368-410) - armla Santa Olimpja twieldet f’Ismilja, nobbli u għanja minn Kostantinopoli. Hija

sefgħet iltima kmieni u zijuha, li kien il-prefett tal-belt, fdaha taħt il-ħarsien ta’ Teodosja.

Żewwġuha meta kienet għadha żgħira, imma romlot wara ftit jiem biss ta’ żwieġ. Hi rrifjutat it-tieni żwieġ u ddedikat ruħha għall-opri ta’ karità. Bil-ġid immens li kellha hi għenet kemm felħet lill-Knisja u lill-fqar.

Il-Patriarka Nektarju ta’ Kostantinopli kkonsagraha djakonessa, uffiċċju li kien għadu jeżisti fil-Knisja dak iż-żmien.

San Ġwann Kriżostmu, li sar patrijarka ta’ Kostantinopli fit-398, kellu hu wkoll rispett kbir lejha għall-virtujiet tagħha. Dan il-qaddis, li kien għal xi żmien direttur spiritwali tagħha, minħabba li kienet ġeneruża ħafna, kellu wkoll iwiddibha għall-moderazzjoni.

Olimpja waqqfet sptar u orfanatrofju, tat kenn lil xi patrijiet eżiljati u dejjem baqgħet leali lejn id-direttur spiritwali tagħha meta dan ġie eżiljat hekk li sfat vittma ta’ kundanni, rat il-komunità tagħha tiġi xolta u mċaħħda li tkompli l-ħidmiet ta’ karità.

Lejn tmiem ħajjitha hija batiet il-mard, iżda sabet għajnuna minn San Ġwann Krisostmu li mill-eżilju tiegħu kitbilha diversi ittri għall-inkuraġġiment u l-faraġ tagħha.

Santa Olimpja mietet fl-410, sena wara l-mewt tal-Kriżostmu u bħalu fl-eżilju wkoll.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 93, silta mit-3 punt The Eternal Father having informed the Most Blessed Virgin by the angel who announced to her the mystery of the Incarnation of his Son, whom she is to call Jesus, on this day she and Saint Joseph gave him this name, which means Savior. It was quite proper that when Jesus Christ began to suffer and to shed his blood for our sins, this name be given to him at the same time, so that from this moment he has the name so admirably suited to him according to the ministry assigned to him. At the same time, he offers himself exteriorly and publicly to God, his Father, to fulfill this ministry, so that he might not seem to have this adorable name in vain. It-Tielet Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Meta mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema, ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin: "Ejjew immorru Betlem ħa naraw x'ġara kif għarrafna l-Mulej." Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ’l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f'maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b'kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija u kull min semagħhom baqa' mistagħġeb b'dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kull ma kienu raw u semgħu kif l-anġlu kien qalilhom (Luqa 2: 15-19).

Page 35: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 35

Ħsieb, IR-RGĦAJJA: l-ewwel xhieda u xandara tal-wasla tal-Messija: Fir-rgħajja Alla nibbet ix-xewqa li jaraw ‘x’ġara kif għarrafhom il-Mulej.’ Huma obdew l-ispirazzjoni divina u minnufih marru jgħaġġlu lejn Betlem ifittxu sa ma sabu ‘dik it-tarbija’. Huma jsibuha flimkien ma’ Marija u Ġużeppi f’għar fqajjar mimduda f’maxtura kif kien qalilhom l-anġlu. Raw u emmnu (Ġw. 20:8). Għarfu li dik hija t-tarbija li fuqha ntqal li hija s-Salvatur, il-Messija u l-Mulej. B’umiltà offrewlha minn dak li kellhom u niżlu jadurawha. Ir-rgħajja juruna li bil-fidi tagħhom emmnu li Alla ġie ‘jżur u jifdi ’l-poplu tiegħu’ fit-twelid ta’ dik it-tarbija. Huwa Alla li fetħilhom qalbhom biex jibdew jifhmu dan il-misteru. Dak li raw ir-rgħajja – tarbija mimduda f’maxtura – kellu jkun dak li se jagħti lilu nnifsu bħala ikel u xorb għar-ruħ tagħna. Alla wkoll ried juża lir-rgħajja biex ikellem lil Marija u jkabbarha fil-fidi tagħha dwar min hu dan binha, għax hija ‘min-naħa tagħha baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejna u bejn ruħha.’

www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Diċembru Ir-Raba’ Jum tan-Novena tal-Milied

Santa Adele ta’ Pfazel - badessa San Gatjanu - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 23: 5-8 Inqajjem lil David rimja ġusta. 2. Salm 71: 2,12,13,18,19 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem. Hallelujah: O Mexxej tad-dar ta’ Iżrael. 3. Mattew 1: 18-24 Ġesù jitwieled minn Marija, għarusa ta’ Ġużeppi, bin David.

Page 36: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

36 SIGNUM FIDEI

SANTA ADELE TA’ PFAZEL (†730) - badessa Santa Adele (jew Adelina) kienet bint ir-re tal-Franki, Dogobert II (li saltan

bejn is-656 u s-705). Oħtha Irmina hija wkoll miżmuma b’qaddisa. Adele żżewġet lil wieħed nobbli jismu Alberik, u minnu kellha diversi wlied.

Isem din il-qaddisa hu marbut ma’ isem tal-qaddis appostlu tal-Ġermanja San Bonifaċju, li xandar l-Evanġelju fil-Frisja fl-ewwel nofs tas-seklu VIII. Matul wieħed mill-ħafna vjaġġi li kien jagħmel mill-Frisja għal Renanja, dan il-missjunarju kbir kien ikun joqgħod fil-monasteru mwaqqaf minn Santa Adele.

It-tradizzjoni tgħidilna li din il-qaddisa, wara li romlot, waqqfet monasteru Benedittin fi Pfazel (Treviri), li tiegħu aktar tard saret ukoll il-badessa. Magħha kienet iżżomm ukoll lit-tifel ta’ binha, jismu Girgor, il-futur isqof ta’ Utrecht.

Meta Girgor kien għadu tifel, nanntu Adele kienet, waqt l-ikel, tqabbdu jaqra lis-sorijiet biċċa mill-evanġelju bil-Latin. Darba dan neputiha qara silta fil-preżenza tal-imsemmi appostlu tal-Ġermanja, li nzerta kien qiegħed għandhom. San Bonifaċju impressjona ruħu mill-mod intelliġenti kif it-tifel qara dik is-silta u staqsieh jekk kienx fehem dak li qara. Imbagħad San Bonifaċju fisser lilu u lis-sorijiet dak il-pass li kien inqara.

Santa Adele mietet lejn is-sena 730. Xi kalendarji jfakkru lil din il-qaddisa fl-24 ta’ Diċembru flimkien ma’ oħtha Santa Irmina. Għalkemm il-kult lejn Santa Adele qatt ma kien ikkonfermat b’mod uffiċjali, il-qima lejha f’pajjiżha hu popolari ħafna.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 6, silta mit-2 punt

Saint Joseph, the Blessed Virgin, and the Child Jesus remained so unknown in Egypt that there is nothing to prove that anyone ever heard of them there. The Gospel tells us nothing about them or about what they did during their entire sojourn in that country. We find no account that tells of this, because they lived so obscurely that nobody knew they were there. This humble and secret life was most highly prized by the Holy Family, and it was also what the Eternal Father had decreed for Jesus Christ until the time came for him to give himself to the preaching of his Gospel and to the conversion of souls, the primary purpose of his coming. His long hidden life was a preparation for his apostolic life. When you are obliged to leave your place of seclusion to be active in the world, you too must behave in such a manner that no one will know who you are and that the very ones you teach will not even know your name. In your classroom be concerned only about how to fulfill your ministry in all that God requires of you for your disciples and to do all you can to procure for them the Christian spirit by acting this way. Following the example of the Holy Family, you will not make people talk about you; you will be mere passersby, solely concerned with doing God’s work and causing Jesus to live in the souls of those who do not recognize him.

Ir-Raba’ Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: “... Ulied rabbejt u kabbart u huma qamu kontrija. Il-gendus jagħraf lil sidu u l-ħmar, il-maxtura ta’ sidu: imma Iżrael ma jagħrafx; il-poplu tiegħi ma jifhimx. Jaħasra

Page 37: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 37

għalik ġens midneb, poplu mgħobbi bil-ħażen, nisel il-ħżiena, ulied imħassrin ...” Isaija (1: 2 – 6) Ħsieb, IL-BAQRA U L-ĦMARA FL-GĦAR: Il-Knisja sa mill-bidu nett, dejjem rat f’dan il-kliem tal-profeta Isaija li għadna kemm qrajna, profeżija fuqha nnfisha, fuq meta kellha tkun Knisja mhux tal-Lhud biss, imma wkoll tal-pagani. Meta Isaija jgħid ‘il-gendus jagħraf lil sidu u l-ħmar, il-maxtura ta’ sidu’, il-Knisja fehmet li l-gendus u l-ħmar kienu dawk il-Lhud u l-pagani li għarfu verament ulied min kienu u min hu sidhom u minn fejn kien ġej l-ikel li jagħtihom il-ħajja ta’ dejjem u kkonvertew għall-Kristjanezmu għax għajnejhom kienu infetħulhom. Fil-verità tal-fidi, dak li għad-dinja huwa injorant għax huwa ħmar, issa sar għaref ladarba għaraf min hu sidu. Għalhekk meta San Franġisk poġġa ħmar u gendus fil-presepju fi Greccio, hu kien qiegħed jimxi fuq tradizzjoni li kienet ilha snin fil-Knisja Kattolika. ‘Imma Iżrael ma jafx, il-poplu tiegħi ma jifhimx’. Min hu dan ‘il-poplu tiegħi li ma jifhimx?’ L-iskrittura tgħid li wieħed minn dawk li ma għarfux, anzi, li tħawwad, kien Erodi. Erodi ma setax jagħraf lil Alla f’tarbija fqira mqiegħda f’maxtura għax ’l alla tiegħu kien il-kilba għall-poter u l-paranoja kollha li din iġġib magħha. Meta wieħed jgħix bħal Erodi jsir jibża’ minn Alla, għax jarah bħala rival li jista’ jeħodlu l-poter tiegħu. B’hekk dan ma jkunx jista’ jagħraf lil Alla fis-semplicità u fil-faqar tiegħu għax ikun mogħmi bil-biża’ - u jipprova joqtlu billi jmewwet jew isikket il-kuxjenza tiegħu. Jgħid li llum il-ġurnata kollox jgħodd u tista’ tagħmel li trid l-aqwa li tħossok tajjeb int. Flimkien ma’ Erodi, skont l-iskrittura, tħawdet ‘Ġerusalemm kollha’. Ġerusalemm kollha - huma dawk l-istudjuzi tal-liġi u tal-iskrittura li huma kapaċi jikkwotawlek l-iskrittura u l-liġi bl-amment imma mbagħad mhumiex kapaċi isarfuha u jgħixuha fil-ħajja ta’ kuljum. Mhumiex kapaċi jgħaddu l-Kelma t’Alla b’mod li min ikun qiegħed jisma’ jirnexxielu jagħraf lil Alla f’ħajtu permezz tal-kelma tiegħu. Ġerusalemm kollha hija wkoll dawk in-nies li tant jgħixu ħajja komda, magħluqin fihom infushom, li jaħsbu li m’għandhom bżonn lil ħadd f’ħajjithom u b’hekk ma jarawx lil dawk ta’ madwarhom, li qed ibatu u wisq inqas jistgħu jagħrfu lil Alla f’dawn in-nies; għax huma jgħixu f’torrijiet tal-avorju u mhux fi stalla għall-ksieħ fejn hemm it-tarbija Ġesù. www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna ...

Page 38: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

38 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 19 ta’ Diċembru Il-Ħames Jum tan-Novena tal-Milied San Tumas De u sħabu tal-Vjetnam

Il-Beatu Urbanu V – Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Mħalfin 13: 2-7,24-25a Anġlu tal-Mulej iħabbar it-twelid ta’ Sansun. 2. Salm 70: 3-6ab,8,16,17 Imtela fommi b’tifħirek u b’sebħek.

Hallelujah: O Għerq ta’ Ġesse. 3. Luqa 1: 5-25 L-anġlu Gabrijel iħabbar it-twelid tal-Battista. SAN TUMAS DE U SĦABU MARTRI TAL-VJETNAM (†1839) Tumas De, Duminku Uy, Wistin Moi, Franġisku Saverju Mau u Franġisku

Man, kienu katekisti Vjetnamiżi li flimkien ħadu l-martirju fl-1839, taħt il-persekuzzjoni tal-Imperatur Minh Mang.

Tumas De kien kellu s-sengħa ta’ ħajjat. Hu daħal bħala Terzjarju Dumnikan. Ġie arrestat taħt l-akkuża li kien jagħti l-għajnuna u l-kenn lill-missjunarji

barranin. Huwa ġie mgħallaq meta kellu biss sitta u għoxrin sena. Wistin Moi, li kien ukoll Terzjarju Dumnikan, kien jaħdem bħala ħaddiem

komuni. Meta bdiet il-persekuzzjoni tal-fidi kien imġiegħel jirfes il-kurċifiss. Billi rrifjuta huwa wkoll ġie mgħallaq għall-fedeltà tiegħu lejn Kristu.

Franġisku Saverju Mau kien il-katekist tal-post u huwa wkoll ġie mgħallaq mal-erbgħa l-oħra.

Franġisk Man li kien ukoll Terzjarju Dumnikan ġie arrestat waqt li kien qiegħed jgħallem il-katekiżmu.

Dawn il-qaddisin kollha kienu fost il-117 martri tal-Vjetnam li ġew ikkanonizzati minn San Ġwanni Pawlu II, fl-1988.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt Saint Zechariah, the father of Saint John the Baptist, says, in the canticle he sang at the birth of his son, that the reason why Saint John is to walk before Jesus Christ and to prepare the way for him is to bring to his people the knowledge of salvation. But this knowledge is not enough; it is necessary for God, through Jesus Christ, our Lord, to show us the path we must follow and to inspire us to walk in the footsteps of his Son. Although in this life we sigh under the weight of our bodies and long to be free of this burden, it is God who created us for this very purpose and who gave us his Holy Spirit as a pledge. It is, then, up to God to direct our path straight toward heaven, so that we may surely arrive there.

Page 39: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ħames Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Inroddlok ħajr, Mulej, b'qalbi kollha, għaliex int smajt kliem fommi quddiem l-allat irrid ngħannilek. B'wiċċi fl-art ninxteħet quddiem is-santwarju tiegħek u nroddlok ħajr għat-tjieba u l-fedeltà tiegħek, għax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox. Meta sejjaħtlek, int weġibtni, kattarli l-qawwa f'ruħi. Iroddulek ħajr, Mulej, is-slaten kollha tal-art, għaliex semgħu l-kliem ta' fommok. U jgħannu l-imġiba tal-Mulej, għax kbir hu sebħ il-Mulej (Salm 138: 1-5). Ħsieb, L-GĦAĠEB TAL-PRESEPJU: F’Ġesù biss jinsab dan kollu imma d-dinja taljenana wisq u aktar u aktar f’dan iż-żmien meta moħħna jkun biss biex naraw x’ser nixtru, fejn sejrin nieklu fil-lejl tal-Milied u tant affarijiet oħra li joħorġuna mill-ispirtu veru tal-Milied. U hekk ftit ftit tbegħedna li lanqas biss nibqgħu nafu xi tfisser li tistagħġeb għax id-dinja serqitilna dan id-don li Alla ta lil kulħadd b’mod gratwit. Lanqas għandna ċans li nieħdu gost u nistagħġbu b’daqsxejn ta’ għasfur li jurina s-sbuħija ta’ Alla fit-tisfir sabiħ tiegħu, jew f’daqsxejn ta’ fjura li turina kemm Alla hu kreattiv u jaf ipitter u jqabbel kuluri flimkien. M’għadx baqgħalna ħin biex nistagħġbu bl-aktar affarijiet żgħar u sempliċi m’għadx għandna ħin. Imma qatt mhu tard wisq biex nerġgħu nibdew nduqu s-sbuħija ta’ madwarna u nfaħħru u nirringrazzjaw lil Alla għaliha. Ġesù jgħidilna, ‘Henjin dawk ta’ qalbhom safja għax huma jaraw lil Alla’. U hekk hu, għaliex il-bniedem jeħtieġ li jkollu l-qalb tiegħu sajfa u sempliċi inkella ma jkunx jaf jifraħ bl-affarijiet żgħar li kuljum Alla jipprovdilu biex iferrħu. Il-bniedem li jaf jistagħġeb huwa bniedem ta’ gratitudni kbira mhux biss lejn Alla imma wkoll lejn l-oħrajn. Inħarsu lejn it-tfal li bis-sempliċità tagħhom jafu jifirħu b’kollox. Hekk jgħidilna Ġesù; li ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna ...

Page 40: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

40 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 20 ta’ Diċembru Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

Is-Sitt Jum tan-Novena tal-Milied

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Mikea 5:1-4a Minnek joħroġli dak li jkun prinċep f’Iżrael. 2. Salm 79: 2ac.3b.15-16.18-19 Mulej, itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi. 3. Lhud 10, 5-10 Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. Luqa 1: 39-45 U minn fejn ġieni dan li omm sidi tiġi għandi? Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

F’din is-silta nifhmu kif anki l-iżjed affarijiet normali u ta’ kuljum jistgħu ikunu miraklu ta’ fidi. Ir-rakkont ta’ laqgħa bejn żewġ nisa tqal jiġi kkontemplat minn San Luqa bħala esperjenza straordinarja, mument ta’ ferħ mhux tas-soltu, irrakkuntat minn xi ħadd li fi xjuħitu xorta jħares lejn dan il-fatt bl-għaġeb ta’ tifel żgħir. Dan għaliex fil-ħajja trankwilla u ordinarja ta’ xbejba, u f’dik ta’ anzjana sterili jiġri dak li ħadd ma kien jistenna.

Il-misteru tal-ħajja u l-imħabba tant hu qawwi li jikser kull limitu, hu l-misteru li jaħsad lil Marija li qatt ma stenniet ħaġa bħal din u jnibbet il-ħajja f’Eliżabetta li għal żmien twil issa ma kinitx għadha tistenna, hu l-Ispirtu t’Alla li joħloq il-ġdid, li jibdel il-mixja tal-ħajja u jwassal għas-salvazzjoni. Kif nibbet fil-ġuf verġni ta’ Marija u f’dak sterili ta’ Eliżabetta; l-azzjoni ħielsa u imprevedibbli tal-Ispirtu fid-dinja tqabbad dik ix-xrara ta’ ferħ li tixgħel id-dinja.

Tajjeb niftakru li dak li se niċċelebraw ftit jiem oħra – it-twelid ta’ dak li kien minn dejjem, hu Alla stess li jirrivela lilu nnifsu. Tajjeb li ma ninsewhx dan, meta għandna l-perikli; li tant il-knejjes tagħna huma organizzati u strutturati li kollox isir prevedibbli, u dak li jsir fihom isir jappella biss għal dawk li jibżgħu jiġġeddu; li l-qassisin u dawk li jemmnu, jitħabtu iżżejjed biex jogħġbu l-bniedem imfissed ta’ żmienna, u ninsew li Ġesù qalilna nkunu “l-melħ” mhux l-għasel tad-dinja; li l-merħla ċkejkna ta’ dawk li jimxu wara Ġesù bil-biża’ li se tispiċċa fix-xejn, tingħalaq fiha nnifisha bir-riskju li tispiċċa tassew.

It-tieni qari tal-lum jgħidilna kif Alla ma jixtieqx offerti oħra ħlief l-offerta ta’ ġisimna stess bħal dik ta’ Ġesù fuq is-salib li jsir l-ikel tagħna u bħal dak ta’ Marija fejn il-Kelma t’Alla ssir bniedem u Marija ssir tempju, l-Arka tal-Patt il-ġdid. Meta noffru ġisimna lill-Mulej, il-grazzja tiegħu tgħammar fina, l-art tiġġedded bl-għemejjel tiegħu li jsiru permezz tagħna. Għalhekk għandna bżonn “ix-xokk” tal-Ispirtu s-Santu li jaqlagħna mill-kumdità ta’ ħajjitna biex jimliena bil-ħeffa li kellha Marija b’hekk nixhdu għall-kelma li tiġina permezz tal-fidi u nwasslu lil ħutna l-barka divina li timla ħajjitna.

Dawn iż-żewġ nisa jgħallmuna, Eliżabetta tinsa lilha nnifisha u titfa’ l-barka li rċeviet hi fuq Marija “Imbierka int fost in-nisa”; Marija trodd lura din il-barka

Page 41: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 41

ta’ kuġintha lura lil Alla: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej”. Bħalhom aħna msejħin biex inwasslu l-grazzja lil ħutna l-bnedmin, bħalhom aħna msejħin biex inwasslu s-salvazzjoni lil kulħadd sakemm il-laqgħa tagħhom mal-Mulej tnissel dak il-ferħ li ġiegħel lil Ġwanni jaqbeż f’ġuf ommu, jitnissel fuq kollox f’min ma jistħoqqlux u għalhekk isir oġġett privileġġat tal-grazzja t’Alla.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, silta mit-2 punt God’s goodness shines out in this mystery no less than the Most Blessed Virgin’s humility. The Son of God, says Saint Paul, possesses divine nature and takes nothing from God by regarding himself as God’s equal; nevertheless, he empties himself on this day and takes on the nature of a slave, making himself like us except for sin. This was, as the angel says to the Most Blessed Virgin, so that he might deliver his people from their sins, as he committed himself by clothing himself with human nature. Is-Sitt Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Kien fid-dinja u d-dinja saret bih, imma d-dinja ma għarfitux. Ġie f'daru u niesu ma laqgħuhx. Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f'ismu, li twieldu mhux bid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla. U l-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala ibnu l-waħdieni, mimli bil-grazzja u l-verità (Ġw. 1: 10-14). Ħsieb, SAN FRANĠISK U L-PRESEPJU : San Franġisk kien iqis il-Milied bħala l-festa tal-festi. Kien jissaħħar jaħseb fuq dan il-misteru hekk kbir – kif Alla li jista’ kollox u li ħalaq kollox iċċekken daqshekk li sar bniedem. Sar tarbija ċkejkna u dgħajfa, ħlejqa li trid kollox mingħand ħaddieħor u dan kollu għaliex tant ħabb il-bniedem; tant iħobb lili u lilek. Dan Alla jrid ikun qrib tagħna. Iħobbna bi mħabba tal-ġenn. Tant ried ikun qrib tagħna li biex jersaq lejna u jagħmel l-esperjenza tagħna l-bnedmin, sar wieħed minna, bħalna f’kollox minbarra d-dnub. Bit-twelid tiegħu mill-Verġni Marija huwa sar ħuna sabiex ikun jista’ jgħix fostna, jaqsam imħabbtu magħna u jressaqna lejh. Kien għalhekk li San Franġisk kellu qima kbira lejn il-Verġni Marija għax kienet hi li għamlitu ħuna. Illum San Franġisk qiegħed jistieden lilek biex int ukoll ma tħallix ’l Ġesù rieqed fil-ħajja tiegħek. Ġesù huwa ħaj, huwa qrib tagħna, huwa magħna; anzi huwa fina. Huwa tassew l-Emmanuel – Alla magħna – illum. L-istess Ġesù li twieled f’Betlem jiġi għandi u għandek fl-Ewkaristija. Jinżel jgħammar fostna, jinżel jgħammar fina.

www.klarissimalta.blogspot.com

Page 42: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

42 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu,

int ridt li ibnek isir bniedem minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna...

It-Tnejn, 21 ta’ Diċembru Is-Seba Jum tan-Novena tal-Milied

San Pietru Kanisju - presbiteru u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.L-Għanja tal-Għanjiet 2: 8-14 Il-maħbub tiegħi ġej, jaqbeż fuq il-muntanji. jew Sofonija 3:14-18a Is-Sultan ta’ Israel, il-Mulej, hu f’nofsok. 2. Salm 32: 1a,2,3,11,12,20,21 Għannu bil-ferħ, o ġusti, lill-Mulej!

Hallelujah: o xemx tiela’. 3. Luqa 1: 39-45 Minn fejn ġieni dan li omm sidi tiġi għandi. SAN PIETRU KANISJU (1521–1597) Pietru twieled f’Nijmeħen dak iż-żmien fil-Ġermanja, illum fl-Olanda, fit-8 ta’

Mejju, 1521. Għad li mietet ommu meta kien għadu żgħir, it-tieni mara ta’ missieru ħabbitu bħal binha, u ta’ 19-il sena nsibuh fl-Università ta’ Cologne, u wara f’dik ta’ Louvain u mill-ġdid f’Cologne, biex jistudja t-teoloġija.

U meta sema’ l-prietki tal-Beatu Pietru Favre, l-ewwel dixxiplu ta’ Sant’Injazju, fil-belt ta’ Mainz, Pietru daħal Ġiżwita - l-ewwel Ġiżwita Ġermaniż - u sar saċerdot fl-1546.

Kien ukoll il-ħabib ta’ qaddisin kbar bħalu, fosthom San Karlu Borromeo, San Franġisk De Sales u San Filippu Neri. U minħabba l-ħidma immensa tiegħu baqa’ magħruf, bir-raġun kollu, bħala t-Tieni Appostlu tal-Ġermanja, wara San Bonifazju.

Xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna permezz tar-Rużarju, u kiteb dwar l-Assunzjoni tagħha. Wara li għex għal żmien f’Augsburg, mar jgħix f’Dillingen, fejn iltaqa’ ma’ ħabibu, il-Kardinal Otto Truchsess, u fejn kien iqarar ħafna, u

Page 43: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 43

kiteb b’ordni tas-superjuri, kotba biex iwieġeb lill-protestanti ta’ Magdeburg, magħrufa bħala Centuriators.

Minn Dillingen fl-1580, telaq lejn Fribourg fl-Isvizzera, fejn qatta’ l-aħħar 17-il sena ta’ ħajtu u fejn miet fil-21 ta’ Diċembru, fl-età ta’ 76 sena.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 141, l-1 punt Let us admire the promptness with which the Most Blessed Virgin went to visit her cousin, Saint Elizabeth, as soon as she learned the will of God. She undertook this journey without delay, in spite of the difficulties of the road, which was mountainous. She had nothing in view except to do what God desired of her; this was what she had most at heart. Her promptness drew down God’s blessings on her visit and was a cause of the great things that God performed through her. We must consider ourselves blessed when we are visited by God through his inspirations. Let us be faithful to them, for to this fidelity God usually attaches a great number of graces. He does this only in so far as we do what he shows us that he wants us to do when he gives us his inspirations. God sends us his holy inspirations only to make us prompt to put them into practice with the intent to accomplish his holy will exactly. Is-Seba’ Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: It-tnissil ta' Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma' Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva lill-poplu tiegħu minn dnubietu." Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: 'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El’, Li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’. Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej u ħa lil martu għandu. Imma baqa' ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù (Mt.1; 18-25). Ħsieb, ĠUŻEPPI: Issa nsibu lil Ġużeppi fl-għar, miġbur fih innifsu, ħarstu fuq Marija u fuq binha Ġesù, qalbu tfur bl-imħabba safja tas-sema. It-tfajla li hu tant iħobb u li kien għażel b’martu kienet il-magħżula tal-Mulej u t-tarbija ċkejkna tagħha tarmi d-dawl u l-paċi, hija l-Messija li kulħadd kien qed jistenna biex iġib is-salvazzjoni! F’qalbu jidwi l-kliem tal-anġlu, “Hi se jkollha iben u inti ssemmieh Ġesù għax Hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom” (Mt 1,21.) Ġużeppi ma jistax jieqaf jistagħġeb quddiem misteru hekk kbir ... il-pjan tas-salvazzjoni ... u li Alla għoġbu jagħmlu parti minnu. Qalbu timtela bi gratitudni mmensa lejn Alla. Hu jilqa’ ċ-ċkejken Ġesù b’għożża ta’ missier u magħqud fl-ispirtu ma’ Marija jiżguraha mill-protezzjoni, l-imħabba u l-għożża kollha tiegħu sa mal-Mulej jitlob minnu.

Page 44: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

44 SIGNUM FIDEI

Ejjew ilkoll fuq l-eżempju tal-Imqaddes Ġużeppi ngħożżu lil Marija Omm Alla u Ommna u lil Ġesù f’qalbna. Nafdaw taħt il-protezzjoni tiegħu l-familji tagħna. Bħala sur qawwi ta’ kull familja nitolbuh jinterċedi għalina, għal uliedna, għall-knisja u għall-umanità kollha bħala familja waħda wlied l-istess Missier. Ejjew fuq l-eżempju ta’ għaqal u ubbidjenza li huwa tana, nitolbuh jinterċedi għalina biex bħalu aħna wkoll infittxu fil-verità r-rieda ta’ Alla l-Missier għalina.

www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna ...

It-Tlieta, 22 ta’ Diċembru It-Tmien Jum tan-Novena tal-Milied

San Franġiska Saveria Cabrini Il-Beatu Jacopone ta’ Todi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Samwel1: 24-28 Ir-radd ta’ ħajr ta’ Anna għat-twelid ta’ Samwel. 2. 1Samwel 2: 1,4-8 Ferħet qalbi fil-Mulej.

Hallelujah: O Sultan tal-ġnus. 3. Luqa 1: 46-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar. IL-BEATU JACOPONE TA’ TODI (†1306) Jacopone jew Ġakbu twieled fil-familja nobbli, Benedetti, fil-belt ta’ Todi, fl-

Italja ta’ Fuq. Huwa laħaq avukat ta’ fama kbira u żżewweġ lil mara ta’ qdusija u ġenerożità liema bħalha, jisimha Vanna.

Vanna kienet tagħmel ħafna penitenzi biex tpatti għall-ħajja xelleranti ta’ żewġha Jacopone. Darba attendiet għal turnament ma’ żewġha. Waqt li kienet taħt tinda flimkien ma’ xi nisa nobbli oħra, it-tinda waqgħet u qatlet lil Vanna.

Page 45: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 45

Żewġha tant iddispjaċih, speċjalment meta sar jaf li ċ-ċinglu tal-penitenza li kienet liebsa martu kien minħabba dnubietu, li ħalef dak il-ħin stess li jbiddel ħajtu mill-qiegħ.

Huwa qassam ġidu kollu lill-fqar u daħal fit-Terz’Ordni Franġiskana. Ilbiesu kien imċerċer biex jagħmel penitenza allura ħa l-fama ta’ miġnun. Baqa’ sejjer hekk għal għaxar snin.

Jacopone talab biex jidħol mal-Franġiskani minuri li għall-ewwel ġie rrifjutat minħabba l-bixra li kien iżomm ruħu, iżda mbagħad fl-1278, ġie aċċettat.

Huwa baqa jgħix ħajja ta’ penitenzi ħorox u ma riedx li jiġi ordnat saċerdot. Kien jikteb ħafna għanjiet popolari.

Numru mill-Franġiskani ta’ dak iż-żmien xtaqu li jerġgħu lura għal dak il-faqar strett li kien jgħix fih San Franġisk, u Jacopone beda jmexxihom hu.

Meta ġie elett il-Papa Bonifazju VIII, inqala’ l-inkwiet u Jacopone ta’ 68, sab ruħu skomunikat u arrestat. Jacopone ammetta l-iżball li kien wettaq iżda ma ġiex meħlus qabel ma laħaq il-Papa Benedittu XI, ħames snin wara. Huwa kien aċċetta l-priġunerija tiegħu bħala att ta’ penitenza.

L-aħħar tliet snin ta’ ħajtu għaddihom f’ħajja ta’ qdusija u ta’ spiritwalità profonda aktar minn qatt qabel. Kien dejjem jibki għaliex ”l-imħabba mhix maħbuba”. Kien hawn li kiteb il-famuż innu Stabat Mater.

Fl-lejlet il-Milied tal-1306 Jacopone ħass li t-tmiem tiegħu kien fil-qrib. Kien qiegħed fil-kunvent tal-Klarissi flimkien ma’ ħabibu l-Beatu Ġanni la Verna. Huwa beda jkanta l-innu favorit tiegħu u kif spiċċa ruħu ttajret lejn is-sema hekk kif is-saċerdot kien qed jintona l-Glorja tal-quddiesa ta’ nofsilejl.

Wara mewtu Jacopone mal-ewwel ħa l-qima ta’ qaddis.

Riflessjonijiet fuq Marija mill-Papa San Ġwanni Pawlu II: Fil-Magnificat, il-Knisja tara mqaċċat mill-għeruq tiegħu, dak id-dnub li nsibu

fil-bidunett tal-istorja tal-bniedem fuq wiċċ din l-art; jiġifieri dak id-dnub ta’ nuqqas ta’ twemmin u ta’ “fidi żgħira” f’Alla. F’kuntrast mad-“dubji” li żera’ “missier il-gideb”, f’qalb Eva – l-ewwel mara – għandha lil Marija, li t-tradizzjoni mdorrija ssejħilha Eva l-ġdida. Iva l-vera “omm il-ħajjin” ixxandar b’kuraġġ kbir il-verità kollha dwar Alla.

Fit-tradizzjoni tal-fidi u tar-riflessjoni nisranija tul iż-żminijiet, ir-rabta Adam-Kristu hija ta’ sikwiet marbuta ma’ dik ta’ Eva-Marija. Jekk Marija hija wkoll deskritta bħala “Eva l-ġdida”, x’inhuma t-tifsiriet ta’ dan ix-xebh? Ċertament hemm ħafna. Ta’ min isemmi b’mod partikulari dik it-tifsira li tippreżentalna lil Marija bħala r-rivelazzjoni sħiħa ta’ dak kollu li tinkludi fiha l-kelma biblika “mara”; rivelazzjoni proporzjonata mal-misteru tal-fidwa.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 141, silta mit-2 punt … God inspired the Most Blessed Virgin, as soon as she had conceived, to go without delay to visit her cousin, so that Jesus Christ might make known his coming to Saint John and thus perform for his precursor his first miracle while still enclosed in Mary’s womb.

Page 46: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

46 SIGNUM FIDEI

God also wanted Saint John to pay homage to Jesus by leaping for joy at the approach of his Savior. Let us beg Jesus to be willing to visit us and to perform a miracle of grace in our favor by encouraging us to do significant violence to ourselves in order to practice a virtue for which we experience much repugnance. It-Tmien Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu." Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" Wieġeb l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." Imbagħad qalet Marija: "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!" U l-anġlu telaq minn quddiemha. (Lq. 1: 28-38)

Ħsieb, MARIJA OMM ALLA: Fil-presepju tagħna llum se nitkellmu fuq il-personaġġ ta’ Marija. Se nħarsu lejha bl-għajnejn tar-ruħ tagħna. Narawha hemm b’ħarsitha fuq it-tarbija tagħha. Marija hija l-isbaħ kreatura li għamel Alla l-Missier. Meta nħobbu lil Marija rridu nħobbuha bi mħabba ġdida, hi l-mara l-ġdida, unika fid-dinja. Hi li wieġbet IVA bil-mod tal-Vanġelju. Marija mhix biss ix-xebba ta’ Nazzaret, hi Omm Alla, kienet hi li għamlet lil Ġesù ħuna. Hemm narawha tadurah ġewwa l-presepju. Hi, li hi l-isbaħ kreatura tad-dinja, f’qalbha hemm imħabba li tisboq l-imħabbiet tal-ommijiet kollha tad-dinja. Biżżejjed li nsiru nafu dan il-ftit fuq dan il-misteru biex nimmutaw u nintefgħu nqimu lil Alla għal dak kollu li hu għamel mal-ħlejqa tiegħu. Meta ssir taf lil Marija u ssir tagħha b’dan il-mod ġdid, hi ssir l-għalliema tiegħek, hi tibda turik il-kobor tagħha u tibda tgħallmek kif hi għallmet u kabbret lit-tarbija Ġesù, il-mod kif tgħix il-ħajja interjuri. Kif se nwelldu lil Ġesù fl-oħrajn bħal Marija? Marija qalet IVA għal dak li ried minna Alla, b’qalb sempliċi; imma fl-istess ħin b’qalb kuraġġuża: hi għexet is-sehem sħiħ tagħha ta’ omm fil-ħajja ta’ binha Ġesù Kristu. Meta Marija wieġbet: “ħa jsir minni skont kelmtek” (Lq. 1, 38b) hi li hija mimlija bil-grazzja, li kienet mmexxija taħt l-influwenza speċjali tal-Ispirtu s-Santu, baqgħet issegwi l-ħidma ta’ binha Ġesù sa mill-maxtura u tul ħajtu fuq l-art. Issa qiegħda ssegwi wkoll lilna. Ix-xogħol umli tagħha ta’ qaddejja hu propju dak li hu li Alla qed jistenna minnek u minni. Meta nitqarbnu nieħdu lil Ġesù, nimtlew b’Alla il-Ħaj. Imma aħna nwassluh lil oħrajn? Lill-persuni tal-familja tagħna, fil-post tax-xogħol tagħna? Jistgħu jaraw fina lil Ġesù, id-dawl ta’ Kristu jiddi fina? Għaliex l-istess Ġesù li kien preżenti fil-

Page 47: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 47

ġuf ta’ Marija huwa wkoll preżenti fina fit-tqarbin imqaddes: irridu nħaffu nagħtuh lill-oħrajn. www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna ...

L-Erbgħa, 23 ta’ Diċembru Id-Disgħa Jum tan-Novena tal-Milied

San Ġwann de Kanty San Servolo

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Malakija 3: 1-4.23-24 Nibagħtilkom ’l Elija l-profeta qabel ma jasal Jum il- Mulej. 2. Salm 24: 4bċ-5ab.8-10, 14 Erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib. Hallelujah: O Għimanu-El. 3. Luqa 1: 57-66 It-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. SAN ĠWANN TA’ KANTY (1390-1473) - saċerdot Jissejjaħ ukoll San Ġwann Kanzju għax twieled f’Kanty, fid-djoċesi ta’

Krakovja, fil-Polonja. Tfulitu għaddieha f’ħajja safja taħt il-ħarsien tal-ġenituri tiegħu magħrufin għal qdusithom. Studja fl-Università ta’ Krakovja u kien saċerdot djoċesan. Kien maħtur dekan tal-filosofija u wara professur tal-Iskrittura Mqaddsa fl-istess Università ta’ Krakovja.

Kiseb fama għall-predikazzjoni tiegħu, imma kien imġiegħel jitlaq il-pożizzjoni tiegħu minn xi sħabu għajjurin u sar kappillan ta’ Olkusz. Billi kien imbeżża’ mir-responsabbiltà tal-kura tal-erwieħ, huwa rritorna fi Krakovja bħala professur tal-Iskrittura, kariga li hu żamm sa mewtu.

Page 48: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

48 SIGNUM FIDEI

Barra milli għall-għerf tiegħu, baqa’ magħruf għall-ħajja mgħakksa u kollha talb, u l-aktar għall-imħabba speċjali lejn il-foqra. Kemm-il darba mar lura d-dar ħafi għax fit-triq ikun iltaqa’ ma’ xi fqir u jkun tah iż-żarbun tiegħu. Kellu idea kbira ta’ Alla, u kien iħoss ħafna l-ingratitudni tal-bnedmin bl-offiżiu li dawn jagħmlu kontra Alla. Minħabba f’hekk kellu d-drawwa li tista’ tgħid kuljum joffri s-sagrifiċċju tal-quddiesa biex iberred l-ġustizzja ta’ Alla.

Mar erba’ darbiet Ruma bil-mixi, u darba minnhom qabżu fuqu xi ħallelin biex jisirquh. Meta kienu se jħalluh għax qalilhom li ma baqagħlu xejn, ftakar li kien fadallu xi muniti li kienu meħjutin fil-ħwejjeġ. Meta offra wkoll dawn il-flus lill-ħallelin, huma baqgħu mistgħaġbin bit-tjubija tiegħu u l-għożża għall-verità, li tawh lura kulma kienu serqulu u bagħtuh.

Kellu xewqa li jmut martri għal Kristu u għal dan l-għan mar pellegrinaġġ għal Ġerusalemm biex jipprietka lil “Ġesù Msallab” lill-Misilmin. Huwa kien jagħti dan il-parir lill-iskulari tiegħu: “Iġġieldu kontra opinjonijiet foloz bl-armi tal-paċenzja, ħlewwa u mħabba. Il-vjolenza tagħmel ħsara lil ruħkom u tħassar anke l-aktar kawża tajba.”

Mewtu ġrat fi Krakovja fl-24 ta’ Diċembru 1473, ta’ 83 sena. Kien iddikjarat qaddis patrun tal-Polonja u tal-Litwanja minn Klement XII fl-1737, u kien kanonizzat fis-16 ta’ Lulju ta’ l-1767 minn Klement XIII. L-Università ta’ Krakovja fejn studja u għallem San Ġwann Kanzju kienet tant imkabbra li kellha x’taqsam ma’ dan il-qassis li t-toga tiegħu ta’ duttur kienet użata għal żmien twil fil-gradwazzjonijiet. Huwa msejjaħ kontra l-mard tat-tuberkolożi, id-deni u l-ulċeri.

Riflessjoni Ngħixu l-kontemplazzjoni fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Carlo Carretto, patri li abbanduna ħajja tassew impenjattiva biex ifittex il-kontemplazzjoni fis-skiet tad-deżert, jirrakkonta ġrajja ferm interessanti f’wieħed mill-kotba tiegħu. Carretto jirrakkonta li darba minnhom ħalla l-ermitaġġ u mar iżur lill-ġenituri tiegħu. Kif ra lil ommu, baqa’ impressjonat bil-fatt li ommu, mara li kienet rabbiet familja numeruża u li kważi qatt ma kellha ċ-ċans li tieqaf ftit mill-ħidma tagħha, kienet ferm aktar kontemplattiva minnu! Kien intebaħ li l-kontemplazzjoni ma sseħħx biss fis-silenzju tad-deżert jew tal-monasterju. Tinsab ukoll kull fejn hemm persuna li tinsa lilha nnfisha u tiddedika ħajjitha, b’mod ġeneruż u mimli mħabba, għall-oħrajn.

Stephen Zammit, Ftit Dawl għal matul it-triq

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4; Silta mit-2 punt

It is said of Saint John that he preached penance for the remission of sins, because it is penance that procures the remission of sins for those who have offended God. Saint Peter said to the Jews in the Acts of the Apostles, Do penance, and be converted, so that your sins may be forgiven. For such is the specific end of this virtue; it alone can appease the heart of God irritated against sinners. God tells us this in Ezechiel, saying that if the wicked man does penance for all the sins he has committed, keeps all my precepts, and acts according to equity and justice, I will no

Page 49: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 49

longer remember all his iniquities, and they will no more be imputed to him. Saint Peter, preaching to the Jewish people to make known to them the truths of the Gospel, told them, Do penance to obtain the remission of your sins. Id-Disgħa Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Fil-bidu kien il-Verb u l-Verb kien ma' Alla u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma' Alla. Kollox bih sar u xejn ma sar mingħajru; kull ma sar kellu l-ħajja fih u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux.

(Ġw. 1: 1-5) Ħsieb, Ġesù jitwieled ġewwa għar: Il-Milied huwa festa ta’ ferħ għaliex ifakkarna kif l-Iben ta’ Alla ħa n-natura ta’ bniedem biex ikun jista’ jsalvana. Għandna biex nifirħu meta naraw kif l-istess Alla niżel fostna u ħa l-istess natura tagħna biex lilna jkun jistà jeħodna għandu. L-iben ta’ Alla niżel fostna l-bnedmin ħalli jkun is-sellum li bih aħna nitilgħu fil-ġenna. Nistgħu ngħidu li s-sellum ta’ Ġakobb huwa figura ta’ Kristu Medjatur. Permezz tal-Inkarnazzjoni, Sidna Ġesù Kristu niżel minn dan is-sellum biex aħna nkunu nistgħu nitilgħu miegħu lejn il-Belt Eterna. Din hija figura li tesprimi realtà profonda: li permezz tal-inżul ta’ Kristu fid-dinja aħna mhux biss ksibna s-salvazzjoni, iżda sirna wkoll ulied Alla. Kristu ġie fid-dinja bħala bniedem normali, l-inkarnazzjoni u l-miġja tiegħu kienu lkoll frott tat-Trinità Qaddisa. Kien Alla l-Missier li bagħat lil Sidna Ġesù Kristu fid-dinja, filwaqt li kellu jkun b’intervent speċjali tal-Ispirtu s-Santu li ġie mnissel u ffurmat il-ġisem ta’ Ġesù fil-ġuf safi ta’ Marija Verġni.

www.klarissimalta.blogspot.com

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

hu li hu Alla. Ammen.

Missierna ...

Page 50: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

50 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 24 ta’ Diċembru Il-Vġili tal-Milied

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Samwel 7: 1-5, 8-12, 14,16 Is-saltna ta’ David tibqa’ għal dejjem quddiem il- Mulej. 2. Salm 88: 2-5,27,29 Tjubitek, Mulej, irrid dejjem ngħanni. Hallelujah: O Xemx tielgħa. 3. Luqa 1: 67-79 Mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa. L-ewwel presepju: San Franġisk ta’ Assisi għamel l-ewwel presepju ġewwa għar, fl-għolja ta’ Assisi fl-1223. Ried iwassal il-messaġġ ta’ sempliċità – umiltà – faqar tat-twelid ta’ Ġesù Iben Alla lil dawk ir-rgħajja u bdiewa tal-post. Lejliet il-Milied “il-frajiet” u n-nies inġabru bix-xemgħat u l-fjakkoli biex idawlu l-lejl. Franġisku feraħ ħafna meta ra n-nies ġejjin bit-tiben u l-bdiewa ġabu ħmar u baqra u r-rgħajja ġabu n-nagħaġ. Franġisku poġġa xi ftit ħwejjeġ forma ta’ tarbija fuq altar tal-ġebel. In-nies talbu u kantaw. F’nofsillejl bdiet il-quddiesa, Franġisku qara l-vanġelu, irrakkonta kif Marija u Ġużeppi mxew minn Nazzaret għal Betlem. Meta waslu ma sabu l-ebda kamra għal-lejl. Sabu kenn ġo għar – fejn Marija weldet lit-tarbija Ġesù. Il-kelma Betlem tfisser – Dar tal-Ħobż - snin wara Ġesù qal lill-ġemgħa li: Hu “l-Ħobż tal-Ħajja”. Meta ntemmet il-quddiesa n-nies marru lura lejn darhom jgħannu l-kliem tal-Anġlu, kuntenti u jixtiequ lil xulxin: Paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Riflessjoni: Marija għandha ħarsitha mitfugħa fuq wiċċ Ġesù. Il-ħafna ħsibijiet li ħerġin minn qalbha ‘jinkwetawha’ xi ftit: Hija Omm Alla. Hija hi, propju hi. Ġiet mħabbra b’dal-misteru tat-twelid. Mumenti ta’ solitudini profondi li jgħaddu minn fuqha; imma l-fidi tagħha f’Alla hija kbira. F’dan il-mument ta’ solitudini, Marija tieqaf taħseb. Filwaqt li tħoss fuqha t-toqol tal-profezija li għadha kif seħħet, fuq sidirha tħoss in-nifs tal-misteru żvelat, il-Verb magħmul bniedem. L-istraordinarju u dak li mhux immaġinabbli saru realtà; Alla ġie inkarnat, bil-ġisem u d-demm: jismu Ġesù! ‘Nitolbu mal-Presepju’ – Publikazzjoni Dumnikana

Page 51: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 51

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 85, l-1 punt

The Emperor Augustus having issued an edict ordering a census to be taken of all the inhabitants of all the cities belonging to the Roman Empire, every person was obliged to register in his native town. This made Saint Joseph leave Nazareth, the city in Galilee where he lived, to go to Bethlehem, a town in Judea, to register there with Mary, his wife. On arriving there, they looked for a house where they could stay, but no one was willing to accept them, because they were occupied by people more wealthy, more distinguished than they. See how the world acts! People consider only what is externally apparent in a person and pay respect only if they are attracted by what fascinates the eyes of the world. If the people in Bethlehem had regarded Mary as the Mother of the Messiah, as the woman who would soon bring forth for the world God made man, who would have dared to refuse to lodge her in their home? What marks of respect would not all Judea have paid her? But because they considered her only as an ordinary person and the wife of a workingman, there was no shelter for her. For how long has Jesus been presenting himself to you and knocking at the door of your heart to make his dwelling within you, and you have not wanted to receive him? Why? Because he only presents himself under the form of a poor man, a slave, a man of sorrows.

TALBA

Xi drabi tħossok li trid twarrab u tmur tgħix fuq xi gżira bla nies!

Imma inti taf li ma tistax, Alla ħalqek f’dinja biex tagħmilha aħjar!

Alla għandu pjan għalik! Il-pjan tiegħu biex isalva l-bnedmin.

Fl-aħħar mill-aħħar dan jiddependi minnek. Tista’ tgħid IVA u tinvolvi lilek innifsek.

Tista’ tgħid LE u tagħmel l-affarijiet tiegħek. Kull bniedem jasallu l-mument f’ħajtu

fejn għal darba jgħid IVA jew LE. Mulej imla l-qalbi bix-xewqa li ninvolvi

lili nnifsi fil-pjan tiegħek għalija minkejja li ser ikun jiswieli ħafna.

Br. Louis

Missierna ...

Page 52: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

52 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Diċembru It-Twelid ta’ Ġesù Bambin – Il-Milied Imqaddes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 52, 7-10 Raw it-truf kollha tal-art is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 2. Salm 97, 1-6 Raw it-truf kollha tal-art is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 3. Lhud 1, 1-6 Alla kellimna permezz ta’ ibnu. 4. Ġwanni 1, 1-18 Il-Verb ħa l-gisem u għammar fostna. Riflessjoni fuq il-Milied mill-Papa Franġisku:

F’dan il-lejl qaddis, meta qed nikkontemplaw il-Bambin Ġesù li għadu kemm twieled u jinsab mimdud f’maxtura, aħna mistiedna nirriflettu. Kif nistgħu nilqgħu l-ħlewwa ta’ Alla? Qed inħallih jilħaqni, inħallih jgħannaqni miegħu, jew qed inżommu milli jersaq qribi? “Imma jien qed infittex lill-Mulej” – nistgħu nirribattu. Madankollu, l-iktar ħaġa importanti mhix li nfittxu jien, daqskemm li nħalli lilu jfittixni, isibni u jżiegħel bija kollu mħabba. Din hi l-mistoqsija li l-Bambin qed jagħmlilna bis-sempliċi preżenza tiegħu: qed inħalli lil Alla jħobbni?

U mill-ġdid: għandna l-kuraġġ nilqgħu bil-ħlewwa s-sitwazzjonijiet diffiċli u l-problemi li niltaqgħu magħhom, jew nippreferu s-soluzzjonijiet impersonali, forsi effiċjenti imma neqsin mis-sħana tal-Vanġelu? Din il-ħlewwa għandha bżonn id-dinja tal-lum! Is-sabar ta’ Alla, il-qrubija ta’ Alla, il-ħlewwa ta’ Alla.

It-tweġiba tan-nisrani ma tistax tkun differenti minn dik li Alla jagħti liċ-ċokon tagħna. Il-ħajja rridu ngħixuha bi tjieba, bi ħlewwa. Meta nintebħu li Alla ħa grazzja maċ-ċokon tagħna, li hu nnifsu ċkien biex jiltaqa’ aħjar magħna, ma nistgħux ma niftħulux qalbna, u nitolbuh bil-ħerqa: “Mulej, għinni nkun bħalek, agħtini l-grazzja tal-ħlewwa fiċ-ċirkustanzi l-aktar iebsin tal-ħajja, agħtini l-grazzja li nkun qrib tal-oħrajn f’kull ħtieġa, li jkolli qalb ħelwa f’kull kunflitt”.

Għeżież ħuti, f’dan il-lejl qaddis ejjew nikkontemplaw il-presepju: hemm “il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir; in-nies li joqogħdu f’art id-dlam dawl idda fuqhom” (Is. 9:1). Ratu n-nies sempliċi, in-nies li kienet lesta tilqa’ d-don ta’ Alla. Għall-kuntrarju, ma rawhx l-arroganti, is-suppervi, dawk li jagħmlu l-liġijiet skont il-kriterji personali tagħhom, dawk li għandhom atteġġjamenti ta’ għeluq. Inħarsu lejn il-presepju u nitolbu, u lill-Omm Verġni ngħidulha: “O Marija, urina lil Ġesù!”

Ftit ħsibijiet: F’Betlem, Alla wera l-imħabba tiegħu lejn il-bniedem bil-misteru tal-libertà.

Imma għaliex sa mill-bidu tad-dinja, il-bniedem irrifjuta, tradixxa l-fiduċja u kkalpestaha u għażel li jaqdi idoli u allat oħra?

Page 53: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 53

It-tarbija għażlet is-silenzju tal-lejl biex tinawgura l-bidu tal-bniedem, twieled biex tagħti l-vuċi, ix-xbieha u d-dehra tal-imħabba ta’ Alla.

It-tarbija fil-maxtura qalet lill-bnedmin, “hawn jien f’nofskom biex ngħallimkom temmnu, tittamaw u tħobbu.

Alla ppreżentat f’tarbija: Alla ppreżeta ruħu f’forma ta’ tarbija, dgħajjef li għandu l-bżonn li jiġi mlibbes, miżmum, imredda’ u mgħejjun biex jikber.

Kull tarbija tixtieq tikber; u titwieled biex tikber. Min jilqa’ lil Kristu jkun iltaqa’ ma’ ħajja fejn jikber ma’ Kristu u fi Kristu.

‘Nitolbu mal-Presepju’ – Publikazzjoni Dumnikana

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 86, it-2 punt

It is not enough for Jesus to be born poor. He likewise chose lowliness as his lot in this world, according to the words of the Royal Prophet. He wished to make his entry into the world in a place where he was unknown and where no attention would be paid either to him or to his holy Mother, a place where he would be abandoned by everyone. It is true that he is visited at his birth, but it is only by poor shepherds, who can honor him only by their good wishes. Even so, it is necessary for an angel sent by God to notify them that this Child about to be born in Bethlehem is their Savior, whose birth would be for all the people a subject of great joy. Except for these poor shepherds, no one ever thought of Jesus when he was born. It even seems that God does not want the rich and the great to find their way to him, for the angel who announces his coming gives the shepherds no other sign to recognize him than the poor and lowly circumstances where they would find him, which could only turn away for this is what is most noticeable in our profession and in our work.

TALBA O Ġesù tarbija, tant adorabbli,

f’dan il-lejl qaddis, fejn int fawwart tant erwieħ bil-grazzji tiegħek,

agħti l-faraġ qaddis lil din ir-ruħ fqajra tiegħi. Nitolbok biss li tagħtini l-grazzja li minn dan il-jum ’il quddiem,

inħobbok dejjem b’qalbi kollha. Hekk kif l-imħabba divina tiegħek

tħeġġeġ fija nar ta’ mħabba tiegħi lejk, tħallini qatt li nieqaf inħobbok. O Marija, Omm Ġesù u ommi,

itlob lil Ġesù għalija. Ammen

Missierna ...

Page 54: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

54 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 26 ta’ Diċembru San Stiefnu - protomartri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 6, 8-10; 7, 54-59 Qiegħed nara s-smewwiet miftuħa. 2. Salm 30, 3-4,6,7,8,16 F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. 3. Mattew 10,17-22 L-ispirtu ta’ missierkom jitkellem permezz tagħkom.

SAN STIEFNU – l-ewwel martri L-għada tal-festa tal-Milied, il-Knisja tfakkar liż-żagħżugħ qaddis Stiefnu

msejjaħ il-protomartri, jiġifieri l-ewwel wieħed li xerred demmu għall-fidi tiegħu f’Ġesù.

Il-ktieb tal-Atti tal-Appostli fil-kapitli 6 u 7 jiddeskrivi lil San Stiefniu bħala żagħżugħ “mimli bil-grazzja u l-qawwa, li għamel għeġubijiet kbar u sinjali qalb il-poplu”.

Jidher li hu kien jappartjeni lill-grupp ta’ Lhud Ellenisti (jitkellmu bil-Grieg) u li sar nisrani ftit wara l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli. Meta f’Ġerusalemm l-insara li kienu jitkellmu bil-Grieg bdew igregru li r-romol tagħhom kienu qegħdin jiġu traskurati aktarx fit-tqassim tal-karità ta’ kuljum, l-Appostli qalulhom biex jagħżlu sebat irġiel ta’ ħajja tajba biex jieħdu ħsieb dak ix-xogħol u huma (l-Appostli) jibqgħu jipprietkaw il-kelma ta’ Alla. Intagħżel Stiefnu u sitta oħra u ġew maħtura djakni.

Stiefnu kien jipprietka lill-grupp tiegħu ta’ Lhud ta’ kultura Griega. Xi wħud emmnu; oħrajn qiesu l-messaġġ tiegħu bħala dagħwa għax kien jgħallem li l-liġi u t-tempju kellhom jiġu spiritwalizzati fi Kristu.

Il-kliem tal-qaddis waqt mewtu, meta l-ġebel kien nieżel bħal xita fuqu, kien: “Mulej Ġesù ilqa’ ’l ruħi” u fuq l-eżempju ta’ Ġesù msallab, talab ukoll għal dawk li kienu joqtluh: “Mulej, la tgħoddulhomx dan id-dnub.”

Iż-żagħżugħ Sawl ta’ Tarsu kien hemm u approva t-tħaġġir: iżda aktar tard huwa kellu jkun il-messaġġier ewlieni tal-istess messaġġ u kellu jxandar lil kull bniedem li Kristu huwa l-milja tal-liġi. Josserva Santu Wistin: “Kieku Stiefnu ma talabx, il-Knisja ma kienx ikollha lil Pawlu.”

Riflessjoni, il-Paċi f’Ġesù: Bit-twelid ta’ Ġesù, bdiet isseħħ is-saltna kbira tal-paċi. Mhuwiex miraklu li kull fejn Ġesù sar il-Mulej tal-poplu, saltnet il-paċi? Mhuwiex miraklu ukoll li fid-dinja kollha tinsab saltna nisranija li f’nofsha tirrenja l-paċi? Huwa biss fejn ma ħallewx lil Ġesù jsaltan – fejn is-suppervja, l-isfida, il-mibgħeda u r-regħba tal-bniedem, qed taħkem – li ‘l-paċi ma tistax isseħħ. Ġesù ma jixtieqx li jwaqqaf is-saltna tiegħu tal-paċi bil-forza, imma jagħti dik il-paċi sabiħa tiegħu lil dak il-poplu li b’rieda tajba lest li jintelaq f’idejh u jħallih jmexxih. ‘God is in the manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Page 55: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 55

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 87, it-2 punt

This saint was not satisfied to be filled with faith. He wanted to share the fullness of his faith with those of his nation by preaching to them the new religion that had just been established and by making known to them, with the testimony of Holy Scripture, Jesus Christ, whom they did not know and who had come to give them the means of salvation and to die for them. He also wanted to make them realize that they were the ones who, moved by hatred and envy of the good he had done, had him condemned to death. But these Jews, with their hard and uncircumcised hearts, as Saint Stephen told them, showed indeed the truth of what Saint Paul says, that all do not obey the Gospel, and of what Isaiah says, Who are those who have believed what you have preached to them? You have been chosen by God to make Jesus Christ known and to proclaim him. Therefore, admire the goodness of God to you, as the same Apostle says, provided, however, that you remain firm in the state where his goodness has placed you. Following the example of Saint Stephen, then, make Jesus Christ known to those whom you have to instruct. Teach them the rules of the Christian life and the means they must use to be saved. For this purpose God entrusted to you the ministry in which you are employed. Do not become unworthy of it by negligence.

TALBA O Alla!

Ħallejt is-sema, sirt bniedem bħalna bħall-ifqar fost il-fqar

għax ridt tinfired mill-frugħa. Fawwar lil qalbi bil-barka tiegħek.

Ammen. Missierna ...

Il-Ħadd, 27 ta’ Diċembru Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Samwel 1, 20-22.24-28 Samwel mogħti lill-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajtu. 2. Salm 83, 2-3.5-6.9-10 Henjin dawk li jgħammru f’darek, Mulej. 3. 1 Ġwanni 3, 1-2.21-24 Nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew! 4. Luqa 2, 41-52 Il-ġenituri sabu lil Ġesù fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-

għalliema.

Page 56: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

56 SIGNUM FIDEI

FAMILJA MQADDSA TA’ ĠESÙ, MARIJA U ĠUŻEPPI Id-devozzjoni lejn il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi żviluppat fis-

seklu sbatax. Il-festa liturġika tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazzaret mhijiex waħda qadima

ħafna fil-Liturġija; kellha bidu fil-Kanada mill-ewwel isqof ta’ Quebec fis-seklu 18. Hu rrealizza r-rwol importanti tal-familja fit-tixrid tal-influwenza salvifika tal-Knisja fis-soċjetà. Hu ħejja talb għall-quddiesa li fiha hu xebbah u ddedika l-familja nisranija mal-Familja Mqaddsa ta’ Nazzaret.

Fl-1921 il-Papa Benedittu XV estenda din iċ-ċelebrazzjoni għall-Knisja kollha u ordna li tkun osservata fl-ewwel Ħadd fuq l-Epifanija. Mir-riforma tal-Kalendarju Universali tal-1969 il-festa tal-familja mqaddsa bdiet issir jew il-Ħadd li jiġi fl-Ottava tal-Milied, jew, jekk il-Milied ikun ħabat il-Ħadd, allura ssir fit-30 ta’ Diċembru.

Fid-dar ċkejkna u umli ta’ Nazzaret, Ġesù, Marija u Ġużeppi pprattikaw il-virtujiet domestiċi tal-imħabba, l-ubbidjenza u l-għajnuna lil xulxin u b’hekk qaddsu l-ħajja tal-familja. Hemmhekk ukoll huma sabu hena u paċi fit-talb flimkien. Il-familji nsara għandhom iħarrġu hawn fid-dinja l-virtujiet tal-Familja Mqaddsa u b’hekk jimmeritaw ħajja fis-sħubija tagħha fil-ġenna.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Huwa propju l-fatt li din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata ftit iktar minn seklu ilu li jurina l-iskop tagħha. Il-Papa Ljun XIII ried ipoġġi l-familja ta’ Nażaret bħala mudell għall-familji nsara biex iħarsu ruħhom mill-istili ta’ ħajja ġodda li kienu diġa bdew inaqqru l-valuri u l-karatteristiċI fundamentali tal-familja. Minkejja l-biża’ dwar dan, il-familja rnexxiela tadatta ruħha u l-qagħda li tinsab fiha llum mhix daqshekk ħażina daqskemm kien imbassar.

Għad baqa’ sens li niċċelebraw din il-festa llum? Is-sens insibuh meta naqraw bir-reqqa l-vanġelu tal-lum. Kif jista’ jkun li żewġ ġenituri attenti jindunaw li binhom kien mitluf wara ġurnata sħiħa? U iben bil-għaqal kif kien Ġesù jirrispondihom mingħajr ma jagħti kas ta’ kemm kienu inkwetati ommu u missieru? San Luqa jirrakkonta dan il-fatt li jantiċipalna kif xi għoxrin sena wara Ġesù kellu jerġa’ jmur Ġerusalemm għall-Għid tiegħu stess. Hekk hawnhekk jerġa’ jintilef għall-familja l-ġdida tiegħu biex jinstab wara tlett ijiem imqajjem mill-mewt, ħaj għal dejjem.

It-tweġiba stramba tat-tfajjel “għaliex kontu qegħdin tfittxuni?” tixbaħ ħafna lit-tweġiba li l-anġlu jagħti lin-nisa “għaliex tfittxu qalb il-mejtin lil dak li hu ħaj?”

t-tfajjel fit-tempju qalb l-għorrief jurina ’l Ġesù rebbieħ fuq id-dnub u l-mewt u jurina l-misteru tal-Għerf divin li jġiegħel anke lil min l-iktar kien jopponieh biex jaċċettah.

Għalekk il-festa tal-lum għandha żewġ tifsiriet, waħda li Alla huwa Trinità – “familja” ġie fostna permezz ta’ familja li bil-fidi u l-imħabba saret l-iżjed xbieha ċara tal-mudell divin. Id-dinjità ta’ kull familja hija indiskutibbli, min-naħa l-oħra, lill-familji tal-lum imħabbtin bi problemi ta’ kull xorta, u mtaqqla

Page 57: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 57

bil-kriżijiet ta’ kull tip, din il-festa toffri kriterji ta’ kif għandhom jinterpretaw ħajjithom fuq dik ta’ Ġesù, il-mewt u l-qawmien tiegħu.

Il-vanġelu tal-lum fil-fatt iħabbrilna kif fid-dawl tal-fidi kull telfa tista’ twassal għal sejba ġdida, li fin-nuqqas ta’ sens ta’ ħafna stejjer familjari, spiss hemm moħbija rivelazzjoni ta’ tifsira ġdida. Li saħansitra fil-kriżijiet l-iktar profondi, Alla bil-paċenzja, imma bil-qawwa kollha qiegħed jaħdem għas-salvazzjoni tagħhom.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.88, punti mit-2 u t-3 parti

… See what his tender love made Saint John do to respond to the love of Jesus for him. Reflect often that because Jesus gave himself entirely to us and for us, we too must give ourselves totally to him, do everything for him, and not seek ourselves in anything. Our whole care ought to be to detach ourselves from all things in order to attach ourselves to God alone, because nothing is equal to him and he is the only one to whom we can securely give our hearts ... … If we have love for Jesus and are loved by him, we cannot fail to be deeply loved by the Most Blessed Virgin. Because there is such a very close union between Jesus and his most holy Mother, all those who love Jesus and are specially loved by him greatly honor Mary and are also deeply cherished by this holy Mother of God. Let us make ourselves worthy of this tenderness of the Blessed Virgin. To obtain what we desire from her more easily, let us address ourselves to Saint John. As her dear son, in place of Jesus, he will secure for us from her what we cannot obtain by ourselves.

TALBA Għażiż Ġesù naħseb fuq il-familja tiegħi,

il-qraba, il-ġirien, il-ħbieb, in-nies kollha li se nqatta’ magħhom din il-ġurnata tal-Milied.

Meta nħares lejn dawn l-uċuh u niftakar l-istejjer ta’ ħajjithom, inħoss gratitudni, ftit biża’ u ansjetà.

Nirrangrazzjak ta’ dawn il-maħbubin tiegħi u nitolbok taħfirli għal kemm-il darba nqast milli naċċetta u nħobb biżżejjed.

Nitolbok fejjaq il-weġgħat, firdiet u konflitti li hemm bejnietna u għinni dejjem niftakar kemm huma għeżież għalik

u l-imħabba li għandek għalihom. Irrid niftakar biss li inti ġejt biex issalvana lkoll.

Ammen Missierna ...

Page 58: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

58 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 28 ta’ Diċembru Il-Qaddisin Innoċenti – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.1Ġwanni 1: 5-10, 2:1-2 Id-demm ta’ Ġesù Kristu jnaddafna minn kull dnub.

2. Salm 123: 2-5,7b,8 Ħajjitna ħelset mix-xbiek.

3. Mattew 2:13-18 Erodi qatel it-tfal subien kollha ta’ Betlem.

IL-QADDISIN INNOĊENTI – martri Tliet ijiem wara l-festa tal-Milied, il-knisja tfakkar il-martirju ta’ l-hekk imsejħa

Innoċenti. Din il-festa tweġġaħ lit-tfal subien li l-qtil tagħhom f’Betlem u madwarha taħt is-Sultan Erodi jissemma fit-tieni kap tal-Evanġelju ta’ San Mattew.

L-Innoċenti kienu mweġġġħa bħala l-ewwel li mietu minħabba Kristu; huma, anzi, mietu minfloku – rimjiet, kif jgħid S. Wistin, maqtula fil-mument li dehru fid-dinja.

Billi Betlem ma kienx xi post kbir u l-poplolazzjoni tiegħu mhux kbira ħafna, l-għadd ta’ dawn l-innoċenti ma jistax ikun li kien wieħed kbir, kif kienu jaħsbu fl-antik. L-għadd ta’ trabi li ġew maqtula aktarx hu inqas minn għoxrin.

Il-festa għall-ġieħ ta’ dawn it-trabi martri twaqqfet fis-seklu ħamsa.

Riflessjoni: L-embrijun uman jistħoqqlu, sa mill-bidu, ir-rispett li jixraqlu bniedem. Id-dinjità tal-bniedem individwali, li r-raġuni nfisha titlobha, tistagħna u tissaħħaħ iktar fid-dawl tal-fidi: għalhekk, m’hemm l-ebda kontradizzjoni bejn l-affirmazzjoni tad-dinjità tal-embrijun uman u l-affirmazzjoni tal-qdusija tiegħu. Id-dritt għall-ħajja u għall-integrità fiżika ta’ kull bniedem mit-tnissil sal-mewt naturali għandu jiġi mħares. Għalhekk, fit-trattament tal-infertilità, ir-rimi jew qerda volontarja u delibarata tal-embrijun uman, l-iffriżar ta’ embrijuni żejda, l-użu tagħhom għal riċerka xjentifika bażika, u l-espożizzjoni tagħhom għal riskju serju ta’ mewt jew ħsara fiżika huma etikament inaċċettabbli, għax l-embrijuni umani huma iżjed minn sempliċi “materjal bijoloġiku.” Il-preservazzjoni tal-embrijuni umani tesponihom għal riskju serju ta’ mewt jew ħsara fiżika, għax persentaġġ għoli minnhom ma jibqgħux ħajjin wara l-proċess li fih jiġu ffriżati u maħlula; iċċaħħadhom tal-inqas temporanjament milli jintlaqgħu u jinġarru f’ġuf ta’ omm; tqegħidhom f’sitwazzjoni li fiha huma suxxettibbli għal offiżi u manipulazzjoni ikbar. Silta mid-“Dokument ta’ Pożizzjoni” dwar

il-leġislazzjoni li tirregola l-prokreazzjoni umana assistita.

Page 59: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 59

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 89, l-1 punt

Today let us honor the innocence of these holy children, who had the privilege of dying before knowing evil and being able to do it. How fortunate they are, for their life was consecrated to God at an age when evil had not yet taken possession of their heart. They were snatched out of this world almost as soon as they had entered it, and this by an altogether special grace to be preserved from the corruption that is so difficult to escape in society. We have known the misery of the world, and we know only too well through our sad experience how rare it is to preserve innocence and purity of heart there. God has done us the favor of withdrawing us from it. Let us, then, thank him every day for so great a benefit and make our life innocent by seclusion, penance, and the holiness of our actions. To merit perseverance in so saintly a life, let us be faithful to all the smallest practices of the community and the smallest point of the Rule. In this way we will make up for the injury that the world, which we have so fortunately left, might have done to our innocence. We will also place ourselves in a sort of guarantee of not sinning any more during the rest of our life.

TALBA Verġni mqaddsa Marija omm Ġesù,

itfa’ l-ħarsa tiegħek ta’ omm, fuq it-tfal iż-żgħar

li għandhom f’wiċċhom dik il-ħarsa innoċenti. Ħelwa ommna Marija,

ħu ħsieb dawn it-tfal f’din id-dinja mwergħa, u mexxi l-familji tagħna, lejn

id-dawl divin ta’ ibnek l-għażiż Alla ta’ mħabba,

ħa jkunu tiegħek u jibqgħu tiegħek. Br. Louis

Missierna ...

It-Tlieta, 29 ta’ Diċembru San Tumas Becket - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Ġwanni 2, 3-11 Min iħobb lil ħuh jgħammar fid-dawl. 2. Salm 95, 1-3.5b-6 Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art. 3. Luqa 2, 22-35 Dawl biex idawwal il-ġnus.

Page 60: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

60 SIGNUM FIDEI

SAN TUMAS BECKET (1118-1170) - isqof u martri Tumas kien iben ta’ neguzjant u twieled f’Londra. Huwa kien edukat fl-aqwa

skejjel tal-Ewropa u kellu l-patronaġġ tal-Arċisqof Theobald ta’ Canterbury li għamlu arċidjaknu tal-istess post u wara pproponieh bħala kanċillier tar-re l-ġdid Neriku II li kellu biss 21 sena.

Tumas mexxa lis-sultan, kien jeħodlu ħsieb il-korrispondenza, kien kunsillier u l-aqwa diplomatiku tiegħu. Meta s-sedi ta’ Canterbury sfat vakanti Tumas inħatar mir-re bħala arċisqof u primat tal-Ingilterra.

Tumas kien iżomm bil-qawwa kollha mal-Papa, aċċetta l-prinċipji tar-Riforma Gregorjana, ta l-ewwel attenzjoni tiegħu lil dak li kellu x’jaqsam mas-saċerdozju u qies li l-ġid tad-dinja u l-libertà tal-Knisja kienu meħtieġa għall-ħidmiet tagħha spiritwali u l-karitajiet lill-fqar. Huwa mill-ewwel irriżenja minn kanċellier u ma damx ma qam konflitt mar-re dwar il-proprjetà tal-Knisja u l-privileġġ li l-kjeriċi jiġu pproċessati fi qrati tal-Knisja biss.

F’ċertu żmien Tumas iddgħajjef u mexxa lill-isqfijiet biex jaċċettaw r-restrizzjonijiet tal-libertajiet tal-Knisja li kien hemm fil-kostituzzjonijiet ta’ Clarendon; iżda mbagħad reġa’ bdielu u rrifjuta li jiffirma d-dokument. Huwa ħarab lejn Franza, dam sitt snin fl-eżilju u reġa’ lura f’perjodu ta’ rikonċiljazzjoni, biex ġie maqtul fil-katidral tiegħu minn erbgħa min-nies tar-re Neriku II.

Waqt li kien qed imut qal: “Jiena naċċetta l-mewt għall-isem ta’ Ġesù u għad-difiża tal-Knisja.” Huwa ġie kkanonizzat f’inqas minn sentejn wara mewtu.

Riflessjoni: Il-ħajja ta' Ġesù turina li kull darba li ried juri l-imħabba tiegħu, ġie miċħud mill-bnedmin. Qabel twieled il-ġenituri tiegħu talbu biss kenn li ma ngħatawx. F'kull Milied Ġesù jiġi bħala tifel ċkejken, żgħir żgħir, dgħajjef, jeħtieġ kollox, nieqes mill-imħabba ta' ħafna. Aħna lesti li ndaħħluh għandna? Jekk Marija u Ġużeppi għadhom issa stess ifittxu post ta' kenn għal Ġesù, jagħżlu d-dar tagħna b'dak kollu li hemm fiha? Isib il-paċi fid-dar tagħna? Irridu nagħmlu l-familja tagħna ċentru ta' ftehim, ta' maħfra bla limiti, biex il-paċi li tibda' mid-dar tagħna tasal għand l-oħrajn, tant fil-qrib kif ukoll il-bogħod minna. Is-soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 90, it-2 punt

Because our soul has been created by God only that we might enjoy him, all our happiness on earth consists in being attached to him alone, as the Royal Prophet says very well. It would be disgraceful for a soul, says Saint Leo, who shares in the divine nature to fall so low from its original nobility as to degrade itself by taking its pleasure in creatures. To whom ought we to give ourselves if not to the One from whom we have received everything, who alone is our Lord and our Father, and who, as Saint Paul says, has given being to all things and has made us only for himself? This thought and the gratitude we owe him for all his goodness to us ought to have frequently occupied our minds and touched our hearts during this year, in order to engage us to give ourselves entirely to God and to tell him, with Saint

Page 61: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 61

Augustine, My God, you have made us for you alone, and our hearts will never be at rest until they rest in you!

TALBA O Alla,

li tgħammar f’dawl li ma tistax tersaq lejh, inti ġejt fostna biex iddawwalna. Iftħilna għajnejna sabiex naraw

il-glorja tiegħek moħbija fir-rivelazzjoni tal-ħajja ta’ kuljum;

iftħilna qalbna biex nirċevuk, bil-fidi qawwija ta’ Xmun.

Dan nitolbuk bi Kristu sidna ibnek, li jgħix u jsaltan miegħek,

flimkien mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. ‘Magnificat’

Missierna ...

L-Erbgħa, 30 ta’ Diċembru San Sabinu - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Ġwanni 2: 12-17 Min jagħmel ir-rieda ta’ Alla jibqa’ għal dejjem. 2. Salm 95: 7-10 Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art. 3. Luqa 2: 36-40 Anna bdiet titkellem fuq it-tarbija ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa. SAN SABINU (†305) - isqof u martri San Sabinu jingħad li kien isqof ta’ Faenza (280) u ta’ Assisi (290). Skont il-“Passio” tiegħu, miktub fis-seklu V u li dwaru hemm dubji serji Sabinu

kien isqof waqt il-persekuzzjoni qalila kontra l-insara, imqanqla mill-Imperatur Djoklezjanu. Il-gvernatur ordnalu biex jadura ’l-allat tal-imperu. Iżda l-isqof ma riedx. Kollu mgħaddab, il-gvernatur ordna li b’kastig jaqtgħu idejn il-qaddis u jixħtuh fil-ħabs.

Fil-ħabs Sabinu fejjaq raġel għama, u din l-aħbar malajr xterdet u sema’ biha wkoll il-Gvernatur Venustianus, li hu kien ukoll ibati b’għajnejh. Dan talab lil Sabinu biex ifejqu, u meta fil-fatt fejqu, talab li jitgħammed hu, martu u ż-żewġ

Page 62: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

62 SIGNUM FIDEI

uliedu subien. Meta Djoklezjanu sar jaf b’dan, ordna li Sabinu, il-gvernatur u l-familja tiegħu jiġu msawtin u maqtulin. Kien għall-ħabta tas-sena 305.

Il-qabar ta’ San Sabinu jinsab ftit aktar minn mil bogħod minn Spoleto, u l-kult lejh xtered lejn Assisi, u bliet oħra fl-Umbrija, fl-Italja.

San Sabinu u sħabu martri huma mfakkrin flimkien fit-30 ta’ Diċembru. Riflessjoni: Inħeġġiġkom tingħaqdu u tersqu lejn Ġesù miegħi biex nirċievu dik it-tgħannieqa u bewsa tiegħu biex nitqaddsu u nsalvaw. Għal dan il-għan ejjew nisimgħu lill-qaddis sultan David li jistedinna biex inbusu lill-iben bl-akbar devozzjoni: Ġib ruħek bil-ħlewwa mal-iben, għax dan l-iben li jitkellem fuqu l-profeta rjali, ma hu ħadd aktar ħlief dak li jitkellem fuqu l-profeta Isaija: Tweldinna iben, ingħatalna iben. San Padre Pio tal-Pjagi Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 91, l-1 punt

It is an obligation for you to act toward your superiors as toward God. Such is the advice given to you by the Apostle. Because you have a body with senses and because God’s interior guidance does not suffice to lead you to him, you need guides who direct you through your senses. This is why God has given you superiors, whose duty it is to hold God’s place in your regard and to guide you on the way to heaven externally as God guides you internally. How have you acted during this year toward your superiors? Have you regarded them as God’s ministers who have been given to you by him and hold his place, for it is only through the authority that God has entrusted to them and shared with them that they have a right to guide and to command you? Is it with this motive that you have been submissive to their guidance? During this year, have you been as dependent on your superiors as you depend on God? With this conviction, have you felt obliged to obey them in all things and as you believe you must obey God, who has said, Who hears you, hears me? Have you been firmly convinced in the depths of your heart that all they tell you is on the part of God, or to say it better, that it is God who is telling you? From this day onward, adopt these dispositions toward your superiors.

TALBA Mulej, bil-grazzja u l-qawwa ta’ mħabbtek,

għallimna nħobbu u naqdu lil għajrna. Agħmel li dejjem niftakru f’dak li inti għidt:

“Tassew ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar

fost dawn ħuti,għamiltuh miegħi.” (Mat. 25:40) Ammen.

(‘Doorway to Faith’) Missierna ...

Page 63: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 63

Il-Ħamis, 31 ta’ Diċembru San Silvestru I - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Ġwanni 2, 18-21 Għandkom il-griżma minn Alla l-Qaddis, u dan tafuh ilkoll. 2. Salm 95, 1-2.11-13 Jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art. 3. Ġwanni 1, 1-18 Il-Verb ħa l-ġisem u għammar fostna. SAN SILVESTRU I (†335) - Papa San Silvestru kien iben ta’ wieħed Ruman jismu Rufinu. Il-Papa San

Marċellinu ordnah qassis f’dak iż-żmien ta’ paċi qabel bdiet il-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu. Imbagħad fil-persekuzzjoni, il-qaddis wera qlubija l-iktar kbira.

Fi żmienu saru l-abdikazzjonijiet tal-Awgusti Djoklezjanu u Massimiljanu. Ra jseħħ it-trijonf ta’ Kostantinu l-Kbir, fis-sena 312.

Wara l-mewt tal-Papa San Milzjade, San Silvestru nħatar bħala s-suċċessur tiegħu, it-33 Papa, fis-sena 314.

San Silvestru mexxa l-Knisja b’għaqal u responsabbilità kbira, meta l-Knisja, bis-saħħa ta’ Kostantinu l-Kbir, ħarġet mill-katakombi.

Permezz tad-delegati tiegħu, San Silvestru I, ħa sehem fil-konċilju ta’ Arles fis-sena 314, li kkundanna l-ereżija tad-Donatisti u wettaq il-validità tas-sagramenti amministrati mill-eretiċi; approva l-konċilju ta’ Anċira, fejn twaqqaf li l-midinbin niedma għandhom jiġu milqugħa lura fil-Knisja, ikunu xi jkunu dnubiethom; approva l-ewwel Konċilju Ekumeniku, dak ta’ Niċea, fis-sena 325, li kkundanna l-ereżija ta’ Arju, li Ġesù mhux Alla u għalhekk il-Madonna mhix Omm Alla u fformula l-kredu ta’ Niċea.

Fi żmien il-Papat tiegħu nbnew il-knejjes kbar ta’ San Pietru, ta’ Santa Croce, ta’ San Lawrenz Fouri le Mura, ta’ San Silvestru, u oħrajn. Fi żmienu wkoll il-Palazz tal-Lateran sar ir-residenza uffiċjali tal-Papa.

San Silvestru miet fil-31 ta’ Diċembru tas-sena 335. Kien ilu Papa 21 sena. Riflessjoni, is-Sena l-Ġdida: “Fil-bidu ta’ sena ġdida, kulħadd jipprova jagħmel lista ta’ vizzji ħżiena li hu jixtieq ibiddel. Spiritwalment kemm proponimenti għamilna - biex nibdew b’intenzzjoni tajba – però ħafna għadhom marbuta mal-paganiżmu tagħhom. Jemmnu li intenzjoni tajba tfisser bidu ġdid; jaħsbu li weħedhom jistgħu jibdew mill-ġdid, meta jridu. Imma din hi illużjoni ħażina: huwa biss Alla li jista’ biss joħloq bidu ġdid mal-bniedem meta jrid hu u mhux il-bniedem. Għalhekk il-bniedem ma jistax jagħmel bidu ġdid ma’ Alla, iżda biss jitolbu għal dan il-għan. Meta l-bniedem jipprova jgħix għal rasu, hu jibqa’ marbut mal-imgħoddi u l-passat. Fejn hemm Alla biss jista’ jkun hemm bidu ġdid. Aħna ma nistgħux nikkmandaw ’l Alla biex jagħtina dan, iżda

Page 64: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

64 SIGNUM FIDEI

nistgħu biss nitolbuh jagħtihulna. U dan nistgħu nitolbuh biss meta aħna nagħarfu li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn, u l-limitu tagħna daqshekk jasal, li xi ħadd ieħor għandu bidu ġdid għalina.” ‘God is in the manger’ – Dietrich Bonhoeffer Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 92, it-2 punt It is no less important to be faithful to the Rule outside the house than in it, because we ought to edify our neighbor, which must be especially required of religious people. The first thing we must pay attention to is great self-control. Saint Paul recommends this to the faithful above all things. Let your self-control, he says, be known to everyone. This is as if he said, do not be self-controlled only when you are alone and in private, as you must be, of course, because the Lord is near you, but also act in the same way before everyone. Thus, when you are outside the house, act in such a way that all may recognize and be edified by your selfcontrol. This is necessary because you work for the salvation of others, and you must begin by giving them good example in order to win them to God. You must also carefully observe silence in the streets and, as your Rule prescribes, say the rosary, so as not to be distracted by what comes before your eyes. You ought, instead, to be occupied with the presence of God. Patience and silence especially are equally necessary for you when people say something insulting or that is liable to trouble you. Have you been faithful to all these practices during this year? They are of very great importance for you if you do not want to scandalize others and to be distracted in the streets. A person consecrated to God must be easily distinguished from a secular by his exterior appearance and by the way he acts, because he owes edification not only to prudent people, as Saint Paul says, but also to those who are not such and who often take scandal over everything, especially in the case of religious.

TALBA

Mulej Ġesù, ħaffifna mill-ħsibijiet tagħna nfusna.

Eqred minn ġo fina l-ebusija tar-ras, id-dnub u s-suppervja.

Tħallina qatt ma nkunu mqarrqa mill-ideat foloz tad-dinja.

Agħmel li l-verità tiegħek tkun il-glorja tagħna. Ħalli l-ħajjitna tkun immexxija

mill-paċi qaddisa tiegħek. Ħa ngħixu moħbijin fik

kif darba int kont moħbi fil-ġuf ta’ ommok Marija. Ammen

(Magnificat) Missierna ...

Page 65: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

SIGNUM FIDEI 65

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-Providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITA’, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, Ibnek l-Għażiż. Amen

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:

Signum Fidei Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira GŻR1563

Page 66: DIĊEMBRU 2015 - signumfideimalta · 2015. 11. 30. · Mietet fit-2 ta Diembru tal-1665 u fid-29 ta Settembru 1850, ¥iet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, gall-virtujiet eroji tag

66 SIGNUM FIDEI

Ix-xewqa tag]na lilkom u lill-familjari tag]kom,

dik il-Pa`i u Hena li {esu [abilna Mieg]u!

Talba tal-Papa Franġisku għall-Ġublew tal-Ħniena (2015-2016)

Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi. Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa; bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem. Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla! Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena: agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż. Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja.

Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.