PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com
7 t
a’ L
ulj
u, 2
01
9
FESTA LI TKOMPLI Mill-ġdid nirringrazzjaw lil dawk
il-mijiet ta’ persuni li ħadmu u stinkaw
favur il-festa. Il-festa ma sseħħx biss
b’dak li jsir fuq barra u fil-knisja.
Il-festa hija ġrajja li tmissna fil-fond
tal-qalb tagħna. Is-sodisfazzjon ma
jkunx biss għax “irnexxiet”, imma
wkoll għax aħna nieħdu gost li
niċċelebraw flimkien u niltaqgħu
mal-Mulej flimkien, bħala komunità.
Issa l-festa se tkompli għax aħna
kontinwament ngħixu mal-Mulej li
huwa l-festa tagħna. Dan l-aħħar
temmejt naqra ktieb tat-tabiba
Taljana Chiara Castellani,
l i e m a k t i e b
għandu t-titlu,
“ S a v a n a — O n
t h e R o a d ” .
C a s t e l l a n i
għaddiet snin
twal taħdem
fir-Repubblika
Demokratika
tal-Congo. Fi
tmiem il-ktieb
g ħ a m l e t
r i f l e s s jo n i :
“ P e r s o n a l m e n t
naħseb li n-nuqqas ta’ twemmin
f ’Al la , l i j inkarna f i l -ġraj j ie t
tal-bniedem fuq l-art, ifisser li wieħed
isofri l-kontradizzjonijiet tal-istorja,
mingħajr ma jkun kapaċi jtihom skop
u mingħajr ma jislet tama minnhom.”
Issa qegħdin fis-sajf, għal ħafna
minna huwa żmien li jkollna iktar ħin
għall-mistrieħ, għall-baħar, għall-qari
u għal xi vaganza. Huwa żmien tajjeb
ukoll biex naħsbu fuq kemm u kif Alla
jaħdem fl-istorja tagħna. Il-festa trid
tkompli. Issa huwa ż-żmien biex
inkomplu naraw u nkomplu ngħixu
ħajjitna kollha għad-dell tal-Mulej,
għax aħna msejħin għall-ħajja
miegħu.
Filwaqt li l-festa tagħna tkompli,
Chiara Castellani ssemmi wkoll dak li
hija ssejjaħlu “l-eżodu bibliku” ta’
dawk l-eluf li jaqsmu l-baħar għax
imġegħlin “biex jeħilsu mill-gwerer,
mill-vjolenza u mill-mard.” Filwaqt li
għalina s-sajf jiġi biex niksbu l-forza
mill-ġdid, ma ninsewx lil dawk li qed
jitħabtu biex litteralment iżommu fuq
wiċċ l-ilma. Ħadd ma jlumni jekk
ngħid li dawn ukoll għandhom dritt li
jgħixu l-ħajja bħallikieku tkun festa.
Insellem lil kulħadd. U mill-ġdid
grazzi ta’ kulma tagħmlu biex
nagħmlu mill-ħajja tagħna fil-Knisja
festa kontinwa. L-Arċipriet
AVVIŻI OĦRAJN:
IL-KUMITAT TAL-BANDA: se jagħmel tombla kbira nhar il-Ħamis 11 ta’ Lulju fil-pjazza
San Pietru u San Pawl. Il-ħin ikun fis-7.30pm. se jorganizza ġita għall-Fiera l-Kbira nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju.
Tluq mal-vapur tal-4.30pm. Biljetti mill-banka tal-lottu jew mingħand xi membru tal-kumitat.
NIRRINGRAZZJAW lil ħafna voluntiera li jagħmlu ħafna xogħol minn wara l-kwinti. Illum minn din il-folja tal-bullettin nirringrazzjaw lil Nancy Portelli li għat-tieni darba rregalat sett folders ġodda għall-kor Jubilate Deo. Nirringrazzjaw ukoll lil Maria Buttigieg li ħadet l-inkarigu li tibdel il-jackets li fihom tiġi arkivjata l-mużika tal-istess kor.
L-GĦAQDA ARMAR DIĊEMBRU 13: tavża li fil-lotterija li għamlu tal-inkwatru ta’ San Pietru u San Pawl, telgħet fih Valerie Said li toqgħod ix-Xagħra, bin-numru tal-biljett 388 (AB 686927) kulur aħdar.
Ħin tal-Quddies
SHUTDOWN TAR-RADJU
Id-direzzjoni ta’ Radju Luminarja tavża li r-radju komunitajru tagħna se jkun magħluq mis-7 ta’ Lulju u jiftaħ mill-ġdid fis-17 ta’ Awwissu li ġej. Lil dawk kollha li jgħinu
fir-radju nawgurawlhom ftit jiem ta’ mistrieħ mistħoqq.
Ħdud u Festi: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:30pm; 7:15pm. Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00amKAPPELLA SANTA TEREŻA TA’ KALKUTTA: il-Ħadd: 7.15am.