Download - Inqimu lil Alla Matul is-Sena
Inqimu lil Alla Matul is-Sena
Għaliex sena, sena?
Meta aħna nistaqsu lil xi ħadd kemm għandu żmien jgħidilna: “Għandi ħdax-il sena”, “Għandi għoxrin sena”.Aħna s-sena nqassmuha fi 12-il xahar jew 365 jum.
Iż-żmien ta’ sena huwa ż-żmien li d-dinja tieħu biex iddur dawra sħiħa max-xemx. F’din id-dawra jseħħu l-erba’ staġuni. Wara sena, id-dinja tibda d-dawra tagħha mill-ġdid.
Il-ġrajjiet ta’ Ġesù matul is-sena.Biex niftakru fil-ġrajjiet il-kbar ta’ Ġesù, aħna l-insara nieħdu ż-żmien ta’ sena.
Fost il-ġrajjiet infakkru:
Meta twieled fl-għar ta’ Betlehem.
Meta wera ruħu lill-Maġi.
Meta tgħammed fix-xmara Ġordan.
Meta daħal fuq felu f’Ġerusalemm.
Meta miet għalina fuq is-salib.
Meta qam mill-mewt.
Meta tela’ s-sema.
Meta bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja.
Permezz ta’ dawn il-ġrajjiet, Ġesù ta l-akbar qima lil Alla.
Ġesù jkun magħna biex bħalu u miegħu nagħtu tifħir lil Alla permezz ta’ dawn il-festi.
Is-sena tal-Knisja
Is-sena tal-Knisja jew is-Sena Liturġika hija maqsuma f’ ħames taqsimiet kbar.Dawn ifakkruna fil-ġrajjiet importanti fil-ħajja ta’ Ġesù.
ŻŻmien l-Avventmien l-AvventJibda erbat Iħdud qabel il-Milied.
Huwa żmien ta’ preparazzjoni għall-miġja ta’ Ġesù.
Nużaw il-kulur vjola li jfisser li l-Avvent hu żmien ta’ tħejjija.
ŻŻmien l-Avventmien l-Avvent
Waħda mill-festi li niċċelebraw dan iż-żmien hija l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru.
Dan iż-żmien jiġi eżatt wara l-Avvent.
F’dan iż-żmien nifirħu bil-miġja ta’ Ġesu’ fostna bħala tarbija.
Żmien il-Milied
Jintuża l-kulur abjad tad-dawl għax Ġesù twieled Biex ikun ix-xemx li ddawwalIl-ħajja tagħna.
Fi żmien il-Milied niċċelebraw il-festa tal-Epifanija, meta Ġesù wera ruħu lill-Maġi.Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta’ Jannar.
Żmien il-Milied
Wara ftit Ħdud jibda r-Randan.
Ir-Randan huwa erbgħin jum ta’ penitenza u preparazzjoni għall-Għid il-Kbir.
Żmien ir-Randan
Nużaw il-kulur vjolali huwa l-lewn tal-penitenza.
Fi żmien ir-Randan tiġi l-festa ta’ San Ġużepp nhar id-19 ta’ Marzu.
Festi oħra li niċċelebraw fir-Randan huma:
Żmien ir-Randan
Marija Addolorata
Ħadd il-Palm
Ħamis ix-Xirka
Il-Ġimgħa l-Kbira
Żmien il-Għid huwa żmien ta’ ferħ u festa għax fih nithennew bil-Qawmien ta’ Ġesù mill-mewt.
Dan iż-żmien idum 50 jum.
ŻŻmien imien il-Għidl-Għid
Matulu nużaw il-kulur abjad li jfisser il-ferħ li għandna nħossu f’dan iż-żmien.
L-Għid il-Kbir jiftaħ Żmien il-Għid.
Festi oħra li niċċelebraw f’dan iż-żmien huma:
Żmien il-Għid
Lapsi (Tlugħ il-Mulej
fis-sema)
Għid il-Ħamsin (Inżul l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja)
Din hija l-itwal taqsima tas-sena tal-Knisja.
Matul dan iż-żmien naħsbu fuq it-tagħlim u l-mirakli li għamel Ġesù biex insiru aktar nixbhuh.
Żmien Matul is-Sena
Matul dan iż-żmien jintuża l-kulur aħdar, il-lewn tal-ħajja u li jfisser it-tama.
F’dan iż-żmien jiġu ċċelebrati numru ta’ festi lill-Madonna u lill-qaddisin.
Fost dawn insemmu:
Żmien Matul is-Sena
In-Nawfraġju ta’ San Pawl (10 ta’ Frar)
San Pietru u San Pawl (29 ta’ Ġunju)
Santa Marija (15 t’Awissu)
It-Twelid tal-Madonna (8 ta’ Settembru)
Il-Qaddisin Kollha (1 ta’ Novembru)
Kristu Re (L-aħħar Ħadd tas-Sena Liturġika)
Bħalma x-xemx iżżomm lid-dinja ddur magħha u tagħtina d-dawl, hekk Ġesù huwa ċ-ċentru tal-ħajja tagħna li ngħixu matul is-sena
TmiemImtella’ minn Stefan Borg