Download - Ir-Riklam
Ir-Riklam
Tagħrifa għall-għalliema
http://malti.skola.edu.mt
Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja.
Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.
Ir-riklam jista’ jkun messaġġ qasir li jista’ jinkiteb jew jintqal bil-ħsieb li jinbiegħ xi prodott jew servizz
Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw il-kitba tagħhom.
Altru qed tikteb għal sħabek tal-klassi, u altru qed tikteb għall-kap tal-iskola!
Xi suġġerimenti għall-għalliema
- Tista’ tqabbad lill-istudenti jfittxu f’gazzetti u f’rivisti bil-Malti u jqasqsu riklami bil-Malti u jikklassifikawhom skont tipi ta’ prodotti jew servizzi.
- Tista’ toħloq sitwazzjonijiet differenti u tqabbad lill-istudenti jiktbu skripts qosra biex jirreċtaw riklami marbutin magħhom.
Ftakar li …
L-għajta nofs il-bejgħ!
http://malti.skola.edu.mt
Saħħa!