Download - IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN
![Page 1: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/1.jpg)
![Page 2: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/2.jpg)
IT-TAJJEBIT-TAJJEBvvss
IL-IL-ĦAŻINĦAŻIN
Festa ta’Festa ta’ San San MikielMikiel
![Page 3: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/3.jpg)
Kustodju u
Difensur tas-Soċjetà
tad-Duttrin
a Nisranij
a
SAN MIKIEL
![Page 4: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/4.jpg)
Tislima lil San Mikiel u l-Anġli
San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.
![Page 5: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/5.jpg)
Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.
![Page 6: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/6.jpg)
Unur u glorja lilek, o ħelu San Mikiel Arkanġlu tagħna. Kbir hu tassew ismek kullimkien. Għal ismek jifirħu s-smewwiet titqawwa l-Knisja Militanti; jitfarraġ il-Purgatorju, u jitriegħed l-Infern b’rogħda ta’ biża’ antik għall-vittorja li int għamilt fuq l-għedewwa ta’ Alla li qatt u qatt ma tintesa’.
![Page 7: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/7.jpg)
Episodju 1 L-IRVELL fis-SEMA
![Page 8: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/8.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Alla fi tjubitu ħalaqna, lilna l-Anġli. Il-paċi, il-ferħ u l-ġustizzja huma s-saltna tagħna. Aħna qaddejja fil-preżenza tas-Sid tas-Sema.
F’ħin bla waqt ġriet fis-sema għajta ta’ ingratitudni kontra dan l-iżjed Għoli: “Ma nservix! Nitla’ u nkun bħall-iżjed Għoli!”
![Page 9: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/9.jpg)
Għall-inġurja ta’ Satana ħarġet minn qalbi, b’ħeġġa u bi stqarrija sinċiera, il-kelma “Michael”, li bil-Lhudi tfisser “Min hu bħal Alla?” Kulħadd għadu jagħrafni b’dan l-isem li jferraħ lill-anġli kollha, li jfarraġ il-Purgatorju, li jqawwi bil-faraġ u bil-kuraġġ lill-Knisja.
![Page 10: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/10.jpg)
Episodju 2 L-INNU
tar-REBĦA
![Page 11: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/11.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Ħadd ma jista’ jagħder il-kobor tas-suppervja u tal-ħażen ta’ Satana u sħabu. Alla, li hu tant tajjeb u ħanin, fil-għerf bla qies tiegħu kellu jagħmel ġustizzja. Wara, mela, li missier il-gidba bi sħabu ma kellhomx iżjed post fil-ġenna, il-kori kollha tal-anġli kantajna l-qawwa ta’ Alla setgħani.
![Page 12: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/12.jpg)
O x’ġenn li ħadd ma jista’ jfisser li tqum u teħodha kontra Alla li biss l-opri ta’ subgħajh iriegħdu kull moħħ li jaħseb sew dwarhom! Kantajna ferħanin, persważi li ebda qawwa maħluqa ma tista’ qatt titfi l-glorja eterna t’Alla. “Min hu bħall-Mulej Alla tagħna ... li jitfa’ għajnejh lejn min hu umli u li jżomm iebes kontra min ikun supperv?
![Page 13: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/13.jpg)
Episodju 3
Il-QADDEJJA BATTALA
![Page 14: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/14.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Il-Ħallieq irid fedeltà lejh mill-ħlejjaq tiegħu u dan bi dritt assolut. Lilkom bnedmin takom il-prova għall-fedeltà tagħkom lejn il-liġi mqaddsa tiegħu eterna u li ma titbiddilx, magħmula biex biha tgħixu fil-paċi u tidħlu fil-wirt tat-tgawdija ta’ dejjem.
![Page 15: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/15.jpg)
O kemm hi magħġuba f’għajnejn l-Iktar Għoli l-umiltà, li t-talba ta’ l-umli titla’ quddiem it-tron divin, tieqaf, u ma titwarrabx qabel ma Huwa jagħti widen! Kemm hi magħġuba quddiem Alla l-umiltà li huwa jifhem, jgħolli lill-umli u jbaxxi s-suppervi! Kbir hu l-Mulej, u biss mill-umli hu mogħti kull ġieħ.
![Page 16: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/16.jpg)
Episodju 4
L-INKURUN-AZZJONI
ta’ SAN MIKIEL ARKANĠLU
![Page 17: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/17.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Bit-tkeċċija l-iżjed ġusta tal-anġli ribelli, li tkeċċew bi ħlas tas-suppervja tagħhom, bosta troni fis-saltna t’Alla baqgħu vojta. Allura Alla fl-għerf tiegħu qatagħha li jimliehom kollha bi kreaturi oħra maħluqin għax-xbieha tiegħu, kapaċi tal-grazzja divina, biex jieħdu sehem fil-hena eterna.
![Page 18: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/18.jpg)
Kien ta’ ferħ, ġieħ u glorja tassew kbar għalija x’ħin Alla fil-kobor bla tarf tal-maestà tiegħu, qalli: “Hekk hu li aħna nqegħduk prinċep tal-armata tas-sema. F’idejk aħna nafdaw dawk il-bnedmin li wara l-provi tal-fedeltà lejna huma ordinati biex ikunu ċittadini tiegħek.”“
![Page 19: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/19.jpg)
Episodju 5
Ir-REBĦAA MFAKKRAA
minn ĠESÙ u MARIJA SANTISSM
A
![Page 20: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/20.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Tabilħaqq li qatt ma tista’ tintesa r-rebħa li aħna bil-qawwa divina ġibna fuq l-għedewwa tal-isem t’Alla. Infatti l-Imgħallem divin tal-bnedmin, li wera bil-kelma u bl-eżempju li l-umilta’ hi l-vera triq waħdanija meħtieġa għall-glorja eterna, semma’ l-valur tat-taqbida u tar-rebħa fuq Satana u sħabu.
![Page 21: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/21.jpg)
Meta t-tnejn u sebgħin dixxiplu tiegħu ġew lura ferħanin u qalulu: “Mulej, ukoll ix-xjaten jintefgħu taħtna f’ismek!” Hu qalilhom: “Jiena kont qiegħed nara ’l Satana jaqa’ bħal sajjetta mis-sema”. Minn dal-kliem min ma jarax is-sebħ li rċieva minna Alla hu u jarana niġġieldu għall-ġieħ tiegħu?
![Page 22: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/22.jpg)
U l-kbira verġni ommu Marija Santissima f’mument ta’ ħeġġa mfawra minn qalbha, veru sakrarju ta’ l-Ispirtu s-Santu u tempju tal-Mulej, qalet: “Hu keċċa lill-imkabbrin minn fuq it-tron, u għolla lill-umli”. Għalhekk tassew ma jitfissirx l-unur tagħna għax qdejna ’l Alla b’vera fedeltà u b’veru radd il-ħajr lejh.
![Page 23: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/23.jpg)
L-iktar għeżież, noqogħdu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Ġesù Msallab ħdejn Marija Santissima Ommu, u nieħdu minnu tagħlim tal-ħajja eterna.
Kristu Sultan Imsallab Ejjew naduraw
L-iktar għeżież, itfgħu għajnejkom fuq l-Imgħallem Divin tagħkom u aqraw:
![Page 24: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/24.jpg)
Tislima lil San Mikiel u l-Anġli
San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.
![Page 25: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/25.jpg)
Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.
![Page 26: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/26.jpg)
L-UMILTÀ
![Page 27: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/27.jpg)
Infatti Ġesù Kristu, ir-Re tal-glorja, wassal lilu nnifsu fix-xejn billi ndaħal bħal seftur biex imut għall-fidwa tal-bnedmin: ir-re jmut biex jeħles is-seftur, ibaxxi rasu għall-volontà ta’ Missieru u għall-uġigħat tal-bnedmin; il-ġebla li kienet mormija mill-bennejja.
![Page 28: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/28.jpg)
Tagħlim fuq din il-Paġna
Umli min hu persważ li kollox
hu bil-qawwa ta’ Alla u għalhekk lil Alla biss
unur u glorja.
![Page 29: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/29.jpg)
Tifel żgħirhuwa
mqiegħedmis-SapjenzaDivina
b’mudell għall-istudjufuq l-umiltà:dan ma jieħuqatt għalihbilli ma
jifhimxli hu xi ħaġa.
![Page 30: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/30.jpg)
Il-ħsieb tal-mewt, il-ħmerijiet u d-dnubiet tal-bniedem, l-
inċertezza fuq kollox u l-eżempju ta’ Kristu jnisslu b’ċerta forza spirtu umli.
![Page 31: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/31.jpg)
L-umli huwa magħġub quddiem
Alla, eżaltat minnu u magħżul
biex ikun strument għall-unur
tal-isem divin; l-umli huwagħaref u jgħum fil-paċi.
![Page 32: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/32.jpg)
Nipproponu illi spiss niftakru fix-
xejn tagħna billi nistqarru li aħna
tassew foqra fir-ruħ u fil-ġisem
jekk Alla ma jsostniniex f’kollox.
![Page 33: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/33.jpg)
Episodju 6
L-UNUR miċ-
ĊITTADINI tas-SEMA lil
SAN MIKIEL
![Page 34: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/34.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Fl-inkurunazzjoni tiegħi, x’ħin ġejt magħżul mexxej ta’ dawk kollha li għandhom jidħlu fil-glorja, x’ħin Alla fada f’idejja l-erwieħ kollha li għandhom ikunu milqugħin, b’tant ħlewwa qegħdli f’idejja ‘Il-ktieb tal-ħajja tal-Ħaruf’. O, kemm ismijiet għeżież!
![Page 35: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/35.jpg)
Fl-ewwel paġna hu mqiegħed l-ewlieni fost il-predestinat għall-glorja: Kristu Ġesù. Imbagħad il-kbira Ommu, u f’din l-ewwel paġna hemm iddikjarat li kull min għandu ismu fil-”Ktieb tal-Ħajja” matul ħajtu jeħtieġ li jagħti, qima u barka lil Marija Santissima.
![Page 36: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/36.jpg)
Episodju 7
Il-KALVARJU
![Page 37: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/37.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Ħaġa tassew tal-akbar għaġeb li Alla jsir bniedem u jmut għall-kreaturi tiegħu! Jiena u sieħbi Gabrijel konna maġenb Ġesu’, wieħed kull naħa tas-Salib fuq il-Kalvarju, naraw u naduraw it-tjubija u l-ġustizzja t’Alla lejkom il-bnedmin, x’ħin biex jifdikom, qiegħed għall-mewt lil Ibnu.
![Page 38: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/38.jpg)
Rajna u stagħġibna fuq il-ġustizzja ta’ Alla x’ħin ir-Re tal-glorja, miksi bid-dnubiet tad-dinja kollha, smajnieh igħajjat mis-salib: “Alla tiegħi, Alla tiegħi. għaliex tlaqtni?” U meta Kristu qal: “Huwa mitmum!” rajna r-renju ta’ satana fuq l-art jiġġarraf għal dejjem.
![Page 39: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/39.jpg)
Malli l-Feddej tagħkom li xtrakom bid-demm prezzjuż divin tiegħu mejjel rasu u miet, aħna rajna tiela’ bħal inċens maħruq fin-nar, li kontinwament kien u jibqa’ jgħajjat quddiem it-tron tas-Santissima Trinità: “Paċi, maħfra u saħħa.
![Page 40: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/40.jpg)
Inti ġejt Feddej, lilek radd il-ħajr bil-kbir, għax vittma oħra ma setgħetx tasal biex tħallas b’mod xieraq u denn lill-Ġustizzja divina, u tneħħi d-dnub tad-dinja!”
![Page 41: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/41.jpg)
Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER
Episodju 8
KRISTU fil-LEMIN ta’
ALLA l-MISSIER
![Page 42: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/42.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
“Għajn ta’ bniedem qatt ma rat, widna ta’ bniedem qatt ma semgħet, lanqas qatt daħal f’qalb ta’ bniedem x’lesta Alla għal dawk li jħobbuh”.
![Page 43: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/43.jpg)
Kif immela bniedem jista’ jifhem il-kobor tar-rebħa ta’ Kristu x’ħin hu rċieva mingħand Alla l-Missier l-unur u l-glorja bi ħlas tal-umiljazzjonijiet li ġarrab fid-dinja biex jagħti sebħ lill-Missier!
![Page 44: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/44.jpg)
Jista’ forsi bniedem jifhem il-ferħ ta’ qlubna x’ħin aħna l-anġli rajna fil-lemin t’Alla l-Missier lil Kristu, imqiegħed avukat u saċerdot għall-maħfra u ħniena lejn il-bnedmin, bi tpattija ta’ l-offiżi kollha tagħhom?
![Page 45: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/45.jpg)
Minn tant deni li Satana, malizzjuż u qattiel, fehem jikkaġuna lill-bnedmin, ġibed fil-fatt fuqhom ilkoll l-aqwa ġid, l-akbar unur li aħna l-anġli f’kull dinjità tagħna ma jistax ikollna: jiġifieri li jissejħu wlied Alla.
![Page 46: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/46.jpg)
Alla nnifsu lanqas ma staħa jissejjaħ wieħed mill-aħwa tal-bnedmin. Għalhekk hi vleġġa terribli għall-misħutin dimonji s-sentenza Verbum Dei caro factum est, għax permezz ta’ Kristu, kull ħila, kull forza ntfietlu lix-xitan għal dejjem.
![Page 47: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/47.jpg)
Qima u radd il-ħajr mill-bnedmin kollha lis-Sinjur Ġesu’ Kristu, unur u glorja għal dejjem. Jistqarr kull ilsien li s-Sinjur Ġesù Kristu huwa fil-glorja t’Alla l-Missier.
![Page 48: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/48.jpg)
Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER
Episodju 9L-INKURUNAZZJONI ta’
MARIJA SANTISSIMA
![Page 49: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/49.jpg)
San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:
Wara d-daħla ta’ Kristu fis-sema rebbieħ bil-kbir fuq il-mewt, fuq Satana u fuq id-dinja, aħna b’ħerqa kbira konna nistennew l-omm tiegħu biex tissieħeb fil-glorja wara li tant kellha sehem fit-tbatijiet miegħu.
![Page 50: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/50.jpg)
Kien għalina tassew kbir l-unur x’ħin Kristu tana l-ordni sabiex b’idejna ndaħħlu fostna, bir-ruħ u bil-ġisem, lil dil-kreatura l-iżjed ipprevileġġata. Min fost il-bnedmin jista’ jifhem il-laqgħa glorjuża li kellha, b’mod speċjali mill-Iben divin tagħha?
![Page 51: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/51.jpg)
Hu, mimli radd il-ħajr, hekk mar ifaħħarha: “Int tistħoqq li tirċievi minni unuri u glorja: kif nista’ jiena ngħollik iżjed x’ħin għażiltek b’Ommi vera, jiena veru Alla ħaj u jista’ kollox? Xejn ma joħroġ minn dis-saltna tas-sema u lanqas xejn ma jidħol ħlief permezz tiegħek.”
![Page 52: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/52.jpg)
Inti t-teżoriera tal-grazzji tiegħi, is-smewwiet u l-art huma tiegħek. Jiena nipproklamak u ninkurunak vera reġina ta’ l-anġli u tal-bnedmin u tal-kreaturi kollha!” B’inkini profondi quddiem ir-reġina tagħna, b’unur kbir, urejna s-sottomissjoni tagħna lejha.
![Page 53: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/53.jpg)
Illum nifirħu b’mod speċjali ma’ San Mikiel u mal-Anġli sħabu; infaħħruhom u nberkuhom għax jinsabu ħbieb denji t’Alla.
Tifħir, unur u glorja lil San Mikiel Arkanġlu u lill-Anġli kollha, u ringrazzjamenti lil Alla għal kulma għamel magħhom.
![Page 54: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/54.jpg)
Alla tagħnaAlla Qaddis
Alla tagħnaAlla Qawwi
Alla tagħnaAlla Immortali
Lilu waħdu s-setgħa, it-tifħir u l-ferħ għal dejjem ta’ dejjem.
Amen.
![Page 55: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/55.jpg)
Qaddis! Qaddis! Qaddis! Alla tal-eżerċti.Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek.Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet.
![Page 56: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/56.jpg)
Leħen San MikielMICHAEL
![Page 57: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/57.jpg)
Ħalli jiftakar Satana li huwa għandu l-eżistenza minn
Alla l-aktar għoli, u li ħadd ma
jista’ jkun bħal
dan l-iktar għoli.
MICHAEL
![Page 58: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/58.jpg)
Ebda qawwa ma tista’ tnaqqas
mill-glorja ta’ dejjem ta’ Ġesù Kristu, Iben dak li
jista’ kollox u tal-Verġni Marija.
MICHAEL
![Page 59: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/59.jpg)
Ħtija tassew hienja, mill-ħażen ta’ Satana lill-ewlenin ġenituri tal-bnedmin, kienet dik li għamlet l-Iben ta’ Alla nnifsu ħuhom.
MICHAEL
![Page 60: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/60.jpg)
Id-dwejjaq tar-ruħ u t-tbatija tal-ġisem, magħmula lill-bniedem mill-mibegħda ta’ Satana, huma kawża ta’ kuruna ta’ glorja akbar.
MICHAEL
![Page 61: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/61.jpg)
Satana ma jistax jaqla‘ l-paċi u l-mistrieħ, b’ebda mod u b’ebda sforz, lanqas jekk ifakrrak il-qaddejja ta’ Alla nfushom.
MICHAEL
![Page 62: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/62.jpg)
Dak li qal: “Ma nservix!”, bil-ħażen u bit-taħwid tiegħu, iwassal biex jitwettqu l-ġudizzji t’Alla li ħadd ma jista’ jifhem.
MICHAEL
![Page 63: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/63.jpg)
Tifħir, unur, u glorja għal dejjem ta’ dejjem lil Alla waħdu, li jilqa’ lill-umli u jkeċċi lill-kburin.
MICHAEL
![Page 64: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/64.jpg)
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem. Ammen.
MICHAEL
![Page 65: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/65.jpg)
Tislima lil San Mikiel u l-Anġli
San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.
![Page 66: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/66.jpg)
Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.
![Page 67: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/67.jpg)
Inkunu man-naħa Inkunu man-naħa tat-tajjebtat-tajjeb
![Page 68: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061612/56813e86550346895da8c0af/html5/thumbnails/68.jpg)
Kull nhar ta’ Ħamis Kull nhar ta’ Ħamis qed ikun hawn qed ikun hawn
nofs siegħa talb nofs siegħa talb ta’ San Ġorġ Preca, ta’ San Ġorġ Preca, fl-10 a.m. fil-kappella fl-10 a.m. fil-kappella
tal- tal-Midalja Mirakuluża,Midalja Mirakuluża,
il-Blata l-Bajda.il-Blata l-Bajda. Kulħadd hu Kulħadd hu
mistieden.mistieden.