RR\1141876MT.docx PE607.891v02-00
MT Magħquda fid-diversità MT
Parlament Ewropew 2014-2019
Dokument ta' sessjoni
A8-0401/2017
12.12.2017
RAPPORT
dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-
regolamentazzjoni u l-ħtieġa ta' riforma fis-servizzi professjonali
(2017/2073(INI))
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Nicola Danti
PE607.891v02-00 2/15 RR\1141876MT.docx
MT
PR_INI_ImplReport
WERREJ
Paġna
NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET ...................................... 3
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW ............................... 7
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI ................ 14
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI ....... 15
RR\1141876MT.docx 3/15 PE607.891v02-00
MT
NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
Proċedura
Fil-11 ta' Mejju 2017, ir-Rapporteur ġiet fdata bil-kompitu li tipprepara rapport dwar l-
implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-
7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali rigward il-ħtieġa ta'
riforma fis-servizzi professjonali skont l-Artiklu 59 ta' dik id-Direttiva.
Id-Direttiva 2005/36/UE – il-kuntest, il-kamp ta' applikazzjoni u t-traspożizzjoni
Id-Direttiva 2005/36/KE tapplika għall-professjonijiet regolati kollha, minbarra dawk li huma
esklużi b'mod espliċitu mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha, bħan-nutara.
Il-professjonijiet regolati jirrappreżentaw element importanti fl-ekonomija tal-Istati Membri.
Ir-regoli dwar il-professjonijiet regolati, li jirrikjedu kwalifika professjonali speċifika biex tiġi
prattikata attività, huma normalment imposti biex iħarsu l-għanijiet ta' interess ġenerali, bħas-
saħħa pubblika, il-ħarsien tal-konsumatur, il-ħarsien tal-ambjent eċċ. F'oqsma, fejn l-aċċess
għal professjoni mhuwiex armonizzat fil-livell tal-UE, id-deċiżjoni dwar jekk il-professjoni
għandhiex tiġi regolata jew le, hija f'idejn kull Stat Membru, fi ħdan il-limiti tal-prinċipji ta'
nondiskriminazzjoni u ta' proporzjonalità.
Għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu tal-professjonisti, id-Direttiva 2005/36/KE
tistabbilixxi regoli għar-rikonoxximent awtomatiku ta' għadd ta' professjonijiet ibbażati fuq
rekwiżiti armonizzati minimi ta' taħriġ, sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' kwalifiki
professjonali, sistema ta' rikonoxximent awtomatiku tal-esperjenza professjonali, kif ukoll
sistema ta' forniment ta' servizzi transkonfinali fil-kuntest tal-professjonijiet regolati. Id-
Direttiva tinkludi wkoll għadd ta' dispożizzjonijiet dwar l-għarfien ta' lingwi u titoli
akkademiċi professjonali, il-kooperazzjoni amministrattiva, ir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni
eċċ.
Fl-2013 id-Direttiva 2013/55/UE, li temenda d-Direttiva 2005/36/KE introduċiet fl-
Artikolu 59 tagħha l-hekk imsejjaħ proċess ta' evalwazzjoni reċiproka, li jesiġi lill-Istati
Membri li sat-18 ta' Jannar 2016 jinnotifikaw il-professjonijiet regolati kollha, kif ukoll ir-
rekwiżiti li jillimitaw l-aċċess għall-professjonijiet jew il-prattika tagħhom, f'bażi ta' data li
hija miżmuma mill-Kummissjoni. L-Istati Membri kienu wkoll meħtieġa jeżaminaw jekk
dawk ir-rekwiżiti humiex adattati biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-għan segwit u li ma jmorrux lil
hinn minn dak li huwa neċessarju biex jiksbu dak l-objettiv. Għalhekk, il-prinċipju ta'
proporzjonalità, stabbilit fit-Trattat u fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja kien inkorporat fid-
Direttiva 2005/36/KE. Fir-rigward ta' rekwiżiti ġodda, introdotti wara t-18 ta' Jannar 2016, l-
Istati Membri għandhom jinnotifikawhom, flimkien mar-raġunijiet għalfejn dawn ir-rekwiżiti
huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-prinċipju ta' proporzjonalità, fi żmien sitt xhur mill-
adozzjoni tagħhom. Fl-aħħar nett, kull sentejn l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-
Kummissjoni rapport (Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali) li jelenka r-rekwiżiti li tneħħew jew li saru
anqas stretti, abbażi ta' analiżi każ b'każ tar-regolamentazzjonijiet professjonali u tar-riformi
ppjanati.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet, f'konformità mal-Artikolu 59(9), sa Jannar 2017 il-
PE607.891v02-00 4/15 RR\1141876MT.docx
MT
Kummissjoni kellha tressaq is-sejbiet finali tagħha dwar il-ħarsa ġenerali tar-
regolamentazzjonijiet nazzjonali tal-professjonijiet u dwar il-valutazzjonijiet ta'
propozjonalità mwettqa mill-Istati Membri, flimkien ma' proposti għal aktar inizjattivi.
Sabiex tikkomplementa l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2005/36/KE, il-Komunikazzjoni tal-
Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 (COM(2013)676) stipulat il-pjan ta' ħidma għall-proċess
ta' evalwazzjoni reċiproka li beda fl-2014, li jirrikjedi lill-Istati Membri jintroduċu r-
regolamentazzjonijiet professjonali tagħhom fil-Bażi ta' Data tal-Professjonijiet Regolati. Fuq
il-bażi ta' dik l-informazzjoni, l-Istati Membri kienu meħtieġa jeżaminaw mill-ġdid il-
ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità tar-regolamentazzjoni tagħhom.
Aktar minn 1200 awtorità nazzjonali kompetenti taw il-kontribuzzjoni tagħhom
b'informazzjoni fil-Bażi ta' Data tal-Professjonijiet Regolati biex jiggarantixxu t-trasparenza
tar-regolamentazzjonijiet professjonali fl-Ewropa. Għalkemm il-Bażi ta' Data tal-
Professjonijiet Regolati kienet suġġetta għal modernizzazzjoni sostanzjali, l-interoperabilità
tagħha mas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), li tista' tiffaċilita x-xogħol tal-
awtoritajiet nazzjonali, għadha għaddejja.
Wara proċess ta' sentejn, l-evalwazzjoni reċiproka wriet li l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi fil-
valutazzjoni tal-proporzjonalità tar-regolamentazzjonijiet tagħhom. Sitt Stati Membri ma
ssottomettewx il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali rispettivi tagħhom fi żmien l-iskadenza
stabbilita.
B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni ppreżentat is-sejbiet tagħha f'żewġ azzjonijiet: il-
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar rakkomandazzjonijiet għar-riforma għal
regolamentazzjoni fis-servizzi professjonali tal-10 ta' Jannar 2017 u l-proposta għal Direttiva
dwar test ta' proporzjonalità għall-professjonijiet regolati.
Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-professjoni
Il-Kommunikazzjoni dwar rakkomandazzjonijiet għar-riforma għal regolamentazzjoni fis-
servizzi professjonali tidentifika setturi konkreti li fihom l-Istati Membri huma mistiedna
jikkunsidraw xi titjib fir-regolamentazzjoni tagħhom ta' professjonijiet speċifiċi f'seba' setturi
ekonomikament importanti, abbażi ta' analiżi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll fuq l-
ilmenti taċ-ċittadini tal-UE. L-Anness tal-Komunikazzjoni jipprovdi informazzjoni dettaljata
dwar ir-regolamentazzjonijiet fit-28 Stat Membru għall-periti, l-inġiniera ċivili, il-kontabilisti,
l-avukati, l-aġenti tal-privattivi, l-aġenti tal-proprjetà immobbli u l-gwidi turistiċi.
Il-Kummissjoni hija mistennija tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u
tipproponi, fejn xieraq, miżuri biex jiġu indirizzati l-ostakli eżistenti, inkluż il-ksur f'każ ta'
diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità u r-residenza, u f'każ ta' regolamentazzjonijiet
sproporzjonati.
Il-Kommunikazzjoni tikkomplementa l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, kif ukoll is-
Semestru Ewropew.
L-indikatur restrittiv
Il-Kummissjoni żviluppat indikatur ġdid dwar ir-restrizzjoni tar-regolament professjonali.
RR\1141876MT.docx 5/15 PE607.891v02-00
MT
Skont il-Kummissjoni, l-ostakli regolatorji jinkludu l-indikatur imsejjes fuq l-indikatur tar-
regolamentazzjoni tas-suq tal-prodotti (PMR) tal-OECD u jirriflettu l-każistika tal-Qorti tal-
Ġustizzja. L-indikatur jikkomplementa l-analiżi kwalitattiva tal-ostakli u jieħu
inkunsiderazzjoni l-effett kumulattiv tagħhom, minflok jiffoka fuq il-miżuri waħedhom. Il-
Kummissjoni tinnota li r-restrizzjonijiet individwali ma jistgħux jiġu analizzati b'mod separat
mill-mekkaniżmi eżistenti kollha biex jipproteġu l-għan tal-interess pubbliku. Dan l-approċċ
olistiku għandu l-għan li jagħmel stima ta' kemm il-qafas regolatorju huwa restrittiv għall-
professjonisti.
Huma koperti l-gruppi ta' restrizzjonijiet li ġejjin:
approċċ regolatorju: attivitajiet riżervati esklussivi jew kondiviżi, titlu protett;
rekwiżiti ta' kwalifiki: snin ta' edukazzjoni u taħriġ, eżami tal-istat obbligatorju, obbligi ta'
żvilupp professjonali kontinwu, eċċ.;
rekwiżiti oħra, bħal sħubija obbligatorja jew reġistrazzjoni f'korp professjonali, limitu fl-għadd ta'
liċenzji mogħtija, rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni oħra, eċċ.;
rekwiżiti ta' eżerċitar: restrizzjoni fuq il-forma korporattiva, rekwiżiti ta' parteċipazzjoni
azzjonarja, restrizzjonijiet fuq l-eżerċitar konġunt tal-professjonijiet,
inkompatibilitajiet tal-attivitajiet.
B'mod parallel, il-Kummissjoni bdiet studji dwar il-kwalità tas-servizzi professjonali.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-Rapporteur tissottolinja r-rwol fundamentali tal-professjonisti fl-ekonomija tal-UE, u
temmen ukoll li l-kwalità tas-servizzi professjonali hija ta' importanza kbira biex jiġi
ppreservat il-mudell ekonomiku, soċjali u kulturali Ewropew;
Fi ħdan evalwazzjoni ġenerali tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ir-Rapporteur
tidentifika l-aspetti prinċipali fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 59 tad-Direttiva 2005/36/KE, u
tfakkar fl-importanza tar-regolamentazzjonijiet professjonali għall-ħarsien tal-għanijiet
leġittimi ta' interess pubbliku.
Ir-Rapporteur tanalizza aktar l-utilità tal-indikatur restrittiv żviluppat mill-Kummissjoni
Ewropea, u l-bżonn li tiġi promossa kwalità għolja tas-servizzi fl-Ewropa. Huwa importanti li
jiġi enfasizzat li l-indikatur għandu jintuża biss bħala għodda indikattiva u ma jimplikax
awtomatikament li regolament li jikseb punti għoljin huwa awtomatikament sproporzjonat.
Barra minn hekk, huwa fundamentali għar-Rapporteur li tfakkar li l-analiżi tal-impatt tar-
regolamentazzjonijiet fl-Istati Membri m'għandhiex tkun suġġetta biss għal valutazzjoni
kwantitattiva iżda wkoll għal waħda kwalitattiva li tiġbor l-għanijiet ta' interess ġenerali u l-
kwalità tas-servizzi pprovduti.
Ir-Rapporteur tenfasizza wkoll il-ħtieġa li wieħed jirrifletti fuq l-impatt tal-progress
xjentifiku, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fil-qasam tal-professjonijiet regolati, filwaqt li
tinżamm il-kwalità tas-servizzi, tal-impjiegi u li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-
benefiċjarji tas-servizz, inklużi l-konsumaturi.
PE607.891v02-00 6/15 RR\1141876MT.docx
MT
Sorsi:
Sessjoni ta' ħidma dwar ir-riforma tas-servizzi professjonali, li saret fil-Kumitat fil-
11 ta' Lulju 20171;
Laqgħat mal-partijiet ikkonċernati li ġejjin: il-Kunsill tal-Ewropa tal-Periti (ACE); il-
Federazzjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Inġiniera Nazzjonali (FEANI); il-
Kunsill Ewropew għall-Inġiniera Ċivili (ECCE); Kontabilità tal-Ewropa (AE); il-
Federazzjoni Ewropea tal-Konsulenti tat-Taxxa (ETAF); il-Federazzjoni Ewropea tal-
Kontabilisti u l-Awdituri għall-SMEs (EFAA); il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-
Avukati (CCBE); l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Professjonisti tal-Proprjetà Immobbli
(CEPI); il-Federazzjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Gwidi tat-Turisti (FEG); l-
Assoċjazzjoni Ewropea tal-Operaturi Turistiċi (ETOA); il-Kunsill Ewropew tal-
Professjonisti Liberali (CEPLIS); il-Kunsill Nazzjonali tal-Inġiniera (Consiglio
Nazionale degli Ingegneri (CNI); il-Kunsill Nazzjonali tal-Periti Industrijali u tal-
Periti Industrijali Gradwati (Consiglio Nazionale dei periti industriali e dei periti
industriali laureati (CNPI); il-Ministeru Franċiż tal-Ekonomija (Id-Direttorat Ġenerali
tal-Intrapriża - id-Dipartiment tat-Turiżmu, il-Kummerċ, l-Industriji Artiġjanali u n-
Negozji u s-Servizzi); ir-Rappreżentant Permanenti ta' Franza għall-UE; ir-
Rappreżentant Permanenti tad-Danimarka għall-UE; L-EUROCADRES; il-Kamra tal-
Periti ta' Baden-Württemberg; BusinessEurope; il-Konfederazzjoni Ġenerali Taljana
tal-Impriżi, tal-Attivitajiet Professjonali u tal-Impjiegi Indipendenti (Confederazione
Generale Italiana delle Imprese, delle Attività Professionali e del Lavoro Autonomo
(CONFCOMMERCIO); l-Ordni Franċiża tal-Fiżjoterapisti; il-Konfederazzjoni
Nazzjonali tal-Artiġjanat u tal-Impriżi Żgħar u Medji (Confederazione Nazionale
dell´Artigianato e della Piccola e Media Impresa (CNA) u l-Assoċjazzjoni tal-
Entitajiet Soċjali Privati (Associazione degli Enti Previdenziali Privati (ADEPP).
Studji rilevanti u dokumenti oħra:
White Paper: ''Digital Transformation Initiative. Professional Services Industry".
(Forum Ekonomiku Dinji)
Rapport: ''Action Lines for Liberal Professions: final report of the working group" (il-
Kummissjoni Ewropea)
OECD "Priorities for completing the European single market" (2016)
Grupp tal-Bank Dinji (2016), "EU Regular Economic Report – 3: Growth, Jobs and
Integration: Services to the Rescue"
Tgħarrif mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew
Studji tad-Dipartiment Politiku:
- Ir-rwol tal-konsulenti u l-intermedjarji fi skemi żvelati mill-iskemi PANA
- Ir-regoli tal-indipendenza u r-responsabilità dwar il-konsulenti tat-taxxa u s-servizzi
legali.
1 http://www.europarl.europa.eu/committees/fr/events-workshops.html?id=20170607WKS00601
RR\1141876MT.docx 7/15 PE607.891v02-00
MT
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-regolamentazzjoni u
l-ħtieġa ta' riforma fis-servizzi professjonali
(2017/2073(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod
partikolari l-Artikoli 15 u 16 tagħha,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-
7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali1,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2017 dwar ir-
rakkomandazzjonijiet tar-riforma għal regolamentazzjoni fis-servizzi professjonali
(COM(2016)0820),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 dwar l-
evalwazzjoni ta' regolamentazzjonijiet nazzjonali fuq l-aċċess għall-professjonijiet
(COM(2013)0676),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata
"Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji"
(COM(2015)0550),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija għas-Suq
Uniku2,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar aġenda Ewropea
għall-ekonomija kollaborattiva3,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport Annwali
dwar il-Governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 20174,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-
31 ta' Mejju 20175,
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Grupp ta' Ħidma dwar it-Tisħiħ tan-Negozju tal-
Professjonijiet Liberali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-
1 ĠU L 255, 30.9.2005, p.22. 2 Testi adottati, P8_TA(2016)0237. 3 Testi adottati, P8_TA(2017)0271. 4 Testi adottati, P8_TA(2017)0040. 5 Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
PE607.891v02-00 8/15 RR\1141876MT.docx
MT
Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-
12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq
inizjattiva proprja,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(A8-0401/2017),
A. billi l-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista
tas-servizzi fi ħdan l-UE huma s-sinsla tas-suq uniku u jġibu bosta benefiċċji għaċ-
ċittadini u n-negozji;
B. billi għalkemm is-servizzi jammontaw għal 71 % tal-PDG u 68 % tal-impjieg totali,
xorta waħda għadu ma ntlaħaqx il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku fis-servizzi;
C. billi, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar ir-
regolamentazzjoni tal-professjonijiet, bil-kundizzjoni li l-miżuri nazzjonali jkunu
trasparenti, mhux diskriminatorji, ġustifikati u proporzjonati;
D. billi regolamentazzjoni intelliġenti, debitament ġustifikata mill-protezzjoni ta' għanijiet
leġittimi tal-interess pubbliku, jista' jkollha effetti pożittivi fuq is-suq intern, filwaqt li
tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u titjib fil-kwalità tas-servizzi
pprovduti; billi, għalhekk, id-deregolamentazzjoni m'għandhiex tkun għan minnha
nnifisha;
E. billi, f'ħafna każijiet, ir-regolamentazzjoni tal-professjonijiet hija ġustifikata, iżda
ostakli mhux ġustifikati għas-servizzi professjonali huma ta' detriment għad-drittijiet
fundamentali taċ-ċittadini u għall-ekonomiji tal-Istati Membri; billi, konsegwentement,
ir-regolamentazzjoni professjonali jeħtieġ li tkun aġġustata fuq bażi regolari sabiex tqis
l-iżviluppi teknoloġiċi, tas-soċjetà jew tas-suq;
F. billi d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-
7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali tipprevedi
rikonoxximent awtomatiku għal għadd ta' professjonijiet fuq il-bażi ta' rekwiżiti minimi
ta' taħriġ armonizzati, sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali,
sistema ta' rikonoxximent awtomatiku tal-esperjenza professjonali, kif ukoll sistema
ġdida ta' forniment ta' servizzi transkonfinali fil-kuntest ta' professjonijiet regolati;
G. billi d-Direttiva 2005/36/KE ġiet emendata fl-2013, bl-għan li tikseb qafas regolatorju
proporzjonat, ġustifikat b'għanijiet ta' interess ġenerali, u introduċiet fl-Artikolu 59
eżerċizzju ta' evalwazzjoni trasparenti u reċiproku għall-professjonijiet regolati kollha
fl-Istati Membri, kemm jekk huma regolati fuq il-bażi ta' regoli nazzjonali jew fuq il-
bażi ta' regoli li huma armonizzati fil-livell tal-UE;
H. billi mhux id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2005/36/KE, u b'mod partikolari l-
Artikolu 59, għadhom ġew implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri, anke wara li
għaddiet l-iskadenza;
I. billi l-Istati Membri ntalbu jippreżentaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali (PAN) lill-
RR\1141876MT.docx 9/15 PE607.891v02-00
MT
Kummissjoni sat-18 ta' Jannar 2016, b'informazzjoni dwar deċiżjonijiet li jirrigwardaw
iż-żamma jew l-emendar ta' regolamentazzjonijiet professjonali; billi għad hemm 6 Stati
Membri li ma ppreżentawx il-PAN tagħhom;
J. billi skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2005/36/KE, il-Kummissjoni kienet mistennija
tippreżenta sat-18 ta' Jannar 2017 il-konklużjonijiet tagħha dwar l-eżerċizzju ta'
evalwazzjoni reċiproka, flimkien ma' proposti għal aktar inizjattivi fejn neċessarju;
K. billi fl-10 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat kommunikazzjoni dwar il-ħtieġa
ta' riforma fis-servizzi professjonali, li tanalizza r-regolamentazzjoni professjonali
f'seba' setturi ta' attività u li tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri f'dan ir-
rigward;
L. billi l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni reċiproka żvela li l-livell ta' regolamentazzjoni tal-
professjonijiet ivarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; billi hemm bżonn ta' iktar
kjarifika, speċjalment f'dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri ħabbru l-introduzzjoni ta'
forom ġodda ta' regolamentazzjoni professjonali wara t-tlestija tal-eżerċizzju;
Ir-regolamentazzjoni tal-professjonijiet fl-Unjoni Ewropea u l-istat ta' ħidma tal-
implimentazzjoni tal-Artikolu 59 tad-Direttiva 2005/36/KE
1. Jenfasizza li l-professjonijiet regolati għandhom rwol fundamentali fl-ekonomija tal-
UE, filwaqt li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għar-rata ta' okkupazzjoni, kif ukoll
għall-mobilità tal-ħaddiema u għall-valur miżjud fl-Unjoni; iqis, barra minn hekk, li
servizzi professjonali ta' kwalità għolja u ambjent regolatorju effettiv huma ta'
importanza kbira għaż-żamma tal-mudell ekonomiku, soċjali u kulturali tal-UE u biex
tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE f'termini ta' tkabbir, innovazzjoni u ħolqien tal-
impjiegi;
2. Ifakkar li hemm aktar minn 5 500 professjoni regolata fl-UE kollha, b'varjazzjonijiet
sinifikanti bejn l-Istati Membri, li jirrappreżentaw 22 % tal-forza tax-xogħol fis-setturi
kollha ta' attività, bħal servizzi tas-saħħa u soċjali, servizzi kummerċjali, servizzi tal-
kostruzzjoni, servizzi tan-netwerk, trasport, turiżmu, proprjetà immobbli, servizzi
pubbliċi u edukazzjoni;
3. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida għall-Istati Membri fil-kuntest tal-
eżerċizzju ta' evalwazzjoni reċiproka, inkluża l-organizzazzjoni ta' diskussjonijiet fil-
fond imwettqa mal-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li tindika wkoll il-ħtieġa għall-
awtoritajiet nazzjonali li jinvolvu lill-partijiet kollha kkonċernati sabiex tinġabar l-
informazzjoni rilevanti dwar l-impatt tar-regolamentazzjonijiet;
4. Jemmen li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2017 tista' tgħin lill-Istati
Membri jirregolaw aħjar is-servizzi professjonali u jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex
jifhmu l-għażliet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn, filwaqt li jitqies il-fatt li xi Stati
Membri jipprevedu regolamentazzjoni tal-istat aktar intensiva tal-professjonijiet minn
oħrajn; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta' valutazzjoni tal-kwalità tar-
regolamentazzjonijiet, billi hemm bżonn ta' elementi lil hinn mill-analiżi ekonomika
għal valutazzjoni olistika tal-prestazzjoni tal-ambjent regolatorju f'kull Stat Membru;
5. Jiddispjaċih li xi Stati Membri naqsu milli jinnotifikaw informazzjoni dwar il-
PE607.891v02-00 10/15 RR\1141876MT.docx
MT
professjonijiet li jirregolaw u r-rekwiżiti għall-aċċess ta' dawk il-professjonijiet;
jistieden lill-Istati Membri jtejbu b'mod sinifikanti l-proċess ta' notifika fil-kuntest tad-
Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali;
6. Jissottolinja li t-titjib fit-trasparenza u l-komparabilità tar-rekwiżiti nazzjonali li
jirregolaw l-aċċess għall-professjonijiet regolati jew il-prattika tagħhom jista'
jippermetti mobilità professjonali akbar u li, konsegwentement u skont id-
Direttiva 2005/36/KE, ir-rekwiżiti nazzjonali kollha għandhom ikunu notifikati u
magħmula pubblikament disponibbli fil-bażi ta' data għall-professjonijiet regolati,
b'mod ċar u li jinftiehem;
7. Jirrikonoxxi t-titjib fil-bażi ta' data tal-professjonijiet regolati li sar mill-Kummissjoni,
inkluż il-ħolqien ta' mappa interattiva li tippermetti liċ-ċittadini jivverifikaw ir-rekwiżiti
tal-aċċess professjonali madwar l-UE u jivviżwalizzaw b'mod aktar faċli liema
professjonijiet huma regolati fi Stat Membru partikolari; jistieden lill-Kummissjoni
ttejjeb aktar il-bażi ta' data għall-professjonijiet regolati, sabiex tiġi ffaċilitata notifika
f'waqtha u preċiża tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u b'hekk tissaħħaħ it-
trasparenza għaċ-ċittadini tal-UE;
8. Jieħu nota tad-diverġenzi fost l-Istati Membri fir-rigward tal-għadd ta' professjonijiet
regolati u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet koperti minn professjonijiet simili, li
jispjega l-forom differenti ta' regolamentazzjoni tal-professjonijiet magħżula minn kull
Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-komparabilità ta' professjonijiet
differenti u tiddefinixxi sett komuni ta' attivitajiet għal kull professjoni notifikata fil-
bażi ta' data, bl-għan li tiffaċilita l-armonizzazzjoni volontarja madwar l-UE;
9. Jiddispjaċih li għadd ta' Stati Membri għadhom ma ppreżentawx Pjan ta' Azzjoni
Nazzjonali (PAN) kif meħtieġ mid-Direttiva 2005/36/KE, u jistieden lil dawk l-Istati
Membri jagħmlu dan mingħajr dewmien żejjed; jinnota li l-livelli ta' qawwa, ambizzjoni
u dettall tal-PAN ippreżentati huma differenti;
10. Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-Artikolu 59 tad-
Direttiva 2005/36/KE u jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiggarantixxu aktar trasparenza
tar-regolamentazzjonijiet professjonali tagħhom, billi dan huwa kruċjali għall-mobilità
tal-professjonisti fl-UE, hekk kif huwa biss permezz ta' informazzjoni kompluta mill-
Istati Membri kollha li tista' tingħata stampa sħiħa tal-professjonijiet regolati fil-livell
nazzjonali jew tal-UE;
11. Jiddispjaċih li wħud mill-Istati Membri ma kkonsultawx lill-partijiet ikkonċernati
rilevanti b'mod xieraq meta ħejjew il-PAN; jemmen li hemm bżonn ta' fluss ta'
informazzjoni trasparenti bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati sabiex
il-kwistjonijiet u l-isfidi li jaffettwaw il-professjonijiet jiġu indirizzati b'mod effettiv;
jitlob involviment usa' tal-partijiet interessati kollha fil-futur, mhux biss bil-ħsieb li
jitħejjew il-PAN, iżda wkoll qabel ir-riforma tar-regolamentazzjoni tal-professjonijiet,
biex b'hekk il-partijiet kollha kkonċernati jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom;
12. Jenfasizza li r-regolamentazzjoni effettiva tal-professjonijiet għandha tkun ta' benefiċċju
kemm għall-konsumaturi u kemm għall-professjonisti; ifakkar li l-Istati Membri huma
liberi li jintroduċu regolamentazzjonijiet ġodda jew li jemendaw ir-regoli eżistenti li
jirrestrinġu l-aċċess għall-professjonijiet regolati jew il-prattika tagħhom, li jirriflettu l-
RR\1141876MT.docx 11/15 PE607.891v02-00
MT
viżjoni tagħhom għas-soċjetà u l-kuntest soċjoekonomiku tagħhom, sakemm dawn
ikunu ġustifikati bl-għanijiet ta' interess pubbliku; jemmen li regolamentazzjoni tas-
servizzi professjonali li hija proporzjonata u adattata għar-realtà tas-suq tista' twassal
għal titjib fid-dinamika tas-suq, prezzijiet orħos għall-konsumaturi u prestazzjoni
settorjali mtejba u aktar effiċjenti;
13. Iqis, fl-istess ħin li rekwiżiti diskriminatorji, mhux ġustifikati u sproporzjonati jistgħu
jkunu partikolarment inġusti, speċjalment għal professjonisti żgħażagħ, u jistgħu
jxekklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw b'mod negattiv il-benefiċjarji tas-servizz, inklużi l-
konsumaturi;
14. Jirrikonoxxi r-rwol tar-regolamentazzjoni professjonali biex jintlaħaq livell għoli ta'
protezzjoni tal-għanijiet tal-interess pubbliku, jekk humiex dawk espliċitament
imsemmija fit-Trattat, bħall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika,
jew dawk li jikkostitwixxu raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku, inklużi dawk
rikonoxxuti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħall-preservazzjoni tal-bilanċ
finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-benefiċjarji
ta' servizzi u l-ħaddiema, is-salvagwardja tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-
ekwità fi tranżazzjonijiet kummerċjali, il-ġlieda kontra l-frodi, il-prevenzjoni tal-
evażjoni u l-evitar tat-taxxa, l-effikaċja tas-superviżjoni fiskali, is-sigurtà tat-trasport
bit-triq, il-garanzija tal-kwalità tax-xogħol artiġjanali, il-promozzjoni tar-riċerka u l-
iżvilupp, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ambjent urban, is-saħħa tal-annimali , il-
proprjetà intellettwali, is-salvagwardja u l-konservazzjoni tal-wirt storiku u artistiku
nazzjonali, l-objettivi ta' politika soċjali u l-objettivi ta' politika kulturali; jirrikonoxxi l-
marġni ta' rikonoxximent tal-Istati Membri sabiex jiddeterminaw modi biex jinkiseb dan
ta' hawn fuq, f'konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ta' proporzjonalità;
15. Jinnota li, fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi, għall-professjonisti jew partijiet terzi, l-
Istati Membri jistgħu jirriżervaw ċerti attivitajiet għal professjonisti kwalifikati biss,
b'mod partikolari meta ma jkunx hemm mezzi anqas restrittivi biex jintlaħaq l-istess
riżultat; jenfasizza li f'każijiet bħal dawn, regolamentazzjonijiet speċifiċi għall-
professjoni jridu jiżguraw is-superviżjoni effettiva tal-prattika legali tal-professjoni
regolata u, fejn ikun rilevanti, tar-regoli ta' etika tagħha;
16. Jirrikonoxxi f'dan ir-rigward ir-relazzjoni bejn il-proposta għat-test ta' proporzjonalità, li
tistabbilixxi regoli dwar qafas komuni għat-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-
proporzjonalità qabel l-introduzzjoni ta' miżuri ġodda jew miżuri emendatorji eżistenti li
jirregolaw il-professjonijiet regolati, u r-rakkomandazzjonijiet ta' riforma li huma
bbażati fuq il-valutazzjoni tar-regolamentazzjonijiet nazzjonali f'seba' setturi ta' attività;
jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw u, fejn meħtieġ, jadattaw ir-regolamentazzjoni
tagħhom tal-professjonijiet f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tar-riforma;
17. Jenfasizza li rakkomandazzjonijiet għar-riforma ma jistgħux jissostitwixxu azzjoni ta'
infurzar, u jistieden lill-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati tieħu azzjoni u tagħti
bidu għal proċeduri ta' ksur meta din tidentifika regolamentazzjonijiet diskriminatorji,
mhux ġustifikati jew sproporzjonati;
L-utilità tal-indikatur restrittiv u l-bżonn li tiġi promossa kwalità għolja tas-servizzi fl-
Ewropa
PE607.891v02-00 12/15 RR\1141876MT.docx
MT
18. Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni ħarġet indikatur restrittiv ġdid, u jilqa' t-titjib meta
mqabbel mal-indikatur ta' restrizzjoni PMR eżistenti tal-OECD permezz tal-analiżi
dettaljata tas-setturi kkonċernati;
19. Jissottolinja li dan l-indikatur, li juri l-intensità regolatorja ġenerali fl-Istati Membri biss
abbażi ta' data kwantitattiva marbuta mal-ostakli eżistenti għall-moviment ħieles,
għandu jitqies bħala għodda purament indikattiva, u mhux bħala wieħed li jippermetti li
jinġibdu konklużjonijiet dwar jekk dik li tista' tkun regolamentazzjoni aktar stretta f'xi
Stati Membri hijiex sproporzjonata;
20. Ifakkar li l-analiżi globali tal-impatt tar-regolamentazzjonijiet fl-Istati Membri għandha
tkun suġġetta mhux biss għal valutazzjoni kwantitattiva, iżda wkoll għal dik
kwalitattiva li tinkludi l-għanijiet ta' interess ġenerali u l-kwalità tas-servizzi pprovduti,
inklużi l-benefiċċji indiretti possibbli għaċ-ċittadini u għas-suq tax-xogħol; jinnota li l-
indikatur ta' restrizzjoni huwa akkumpanjat minn analiżi ulterjuri li tipprovdi
informazzjoni addizzjonali dwar ir-realtà fil-prattika, u jħeġġeġ lill-Istati Membri
jikkunsidraw dan l-indikatur, flimkien ma' data kwalitattiva sabiex iqabblu l-
prestazzjoni tagħhom fis-setturi magħżula ta' attività;
Il-futur għal professjonijiet regolati
21. Jenfasizza l-ħtieġa mhux biss ta' qafas regolatorju effettiv fl-UE u fl-Istati Membri, iżda
anke ta' politiki effettivi u kkoordinati li jappoġġjaw lill-professjonisti fl-UE u li jsaħħu
l-kompetittività, il-kapaċità tal-innovazzjoni u l-kwalità tas-servizzi professjonali fl-UE;
22. Jenfasizza li l-professjonisti jistgħu jeżerċitaw professjonijiet regolati jew bħala persuni
fiżiċi jew bħala persuni ġuridiċi fil-forma ta' kumpanija professjonali, u li huwa
importanti li jiġu kkunsidrati ż-żewġ perspettivi fl-implimentazzjoni ta' politiki ġodda;
jinsab konvint, fid-dawl ta' dan, li l-għodod ekonomiċi għandhom jiġu kkombinati ma'
politiki mmirati sabiex isaħħu l-intraprenditorija u l-kapital uman fis-servizzi
professjonali;
23. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mal-organizzazzjonijiet
professjonali fis-setturi ta' kompetenza rispettivi tagħhom, isegwu b'mod adegwat ir-
rakkomandazzjonijiet tal-Gruppi ta' Ħidma dwar it-Tisħiħ tan-Negozju tal-
Professjonijiet Liberali;
24. Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-taħriġ intraprenditorjali
sabiex jiġi żgurat li l-professjonisti fl-UE jibqgħu kompetittivi u jkunu kapaċi jiffaċċjaw
it-tibdil trasformattiv li qed jaffettwa l-professjonijiet liberali minħabba l-innovazzjoni,
id-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni; jenfasizza r-rabta mill-qrib bejn l-għarfien ta'
professjonist u l-kwalità tas-servizz mogħti; jinnota r-rwol importanti li għandu
jkollhom l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka f'dan ir-rigward, inkluż
permezz ta' proġetti ta' litteriżmu diġitali;
25. Jinnota li hemm bżonn ta' komparabilità aħjar tal-livell ta' kwalifiki professjonali sabiex
tiżdied l-omoġeneità tal-evidenza tal-kwalifiki formali fl-UE, u b'hekk jinħoloq ambjent
aktar ekwu għall-gradwati żgħażagħ li jidħlu fil-professjonijiet, u b'hekk tiġi ffaċilitata
l-mobilità tagħhom fl-UE;
RR\1141876MT.docx 13/15 PE607.891v02-00
MT
26. Jistieden lill-Istati Membri jwettqu analiżi tas-suq xierqa bl-għan li jiġi żgurat
adattament aktar mgħaġġel ta' fornituri ta' servizzi għall-ħtiġijiet tas-suq, kif ukoll li
jiżviluppaw politiki biex is-servizzi professjonali tal-UE jsiru kompetittivi fil-livell dinji
fid-deċennji li ġejjin;
L-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fis-servizzi professjonali
27. Jinnota li l-progress xjentifiku, l-innovazzjoni teknoloġika u d-diġitalizzazzjoni
għandhom impatt kunsiderevoli fuq is-servizzi professjonali, u jġibu opportunitajiet
ġodda għall-professjonisti kif ukoll sfidi fis-suq tax-xogħol u l-kwalità tas-servizzi;
28. Jilqa' r-rikonoxximent mill-Kummissjoni tal-bżonn li wieħed jirrifletti dwar l-impatt ta'
teknoloġiji ġodda fuq is-servizzi professjonali, speċjalment fis-setturi legali u tal-
kontabilità, li fihom il-proċeduri jistgħu jiġu mtejba; jinnota b'mod partikolari li
għandha tingħata attenzjoni mill-qrib lir-riskji konsegwenti għall-benefiċjarji tas-
servizz, inklużi l-konsumaturi, għal bidla daqshekk trasformattiva, li m'għandhomx jiġu
esklużi minn teknoloġiji ġodda;
29. Jenfasizza li se jkun improbabbli li t-teknoloġiji ġodda jissostitwixxu l-bnedmin fit-
teħid ta' deċiżjonijiet etiċi u morali; jinnota, f'dan ir-rigward, li r-regoli dwar l-
organizzazzjoni tal-professjonijiet, inklużi r-regoli dwar is-sorveljanza mill-korpi
pubbliċi jew assoċjazzjonijiet professjonali jista' jkollhom rwol importanti u jgħinu
sabiex il-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni jitqassmu b'mod aktar ekwu; jinnota li, f'ċerti
oqsma, mekkaniżmi mmexxija mis-suq bħal spunti mill-konsumaturi jistgħu
jikkontribwixxu wkoll biex titjieb il-kwalità ta' servizz partikolari;
30. Jenfasizza li r-regolamentazzjonijiet dwar is-servizzi professjonali għandhom ikunu
adatti għall-iskop, u għandhom jiġu rieżaminati fuq bażi regolari biex jitqiesu l-
innovazzjoni teknoloġika u d-diġitalizzazzjoni;
31. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżomm lill-Parlament infurmat fuq bażi regolari
dwar is-sitwazzjoni attwali b'rabta mal-konformità tal-Istati Membri mad-
Direttiva 2005/36/KE;
°
° °
32. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill,
lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
PE607.891v02-00 14/15 RR\1141876MT.docx
MT
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni 4.12.2017
Riżultat tal-votazzjoni finali +:
–:
0:
32
2
2
Membri preżenti għall-votazzjoni finali Pascal Arimont, Dita Charanzová, Sergio Gaetano Cofferati, Lara
Comi, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand,
Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław
Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White,
Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel
Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan
Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein,
Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Biljana Borzan, Birgit Collin-Langen, Kaja Kallas, Roberta Metsola,
Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2))
preżenti għall-votazzjoni finali
Jonathan Bullock, Rupert Matthews, Bogdan Brunon Wenta, Flavio
Zanonato
RR\1141876MT.docx 15/15 PE607.891v02-00
MT
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
32 +
ALDE
ECR
EFDD
PPE
S&D
Verts/ALE
Dita Charanzová, Kaja Kallas
Daniel Dalton, Rupert Matthews, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt
Marco Zullo
Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Antonio López-Istúriz White,
Roberta Metsola, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun
und Hohenstein, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Lambert van Nistelrooij
Biljana Borzan, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Sergio
Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga
Sehnalová, Catherine Stihler, Flavio Zanonato
Pascal Durand, Igor Šoltes
2 -
EFDD
ENF
Jonathan Bullock
Mylène Troszczynski
2 0
EFDD
GUE
Robert Jarosław Iwaszkiewicz
Dennis de Jong
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni