![Page 1: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Danjel
Dan 7, 15-27
Is-saltna u s-setgħa jingħataw lill-poplu
tal-qaddisin ta’ Alla l-Għoli.
![Page 2: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/2.jpg)
Jien, Danjel, ħassejtni mnikket fija nnifsi fl-ispirtu, u d-dehriet ta’ moħħi ħawduni. Ersaqt lejn wieħed minn dawk li kienu hemm wieqfa, u staqsejtu fuq dan kollu
![Page 3: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/3.jpg)
biex inkun żgur. U hu kellimni u għarrafni xi tfisser din il-ħaġa:
“Dawn l-erba’ bhejjem kbar huma erba’ slaten
li għad jiġu fuq l-art. Imma s-saltna jirċevuha
![Page 4: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/4.jpg)
l-qaddisin ta’ Alla l-Għoli, u s-saltna tibqa’ tagħhom għal dejjem,
u għal dejjem ta’ dejjem.”Imbagħad ridt niżgura ruħi mir-raba’ bhima li ma kinitx bħall-oħrajn, dik
![Page 5: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/5.jpg)
il-bhima tal-biża’, li kellha s-snien tal-ħadid, u d-dwiefer tal-bronż, u li kienet tiekol u tfarrak, u tgħaffeġ il-fdal taħt saqajha. Ridt inkun naf fuq l-għaxart iqrun li kellha
![Page 6: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/6.jpg)
fuq rasha, u fuq il-qarn l-ieħor li nibet, u quddiemu nqalgħu minn għeruqhom tlieta mill-oħrajn, u kellu l-għajnejn u l-fomm jgħid ħafna kliem arroganti, u deher akbar mill-oħrajn.
![Page 7: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/7.jpg)
Jiena u nħares, ġara li dak il-qarn għamel gwerra lill-qaddisin u għelibhom, sa ma ġie x-Xiħ fl-għomor u għamel il-ħaqq lill-qaddisin ta’ Alla l-Għoli, għax iż-żmien kien
![Page 8: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/8.jpg)
wasal; u l-qaddisin irċevew is-saltna. Huwa qal:
“Ir-raba’ bhima tfisser ir-raba’ saltna, li jkun hawn fuq l-art, u li ma
tkunx bhas-saltniet l-oħra; hija tiekol l-art
![Page 9: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/9.jpg)
kollha, tisħaqha u tgħaffiġha. L-għaxart
iqrun ifissru li minn din is-saltna jqumu għaxar
slaten; u mbagħad warajhom iqum ieħor li
ma jkunx bħalhom,
![Page 10: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/10.jpg)
u jwaqqa’ tliet slaten. Huwa jgħid kliem kontra
Alla l-Għoli biex jifni lill-qaddisin tal-Għoli, u
jkun irid ibiddel iż-żminijiet u l-liġi, u dawn
jingħatawlu f’idejh għal
![Page 11: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/11.jpg)
żmien, żminijiet u nofs żmien.
Imbagħad il-Qorti toqgħod bilqiegħda, u setgħa tiegħu jeħduhielu, biex ineħħuh u
jeqirduh u jtemmuh. Is-saltna u s-setgħa u
![Page 12: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/12.jpg)
l-kobor tas-saltniet ta’ taħt is-smewwiet kollha
jingħataw lill-poplu tal-qaddisin ta’ Alla
l-Għoli. Saltnatu saltna għal dejjem, u kull setgħa taqdih u tisma’ minnu.”
![Page 13: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/13.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 14: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/14.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox
għal dejjem
![Page 15: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/15.jpg)
Bierku, ulied il-bniedem, il-Mulej.
Bierek, Iżrael, il-Mulej.
![Page 16: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/16.jpg)
R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem
![Page 17: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/17.jpg)
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
![Page 18: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/18.jpg)
R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem
![Page 19: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/19.jpg)
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej.
Bierku, qaddisin u intom ta’ qalbkom umli,
il-Mulej.
![Page 20: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/20.jpg)
R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem
![Page 21: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/21.jpg)
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Ishru, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tieqfu quddiem Bin il-bniedem.Hallelujah, Hallelujah
![Page 22: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/22.jpg)
QariMill-Evanġelju
skont San LuqaLq 21, 34-36
Glorja lilek MulejIshru, biex tkunu
tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.
![Page 23: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/23.jpg)
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:“Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx
qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib
![Page 24: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/24.jpg)
għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma
ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal
nassa fuq kull min jgħammar fuq
![Page 25: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/25.jpg)
wiċċ l-art kollha.Ishru, mela, u itolbu l-ħin
kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri u tieqfu
quddiem Bin l-bniedem.”
![Page 26: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/26.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 27: Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 7, 1 5 - 27](https://reader033.vdocuments.pub/reader033/viewer/2022061503/56814589550346895db27260/html5/thumbnails/27.jpg)
ĦSIEB