dun karm psaila il-poeta nazzjonali
DESCRIPTION
DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali. Twelid u trobbija. Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar numru 18, Triq il-Parroċċa Ħaż-Żebbuġ. Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa li minnhom il-poeta laħaq biss erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar. - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/1.jpg)
DUN DUN KARM KARM PSAILAPSAILA
IL-POETA IL-POETA NAZZJONALINAZZJONALI
![Page 2: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/2.jpg)
Twelid u trobbija
Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar numru 18, Triq il-Parroċċa Ħaż-Żebbuġ.
Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa li minnhom il-poeta laħaq biss erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar.
Dun Karm jistqarr li kien tifel imqareb ħafna u ħadd ma seta’ jsib tarfu.
![Page 3: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/3.jpg)
L-influwenza ta’ ommu
Ommu, Lunzjata mwielda Pisani, (1831-1909) kienet mara twajba li ħalliet influwenza kbira fuq il-poeta.
Ta’ spiss isemmiha fil-poeżiji tiegħu u jasal biex jagħraf li kellha sehem importanti fl-għażla tal-vokazzjoni tiegħu:
“… u fik, anġlu ta’ mħabba, omm għażiża, ftakart li… nissilt f’qalbi x-xewqa ta’ dan il-ħobż…”
“... u forsi kienet bidu tal-oħra li wasslitni fil-quċċata tal-artal ma’ Ġesù.”
![Page 4: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/4.jpg)
Ir-relazzjoni ma’ missieru
Filippu Psaila (1828-1892), missier il-poeta, minkejja li kien ġej minn familja tal-bdiewa, intefa’ fuq it-tbaħħir bejn Malta u l-Greċja.
Dan wassal biex il-poeta bena relazzjoni akbar m’ommu milli ma’ missieru.
Biex ifakkar il-mewt ta’ missieru, Dun Karm kiteb is-sunett bit-Taljan, A mio padre morto.
Fil-poeżiji tiegħu, il-poeta ta’ sikwit isemmi l-baħar, ngħidu aħna fil-poeżiji Żagħżugħ ta’ Dejjem, Kewkbet is-Safar u Il-Ġerrejja u Jien.
![Page 5: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/5.jpg)
L-istudji
Wara l-istudji primarji, fil-21 ta’ Settembru 1885, daħal is-Seminarju biex ikompli l-istudji sekondarji.
Fl-1888, meta kellu 18-il sena, beda l-istudji għal saċerdot.
F’din is-sena kiteb l-ewwel poeżija tiegħu bit-Taljan, Del mio genio primizio, iddedikata lill-Isqof Pietru Pace.
Ġie ordnat saċerdot ta’ 23 sena, fis-17 ta’ Mejju 1894.
![Page 6: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/6.jpg)
Il-Poeżija bit-Taljan
Fl-1896 Dun Karm ħareġ l-ewwel ktieb ta’ poeżiji bit-Taljan, Foglie d’alloro.
Fih hemm ġabra ta’ 37 poeżija li kien kiteb bejn is-17-24 sena.
Dik il-ħabta kien jgħallem l-Ingliż, it-Taljan u l-Latin fis-Seminarju.
![Page 7: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/7.jpg)
Barra minn Malta
Bħala qassis
żagħżugħ, fl-1901 mar Londra u Pariġi.
Għamel waqfa wkoll f’Tuneż.
![Page 8: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/8.jpg)
Ma’xi ħbieb ŻebbuġinDilettant tad-daqq tal-Mandolina
![Page 9: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/9.jpg)
Żminijiet iebsa u ta’ solitudni
Fl-1909, ġarrab il-mewt t’ommu Lunzjata fl-età ta’ 78 sena.
Fl-1910, il-Kardinal La Fontaine, wettaq riforma fis-Seminarju u Dun Karm kellu jsib post alternattiv fejn joqgħod.
Kera post numru 52, fi Triq l-Ifran il-belt Valletta.
Għex għal 26 sena waħdu, ’il bogħod minn ħutu u sħabu f’solitudni kbira.
![Page 10: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/10.jpg)
L-ewwel poeżija bil-Malti
11 ta’ Jannar 1912
Dun Karm jitlob l-għajnuna tal-Madonna biex jikteb l-ewwel poeżija bil-Malti.
Dan biex jikkuntenta lill-Mons. Pawl Galea u lis-Sur Ġużè Muscat Azzopardi li tħajru jibdew joħorġu l-perjodiku Il-Ħabib.
Din il-poeżija jisimha “Quddiem Xbiha tal-Madonna.”
![Page 11: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/11.jpg)
Snin tad-deheb
Fis-snin ta’ solitudni u niket, Dun Karm ħoloq l-aqwa xogħlijiet poetiċi tiegħu, fosthom:
Lill-Kanarin Tiegħi Il-Vjatku Żjara lil Ġesù Il-Jien u Lil Hinn
Minnu
![Page 12: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/12.jpg)
L-ewwel pubblikazzjoni bil-Malti
Mejju 1914
Dun Karm jippubblika l-ewwel 15-il poeżija bil-Malti.
Il-ktejjeb semmieh “Ġemgħa tal-poeżiji li chtibt bil-Malti” u kien jifforma n-numru 140 tar-rivista popolari Mogħdija taż-Żmien.
Il-benefattur ewlieni kien Alfons Maria Galea li bi flusu, għen kemm-il darba lil Dun Karm f’ħidmietu.
![Page 13: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/13.jpg)
Membru fl-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti
1920/21 Titwaqqaf l-Għaqda tal-
Kittieba tal-Malti li bdiet taħdem biex ikun hemm alfabett u ortografija waħda għall-Malti.
Dun Karm intgħażel fil-kumitat tagħha u kien membru wkoll fil-kummissjoni li bdiet taħdem fuq l-alfabett u l-ortografija.
![Page 14: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/14.jpg)
Maħtur Assistent Biblijotekarju
1921 Dun Karm jinħatar
Assistent Biblijotekarju tal-Librerija Nazzjonali tal-Belt.
Żamm din il-kariga għal żmien twil u kien xogħol għal qalbu ferm.
![Page 15: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/15.jpg)
Għajnuna fid-dar
Billi Dun Karm kien jgħix waħdu, kuġinuh Toni Pisani kien jibgħatlu lil bintu Pina biex tnaddaflu darba fil-ġimgħa.
Wara Pina bdiet tmur oħtha Ġannina li baqgħet iddur bih sakemm mardet serjament u mietet fil-15 ta’ Frar 1937.
Dun Karm kien japprezza ħafna xogħol Ġannina u ddedikalha diversi poeżiji.
![Page 16: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/16.jpg)
5 ta’ April 1922
Dun Karm inħatar Monsinjur Onorarju tal-Katidral.
![Page 17: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/17.jpg)
Ħidma Pastorali
Dun Karm kien l-ewwel Direttur Spiritwali tal-membri xebbiet tal-Leġjun ta’ Marija.
![Page 18: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/18.jpg)
Ġużè Bonnici joħroġlu “It-Tliet Kotba tal-Għana”
X’Ħabb u x’ħaseb il-Poeta (1939)
X’Emmen il-Poeta (1939)
X’Għamel iżjed il-Poeta (1940)
![Page 19: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/19.jpg)
Poeta Nazzjonali
1935Laurent Ropa, fl-artiklu “Malta et sa littérature” f’La Grande Revue, isejjaħ lil Dun Karm “Poeta Nazzjonali”.
“(Leur auteur, Mgr. Carmelo Psaila alias Dun Karm, fait figure de poète national)”.
![Page 20: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/20.jpg)
Midalja tad-deheb Ġużè Muscat Azzopardi
Dun Karm ingħata dan l-akbar unur bħala apprezzament tal-ħidma kbira tiegħu b’risq il-Malti u l-Letteratura fl-1946.
Kien il-Gvernatur Ingliż Sir Francis Douglas, li ta personalment lil Dun Karm din l-onorifiċenza.
![Page 21: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/21.jpg)
L-Innu MaltiMiktub minn Dun Karm
L-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba fis-27 ta’ Diċembru 1922, fit-Teatru Manoel.
Fis-27 ta’ Frar 1941 saret talba mil-Logutenent Kurunell Roger Strickland biex l-Innu Malti jkun magħruf uffiċjalment mill-Kunsill tal-Gvern bħala l-Innu Nazzjonali.
L-Innu Malti huwa mniżżel kemm fil-Kostituzzjoni ta’ Malta tal-1964 kif ukoll tal-1974.
![Page 22: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/22.jpg)
L-Innu MaltiMużika ta’ Robert Samut
Prof. Robert Samut speċjalizza fil-mediċina imma minn ċkunitu kien iħobb il-mużika.
Meta kien fl-Università ta’ Edinburgh, ħbiebu barranin talbuh ikantalhom l-innu ta’ pajjiżu u minn hawn intebaħ li Malta kienet għadha bla innu nazzjonali.
Meta rritorna pajjiżu, Samut ikkompona l-melodija li għaliha Dun Karm kiteb il-versi tal-Innu Malti.
![Page 23: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/23.jpg)
Innijiet li jsaħħru
Dun Karm jibqa’ magħruf għall-innijiet li kiteb fosthom l-Innu ta’ Filgħodu u l-Innu ta’ Filgħaxija, Fil-Ħlewwa ta’ Mejju u l-Innu Ewkaristiku li ħa fama internazzjonali.
![Page 24: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/24.jpg)
Dun Frans Camilleri: Il-fotografu ta’ Dun Karm
![Page 25: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/25.jpg)
L-aħħar ritratt tal-Poeta Nazzjonali
![Page 26: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/26.jpg)
Mewt u difna Dun Karm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, fl-għomor
ta’ 90 sena neqsin ħamest ijiem.
Huwa kien talab u qala’ permess biex jibni kappella personali fiċ-ċimiterju ta’ raħal twelidu fejn jinsab midfun illum.
![Page 27: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/27.jpg)
“Non Omnis Moriar”“Iżda l-għanja ma tmutx;Minn taħt il-għatuTal-qabar waħdu tibqa’ ħierġa safjaIl-mewġa ddoqq li ġewwa qalbi
ssawretfil-ħolma ta’ żgħożiti…Hekk il-poeta jgħannimeta tmissu l-id t’Alla:Ħabbar tas-sewwa, mera tas-
sbuħija,kelmtu mis-sema, u min fis-sema
tnissella jixjieħ u la jmut.Il-poeta jintemm u l-għanja tibqa’.”
![Page 28: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/28.jpg)
Għażiż għall-pajjiż
Bosta persuni u għaqdiet taw ġieħ u baqgħu jfakkru lill-Poeta Nazzjonali wara mewtu.Is-soċjetà tal-kleru Christus Rex ġabret il-fondi biex isir bust tal-bronż għal Dun Karm maħdum mill-iskultur Ġorġ Borg.
![Page 29: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/29.jpg)
Karmen Mikallef Buħaġar
Tul ħajjitha, Karmen Mikallef Buħaġar ħadet ħsieb tqiegħed lapidi mal-postijiet marbutin mal-ħajja ta’ Dun Karm u ħarġet il-fondi għall-Konferenza Dun Karmli bdiet fl-1976.
![Page 30: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/30.jpg)
Imfakkar miż-Żebbuġin
Fl-1971, fil-mitt sena minn twelidu, il-Kunsill Ċiviku ta’ Ħaż-Żebbuġ waqqaf mafkar f’ġieħu.
![Page 31: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/31.jpg)
Bijografiji u kritika letterarja
Prof. Oliver Friggieri ppubblika Il-Poeżiji Miġbura ta’ Dun Karm u Dun Karm – Le Poesie Italiane flimkien ma’ għadd sabiħ ta’ kotba u numru kbir ta’ studji fuq il-Poeta Nazzjonali.
![Page 32: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/32.jpg)
Il-mafkar tal-Poeta Nazzjonali
Fis-sena 2000 l-Għaqda tal-Malti (Università) u l-Ministeru tal-Edukazzjoni waqqfu monument lil Dun Karm fil-Furjana.
Kull sena, fix-xahar ta’ Ottubru, l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom ifakkru lill-Poeta Nazzjonali.
![Page 33: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/33.jpg)
“Ħobb, jekk jiswewlek, l-ilsna barranija,iżda le tbarri lil min hu ta’ ġewwa.”
![Page 34: DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022081414/5681345b550346895d9b3ff3/html5/thumbnails/34.jpg)
TMIEM
Ħajr lil: Marlon Barbara
Joseph P. BorgIna Cutajar
Phyllis DebonoGeorge MifsudClaire Zerafa
http://schoolnet.gov.mt/dunkarmpsailahttp://malti.skola.edu.mt
http://www.maltikurja.wordpress.com