e spark 74 dicembru 2014

7
E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E Spark 74 Dicembru 2014 SAN ĠWANN TA' KETY Tomb of Saint John Cantius Church of St.Anne, Krakow, Poland Il-qassis ta’ kulħadd

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 06-Apr-2016

239 views

Category:

Documents


10 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: E spark 74 dicembru 2014

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E Spark 74 Dicembru 2014

SAN ĠWANN TA' KETY

Tomb of Saint John Cantius

Church of St.Anne, Krakow, Poland

Il-qassis ta’ kulħadd

Page 2: E spark 74 dicembru 2014

Fl-aħħar sigħat tal-Avvent,

fil-jum ta’ qabel Lejliet il-Milied,

fil-Kalendarju Liturġiku nsibu

t-tifkira ta’

San Ġwann Kety.

E Spark 74 Dicembru 2014

Minħabba n-natura speċjali ta’ dawk il-jiem din it-tifkira hija waħda limitata, jiġifieri tista’ tiġi

ċelebrata b’ħafna restrizzjonijiet biex ma jiġix issaggrifikat l-ispirtu ta’ tħejjija għall-festa kbira

tat-Twelid tal-Mulej. Għalhekk fil-Polonja, fejn twieled San Ġwann, it-tifkira tiegħu ssir fl-20 ta’

Ottubru biex tkun tista tiġi ċelebrata b’mod mill-aktar solenni.

Page 3: E spark 74 dicembru 2014

San Ġwann twieled f’Kety,

belt fl-inħawi ta’ Krakovja

fl-1390.

E Spark 74 Dicembru 2014

Ta’ 27 sena beda jgħallem il-filosofija. Wara beda jistudja

t-teoloġija u ta’ 34 sena ġie ordnat qassis. Sar kanonku

tal-kolleġġjata ta’ San Florjanu ġo Krakovja. Għamel xi żmien kien

il-kappillan ta’ Olkusz u wara reġa’ beda jgħallem l-universita.

Minkejja li kien professur qatt ma tkabbar anzi kien ikun fit-triq

daqskemm kien ikun fl-universita.

Kien dejjem jgħin lill-foqra u lill-mġewwħin. Kien jitma ħafna nies

mhux għax kien sinjur imma mill-paga tal-universita u mill-flus u mill-

ikel li kien jiffranka permezz tas-sawmiet spissi li kien jagħmel.

Page 4: E spark 74 dicembru 2014

San Ġwann kien jagħmel ħafna pellegrinaġġi.

Mar erba’ darbiet Ruma bil-mixi

mill-Polonja!

Anke meta nieżel sal-Art Imqaddsa, sa

fejn kien possibli kien jippreferi jimxi.

Hemm diversi stejjer ħelwin marbutin mal-

ħajja avventuruża tiegħu li jikxfu l-karattru

ferrieħi li kellu. Bħala tutur ta’ ulied il-

prinċipijiet – fosthom San Każimiru tal-

Litwanja - kien ikollu jattendu bosta ikliet tal

-kbarat.

Darba mar għal waħda minnhom imma peress

li kien liebes daqsxejn imlaqqat ma daħħluhx.

Ta’ bniedem umli li kien, għaraf l-iżball

tiegħu, mar id-dar biddel u reġa’ preżenta

ruħu, did-darba liebes pulit u daħħluh. Ħin

minnhom waqqa’ l-inbid fuqu u ħasel ilbiesu u

qal daħqan: Ħaqqu dan l-libies jixrob ftit

inbid ukoll għax bis-saħħa tiegħu dħalt għal

din l-ikla!

Darba waqt pellegrinaġġ lejn Ruma, ftit

qabel ma wasal, serquh bħalma kien jiġrilhom

pellegrini oħra fl-Italja (u anke llum!). Wara li

ħallewh żarmat, mar jiġri warajhom biex

jagħtihom xi flus li ma kinux laħqu serqulu.

Dan il-ġest insensat wassal għall-konverżjoni

tal-ħallelin.

E Spark 74 Dicembru 2014

Page 5: E spark 74 dicembru 2014

E Spark 74 Dicembru 2014

Il-ħajja qaddisa u avventuruża ta’

dan il-qassis intemmet

waqt iċ-ċelebrazzjoni

tal-Quddiesa tal-Lejl tal-Milied tal-

1473.

Għalhekk it-tifkira tiegħu ssir ġurnata

qabel. Il-fama ta’ qdusija ma mititx

miegħu anzi żdiedet u ssaħħet. Fl-1767

ġie kanonizzat minn Klement XIII. Huwa

gie maħtur patrun tal-arċidjoċesi ta’

Krakovja, tal-għalliema fl-iskejjel

Kattoliċi u tal-Caritas. Meta San Ġwanni

Pawlu II mar Krakovja fl-1979, huwa

talab il-barka tas-Santissima Trinita fuq l

-universita fejn kien studja. Talab ukoll il

-ħarsien tal-Madonna u l-patroċinju

ta’ San Ġwann Kety, li 500 sena qabel

kien professur fl-istess universita.

Din l-informazzjoni ġiet riċerkata mis-sit

elettroniku santebeati.it

http://www.santiebeati.it/

dettaglio/30500

Page 6: E spark 74 dicembru 2014
Page 7: E spark 74 dicembru 2014

Dun Charlon Muscat

Is-Seminarju tal-Arċisqof

90, Triq tal-Virtù

Rabat RBT 2604

Tel: 21450354

Mob: 79964557

E-mail:

[email protected]

E Spark 74 Dicembru 2014

Iċ-Ċentru

tal-Vokazzjonijiet

jawguralkom Milied ħieni

u s-Sena l-Ġdida mimlija

risq