editorjal - wordpress.com · din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-siġġiwin bħala kap...

24
Editorjal Sena skolastika ġdida ġabet magħha t-twaqqif ta’ kumitat ġdid permezz ta’ votazzjoni f’kull klassi mir-4 sas-6 sena. Sebat itfal daħlu għal dil-ħidma b’ħeġġa kbira...xi wħud imbeżżgħa mir-responsabbilta’ li daħlu għaliha. Imma wara l-ewwel laqgħa malajr indunaw li kien xogħol ta’ sodisfazzjon f’ambjent pjaċevoli. Verament jissagrifikaw il-brejk tagħhom biex niltaqgħu, pero’ jieħdu pjaċir jiddiskutu x’għandu jkun inkluż f’kull paġna tan- newsletter tagħna, jekk ninkludux xi logħob, deciżjonijiet tekniċi dwar printjar bl-iswed jew bil-kulur, kemm se jiswielna u kif se nġibu l-flus biex inkopru l-ispejjeż. Insomma l-proċess ta’ ippubblikar mill-bidu sal-aħħar. U tarahom jiġru madwar l-iskola, javżaw lil dik u lill-oħra x’jixtiquhom jippreparaw u għal liema paġna. U barra mill-iskola jfittxu ħwienet li jisponsorjawna. Nisperaw li l-isforz ta’ dan il-kumitat li qed taraw ir-riżultat tiegħu f’idejkom illum, ikun sforz li jħalli l-effett tiegħu permezz ta’ kitbiet interessanti mill-amministrazzjoni, l-għalliema, il-ġenituri, l-istudenti u oħrajn. Kumitat Newsletter għas-sena 2010/2011 Ir-Raba Klassi: Manuel Cherrett, Stephen Gatt, Jean Karl D’Amato Il-Ħames Klassi: Ishmael Cilia, Shania Borg Is-Sitt Klassi: Carlet Falzon, Dane Micallef Segretarja: C. Schembri Amministrazzjoni:P. Decelis Tagħna Lkoll – Diċembru 2010 1 Qoxra ta’ quddiem: Il-Milied: Presepju oriġinali magħmul mill-injam, esibit fl-iskola minn Zven Camilleri (Year2). Wara l-presepju l-pjanta tal-Milied: il-ponsjetta, bil-kuluri tradizzjonali tal-Milied l-aħdar u l -aħmar. Qoxra ta’ wara: Presepju ieħor esebit fl-iskola, dak ta’ Gabriel Mallia Year 2.

Upload: others

Post on 01-May-2020

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Editorjal

Sena skolastika ġdida ġabet magħha t-twaqqif ta’ kumitat ġdid permezz ta’ votazzjoni f’kull klassi mir-4 sas-6 sena. Sebat itfal daħlu għal dil-ħidma b’ħeġġa kbira...xi wħud imbeżżgħa mir-responsabbilta’ li daħlu għaliha. Imma wara l-ewwel laqgħa malajr indunaw li kien xogħol ta’ sodisfazzjon f’ambjent pjaċevoli. Verament jissagrifikaw il-brejk tagħhom biex niltaqgħu, pero’ jieħdu pjaċir jiddiskutu x’għandu jkun inkluż f’kull paġna tan-newsletter tagħna, jekk ninkludux xi logħob, deciżjonijiet tekniċi dwar printjar bl-iswed jew bil-kulur, kemm se jiswielna u kif se nġibu l-flus biex inkopru l-ispejjeż. Insomma l-proċess ta’ ippubblikar mill-bidu sal-aħħar. U tarahom jiġru madwar l-iskola, javżaw lil dik u lill-oħra x’jixtiquhom jippreparaw u għal liema paġna. U barra mill-iskola jfittxu ħwienet li jisponsorjawna. Nisperaw li l-isforz ta’ dan il-kumitat li qed taraw ir-riżultat tiegħu f’idejkom illum, ikun sforz li jħalli l-effett tiegħu permezz ta’ kitbiet interessanti mill-amministrazzjoni, l-għalliema, il-ġenituri, l-istudenti u oħrajn. Kumitat Newsletter għas-sena 2010/2011 Ir-Raba Klassi: Manuel Cherrett, Stephen Gatt, Jean Karl D’Amato Il-Ħames Klassi: Ishmael Cilia, Shania Borg Is-Sitt Klassi: Carlet Falzon, Dane Micallef Segretarja: C. Schembri Amministrazzjoni:P. Decelis

Tagħna Lkoll – Diċembru 2010 1

Qoxra ta’ quddiem: Il-Milied: Presepju oriġinali magħmul mill-injam, esibit fl-iskola minn Zven Camilleri (Year2). Wara l-presepju l-pjanta tal-Milied: il-ponsjetta, bil-kuluri tradizzjonali tal-Milied l-aħdar u l-aħmar.

Qoxra ta’ wara: Presepju ieħor esebit fl-iskola, dak ta’ Gabriel Mallia Year 2.

Page 2: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Bidliet Importanti

Fost affarijiet oħra, għall-iskejjel u għal min jitgħallem u jaħdem fihom, żmien il-Milied ifisser waqfa ta’ mistrieħ wara l-ewwel tliet xhur mill-bidu tas-sena skolastika l-ġdida. Huwa żmien ukoll li aħna li naħdmu fil-qasam tal-edukazzzjoni nħarsu lura lejn is-sena li tkun ser tintemm u nirriflettu ftit fuq x’ikun sar u nbidel, u jekk dan it-tibdil laħaqx l-iskop li titjieb l-edukazzjoni tat-tfal. Mela, naraw ftit x’inbidel s’issa fil-Kinder u fil-Primarja: Fil-Kinder issa t-tfal kollha jridu jagħmlu Kinder 1 u Kinder 2, kif suppost. Kif jitilgħu fil-Primarja, il-klassijiet m’għadhomx jibqgħu kif kienu fil-Kinder. Issa t-tfal jitħalltu b’mod li f’kull klassi ikun hemm tfal li twieldu fix- xhur differenti tas-sena. Komplew jingħataw iktar għajnuna u sapport individwali lit-tfal tal-ewwel snin tal-Primarja li jibdew jaqgħu lura fit-tagħlim. Kellna t-taħlit tat-tfal fil-Year 5 u din is-sena beda t-taħlit fil-klassijiet fil-Year 6. Mhux taħlit bl-addoċċ iżda bil-ħsieb biex f’kull klassi jkun hemm taħlita normali tat-tfal. Dan għaliex illum b’edukazzjoni fil-Primarja m’għadniex nifhmu ġirja għal min jaf l-iktar iżda mixja ‘l quddiem flimkien fit-tagħlim. Flimkien ma jfissirx nimxu l-istess, iżda kulħadd jitgħallem kemm jiflaħ, bil-pass u l-ħiliet tiegħu, mingħajr pressjoni u stress, mingħajr biża’ li t-tfal iħossuhom li mhux kapaċi, li huma falluti, li aħjar ma twieldu xejn. Kmieni matul is-sena 2011 il-Kap tal-Iskola, is-Sinjorina Jane Axisa, tkun waslet biex tirtira mis-servizz. Il-ġenituri kollha jafu li taħt it-tmexxija tagħha l-iskola baqgħet dejjem ittejjeb il-kwalita’ tal-edukazzjoni li tingħata lit-tfal. F’isimkom nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għat-tmexxija u d-direzzjoni għaqlija tagħha lill-Iskola u nirringrazzjaha talli ddedikat ħajjitha kollha għall-edukazzjoni tat-tfal Maltin. Minn qalbi nixtieq il-festi t-tajba lill-amministrazzjoni, lill-istaff, ‘il-ħaddiema, lit-tfal u ‘l-ġenituri kollha tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi fil-Kulleġġ San Injazju.

Mr H Caruana Prinċipal tal-Kulleġġ

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 2

Page 3: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Tagħna Lkoll – Diċembru 2010 3

Ħidma għall-ġid tal-Istudenti

Għeżież Ġenituri Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn hekk l-iskola tagħna hija skola ħabrieka, dinamika u li lesta biex tilqa’ l-isfidi tal-futur. Kull min jiġi jżurna jgħidilna, “Kemm nieħu gost niġi f’din l-iskola!” Dan huwa kumment li kemm aħna l-għalliema, kif ukoll it-tfal, nieħdu gost bih. Qabel xejn nixtieq nawgura u nifraħ lil Ms Doris Pace, Asst. Kap, u lil Ms Norma Saliba, Kindergarten Assistant, li rtiraw din is-sena. Grazzi mill-qalb! Nixtieq nagħti merħba lil Ms Natalie Saliba, Asst. Kap ġdida li ngħaqdet magħna fil-bidu tal-karriera tagħha bħala Asst.Kap. Merħba wkoll lil Ms Daniela Camilleri, għalliema, Ms Rachel Cassar, Learning Support Assistant u lil Ms Michelle, Kindergarten Assistant. Din is-sena wkoll l-edukazzjoni ta’ pajjiżna ser tgħaddi minn tibdiliet oħra. Għall-ewwel darba t-tfal mhumiex ser ikunu magħżulin skont l-abilita’ tagħhom u mhux ser ikollhom eżami tal-Junior Lyceum. Dwar dan inkellmukom aktar ‘il quddiem. Intom diġa’ kellkom l-opportunita’ li tiltaqgħu mal-għalliema fil-bidu tas-sena – laqgħa li kienet bżonnjuża għall-ġid ta’ uliedkom. Kellna wkoll Parents’ Evening f’dan it-term u se jkollna Parents’ Day f’Marzu. Dawn il-laqgħat iservu biex aħna flimkien magħkom inkunu nistgħu nagħtu l-aħjar tagħlim għall-ħajja. Importanti li niġbdu ħabel wieħed sabiex l-iskola tirnexxi. Nixtieq nirringrazzja lill-Amministrazzjoni u ‘l-istaff kollu ta’ kemm jaħdmu biex kull tifel u tifla jirnexxu. Grazzi lilkom ġenituri tal-koperazzjoni tagħkom. Grazzi mill-qalb tmur għall-Kunsill tal-iskola – ġenituri u għalliema li jaħdmu bis-sħiħ biex jgħinu lill-iskola. Nixtiqilkom il-Milied it-tajjeb mimli ferħ li Ġesu’ biss jaf jagħti. Is-sena t-tajba. Awguri.

Mr J Axisa Kap tal-iskola

Page 4: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 4

Il-Kap tal-Iskola

Il-Milied reġa’ wasal u erġajna għaddejna sena oħra mgħaġġla, mehdijin fil-ħidma, fir-responsabbiltajiet u nispera fis-serħan u fit-tgawdija tal-familja wkoll. Din is-sena nixtieq niddedika dawn iż-żewg kelmiet tiegħi lill-kap tal-iskola Ms Axisa. Jiena ftit li xejn kont naf lil Ms Axisa qabel ma ntlabt li nsir President tal-Kunsill. F’dawn l-aħħar erba’ snin kelli x-xorti li nsir naf aktar mill-qrib lill-kap tal-iskola tagħkom. Ms Axisa hija persuna ddedikata ħafna u għandha għal qalbha lit-tfal kollha. Dejjem lesta li tgħin u li tmexxi għall-aħjar lil kull min ikun l-iskola. Naf li meta tkun qed tmexxi xi organizzazzjoni jew grupp ta’ nies dejjem, trid jew ma tridx, tkun trid tieħu deċiżjonijiet li jirfsu lil xi ħadd. Dawn kienu dejjem sitwazzjonijiet li kienu jinkwetaw ħafna lil Ms Axisa; imma li hi dejjem kienet terfa’ b’responsabbilità u etika kbira, fejn dejjem kienet toqgħod attenta li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu ġusti kemm jista’ jkun ma’ kulħadd. In-nuqqas ta’ preżenza ta’ din il-kap tal-iskola ser inħossuh żgur wara l-Għid. Ms Axisa eżercitat il-pożizzjoni tagħha b’umiltà u responsabbiltà. Indunajt li hi tifhem li, li tkun kap, tfisser li tkun għas-servizz ta’ kull min ikun taħtek u li dan iġib miegħu piż u umiltà kbira. Fuq kollox, jiena nara f’Ms Axisa rispett lejn kulħadd u mħabba ġenwina lejn it-tfal. Nixtieq nawgura lil Ms Axisa ħajja mimlija ferħ. Naf żgur li mhux ser toqgħod bilqiegħda tħalli ż-żmiem għaddej, għax hija bniedma li tħobb lill-komunità wisq. Napprezza kif hi tagħti sehemha fil-kunsill tal-iskola u kif jirnexxielha li tħalli ‘l kulħadd iħossu komdu biżżejjed li jista’ jesprimi ruħu bil-libertà. Minn mindu laħqet kap ta’ din l-iskola, Ms Axisa, irnexxielha tagħmel ħafna affarijiet u proġetti fl-iskola tagħna. Mhux talli hekk, talli kienet tħalli lil min jaħdem u joħloq; kienet tieħu gost tara li l-affarijiet jimxu sew u fuq kollox, tagħti mertu lil min ħaqqu bħal, pereżempju, it-tlestija tas-sala u l-Mużew uniku ta’ skola antika li għandna fl-iskola tagħna. Nawguraw lil Ms Axisa Milied hieni u ħajja ta’ sodisfazzjoni, paċi u ferħ.

Ms R Falzon President Kunsill tal-Iskola

Page 5: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Iż-żmien għaddej

Sena skolastika ġdida ġġib magħha sfidi tas-soltu u sfidi ġodda. Waħda minn dawk li nġeddu kull sena hija bażika għall-edukazzjoni tat-tfal fdati f’idejna…dik li nipprovdulhom edukazzjoni ħolistika, fejn skont il-Mission Statement tal-iskola u skont il-Motto tal-Kulleġġ San Injazju “Nitgħallmu u Nikbru flimkien” mhux biżżejjed li nħarrġuhom fit-tagħlim tal-matematika, tal-lingwi u suġġetti oħra imma rridu nagħtuhom preparazzjoni aktar wiesgħa, tagħlim għall-ħajja, tagħlim li jgħinhom f’soċjeta’ moderna, soċjeta’ li tirrikjedi ċittadini differenti milli konna aħna. Din id-differenza faċli taraha fl-iskola tagħna, permezz tal-Mużew tal-Istorja tal-Edukazzjoni li nfetaħ din is-sena. Id-differenza mill-blackboard għall-Interactive Whiteboard hija biss waħda minn dawk li tolqtok mill-ewwel, pero’ sin-tomatika ta’ qabża li biha l-iskejjel qed jimxu maż-żminijiet. Dan kien wieħed mill-iskopijiet tal-ftuħ tal-Mużew. Dan il-għan beda jintlaħaq waqt l-Open Day li saret f’Ottubru u li żaruha mijiet ta’ nies. Raw id-differenza fil-kotba, fl-għodda tal-għalliem u tal-istudent, fil-makkinarju tal-ikkupjar u tal-ipprojjettar. Iż-żifna tat-tfal tar-Raba’ Sena kienet fuq mużika tal-Greenfields “Iż-żmien għaddej” biex tfakkarna proprju kif kollox qed jinbidel b’ritmu mgħaġġel fid-dinja u konsegwentement fl-edukazzjoni. Bidliet radikali fil-mod li bih inqassmu t-tfal fi klassijiet bit-tmiem tal-istreaming; bl-inklużjoni ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tagħna; b’importanza akbar lill-ilsna mitkellma (oracy) biex inħarrġu t-tfal jitkellmu b’kunfidenza bl-Ingliz u bil-Malti; b’importanza lil modi differenti ta’ assessjar u mhux biss bl-eżamijiet. Ċerti bidliet iridu ż-żmien biex jindraw minn kulħadd imma sakemm nemmnu li dan kollu huwa ta’ ġid għall-istudenti,

dan għandu jsir minkejja kollox. F’dan iż-żmien tas-sena nixtieq lil kulħadd Milied hieni u sena ġdida ta’ suċċess lil kulħadd.

Mr P Decelis Assistent Kap tal-Iskola

Tagħna Lkoll – Diċembru 2010 5

Page 6: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Tieqa għal ġo djarna

Għaddiet sena oħra u rega’ wasal iż-żmien biex naqsam kelmtejn magħkom. Qorob dak iż-zmien mistenni minn kulħadd, iż-żmien sabiħ tal-Milied! Bdejna naħsbu għall-presepju u noħorġu l-pasturi, Ġużeppi, Marija u Ġesu tarbija flimkien mal-baqra, il-ħmara u ftit nagħaġ. Fil-presepju naħsbu biex inpoġġu r-rgħajja, l-għannej, iżda l-aktar li jiġbed attenzjoni hu bla dubju x-xabbatur, raġel jixxabbat fuq żaqqu mill-għoli biex jara lil Marija flimkien ma’ Ġużeppi jindokraw dik it-tarbija ċkejkna. Min jaf xi ħsibijiet għaddew minn moħħu meta ħares u stagħġeb b’dik il-ħlejqa fil-maxtura! Iżda nistaqsu x’ikunu l-emozzjonijiet tax-xabbatur jekk fis-seklu wieħed u għoxrin jixxabbat biex jittawwal fi djarna? Min jaf kemm jistagħġeb meta jara tfal bilqeġħda għajnejhom imsammrin fuq is-sett tat-televiżjoni, oħrajn mitlufa quddiem il-kompjuter... It-televiżjoni u l-kompjuter huma media li daħlu fi djarna b’saħħa kbira. Għandhom potenzjal qawwi biex jagħtuna informazzjoni, jgħallmuna jew iservu bħala mezz ta’ divertiment. Illum ma nistgħux nimmaġinaw id-dinja mingħajrhom. Iżda huwa ferm importanti li jintużaw b’mod tajjeb. Ma nistgħux nużaw it-televiżjoni flok baby sitter, nitilqu lil uliedna biex jaraw programmi li jridu, bla ma jkunu taħt l-ebda superviżjoni. Fuq l-internet hemm ħafna logħob edukattiv, hemm minjiera ta’ informazzjoni, iżda hemm ukoll materjal li jista’ jinfluwenza lil uliedna b’mod negattiv. Irridu nkunu aħna l-ġenituri li naraw li l-media ġo djarna qed tintuża b’mod tajjeb. Tajjeb ukoll li naraw li l-media mhux qed tisirqilna minn dak il- ħin prezzjuż li nistgħu nqattgħu ma’ wliedna. Ma nħallux it-tfulija ta’ wliedna taħrab minn taħt idejna, naħtfu kull opportunita biex niddjalogaw magħhom, noħorġu flimkien, naqsmu esperjenzi. L-imħabba lejn uliedna nuruha bil-kwalita ta’ ħin li ngħaddu magħhom. Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum faċli li nitfixklu, iżda għandna nżommu quddiem għajnejna li wliedna jiġu l-ewwel u qabel kollox! Nixtiqilkom Milied hieni mimli b’dak kollu li tixtieq qalbkom. Ġesu' tarbija jiggwidakom fit-trobbija ta’ wliedkom.

Ms C Camilleri Assistent Kap tal-Iskola

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 6

Page 7: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Tagħna Lkoll – Diċembru 2010 7

L-Għaqda bejnietna

Kull fejn ikun hemm l-għaqda jkun hemm is-suċċess. L-istess ħaġa fil-qasam tal-Edukazzjoni. Sabiex l-iskola timxi ‘l quddiem huwa ferm meħtieġ li jkun hemm għaqda sħiħa u kontinwa f’kull ħin. Huwa importanti ħafna li jkun hemm għaqda u ftehim bejn l-istaff kollu – il-Kap tal-iskola, l-Assistenti Kapijiet, l-għalliema, il-purtinari u dawk kollha li jaħdmu fl-iskola. L-għaqda fuq il-post tax-xogħol tirnexxi biss jekk ikun hemm komunikazzjoni tajba u kulħadd juri rispett lejn xulxin. Meta kull wieħed jagħti l-aħjar li jista’ u jikkopera ma’ xulxin, l-għanijiet tal-iskola jintlaħqu u jinkiseb is-suċċess mixtieq.

Huwa importanti wkoll li jkun hemm l-għaqda bejn l-iskola u l-ġenituri. Huwa essenzjali li naħdmu id f’id ħalli jkun żgurat l-aqwa ġid għat-tfal tagħna. X’hemm isbaħ milli lkoll inħarsu mill-istess lenti u niġbdu ħabel wieħed! Wara kollox l-aktar ħaġa għażiża huma t-tfal. It-tfal jixirqilhom l-aħjar edukazzjoni filwaqt li jkollhom l-isbaħ esperjenzi fil-ħin li jqattgħu l-iskola kuljum. Biex jintlaħqu dawn il-miri tajjeb li nsemmu l-komunita` kollha inklużi l-għaqdiet li hemm ġo fiha li qegħdin jagħtu sehemhom bl-aħjar mod li jistgħu. L-għaqda ġġib magħha sens ta’ ħbiberija, responsabbilta`, tolleranza u ftehim. Dawn huma s-sisien ta’ komunita` b’saħħitha. L-eżempju jkaxkar u aħna dan l-eżempju nixtiequ li nagħtuh lit-tfal tagħna. Eżempju li jbiddel lit-tfal tagħna f’adulti maturi - denji li jissejħu ċittadini Maltin.

Ms N Saliba Assistent Kap tal-Iskola

Page 8: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

COMENIUS PROJECT - The Slovenian Experience

As many of you already know, our school is involved in a Comenius Project entitled ‘ABC Book of Young Europeans’. The participating partners of this project are schools from Sweden, Poland, Turkey, England, Northern Ireland, France, Azores, Czech Republic, Slovenia and

Malta. In October a meeting was held in Slovenia and together with Ms Catherine Bezzina and four Year 6 students Carlos Chircop, Jack Aron Pisani, Amy Friggieri and Martina Schembri, we spent 5 days sharing different experiences with our partners. I was a bit apprehensive about travelling with students but I must say that all my worries and doubts came to nothing as it was a very rewarding and entertaining experience. I got to know the children outside the school environment and all four stu-dents were a pleasure to travel with and quite entertaining. Slovenia is a beautiful country and a major plus in our visit was being able to witness autumn at its best. It is a country surrounded by hills and mountains which are completely covered in trees and so the magical colours of red, brown, yellow and orange could be fully appreciated; something which we cannot in Malta. However, our visit was not about the beauty of Slovenia, but to interact with students and teachers from a different educational system. The school we visited is a comprehen-sive school which focuses a great deal on the creative arts and sports. The ages of the students are between 2 and 16 and the school hours are very similar to ours. Our students spent time with children from different countries and everyone commented on how friendly they were and how easy it was to communicate with them. The whole experience was a positive one for all concerned and we hope that we will be able to reciprocate the hospitality shown to us when they come to Malta for the final meeting later on next year.

Ms N Sammut

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 8

Page 9: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

EKOSKOLA - L-Audit Kellna l-’audit’ u konna eċitati ħafna. Kif għadda ftit ħin ta’ stennija daħlu żewġt irġiel lebsin pulit ħafna. Waslu quddiem l-uffiċċju tal-kap tal-iskola. L-ewwel urejnihom il-ktieb l-aħdar li fih nagħmlu rikordju tal-avvenimenti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-Ekoskola. Urejnihom ukoll l-‘ecocode’. Urejnihom il-‘green flag awards’ u l-‘awards’ ta’ Dinja Waħda. Ħadnihom ħdejn ir-‘rock garden’ u l-kompost. Imbagħad urejnihom il-‘meter reading’ u l-‘water reading’. Wara ħadnihom fil- kmamar tal-banju u urejnihom il-‘floating hippos’. Ħadnihom fil-’foyer’ u urejnihom il-billboards tal-‘healthy lifestyle’ u għidnilhom x’nagħmlu fil-’foyer’ bħal ’gymnastics’, ‘aerobics’ għall–ġenituri u l-PE meta tkun ix-xita. Morna fuq u urejnihom it-’tags’ ta’ fuq is-’switches’ li jfakkru ‘l-istudenti u ‘l-għalliema biex jitfu d-dawl meta ma jkunx hemm bżonn. Ħadnihom ħdejn id-‘dust bin’ tar–riċiklaġġ u tal-fliexken tal-plastik, kif ukoll tal-batteriji. Urejnihom in-‘nature book’ li huwa magħmul minn karti u gazzetti riċiklati li għamluh l-istudenti tas-sitt sena fil-klassi ta’ Mr. Muscat. Morna għand il-kap tal-iskola u ħadna tazza ilma jew ħalib waqt li tkellimna flimkien fuq suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal–Ekoskola.

Meta Erġajna ħadna l-’GREEN FLAG’ Kienet għodwa sabiħa meta ġiet ‘minibus’ għalina biex teħodna lejn ir-Rabat. Wara xi għoxrin minuta wasalna s-Seminarju. Dħalna ġo kamra kbira mżejna b’affarijiet li kellhom x’jaqsmu mal-ambjent. Bdiet ‘powerpoint’ interessanti fuq x’nagħmlu fi gruppi diversi tal-ekoskola u kien hemm ritratt tagħna. Wara dan beda jitkellem Mr Vincent u mbagħad Mr Raymond. Imbagħad kien hemm intervent mill– Ministru tal-Ambjent fejn spejgalna x’għandna

nagħmlu biex intejbu l-ambjent ta’ madwarna. Fl-aħħar tkellem Prof Paul Pace u spejga kif ser tingħata l-‘green flag’, li għandhom jibdew il-gruppi ta’ quddiem imbagħad ta’ wara. Wara li telgħu l-iskejjel ta’ qabilna tlajna aħna – L-Iskola Primarja tas-Siġġiewi tal-Kulleġġ San Injazju. Wara li spiċċa kulħadd u ngħatajna xi avviżi ħriġna fil-ġnien tas-seminarju nieħdu ‘break’ qasir fejn kilna ħobż bil-ġobon u perżut u xrobna ‘orange juice’. Ħadna ħafna ritratti tal-fjuri u ta’ xulxin sakemm l-għalliema għajtitilna għal sessjoni oħra. Beda jitkellem raġel twil u rqiq u wara rajna programm fuq ‘coffee farmer’. Beda jitkellem raġel jismu Gaytom fuq post li jiġi minnu fl-Afrika. Qalilna li hu xtaq isir għalliem imma l-gvern ta’ pajjiżi riedu jsir suldat tal-gwerra. Għalhekk hu ħarab u ġie Malta u ilu jgħix f’pajjiżna erba’ snin. Rajna żewġ ‘videos’ oħra, wieħed minnhom ta’ nies jobżqu l-kafe` għax jafu li min għamel il-kafe` ma kienx qed iħallas tajjeb lil ‘coffee farmers’. Imbagħad morna nistennew lill-għalliema tagħna. Ħrigna barra u

wara ftit ġiet il-’minibus’ biex teħodna lura lejn l-iskola.

9 Tagħna Lkoll – Diċembru 2010

Page 10: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 10

Mill-Ġenituri tal-Kunsill

Nixtiequ nfakkrukom li l-kunsill skolastiku preżenti ser jagħlaq it-term tiegħu u f’Jannar jerġa’ jkun hemm elezzjoni għall-kunsill il-ġdid. Inħeġġu l-ġenituri biex joħorġu għall-elezzjoni u li jagħrfu l-importanza ta’ dan il- kunsill. Inħeġġu wkoll lill-ġenituri biex jiġu jivvutaw fil-ġurnata tal-votazzjoni. Il-ġenituri fil-kunsill skolastiku jkunu ta’ komunikazzjoni bejn il-ġenituri u l-iskola. L-għan huwa wieħed: dak ta’ ġid għal uliedna. Il-kunsill preżenti jixtieq jirringrazzja lill-ġenituri li b’xi mod jew ieħor tawna l-għajnuna tagħhom matul dawn is-sentejn. L-għajnuna tal-ġenituri hija importanti u tagħmel possibbli l-attivitajiet li norganizzaw minn żmien għal ieħor. Grazzi wkoll lill-Kap tal-iskola u l-assistenti kapijiet, l-għalliema u l-istaff kollu. Grazzi ħafna!

Il-Milied u s-Sena t-Tajba lil Kulħadd

Monalita Balzan Sandra Azzopardi Carlo Mifsud

School Calendar 2010 - 2011

1st Term 27th September Beginning of scholastic year 4th October Kindergarten admissions 4th - 8th October Meetings for Parents 13th October Mass 17th October Education History Museum Open Day 18th - 22nd October Comenius Visit - Slovenia 27th October Year 5 outing to Mdina 29th October Year 1 & 3 - Luxol Sports 5th November First Lady’s visit to school 8th November Year 5 pupils - swimming lesson Talks to Kinder pupils re: Healthy Lifestyle 9th November Mass 10th November Year 6 NAPO Talk SDP session for teachers 12th November Evacuation Drill 15th November Year 5 pupils - swimming lesson Year 6 pupils - Sports Skills at Luxol 17th November Year 4 pupils outing to Rabat 17th - 19th November Book Fair

Cont on page 13

Page 11: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

11

Il-MILIED U L-PREZZ TIEGĦU

Kif intom tfal? Taf x’qiegħda ngħid? Tagħfas kemm tagħfas il-brejkijiet, iż-żmien xorta jibqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel. U hekk hu. Reġa’ wasal magħna l-Milied. Kollox jogħġobni f’din il-festa: it-tiżjin, il-kant, il-ferħ tan-nies, il-briju, il-quddies ta’ nofsillejl, il-purċissjoni tal-Bambin ... Imma ħaġa waħda ma togħġobnix – kemm tiġina prezz għali din il-festa. Imma wara nispiċċa ngħid li hemm ħafna modi kif nistgħu nrażżnu dan il-prezz jekk nibdew minna nfusna. Hemm frażi li tgħid: “Improvement begins with I” u hekk hu. Jekk jien nibda nagħmel xi ħaġa, nista’ ntaffi dawn l-ispejjeż. Hemm ħafna eżempji imma jien se ngħid ftit minnhom: Jekk il-kartolini tal-Milied nagħmilhom jien, mhux biss niffranka il-flus imma ċertissima li lil min nagħtihom japprezzahom aktar. Imma hawnhekk nixtieq niġbed il-punt li jekk hemm il-bżonn li rrid nixtri l-kartolini, allura nuża dawk li jintużaw għal għan nobbli. Jekk għandek ħafna okkażjonijiet ta’ ikliet, m’hemmx għalfejn tixtri libsa għal kull ikla, imma jekk sempliċiment tibdel l-aċċessorji ta’ magħha, voilà !! Għandek tibdila oħra. Jekk il-ġenituri jew in-nanniet jistaqsukom xi tridu rigal għall-Milied, m’hemmx għalfejn tgħidulhom li tixtiequ xi ħaġa tal-belli liri. Tgħallmu apprezzaw dak ir-rigal mill-qalb mhux kemm jiswa r-rigal. Għalkemm dan l-aħħar lanqas il-prezz m’għadu jkun apprezzat! Min-naħa l-oħra, anke jekk se tagħtu rigal intom, ikun sabiħ jekk dan ir-rigal ikun magħmul minnkom stess. L-idejn ngħidulhom l-imgħaref tal-fidda. Bihom nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet sbieħ u utli li żgur ikunu apprezzati. Biex tagħmel presepju m’hemmx għalfejn tixtri xi wieħed ta’ ħafna flus. Kull ma trid huma ftit gazzetti, kaxxa tal-kartun, kolla u żebgħa mħallta. Imbagħad sib lil xi ħadd jagħtik daqqa t’id biex tagħmel il-forom tal-għerien. Għall-pasturi, tistgħu tpinġuhom fuq kartuna ħoxna u twaħħluhom mill-qiegħ. Dawn kienu ftit eżempji ta’ kif nistgħu niffrankaw il-flus għal din il-festa, għax kieku l-lista ma tispiċċa qatt. Imma mbagħad issib min jgħidlek, “Allura lil tal-ħanut mhu se tqallgħu xejn miskin?” Veru, imma dak inħalluh għal min jista’ jonfoq hux! Nawguralkom il-Milied u s-Sena l-Ġdida mill-isbaħ.

Sylvia Bugeja Ġenitur

Tagħna Lkoll – Diċembru 2010

Page 12: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Administration Head Ms J Axisa Assistant Heads Mr P Decelis, Ms C Camilleri , Ms D Pace/Ms N Saliba INCO Ms J Mercieca School Secretary Ms C Schembri Clerk Ms J Azzopardi

STAFF SCHOLASTIC YEAR 2010 - 2011

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 12

Peripatetic Teachers Mr G Cutajar - Art Mr A Cardinali, Mr G Attard - Drama Ms L Falzon, Ms MC Sammut, Ms J Attard - PSD Ms M Saliba- Science Mr A Ellul - PE Mr K Grima - ICT Ms P Grech - Music Mr C Bonello - Guidance Teacher Mr D Agius - Guidance Teacher Mr M Zammit, Ms N Zammit - Core Competences

LSA’s Ms M Attard Ms C Azzopardi Ms M Azzopardi Ms R Cassar Ms M Deguara Ms R Galea Ms P Gauci Ms R Grech Ms A Sciberras Ms P Vella Ms T Xuereb Ms S Zammit

Ancillary Staff Ms M Aquilina Mr A Bonello Ms J Borg Mr J Zammit Mr B Gauci Mr M Schembri

Kindergarten Assistants Kindergarten 1 Ms C Buhagiar, Ms S Frendo, Ms MR Mangion, Ms A Abela, Ms M Caruana Kindergarten 2 Ms M Cachia, Ms MR Borg, Ms A Aquilina, Ms N Saliba

Teachers Year 1 Ms M Bonello, Ms Caruana, Ms C Chircop Year 2 Ms J Grech, Ms M Darmanin,Ms N Sammut Year 3 Ms C Bezzina, Ms M Sammut, Ms M Camilleri Year 4 Ms Th Bonanno, Ms C Gafa’, Ms M Agius Silvio Year 5 Ms D Camilleri, Ms J Eyre Year 6A Ms M Borg Degiorgio, Mr M Muscat Complementary Teachers Ms D Spiteri, Ms P Costa

Nifirħu lil: Ms Doris Pace u lil Ms Norma Saliba li rtiraw. Nixtiequ nawguraw lil dawn li ngħaqdu mal-istaff tagħna din is-sena skolastika: Ms Natalie Saliba (Asst Kap), Ms Daniela Camilleri (għalliema), Ms Michelle Caruana (KG Asst), Ms Rachel Cassar (LSA).

Page 13: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

...cont from page 10

18th November TIE: Kutra Hamra for year 6 pupils 22nd November Talks to Year 1 pupils re: Healthy Eating 23rd November Healthy Breakfast for Year 3 pupils & parents Maths and Science festival for Year 4 pupils 24th November Parents’ Evening 26th November Healthy Eating Activity cooking, talks, kitchen garden Year 1 pupils outing to Popeye Village 29th November Meeting to Year 6 pupils and parents re: Subject Choice 1st December Year 4 pupils - Hands on Farming activity at Mgarr 6th December Feast of St Nicholas procession and mass 7th December Year 4 Healthy Eating Year 6 class for Cross Country at Marsa 9th December Health and Safety for Years 1, 2 and 3 14th December Cooking during break by parents, Year 4 advent with Fr Reuben 15th December Film Show - Christmas Treat for Years 1 - 6 20th December Christmas Concert for all pupils 21st December Christmas Concert for all parents 22nd December Christmas class parties 23rd Dec - 6th Jan Christmas Holidays 2nd Term 7th January Beginning of second term 10th,17th,24th,31st Jan Sedqa Sessions for Year 3 pupils 11th,14th January TAG Rugby sessions at school 12th January Year 6 pupils - Trekking 13th January 9.00am - Sedqa Meeting for Year 3 parents 18th January Year 2 pupils - St James Cavalier Story Telling 21st January School Council Elections 4th February Year 6 Futsal Tournament 15th - 17th February Half Yearly Tests - Years 4,5,6 22nd February Year 4 - Media Education Sessions 25th February Dental Hygienist talks for pupils 1st March Parents’ Day - no school for Primary School pupils 4th March Carnival Activity. SDP Session for staff. School finishes at 12pm 7th - 8th March Carnival Holidays 10th March Years 1, 2 and 3 Sports Festival at Cottonera 14th - 18th March Spiritual Exercises 21st - 25th March Comenius Meeting in Turkey 22nd March Handball sessions at school 23rd March “Nifhmu lil uliedna” meeting for yr 5 and 6 parents at 9.15am Years 4 and 5 Kids Athletics Meeting at Marsa 25th March Handball promotion on school 30th March School finishes at 12noon. Celebration Day in the evening 31st March - 2nd April Gozo Experience for Year 6 1st April Years 4 and 5 Sports Skills at Luxol 4th April Turu t-Turist activity for Year 3 pupils 5th April Meeting for KG and Year 4 parents re: “How to Stay Safe” 8th April Year 5 activity at Home Economics Centre Kindergarten Kidlympics Year 6 Rugby at Marsa Sports Grounds 20th - 27th April Easter Holidays

13

Page 14: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 14

Kinder 1 Mill-]idma tal-istudenti

Healthy Eating Children attending Kinder 1 had a cooking session where they did pizza faces using different ingredients. They practiced their gross motor skills when using the rolling pin to flatten the bread and their fine ones when placing the different features of the face eg: the olives for the eyes. The children worked in a group and also practiced turn taking. It was a very enjoyable experience for them.

Page 15: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

15 Tagħna Lkoll – Diċembru 2010

Kinder 2 Mill-]idma tal-istudenti

Il-Klassi: It-Tieni Dar Tagħna

Din is-sena għandna x-xorti li naħdmu flimkien fil-klassi tat-tieni sena tal-kindergarten u mill-ewwel qbilna li nippruvaw inbiddlu l-klassi f’post sabiħ għat-tfal li fih iħossuhom komdi qishom qegħdin id-dar tagħhom... U x’hawn isbaħ mill-affarijiet tan-natura biex tagħmel post tassew attraenti li jagħti lok għal aktar tagħlim u diskussjoni dwar id-dinja ta’ madwarna?

L-ewwel ma għamilna kien li tlabna lill-ġenituri jgħinuna billi jibagħtu xi qsari, pjanti, żerriegħa ta’ fjuri u biċċiet ta’ pjanti li nistgħu nħawlu. B’hekk it-tfal ikunu jistgħu jarawna niżirgħu u nħawlu u huma stess isaqqu l-pjanti u jaraw il-fjuri jikbru ftit ftit kuljum. Kemm jifirħu t-tfal kull filgħodu hekk kif jaraw li żerriegħa tant ċkejkna qed tinbidel fi fjura tax-xemx tassew sabiħa! Kull rokna tal-klassi fiha xi ħaġa konnessa man-natura...Tista’ tara l-’goldfish’ jgħum fil-vaska kif ukoll ċagħaq, imħar u bebbux ġo “teapot” tal-ħġieġ. F’rokna oħra ssib xehda tan-naħal abbandunata minnhom stess, fossili, rix ta’ għasfur misjub f’xi wied, prinjol u ġebla sabiħa li tleqq qisha fiha l-kristall. Ġo tazza bl-ilma issib werqa ta’ pjanta bl-għeruq qed jikbru miz-zokk irqajjaq tagħha. Dalwaqt inħawluha fil-ħamrija u l-kompost u nsegwuha tarmi u tikber. Għandna kaxxa tal-injam mimlija bil-kaktus u fjuri u fil-kuritur għandna ħafna qsari saħansitra waħda tal-frawli. It-tfal qed jitgħallmu japprezzaw il-ġmiel tal-ħolqien kif ukoll li kull ħlejqa hija unika u differenti bi bżonnijiet varji u speċjali. Jitgħallmu li meta nisirqu min-natura – nqaċċtu siġar, pjanti, nwaqqgħu ħitan tas-sejjieħ eċċ. inkunu qegħdin nagħmlu ħażin daqs li kieku qegħdin nisirqu kull oġġett li mhuwiex tagħna! Jgħidu li l-eżempju jkaxkar: għalhekk nisperaw li bil-ħidma u l-eżempju tajjeb tagħna u tal-ġenituri jew kull adult li b’xi mod ikun responsabbli tat-tfal, inkunu qed ngħinu nrawmu ġenerazzjoni responsabbli li tagħraf tirrispetta lin-nies, lin-natura u l-propjeta’ ta’ ħaddieħor.

Ms Marita u Ms Roselle ______________________________________________________________________

Ms Aquilina and Ms Ruth

The expected outcome of this craft was to learn colours and the circle shape. The children developed eye and hand co-ordination and improved their tripod grasp while drawing with crayons.

Page 16: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Mill-]idma tal-istudenti

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi

16

Year 1

Mobile butterflies using crayons, buttons and pipe cleaners or corrugated cardboard for antlers.

Page 17: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

17 Tagħna Lkoll – Diċembru 2010

Mill-]idma tal-istudenti Year 2

In this picture we displayed some of the fun activities we did together as a year group.

Having fun cooking Ħobż ta’ San Martin

Page 18: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

I am a Pencil I am a pencil. I was made in a factory in Japan. My colour is black with pictures of spider-man on me. I am eleven centimetres long. I am made of wood, but inside I have a thin piece of lead. My owner is Axl. He uses me to write at school and at home to write the home-work. Axl keeps me in his pencil case. He uses a sharpener to sharpen my head, when

my point gets blunt. I wish for a pretty pencil to be my girlfriend!

Axl Sammut Elmer - Year 3 Ms Sammut ______________________________________________________________________

My Bedroom My bedroom is close to my mum and dad’s bedroom. From my bedroom window I can see the street below. In my bedroom I have a big bed and I hope that my sis-ter will soon come and share it with me. A lot of dolls and soft toys sleep with me in my bed. There is also a cupboard full of jigsaw puzzles and other games. On the other side there is a shelf full of books. My bedroom curtains are yellow with little puppies on them. My mother tells me to tidy up my bedroom every Saturday morning because it gets full of clutter. My mother tells me that my bedroom looks like a toy shop! I think that is the best room in the whole house!

Greta Micallef - Year 3 Ms Bezzina _____________________________________________________________________

We went to Luxol grounds by bus. It was a sunny day. We played many games and football. Then we went back to school.

Karl Balzan - Year 3 Ms Camilleri

Mill-]idma tal-istudenti

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi 18

Year 3

Tpinġija ta’ Kristina Catania Year 3 - Ms Sammut

Page 19: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Ħarġa sa Wied Ħesri - Il-Ħitan tas-Sejjieħ

Nhar it-12 ta’ Novembru, aħna l-istudenti tar-raba’ sena morna sa Wied Ħesri. Hemm tgħallimna dwar l-ambjent tal-kampanja u ħdimna fuq proġett ta’ “Dinja Waħda” dwar il-ħitan tas-sejjieħ. Aħna tgħallimna li dawn il-ħitan huma important għax:

• Jifirdu għalqa minn oħra jew jifirdu għalqa minn triq. • Huma ta’ lqugħ għall-ħamrija, speċjalment meta tagħmel ix-xita. • Huma dar għal ħafna ħlejjaq, fosthom il-bebbux, il-brimb u l-gremxul. • Magħhom jikbru bosta pjanti bħal bużbież, kappar u qarsu. • Huma Wirt Nazzjonali tagħna l-Maltin u għalhekk għandna dejjem nieħdu ħsiebhom!

Mill-]idma tal-istudenti

19 Tagħna Lkoll – Diċembru 2010

Year 4

Tpinġija ta’ Maria Farrugia -Year 4 Ms Gafa` Tpinġija ta’ Stephanie Grixti -Year 4 Ms Bonanno

Tpinġija ta’ Rachel Callus -Year 4 Ms Silvio

Page 20: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Gift Vouchers availableGift Vouchers availableGift Vouchers availableGift Vouchers available

Page 21: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

Why do I like to read

Hi, my name is Nadine. I am what you call an avid reader. I like reading books very much. At times I read more than three books a week. I read everywhere; on the sofa, in the car, in the bathroom and of course, in bed. Simply everywhere! Books always travel with me wherever I go. I like adventure and mystery books best. The books I read are always exciting. Sometimes I become part of the story, I imagine I am the character I am reading about. It is lovely to suddenly become a heroine! Everytime I read a book I question myself, “What is going to happen next?”. Before I go to sleep, I always read several pages of an exciting book. When I begin a book, i just can’t put it down, as the story gets more interesting. I just love reading! When my birthday is approaching and my relatives ask me what I’d like for my birthday, you can guess what my answer is - an exciting book!

Nadine Micallef - Year 5 Ms Eyre

________________________________________________________

Andy’s Aquarium (Advertisement)

Hello people! Did you hear about the brand new Andy’s Aquarium? I bet you did!! Let me give you some more information. Andy’s Aquarium will open on Tuesday the 18th of July. It will be open all week from 8 o’ clock in the morning till 9 o’ clock in the evening. Andy Aqua, the famous writer will open the Aquarium herself, so come, meet her and get her autograph. In this place, you will find an enormous aquarium filled with various species of fish. You can swim and play volleyball with the dol-phins or else watch their show every evening. Andy’s Aquarium will have an adult pool, a kid’s pool, a 3-D cinema, a games room, an appetizing restaurant and also a bar. During the first week, you can watch a 3-D film about sea creatures. I will guarantee you’ll be amazed! Don’t forget to have a look at the gift shop and buy a souvenir for your loved ones or just for yourself! An incredible attraction will surely be the roller coaster around the aquarium. Tickets for a whole day of fun are bought for €2 for adults and children enter FREE!! Come and enjoy yourself! You will not regret it! Visit our website www.andy’saquarium.com.mt for more infor-mation. You can also win free tickets and gifts. See you there!!

Andrea Catania – Year 5 Ms Camilleri

Mill-]idma tal-istudenti

21 Tagħna Lkoll – Diċembru 2010

Year 5

Page 22: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

MORNING STAR

GROCERIES

St. Margaret Street Siggiewi

Mbl: 7970 7418

Flower Design Shops

The Flower Shop

&

Boutique and Fashion Shop

Tel: 21 467 278 Mob: 79 294 542

Happy Christmas &

Happy New Year

77, Ramija Street

Siggiewi

Mob: 99012473

We also do free delivery

Page 23: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn

23

Mill-]idma tal--istudenti Year 6

Li kieku kont kantanta famuża Fid-dinja kulħadd ikollu ħolma jew aħjar ambizzjoni. Ħafna nies ikollhom idolu u jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jimitawh. Jien dejjem xtaqt li kont kantanta famuża u popolari. Hekk ħafna nies isiru jħobbuni u jiġu jarawni nkanta, wara jkunu jridu jmissuni u jgħiduli biex niffirmalhom. Barra minn hekk naqla’ ħafna flus u nkun nista’ nibni dar sabiħa, lussuża u mgħammra b’kollox. Kieku mmur nagħmel kunċerti barra minn Malta u niltaqa’ ma’ ħafna Maltin, min jagħmilli xagħri, tal-make-up, min jieħu ħsieb l-ilbies u oħrajn jarmawli l-palk. Fosthom jiġu wkoll il-familja tiegħi u ħbieb biex jgħinuni. Kieku noqgħod ġo lukanda lussuża viċin l-istudjo biex inkun nista’ mmur għar-rehearsals. Mill-kunċerti naqla ħafna u b’hekk nkun nista’ ngħin lil min hu fil-bżonn u nagħti l-karita`. Jien inħobb insiefer u bil-flus inkun nista’ ndur d-dinja. Noħroġ album bid-diski tiegħi b’hekk isiru jafuni ħafna nies. Meta nidħol fuq l e-mails naqra ħafna kummenti sbieħ li nirċievi mingħand il-ħbieb u dawn jagħmluni ferħana ħafna. Li kieku kont kantanta famuża ħajti kienet tinbidel mil-lejl għan-nhar imma jiena kuntenta u ferħana kif jien u napprezza l-affarijiet li għandi.

Amy Friggieri - Year 6 Mr Muscat __________________________________________________________________

Immaġina li int għasfur imdejjaq għax maqbud f’gaġġa u se tikteb ittra lil sidek biex jerġa’ jieħdok fejn kont

Għażiża Laura Illum iddeċidejt li niktiblek din l-ittra sabiex ninfurmak bil-ħsibijiet u s-sentimenti tiegħi. Nispera li tinsab tajba u kuntenta. Laura, jien naf kemm tħobbni u tipprova

żżomni kuntenta iżda jien ninsab qalbi sewda maqfula f’din il-gaġġa. Grazzi ħafna talli tagħtini x’niekol u x’nixrob iżda jien m’iniex maħluqa biex ngħix ġo gaġġa iżda biex inferraħ lin-nies bl-għanja ħelwa u sabiħa tiegħi. Allaħares tinqabad għax tinsiex li jien għasfura protetta bil-liġi u tiġi ħafna fl-inkwiet. Meta nara xi għasfur itir fl-ajru tgħidx kemm inġib quddiem għajnejja l-avventuri li kelli meta kont libera. Naf li int tħobbni ħafna u tqisni bħala waħda mill-membri tal-familja tiegħek imma bħalek, jiena rrid inkun mal-familja tiegħi għax inħobbhom ħafna. Kemm niftakar f’dawk uliedi meta nara għasfura titma’ lill-frieħ tagħha fil-ġnien tiegħek. Min jaf fejn qegħdin uliedi? Kienu l-mimmi ta’ għajnejja. Laura, jekk teħlisni minn

dan il-jasar inwiegħdek li niġi u nagħmel il-bejta tiegħi fil-ġnien tiegħek. Int ma tiħux gost tara l-għasafar itiru fil-beraħ tas-smewwiet? Insomma, nispera li dawn l-erba’ kelmiet laqtulek xi ftit qalbek u niggiżtlek xi naqra l-kuxjenza biex terġa’ toħodni fejn kont. Nispera wkoll li dan il-kliem ma jaqax f’widnejn torox.

Il-priġuniera tiegħek, Judy

Laura Cachia - Year 6. Ms Borg Degiorgio

Tagħna Lkoll – Diċembru 2010

Page 24: Editorjal - WordPress.com · Din hija s-sitt u l-aħħar sena magħkom is-Siġġiwin bħala kap ta’ din l-iskola, skola sabiħa, attraenti, moderna u arjuża. Pero’ aktar minn