flimkien - newsbook · flimkien, kulleġġ tal-kappillani kurja, il-furjana email editur carmel...

32
La nikber insir bħalek Flimkien Newspaper Post ĠUNJU 2020 • Numru 187

Upload: others

Post on 20-Jul-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

La nikber insir bħalek

Flimkien New

spap

er P

ost

ĠUNJU 2020 • Numru 187

Page 2: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Œamrun Branch - Tel: 2247 4850Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Il-Madonna qed tistenniena biex

inżuruha imma għalissa…

Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Tel: 2141 3030 Œamrun Branch - Tel: 2247 4850

Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

stay home, stay safe

Page 3: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Għeżież ħbieb, Il-ġrajjiet li jseħħu fid-dinja jinfluwenzawna u jaffettwawna. Hekk ukoll lill-Knisja, li hi magħmula mill-bnedmin. Il-pandemija affettwatna u bidlitilna ħajjitna.

L-iskop tal-Knisja hu li tgħin lill-bniedem jidħol fi djalogu ma’ Alla. Matul dawn l-aħħar ġimgħat il-mezzi teknoloġiċi żgur li għenu lil ħafna minna biex jiltaqgħu ma’ Alla.

Nixtieq nistedinkom biex minn djarna nkomplu niżviluppaw dik li tissejjaħ “Knisja domestika” jiġifieri “Knisja tad-dar”. Il-familja hija din il-Knisja tad-dar.

Dan nagħmluh billi kulħadd minn daru, kemm jista’ jkun flimkien bħala familja, insibu ħin fil-ġurnata biex naqraw il-Bibbja, il-Kelma ta’ Alla għalina llum. Nistgħu nisimgħuha għal ftit ħin fis-silenzju ta’ qalbna u wara nagħmlu xi talbiet għall-umanità kollha. Hekk inkunu qed niffurmaw Knisja bla ħitan, komunità ta’ fidi, li titlob bla heda minn djarha. Jekk Alla jrid ’il quddiem is-sabiħ ta’ din il-Kelma u l-Ewkaristija nkunu nistgħu nerġgħu naqsmuh flimkien, meta nerġgħu niltaqgħu bħala komunità li titlob u tiċċelebra f ’Jum il-Mulej, il-jum għażiż tal-Ħadd.

Kunu mberkin.

Knisja fid-dar

Agħti donazzjoni lill-KnisjaIl-Knisja f’Malta tagħmel ħafna xogħol fejjiedi fis-soċjetà u tgħin ħafna individwi u familji mil-lat pastorali, spiritwali, edukattiv kif ukoll materjali. Tmexxi wkoll djar għall-anzjani u t-tfal, id-Dar tal-Kleru, djar għal persuni vulnerabbli u day care centres, fost oħrajn. Biex tagħmel dan il-Knisja tiddependi mid-donazzjonijiet. Jekk tixtieq tagħti donazzjoni biex tgħin lill-Knisja, tista’ tagħmel depożitu f’dan il-kont kurrenti mal-APS Bank plc: IBAN: MT13APSB77002000494810494830018Isem tal-kont: Arċidjoċesi ta’ Malta Numru tal-kont: 10494830018Tista’ wkoll tibgħat ċekk pagabbli lill-Arċidjoċesi ta’ Malta, PO Box 1, Floriana.

Grazzi tal-kontribuzzjoni tiegħek.

Ġunju 2020 3EDITORJAL DUN JOSEPH MIZZI

Magazin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirreklama u għal kull korrispondenza ċempel fuq 2182 8931 jew 7946 1470 jew bil-posta.

INDIRIZZ Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana

EMAIL

Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd

Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

Flimkien

RAĠĠ DAWL

FLIMKIEN onlineVerżjoni online tal-Flimkien hija disponibbli fuq: newsbook; maltadiocese.org; laikos.org; radjumarija.org

When you realize HEART and EARTH are spelled with the same letters it all starts

to make sense.

Kollox jibda jagħmel aktar sens meta tirrealizza li

l-kelma HEART bl-Ingliż fiha l-istess ħames ittri li

jiffurmaw il-kelma EARTH.

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Œamrun Branch - Tel: 2247 4850Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Il-Madonna qed tistenniena biex

inżuruha imma għalissa…

Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Tel: 2141 3030 Œamrun Branch - Tel: 2247 4850

Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

stay home, stay safe

Page 4: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Issa tista’ tixtri onlajn mill-ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

7, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta

Tel: 21234328

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Page 5: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 5

SENA LAUDATO SI’

MESSAĠĠ ARĊISQOF TA’ MALTA

Fl-24 ta’ Mejju l-Papa Franġisku fakkar il-ħames sena mill-enċiklika Laudato Si’. Fiha għamlilna sejħa biex nieħdu kura tad-dinja u tal-fqar. Ħabbar ukoll il-bidu ta’ Sena ta’ Laudato Si’, li se tibqa’ sejra sal-24 ta’ Mejju 2021. Il-Papa qal hekk: “Nistieden lil kull min hu ta’ rieda tajba biex jingħaqad f ’din l-inizjattiva u jieħu ħsieb ta’ dawk fost ħutna li huma aktar fraġli minna.”

Ix-xahar ta’ Ġunju jfakkarna dejjem fil-Qalb Ħanina ta’ Ġesù. Din il-festa kbira, li l-Knisja tiċċelebra wara li tkun iċċelebrat il-festi kbar

tal-Għid, tgħinna nifhmu li Alla huwa mħabba u li l-ħniena tiegħu ntweriet f ’Ibnu l-għażiż. Il-ħsieb tiegħi din is-sena jmur ukoll għal tant tfal fil-parroċċi tagħna li ma setgħux jirċievu l-Ewwel Tqarbina kif kien ippjanat. 

Il-ġenituri l-ewwel katekisti

Jiena nawguralhom li jibqgħu mimlijin ħerqa biex jirċievu lil Ġesù Ewkaristija fil-qalb tagħhom. Nitlob lill-ġenituri biex ikunu huma l-ewwel katekisti li jkomplu jippromovu u jsawru fil-qalb innoċenti ta’ wliedhom din il-ħerqa li jirċievu lil Ġesù.

Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Page 6: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

L-ewwel Ammen tiġi wara s-sinjal tas-Salib li ngħidu fil-bidu nett. Għalija din l-Ammen mhux biss tikkonkludi s-sinjal tas-Salib tal-bidu imma wkoll il-wasla tiegħi fil-knisja wara l-mixja mid-dar, inġorr miegħi dak li għadda mingħalija mill-quddiesa tal-bieraħ. Il-mixja tiegħi mid-dar inħobb naraha bħala parti mill-purċissjoni tas-saċerdot lejn l-altar. L-ewwel Ammen tiegħi tissiġilla dan kollu.

It-tieni Ammen tasal fi tmiem l-Att Penitenzjali, meta s-saċerdot f ’isem il-Missier jaħfirli u jħollni minn dnubieti. Hawn inħobb niftakar f ’Pietru. Wara li nidem mid-dnub tiegħu sema’ lil Ġesù jistaqsih: “Pietru, tħobbni?” U jien, bit-tieni Ammen tiegħi, ngħidlu: “Iva, Mulej, inti taf li nħobbok!”

Wara li nkun maħfur inħossni nixtieq infaħħar lil Alla, inbierku, nagħtih ġieħ, u nroddlu ħajr. Għalhekk, it-tielet Ammen, ta’ wara l-Glorja (nhar ta’ Ħadd) għalija tfisser festa.

Is-saċerdot imbagħad jagħmel talba li tissejjaħ “Kolletta”, li fiha jiġbor it-talb tagħna lkoll u jippreżentahom lil Alla. Din ir-raba’ Ammen tfakkarni li aħna ninsabu lkoll flimkien quddiem Alla.

Meta ngħid il-Kredu ma nkunx qed nuri biss fiex nemmen imma wkoll f ’min nemmen. Il-Kredu mhuwiex sempliċi lista ta’ duttrina li jkolli naċċetta imma stqarrija li jiena nemmen fil-preżenza ta’ Alla fl-istorja, f ’ħajti. Għalhekk, bil-ħames Ammen li ngħid fl-aħħar tal-Kredu nkun qed ngħid: Jiena nemmen f ’dan kollu!

Fit-Talbiet tal-Fidili nipprova nagħmel bħal dawk l-erba’ rġiel fil-vanġelu li ġarrew is-sodda tar-raġel magħtub, tellgħuh fuq is-saqaf u niżżluh quddiem Ġesù biex ifejqu. Niftakar li l-quddiesa mhix talba tiegħi waħdi. Niftakar li l-gwerer, l-inġustizzji, il-mard, id-diskriminazzjoni, u dak li nisma’ fl-aħbarijiet għandu jinteressa lili wkoll, u jagħmel parti

6 Ġunju 2020 LITURGIJA

Tlettax-il Ammen

Page 7: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

mill-quddiesa! B’din is-sitt Ammen tiegħi nkun qed niffirma l-petizzjoni jien ukoll!

Waqt li jittellgħu l-offerti xi drabi nkantaw: “Aħna x’nistgħu noffru, aħna m’għandna xejn … ħu kollox Mulej.” Imma quddiem il-preżenza ta’ Alla nindunaw li hu jista’ jibdel anki ħajjitna u kulma nagħmlu. Fit-Talba fuq l-Offerti s-saċerdot jiġbor fil-qosor dak li se jiġri minn issa ’l quddiem, jiġifieri Alla tana l-ħolqien kollu, u aħna noffrulu l-ħobż u l-inbid u lilna nfusna, u hu jibdilhom u jagħtina l-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnu, biex fit-Tqarbin insiru ħaġa waħda miegħu. Bl-Ammen inkun qed nagħmel tiegħi wkoll din it-talba. Tibda t-Talba Ewkaristika: l-aktar mument solenni tal-Quddiesa. Is-saċerdot jikkonsagra l-ħobż u l-inbid li jsiru l-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, u joffrihom lill-Missier f ’isem il-Knisja għas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha. Fit-Talba Ewkaristika s-saċerdot jitkellem f ’isimna lkoll. Kull kelma, kull ġest, kull frażi hija importanti. Tispiċċa bil-kliem: “Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu … kull ġieħ u glorja għal dejjem ta’ dejjem”. It-tmien Ammen turi l-qbil sħiħ tiegħi ma’ dak kollu li jkun qal is-saċerdot. Din l-Ammen tissejjaħ l-Ammen il-Kbira.

Wara li ngħidu l-Missierna nagħmlu talba diretta lil Ġesù biex jagħtina s-“sliem tiegħu”. Hekk kif ngħidu l-Ammen tagħna għal din it-talba, is-saċerdot jistedinna noffru l-paċi lil xulxin, u mhux biss lil min hemm ħdejna dak il-ħin!

L-għaxar Ammen hija l-unika Ammen fil-quddiesa kollha li ngħid waħdi. Ngħidha meta min iqarbinni jgħidli: “Il-Ġisem ta’ Kristu”. L-Ammen fit-tqarbin hija personali; turi li jien qrib ta’ Ġesù.

Wara t-tqarbin noqogħdu mument fis-skiet, f ’intimità ma’ Ġesù. Il-Knisja trid li anki dawn it-talbiet jingħaqdu kollha flimkien f ’talba waħda fejn nirringrazzjaw lil Alla tat-tqarbina li rċevejna, nitolbuh biex il-grazzja li rċevejna tibqa’ magħna l-jum kollu, u tgħinna nkunu xhieda tal-imħabba tiegħu kullimkien. B’din l-Ammen nimpenja ruħi li nkun xhud tal-fidi tiegħi barra l-knisja.

L-aħħar darba li l-appostli raw lil Ġesù fid-dinja kien meta berikhom u qalilhom imorru fid-dinja jxandruh. Aħna wkoll, fl-aħħar tal-quddiesa, nirċievu l-barka ta’ Alla. Hekk kif inwieġbu Ammen, is-saċerdot jgħidilna “Morru fil-paċi ta’ Kristu”. Kulħadd għandu bżonn din it-tnax-il Ammen – anki min ma jitqarbinx. U t-tlettax-il Ammen? Dik ngħidha filgħaxija, b’rasi fuq l-imħadda, fl-aħħar tal-jum li matulu Ġesù jkun mexa, bierek u qasam kollox miegħi. U hekk, minn filgħaxija nkun lest biex għada nerġa’ nqum u mmur ngħix il-quddiesa: tlettax-il mod kif lil Alla ngħidlu, “Iva, jien inħobbok! Inti taf li jien inħobbok!”

Ġunju 2020 7

Il-Quddiesa hija talba ta’ 13-il Ammen. Ħa ngħidilkom liema huma u xi jfissru għalija kull waħda minnhom.

Page 8: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

8 Ġunju 2020 SAGRAMENTI

• (Corpus 2019) L-Ewkaristija hija l-kura għall-mentalità li tgħid, “Jiddispjaċini, imma dik problema tiegħek,” jew “M’għandix ħin, ma nistax ngħinek, mhux affarija” … Fil-bliet tagħna, imġewħa għall-imħabba u l-attenzjoni, mimlijin taħsir u abbandun, mimlijin anzjani weħidhom, familji f ’diffikultà, żgħażagħ ifittxu x-xogħol u jixtiequ li l-ħolm tagħhom iseħħ, il-Mulej qed jgħid lil kull wieħed minna, “Agħtihom int stess jieklu!” U int tista’ twieġeb, “Imma ma tantx għandi, m’iniex kapaċi.” Mhux veru! Il-ftit li għandek għandu valur kbir f ’għajnejn Ġesù, basta ma żżommux għalik. M’intix waħdek, għax għandek l-Ewkaristija, ikel għall-vjaġġ, il-ħobż ta’ Ġesù.

• L-Ewkaristija mhijiex premju għal min hu tajjeb imma mediċina għal min hu dgħajjef.

• Fl-Ewkaristija Ġesù jingħata u jinqasam, u jitlob lilna wkoll li ningħataw u ninqasmu għall-oħrajn.

Is-Sema jibda minn hawnKliem emozzjonanti u profondi tal-Papa Franġisku dwar it-Tqarbin u l-Ewkaristija.

• L-Ewkaristija hija s-Sagrament tal-għaqda. Jalla dan il-Ħobż tal-ħajja jfejjaqna mill-ambizzjoni li nkunu aqwa mill-oħrajn, mir-regħba li nikkapparraw kollox għalina, ifejjaqna milli nkebbsu l-firda u nxerrdu l-kritika. Jalla jqajjem fina l-ferħ li nħobbu lil xulxin bla pika, bla għira u bla tqassis fuq xulxin.

• Il-Ħobż hu tassew il-Ġisem ta’ Kristu mogħti għalina, u l-Inbid hu tassew id-Demm tiegħu mxerred għalina. L-Ewkaristija hija Ġesù stess li jagħti lilu nnifsu għalina. Jekk immantnu lilna nfusna bih u ngħammru fih permezz tat-Tqarbin, u nagħmlu dan bil-fidi, dan il-Ħobż jibdlilna ħajjitna f ’għotja.

• L-Ewkaristija mhijiex Sagrament għalija biss imma għal dawk kollha li flimkien jiffurmaw il-Ġisem ta’ Kristu.

• Immorru l-Quddies mhux biss biex nitolbu imma wkoll biex nitqarbnu, biex nirċievu dan il-Ħobż li hu l-Ġisem ta’ Ġesù li jsalvana, jaħfrilna u jgħaqqadna mal-Missier.

Page 9: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 9

Is-Sema jibda minn hawnKliem emozzjonanti u profondi tal-Papa Franġisku dwar it-Tqarbin u l-Ewkaristija.

• Kull darba li nieħdu sehem fil-Quddiesa nkunu qisna diġà qegħdin fis-Sema, avolja għadna ngħixu f ’din id-dinja.

• Min imantni ruħu bil-Ħobż ta’ Kristu ma jistax jibqa’ indifferenti quddiem dawk li ma għandhomx il-ħobż ta’ kuljum.

• It-Tqarbin huwa preżenza li bħan-nar teqred minn ġo fina l-imġiba egoista, tnaddafna mit-tendenza li nagħtu biss jekk inkunu rċevejna, u tqajjem fina x-xewqa li bħal Ġesù nagħmlu lilna nfusna ħobż maqsum u demm imxerred għall-oħrajn.

• Aħna ma nitqarbnux għax irridu nidhru aħjar mill-oħrajn imma propju għax inħossu li dejjem għandna bżonn li nħossuna milqugħa u riġenerati mill-ħniena ta’ Alla magħmula bniedem f ’Ġesù Kristu.

• “Ewkaristija” bil-Grieg tfisser “ringrazzjament”. Għalhekk is-Sagrament jissejjaħ Ewkaristija, għax huwa l-ogħla ringrazzjament lill-Missier li tant ħabbna li tana lil Ibnu stess.

• Ġesù qal, “Min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem” (Ġw 6:58). Iva, jekk ngħixu f ’għaqda reali ma’ Ġesù f ’din id-dinja jgħinna ngħaddu mill-mewt għall-ħajja. Is-Sema jibda propju minn din l-għaqda ma’ Ġesù.

• L-Ewkaristija tgħinna naraw wiċċ Ġesù fl-oħrajn.

(Lit-tfal tal-Ewwel Tqarbina) Ftakru li llum qed tiċċelebraw l-Ewwel Tqarbina … mhux l-Aħħar Tqarbina! Ftakru li Ġesù jkun dejjem jistenniekom.

Page 10: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

10 Ġunju 2020 RELAZZJONIJIET

Page 11: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 11

One of the best feelings in the world is having a supportive partner to help you get over a difficult period.

Being supportive does not mean doing anything for your partner that makes you uncomfortable. It does not also necessarily mean that you need to try and solve your partner’s issues.

Part of being supportive is to be really present and a good listener, to not constantly stand in judgment, and actually to have a sincere and caring disposition. To really hear and understand what the other person is communicating and not allowing our own stuff to get in the way.

When someone truly loves and supports you, they will challenge you, stand beside you when you need them, and give you space to be yourself and grow as a person.

Sometimes things go wrong in life, but despite our busy schedules, it is important to look at how you can support each other better each day.

Here are seven tips that can help you nourish each other’s heart through giving support:

Being a supportive partner

• Be respectful to your partner’s feelings. If your partner is dealing with a disappointment, let him or her know that you are available to talk. Sometimes it is also helpful to give them some space to process their feelings first.

• Listen deeply to what your partner is saying. Knowing that you are being heard, especially when the world is upside down, feels very nurturing. It also heals all wounds and prevents misunderstanding.

• Speak in a loving tone. Speaking in a sincere and caring tone will let your loved one feel safe and heard. Gently communicate your feelings so you both know the real deal and so you can determine how to help one another.

• Give small gifts. This could break the ice and lift up his or her mood. Little surprises go a long way.

• Let your partner know that you love him or her. Saying “I love you” is very reassuring and could definitely lift the other to a higher ground.

• Offer encouraging words. Your positive words may help your partner to take that first step.

• Be affectionate and open.

Page 12: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

12 Ġunju 2020 JUM IL-MISSIER

La nikber insir bħalek!

Page 13: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Addattata mill-kanzunetta “Cat’s in the cradle”,

kantata minn Harry Chapin

Ġunju 2020 13

Għadni niftakar meta twieled it-tifel – qisu lbieraħ.Ma niftakrux jitgħallem jimxi – ma kontx inkun miegħu.U lanqas niftakru jitgħallem jitkellem – ma kontx inkun id-dar.Taf int kemm trid il-ħajja!Kontijiet, xogħol, overtime, safar …Kien jgħidli, “Pa, meta nikber irrid insir bħalek.Issa tara kif insir bħalek!”Xi drabi minn fuq il-mobile kien jistaqsini,“Meta ġej id-dar, pa?”U jien kont inwieġbu, “Ma nafx eżatt meta, ibni, imma niltaqgħu żgur u tara kemm nieħdu gost flimkien!”

Meta t-tifel għalaq għaxar snin – qisu lbieraħ – bħala rigal tajtu ballun.“Grazzi, pa,” qalli. “Ejja nilagħbu! Għallimni nixxuttja!”“Mhux issa. Mhux illum, ibni, għax għandi x’nagħmel.”“Ok, pa, ma jimpurtax!” qalli, u telaq ’l hemm, b’dik it-tbissima fuq fommu qisu qed jgħidli,“La nikber insir bħalek. Issa tara kif insir bħalek żgur!”

Għadu qisu lbieraħ – spiċċa l-kors li għamel.Kien sar raġel issa, laħaqni sew fit-tul.“Ibni, kemm jien kburi bik!Ejja nitkellmu ftit. Ejja bilqiegħda hawn.”Ibni xejjer waħda rasu u qalli bit-tbissima, “Mhux issa, pa. Taf x’għandi bżonn, jekk jogħġbok? Li ssellifni ftit iċ-ċavetta tal-karozza. Narak iżjed tard.”

Issa ili li rtirajt mix-xogħol – qisu lbieraħ.Ibni issa kiber u qed jgħix għal rasu.L-aħħar li ċempiltlu, għedtlu, “Nixtieq narak ftit, ibni, jekk ma jimpurtax.”Weġibni, “Nixtieq, pa, jekk insib il-ħin.Taf int, ix-xogħol li għandi ħadli rasi, u t-tfal dejjem xi ħadd minnhom ma jiflaħx.Imma nieħu pjaċir żgur kieku niltaqgħu.Ħadt gost inkellmek ftit.”U hekk kif niżżilt it-telefon,irrealizzajt li ibni kien tassew sar bħali.Ibni kien sar bħali!

U meta rġajt ċempiltlu d-darba ta’ wara,u staqsejtu, “Meta se narak, ibni?” huwa weġibni, b’dik it-tbissima tas-soltu tiegħu, “Ma nafx eżatt meta, pa,imma niltaqgħu żgur,u tara kemm nieħdu gost flimkien!”

La nikber insir bħalek!

Page 14: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

14 Ġunju 2020 XHIEDA

Ta’ dik l-eta kien kapaċi jifhem il-‘misteri’ tal-kompjuter daqslikieku kien speċjalista fl-IT. Għandek problema bil-

kompjuter? Mur staqsi ’l Carlo! L-għaxqa tiegħu jipprogramma, jeditja films, joħloq websites u jiddisinja pubblikazzjonijiet żgħar.

Imma ta’ dik l-età Carlo mar għand il-Ħallieq wara li marad bil-lewkemija. Ta’ dik l-età kien diġà wera li teenager jista’ jkun xhud ħaj tal-Vanġelu. Fi Frar li għadda, il-Vatikan ħabbar li Carlo Acutis se jiġi ddikjarat beatu.

Kien iħobb jgħid, “Kulħadd jitwieled oriġinal, imma ħafna jmutu fotokopji.” Imma x’tista’ tagħmel biex tibqa’ oriġinal?

Carlo ddeċieda jpoġġi l-Ewkaristija fiċ-ċentru ta’ ħajtu. Kien isejħilha “l-awtostrada tiegħi għall-Ġenna”. Qabel jew wara l-quddiesa kien

Ried jibqa’ oriġinalTa’ 15-il sena lil Carlo kienu jsibuh bħala ‘il-ġenju tal-kompjuter’. Imma mhux biss.

iħobb joqgħod fis-skiet quddiem it-Tabernaklu. Anki meta jgħaddi minn quddiem knisja, kien jidħol jagħti titwila lis-Sagrament u jgħidlu, “Ciao!”

Carlo kien żagħżugħ bħall-oħrajn, ma kienx perfett, imma kellu ħaġa waħda: kellu volontà soda ħafna. Lil ommu darba qalilha, “X’jiswa li tirbaħ elf battalja imma mbagħad ma tirbaħx lilek innifsek?” Battalja li rnexxielu jirbaħ kienet kontra l-ġenn li kellu għall-PlayStation. Meta induna li qed isir ilsir tiegħu, iddeċieda li ma jqattax aktar minn siegħa fil-ġimgħa fuqu.

Kien konxju ħafna taż-żmien; donnha qalbu ħebritu li ma kienx se jkollu ħafna minnu. “Kieku llum ħaj,” qalet ommu Antonia f ’intervista fi Frar li għadda, “ma naħsibx li kien jaħli ħafna ħin fuq Facebook. Kieku llum żgur li kien jintefa’ b’ruħu u ġismu fuq l-internet għax kien jaraha għodda tajba biex jevanġelizza u jilħaq ħafna nies.”

Page 15: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 15

Ried jibqa’ oriġinal

Fil-fatt Carlo laħaq żviluppa website dwar il-mirakli Ewkaristiċi, li tat bidu għal wirja internazzjonali magħrufa bħala “The Eucharistic Miracles of the World”, dwar 152 miraklu Ewkaristiku. Il-wirja diġà daret 3,000 parroċċa madwar id-dinja u hija disponibbli wkoll fuq DVD.

Carlo kien iqassam flus u ikel lil dawk li jgħixu barra fit-toroq ta’ Milan. Kellu wkoll kapaċità kbira jinduna minn xi problemi li jkunu għaddejjin minnhom sħabu, inklużi problemi ta’ kuxjenza jew abbuż ta’ drogi.

“Meta mmorru l-baħar,” tirrakkonta ommu, “dejjem kien iġib miegħu l-maskra biex jinżel inaddaf il-qiegħ, u meta kien joħroġ bil-klieb kien jiġbor iż-żibel li jsib barra – affarijiet żgħar, veru, imma kien jixtieq isebbaħ dik ir-rokna tad-dinja li kien jgħix fiha.”

Meta Carlo ħass li ma kellux ħafna aktar ħajja, darba qal lil ommu Antonia li kienet ħdejn is-sodda tiegħu, “Ma, nixtieq noħroġ mill-isptar, imma naf li m’iniex se noħroġ ħaj minn hawn … Kulħadd għandu l-Golgota tiegħu, ħadd ma jista’ jaħrab is-salib.” Anki ommu telgħet il-Golgota tagħha; għaddiet mill-esperjenza iebsa li tara lil binha jmut hekk żgħir f ’Ottubru tal-2006.

Ħafna ppruvaw ifarrġu lil ommu u staqsew għaliex Alla ma ħax lil xi ħadd anzjan minfloku. Imma Antonia kienet tweġibhom, “Ma nistax ngħid li Carlo nqabad mhux ippreparat.”

Carlo Acutis kien irnexxielu jibqa’ oriġinal. Ma ħalliex lilu nnifsu jsir fotokopja.

Page 16: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Qed nikteb dan l-artiklu propju f’Jum l-Omm. Minn moħħi bħalissa għaddejjin ħsibijiet dwar xi tfisser

il-kelma “omm”. Nista’ tikteb ktieb sħiħ u ma jkunx biżżejjed. L-imħabba tal-omm inqabbilha ma’ bir bla qiegħ, bir ta’ mħabba, li jibla’ kull tip ta’ ferħ, dwejjaq, uġigħ u dmugħ u kapaċi jibdel l-imrar f’imħabba. Niftakar fi kliem il-Kardinal Mermillod meta qal: “L-omm kapaċi tieħu l-post ta’ ħafna persuni oħra, iżda ħadd ma’ jista’ jieħu postha.”

X’hawn ikbar u isbaħ milli tnissel ħajja u trabbi iben jew bint! Ħafna jarawha bħala ħaġa diffiċli, u fil-fatt veru, għax din hi l-akbar biċċa xogħol li tista’ tagħmel fil-ħajja. Id-diffikultà hi li t-trabi meta jaslu ma jġibux magħhom manwal bl-istruzzjonijiet kif trabbihom tajjeb.

Żbalji tal-ġenituri

F’xogħli mal-ġenituri kultant niltaqa’ ma’ min jgħid, “Kemm nixtieq kont naf dan qabel għax għamilt ħafna żbalji!” Tajjeb niddistingwu bejn żball u ħażen. Żball nagħmluh minħabba xi dgħufija jew nuqqas ta’ tagħlim. Ħażen nagħmluh b’mod intenzjonat biex nagħmlu deni lil ħaddieħor. Fil-karriera twila tiegħi veru ftit kienu dawk il-ġenituri li aġixxew b’intenzjoni ħażina fit-trobbija ta’ wliedhom. Żball kulħadd jieħdu, u jista’ jiġi rranġat.

L-istess imħabba li aħna nuru lit-tfal tista’ tpatti għal ħafna mill-iżbalji li nagħmlu. Tfal iżgħar jinsew malajr, u kif tinbidel l-attitudni tal-ġenituri jinbidlu huma, għalkemm iż-żgħażagħ forsi jridu xi ftit aktar żmien biex jibdlu l-attitudnijiet tagħhom. Se nsemmi żewġ affarijiet li nistgħu nagħmlu biex nevitaw l-iżbalji.

16 Ġunju 2020 JOYCE CALLUS ULIEDNA

“L-istess imħabba li aħna nuru lit-tfal tista’ tpatti għal ħafna mill-iżbalji li nagħmlu fit-trobbija tagħhom”.

Page 17: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

2. Kif qed “ngħallem” lil uliedi? Qed nikkritikahom il-ħin kollu? Qed nitkellem fuqhom b’mod negattiv, qishom qatt ma jagħmlu xejn tajjeb? Jekk iva, allura inweġġagħhom qiegħed mhux ngħallimhom. Uliedna, speċjalment żgħażagħ, mhux lil min jagħmilha tal-għaref għandhom bżonn imma min lest jimxi magħhom u jiggwidahom.

Żbalji tal-ġenituri

1. Kif qed nikkomunika magħhom? Għajjat u twerżiq jindikaw nuqqas ta’ rispett u ta’ mħabba. Qabel niftħu ħalqna tajjeb naħsbu ftit jekk dak li se ngħidu jkunx ta’ ġid u jekk hux se jesprimi mħabba. Meta tkun irrabjat attent x’tagħmel u x’tgħid għax tiżbalja żgur.

Ġunju 2020 17

Page 18: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Kieku kelli nħares lejn il-ġimgħa li għaddiet, kemm-il darba għedt il-kelma grazzi, jew għamilt xi ħaġa biex nuri

apprezzament lejn xi ħaġa jew xi ħadd?

Ġieli bir-rutini differenti tagħna ninsew nieqfu u napprezzaw l-affarijiet ta’ madwarna.

Issa li ħajjitna kellha tieqaf u tinbidel mingħajr ma konna qed nistennew, iktar minn qatt qabel insib lili nnifsi ninnota affarijiet żgħar li qabel, bil-ġenn tal-ġurnata, kont neħodhom for granted.

Żgur li din mhux dejjem faċli. Ġieli jiġu ġranet fejn jidher qisu ma hemmx għal xiex inkun grat, ġranet meta jkolli xi ngħid mal-ġenituri jew xi ħbieb, jew ikolli wisq studju u xogħol u nħossni ħa niġġennen. Jew meta xi ħaġa li vera nkun nixtieqha tiġri tisfaxxa fix-xejn. U ġieli wkoll jiġu ġranet fejn inħossni qisu kollox sejjer ħażin.

Iżda hu proprju f ’dawn l-esperjenzi fejn il-gratitudni hija importanti f ’ħajti. F’mumenti bħal dawn, ikolli għażla: jew neħel fis-sitwazzjoni, inwaħħal f ’ħaddieħor u niffoka fuq

dak li mar ħażin, jew nibdel il-lenti għal waħda pożittiva, napprezza affarijiet oħra u tajbin f ’ħajti, u nuża dawk inqas tajbin bħala lezzjoni għall-futur.

Jekk din il-lenti pożittiva nilbisha kuljum, taf tħalli effetti pożittivi fuq ġismi, moħħi, l-attitudni ġenerali tiegħi, kif ukoll fuq il-mod kif nirrelata mal-oħrajn.

Mhux kuljum se tiġri xi ħaġa kbira li tbiddilli l-ġurnata, imma l-istess effett jista’ jkollhom l-affarijiet żgħar: id-dar li ngħix fiha u n-nies li jgħixu miegħi, iż-żiffa ħelwa f ’din is-sħana li bdiet tagħmel tagħha, u – fi żmien meta nistgħu nikkomunikaw bejnietna biss minn wara screen – it-teknoloġija.

Inħeġġek biex mir-rigal ta’ 24 siegħa li għandek kuljum tqatta’ ftit mumenti fl-aħħar tal-ġurnata u ssib tliet affarijiet li tħossok grat/a għalihom ... u tgħid grazzi fuq kollox lil min tahomlok: LILU!

18 Ġunju 2020 MICHAELA CARDONA ŻGĦAŻAGĦ

GĦAL XIEX JIEN GRAT?

Page 19: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 19

Page 20: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

20 Ġunju 2020 INTERVISTA

L-ewwel nett, għalfejn Dr Klown?“Mawra” fl-isptar tista’ tkun esperjenza ta’ biża’ u dwejjaq, speċjalment għat-tfal. Għalhekk Dr Klown jipprova jtaffi xi ftit mill-biża’ u d-dwejjaq u jnissel tbissima u joffri mument ta’ leġġerezza fost il-pazjenti. Għall-inqas għal mument it-tfal jinsew li jkunu morda.

Kif tħossok qabel tidħol fil-ward?Qabel nilbes il-lab coat nipprova “ninża’” mix-xogħol, il-ħsibijiet u l-ħajja mgħaġġla ta’ barra, u “nilbes” l-attitudni u l-burdata ta’ min irid joffri lit-tfal mument mingħajr il-ħsieb ta’ injections u testijiet. Aħna nkunu dejjem tnejn, u nippruvaw ngħinu lil xulxin biex nidħlu fid-dinja u l-atmosfera tal-klowning.

Għaliex l-umoriżmu u t-tbissima huma importanti? Ngħidu li ‘laughter is the best medicine’ – u xi drabi veru li t-tfal jidħqu u jieħdu gost. Għadni niftakar mument li ma ninsieh qatt meta dħalt f ’ward fejn kien hemm tifel li tant beda jieħu pjaċir u jidħaq li missieru, li kien qed ikellem lil omm it-tifel bil-mobile, għadda l-mobile f ’idejn it-tifel biex ommu tisma’ lil binha jidħaq waqt li kien qed jarana. Imma t-tfal mhux dejjem ikollhom aptit jidħqu u jieħdu sehem fil-logħob. Aħna ma nġegħluhomx jidħqu bilfors. Biżżejjed

Il-Klowning mhux ħaġa taċ-ċajt!Intervista ma’ Dr Klown Maria Sant Fournier

għalina li n-nurses jgħidulna li wara li nkunu tlaqna, xi wħud minn dawn it-tfal jgħidulhom li l-isbaħ ħin tal-ġurnata kien meta raw lilna nibbużullottjaw quddiemhom!

Kif u meta twaqqfet?L-idea ħoloqha fl-1971 ċertu Hunter Doherty “Patch” Adams, tabib u kummidjant Amerikan. L-idea saret popolari bis-saħħa tal-film “Patch Adams”, li fih ħadem Robin Williams. Kull sena, Patch jorganizza voluntieri biex imorru jferrxu tbissima fl-isptarijiet. F’Malta bdiet fl-2010 minn żewġ tobba Maltin meta dawn iltaqgħu mal-organizzazzjoni Taljana “Dottor Sorriso”. Niftakarni narahom fuq it-tv jappellaw għal voluntiera f ’Malta. F’Novembru 2011 Dr Klown ġiet irreġistrata bħala NGO kompletament volontarja. F’April 2017 kellna esperjenza indimentikabbli meta f ’Padova attendejna workshops ma’ ħu Patch Adams u għal konferenza minn Patch Adams innifsu.

Trid tkun tabib biex tkun Dr Klown? Min jista’ jsir Dr Klown? Hemm xi taħriġ involut? Stramba tgħidha, imma l-‘klowning’ mhux xi ħaġa taċ-ċajt, anzi huwa ħaġa serja! Ħadd minna ma għandu “kwalifika” bħala entertainer u ftit biss minna huma kkwalifikati bħala tobba, għalhekk ikollna bżonn ċertu taħriġ.

Page 21: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 21

Kulħadd jista’ japplika. L-għażla ssir permezz ta’ interviews, testijiet psikoloġiċi u ħiliet artistiċi. Madwar wieħed minn kull tmienja jirnexxilhom isiru Dr Klown!

It-taħriġ idum madwar sena u jinkludi taħriġ artistiku (eż. mimes, żfin, kant, rakkont ta’ stejjer, użu tal-vuċi, reċtar, puppets, espressjonijiet bil-wiċċ u, l-aktar importanti, kif timprovviża) kif ukoll psikoloġiku (kif iġġib ruħek f ’ċerti sitwazzjoni u x’tagħmel meta moħħok jibqa’ jbergħen fuq xi tfal li tkun rajt). Ikollna wkoll peer sessions mal-Psikologu Edward Curmi kull 6-8 ġimgħat u counselling fejn ikun meħtieġ. It-taħriġ jibqa’ jsir fuq bażi regolari b’weekend seminars jew nofstanhari biex intejbu l-ħiliet tagħna u l-ispirtu ta’ tim bejnietna. 

Bħalissa aħna 22 Klowns u 7 qed jitħarrġu. Jekk tgħodd is-support groups, il-membri fl-isteering committee, l-IT consultant u l-voluntiera b’kollox qegħdin 47. Ħadd ma jitħallas għall-ħidma tiegħu u lkoll ġejjin minn kull qasam tal-ħajja, bħal infermiera, tobba, għalliema (bħali), pensjonanti u ħaddiema fl-uffiċċji.

F’liema sptarijiet tattendu? Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 affettwatkom?Aħna nżuru Mater Dei (Rainbow, illum f ’SAMOC, Disneyland, Fairyland u Wonderland) u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Fl-aħħar xhur ma stajniex inżuru t-tfal fil-wards għalhekk organizzajna “żjarat” virtwali bl-għajnuna sħiħa tal-infermiera. Xi wħud minna rrekordjaw videos biex it-tfal jarawhom xħin iridu. Fuq il-website tagħna (drklown.org) għandna wkoll numru ta’ videos li konna rrikordjajna ħafna qabel tfaċċa l-COVID-19.

U meta ma jkollokx aptit tmur fil-wards? Meta ma nkunux fil-burdata jew għajjenin aħna mħarrġin kif it-tnejn li aħna ngħinu lil xulxin. Tiskanta dak il-lab coat li nilbsu qabel nidħlu fil-ward kemm jgħinek tibdel il-burdata u tidħol fl-atmosfera. Anki meta tasal lura d-dar, xi drabi tħossok imtaqqla u tixtieq toqgħod waħdek, imma shower tajba u l-esperjenza jgħinuk ma tibqax iġġorr dak li tkun ġibt miegħek mill-isptar u malajr terġa’ tidħol fid-dinja ta’ qabel.

Page 22: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Low vision & Magnification devices Portable Video Magnifier

45, Gwann Mamo Street, Luqa, LQA 1251 • 2248 9900 • [email protected] • evolveltd.eu

Page 23: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 23IN-NUTAR NUTAR DOTT. RYAN CALIGARI

X’hemm ġdid fil-liġi tal-kera (Parti 2)

F’April tkellimna dwar għal liema kirjiet tapplika l-liġi l-ġdida, l-obbligu tar-reġistrazzjoni, u x’għandu jinkiteb fil-

kuntratt tal-kera sabiex il-kirja titqies valida. Dan ix-xahar inkomplu niddiskutu s-suġġett f’aktar dettall.

X’regoli ġodda hemm dwar it-terminu tal-kirja? F’każ ta’ kirja residenzjali twila, din ma tistax tkun ta’ inqas minn sena. Kull ftehim li jistipula perijodu inqas minn sena għandu jitqies li sar għal sena. Barra minn hekk, il-liġi l-ġdida tistipula wkoll li l-kirja ma tistax titwaqqaf fi kwalunkwe ħin iżda mat-terminu tal-perijodu stipulat fil-kuntratt stess, ħlief f’każijiet fejn il-kerrej ikun kiser xi waħda mill-obbligazzjonijiet tiegħu lejn is-sid.

Minbarra dan, fi żmien mhux inqas minn tliet xhur qabel tiskadi l-kirja, is-sid tal-kirja għandu l-obbligu li jinforma lill-kerrej b’ittra reġistrata li għandha tintbagħat lill-kerrej biex javżah li l-kuntratt tal-kera wasal biex jiskadi u li huwa ma jixtieqx li l-kirja tiġġedded. Fin-nuqqas ta’ dan l-avviż mis-sid, il-kirja tiġi mġedda b’mod awtomatiku għal sena oħra.

Min-naħa l-oħra, il-liġi toħloq bilanċ, fis-sens li l-kerrej ma jistax jirtira mill-kirja qabel jgħaddi ċertu żmien:• f’każ ta’ kirja għal perijodu ta’ inqas minn

sentejn, qabel il-kerrej ikun jista’ jittermina l-kirja jridu jgħaddu sitt xhur;

• f’każ li l-kirja tkun għal perijodu bejn sentejn u tliet snin, il-kerrej għandu l-obbligu li jibqa’ fil-fond għal disa’ xhur;

• meta l-kirja tkun għal tliet snin jew iktar, dan il-perjodu għandu jitqies li hu ta’ tnax-il xahar.

Dawn ir-regoli dwar meta l-kerrej jista’ jew ma jistax iwaqqaf il-kirja huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-sid li jwaqqaf il-kirja anki wara ġimgħa f’każ li l-kerrej jikser xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt.

Hemm xi limitu fuq l-ammont ta’ kera? Il-liġi l-ġdida tħalli f’idejn il-partijiet biex jiddeċiedu huma dwar l-ammont ta’ kera dovut mill-kerrej. Imma meta l-partijiet jaqblu dwar kemm se jkun dan l-ammont, il-kirja ma tistax tiżdied iktar minn darba fis-sena. Barra minn hekk, din iż-żieda annwali ma tistax tkun iktar minn 5% fuq il-kirja preċedenti.

Kemm iddum il-kirja?

B’kemm tista’ tiżdied?

Page 24: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

F’daqqa waħda …

24 Ġunju 2020

SAJF 1916

GĦALINA T-TFAL

Ħafna jafu li l-Madonna dehret f’Fatima lil Luċija, Franġisku u Ġjaċinta, imma mhux kulħadd jaf li sena qabel kien dehrilhom ukoll anġlu biex jippreparahom.

Xi sħana!

In-nagħaġ ġewwa.Nistgħu

nistrieħu ftit.

Imnalla hawn id-dell!

X’qed tagħmlu sabiħ?

Il-Qlub Imqaddsa ta’ Ġesù u Marija jixtiequ

juru l-ħniena tagħhom …

… u din jagħmluha permezz tagħkom.

Imma kif? Itolbu u agħmlu penitenza …

… biex min hu bogħod minn Ġesù jerġa’ lura.

Jien l-Anġlu Kustodju

tal-Portugall.

Luċija, Franġisku u Ġjaċinta

F’daqqa waħda …

Page 25: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

ĦARIFA 1916Ejjew nitolbu

r-Rużarju kif qal l-Anġlu.

Ara!

Ġunju 2020 25

Ammen.

Ħafna jafu li l-Madonna dehret f’Fatima lil Luċija, Franġisku u Ġjaċinta, imma mhux kulħadd jaf li sena qabel kien dehrilhom ukoll anġlu biex jippreparahom.

Hawn xi ħadd!

X’għandu f’idu?

Dawk ostja u kalċi.

Donnhom qed itiru fl-arja

Qed tisimgħu? L-Anġlu qed

jgħid talba ġdida.

Santissima Trinità, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, jien nadurak profondament. Jiena

noffrilek il-Ġisem l-aktar prezzjuż,

id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Sidna Ġesù Kristu …

Ipprova itlob ir-rużarju kuljum, bħat-tlett itfal ta’ Fatima. Mal-ġenituri tiegħek tista’ tgħid ukoll it-talba li għallimhom l-anġlu qabel qarbinhom (indikata b’tipa ħamra).

… preżenti fit-tabernakli kollha

tad-dinja, bi tpattija għall-offiżi,

sagrileġġi u bruda li joffenduh...

... u għall-merti infiniti tal-Qalb

Imqaddsa Tiegħu u tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, nitolbok

għall-konverżjoni tal-midinbin.

Ammen.

Page 26: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti
Page 27: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 27

1. X’kien jismu Pietru qabel Ġesù tah dan l-isem? Xi jfisser l-isem Pietru?

2. X’kien xogħlu meta sejjaħlu Ġesù? Minn fejn kien?

3. X’kien jismu ħu Pietru, li introduċieh ma’ Ġesù?

4. Ġesù fejjaq persuna tiġi minn Pietru. Kif kienet tiġi minnu u biex mardet?

5. Ġesù darba staqsa lill-appostli min kienu qed jgħidu li hu. X’wieġeb Pietru?

6. Għaliex Pietru beda jegħreq ftit wara li Ġesù sejjaħlu biex jimxi lejh fuq il-baħar?

7. Liema kienu dawk it-tliet mumenti li Ġesù ried miegħu biss tliet appostli, fosthom Pietru?

8. X’kien jismu l-qaddej tal-qassis il-kbir li Pietru qatagħlu widintu fil-Ġestsemani?

9. Min mar jgħid lil Pietru u lill-appostli l-oħra li Ġesù kien qam mill-mewt?

10. X’wieġeb Pietru meta Ġesù Rxoxt staqsieh tliet darbiet “Tħobbni?”?

11. Dakinhar li niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, kemm tgħammdu nies wara l-prietka ta’ Pietru?

12. Skont it-tradizzjoni kif u fejn miet Pietru?

KWIZZ

Żewġ kolonni

13. F’liema belt kien sejjer San Pawl meta seħħet il-konverżjoni tiegħu x’kien sejjer jagħmel hemm?

14. Meta niċċelebraw il-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl?

15. Minn liema belt kien San Pawl?16. X’kien jismu Pawlu qabel bidel ismu?17. X’kienet is-sengħa tiegħu?18. X’kien jismu l-Prinċep tal-gżira meta Pawlu

wasal Malta?19. Kemm dam Malta San Pawl?20. Skont it-tradizzjoni kif u fejn miet San Pawl?

Tweġibiet: (1) Xmun, blata (2) Sajjied; il-familja kienet minn Betsajda imma fi żmien Ġesù kien joqgħod Kafarnahum (3) Indrì (4) Omm il-mara; kellha deni qawwi (5) “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” (6) Beda jiddubita (7) Meta qajjem mill-mewt lil bint Ġajru; fit-Trasfigurazzjoni; fil-Ġetsemani (8) Malku (9) Marija ta’ Magdala (10) “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” (11) Tlett elef (12) Sallbuh f ’Ruma. (13) Damasku; biex jaqbad lill-Insara (14) 25 ta’ Jannar (15) Tarsu, fit-Turkija (16) Sawl (17) Jagħmel it-tined (18) Publju (19) Tliet xhur (20) Qatgħulu rasu f ’Ruma.

Kwizz dwar San Pietru u San Pawl biex tagħmluh id-dar flimkien.

Page 28: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

GostFlimkien

Kemm jiżnu l-annimali

28 Ġunju 2020

Il-ħames waħdaMissier Ġuża kellu ħamest ibniet: Nana, Nena, Nina u Nona. X’jisimha l-ħames waħda?

Lukanda fiha mitt kamra. Raġel ġie mqabbad jikteb in-numri fuq il-bibien kollha. Kemm-il darba jrid jikteb in-numru 7?

Seba’ number words bl-IngliżSib seba’ number words bl-Ingliż f’dan il-paragrafu. (Eżempju eight jista’ jkun moħbi f’kelma waħda bħal height jew fi tnejn, bħal Ride in a sleigh tonight:Where has the fat worm gone? He was wriggling away from my reel even before I had the hook on it! I’ve lost him, I’ll be sorry. This evening I came prepared with reel, line and bait hoping to catch plenty of fish. It’s not often that a worm of ours gets away!

7

Numru fil-bajda

Kaxex

Page 29: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Ġunju 2020 29

SOLUZZJONIJIET

NUMRU FIL-BAJDA: 4 (differenza bejn 9 u 5, u bejn 5 u 1 bl-istess mod bħall-oħrajn).KAXEX: żewġ soluzzjonijiet possibbli: 12 jekk tgħodd kemm-il darba l-linji jikkrossjaw; 14 jekk tgħodd in-numru ta’ kaxex.NUMRU 7: In-numru 7 nkiteb għoxrin darba.KEMM JIŻNU L-ANNIMALI: kelb 17, qattus 7, fenek 3 = 27kg.IL-ĦAMES WAĦDA: Ġuża (avolja probabbli f’xi ħin ħsibt li jisimha Nuna!).NUMBER WORDS: Where has the fat worm gone? He was wriggling away from my reel even before I had the hook on it! I’ve lost him, I’ll be sorry. This evening I came prepared with reel, line and bait hoping to catch plenty of fish. It’s not often that a worm of ours gets away!D = 1345; E = 2440: Kull żewġ numri ta’ isfel huma konnessi ma’ dak ta’ fuqhom li qed jgħaqqadhom. Għodd 198 + 263 = 461. Dan huwa 15 aktar min-numru ta’ fuqhom li hu 446. Kompli biż-żewġ numri oħra: 446 u 679 = 1125 li hu wkoll 15 aktar minn 1110. Kompli bl-istess mod sa fuq.XARABANK: Il-bieb ma jidhirx, mela bilfors qiegħed fuq in-naħa l-oħra. F’pajjiżi bħal Malta, fejn il-karozzi jimxu fuq ix-xellug tat-triq, il-bieb ikun fuq ix-xellug, mela l-karozza sejra lejn il-lemin. F’pajjiżi fejn isuqu fuq il-lemin tat-triq, il-bieb ikun fuq il-lemin, mela x-xarabank sejra lejn ix-xellug.TRIJANGOLI: 35.

Sib kemm-il trijanglu hemm fil-pentagonu.

(Mhux faċli daqskemm tidher!)

Liema naħa sejra l-karozza?

Sib il-valuri ta’ E u ta’ D

Trijangoli

Page 30: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

30 Ġunju 2020

It is said that before entering the sea a river trembles with fear.She looks back at the path she has travelled, from the peaks of the mountains, the long winding road crossing forests and villages.And in front of her, she sees an ocean so vast, that to enter there seems nothing more than to disappear forever.But there is no other way.The river cannot go back.Nobody can go back.To go back is impossible in existence.The river needs to take the risk of entering the ocean because only then will fear disappear, because that is where the river will know it is not about disappearing into the ocean, but of becoming the ocean.

Kahlil Gibran

FEAR

Page 31: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Flimkien fuq NEWSBOOKGħal dawn l-aħħar tliet xhur ma stajniex inqassmu l-magazin “Flimkien” fid-djar tagħna. Madankollu, il-Flimkien qed ikun

disponibbli fuq newsbook.

L-aħjar mod kif taċċessah huwa billi tmur fuq l-istrixxa ta’ fuq fejn hemm AĦBARIJIET, SPORT, OPINJONI, LIFESTYLE, CORONAVIRUS. Meta tagħfas LIFESTYLE joħroġ menu b’sitt għażliet, u waħda minnhom hija propju FLIMKIEN MAGAZINE.

Agħfas din u faċli ssib il-ħarġa tax-xahar. Tista’ tqalleb il-paġni u tkabbar it-tipa kemm trid.

www.newsbook.com.mt

2144 8837

REALCARE+

IS-SOLUZZJONI

SERRAĦ RASEK!Ara lil dawk li tħobb

igawdu ż-żmien anzjan bi kwalita` ta’ ħajja

li tant jistħoqqilhom.

KELLIMNA

9912 8988

Nipprovdu kura ta’ kwalita` li tgħin lil dawk viċin tiegħek ikunu kuntenti u ndipendenti fil-kumdita` ta` darhom.

Nipprovdu kull kura li għandek bżonn kemm sempliċiment kumpanija, assistenza fir-rutina ta’ kuljum, kif ukoll kura għal dawk li huma fis-sodda. Il-kura hija mfassla għall-bżonnijiet speċifiċi tiegħek.

Nipprovdu nies professjonisti mħarrġa, kompetenti u kwalifikati. L-għeżież tiegħek jkunu f’idejn tajba.

[email protected]

35, Triq il-Karmelitani, Santa Venera, SVR 1725, Malta

realcare+maltaREKLUTAĠĠLingwa Maltija/IngliżaFull/Part TimeAgħżel Kemm Sigħat Trid(minimu ta’ 2 sigħat)

Page 32: Flimkien - Newsbook · Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana EMAIL Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti

Qegħdin niżviluppawKarozza Elettrika Rivoluzzjonarja

NINTRODUĊU

INVESTI FL-IKTAR ĦAĠA LI QIEGĦDA FUQ FOMM KULĦADD BĦALISSA!

Investi b’ammont minimu ta’ €3,000Bond marbut mal-ħarsien tal-ambjent b’rendiment ta’ 4.5%**E-Stream Energy GmbH & Co Kg qiegħda tniedi bond ta’ €8,000,000 4.5% E-Stream Energy (2019-2029) marbut mal-ħarsien tal-ambjent. Il-garanzija pprovduta minn Timberland Securities Investment plc mhux garantit. Ir-rendiment jitħallas fi Frar u Awwissu b’ammont Minimu ta’ €3,000.

creditreform.de

Aragon House Business Centre, Dragonara Road, St Julian’s STJ 3140+356 2090 8100 [email protected] www.estream-bonds.com

E-Stream Energy GmbH & Co Kg (inkorporata fil-Ġermanja bl-uffiċċju reġistrat fi Wilhelmshofallee 83,47800 Krefeld, il-Ġermanja) hija l-emittent ta’ bond mhux subordinat maħruġ skont it-termini ta’ Prospett Bażiku datat 19 Novembru 2019, u approvat mir-regulatur finanzjarju ta’ Liechtenstein skont it-termini tad-Direttiva dwar il-Prospett u t-Termini Finali rilevanti ( minn issa msejħa “Prospett”). Il-Garanti huwa Timberland Securities Investment plc, inkorporat f’Malta bl-uffiċċju reġistrat f’171, Old Bakery Street, Valletta, li jipprovdi garanzija inkondizzjonata, irrevokabbli u mhux garantit lill-Bond. Id-distributur appuntat tal-4.5% E-Stream Energy bond f’Malta huwa Timberland Invest Ltd (bl-uffiċċju tan-negozju li jinsab f’Aragon Business Centre, Dragonara Road, St Julian’s, STJ 3140), li hija entità regolata awtorizzata mill-MFSA, dejjem skont l-Att tal-Investment Services,1994. Investituri prospettivi għandhom jinnutaw li l-bond ma jistax jissarraf qabel id-data tal-maturità. Kif ukoll, jekk se tinvesti f’dan il-bond, mhux se jkollok aċċess għal flusek qabel id-data tal-maturità. Madankollu, inti tista’ tittrasferixxi, jew tbigħ, il-bond tiegħek, dejjem skont it-termini tal-Prospett datat 19 Novembru 2019. Il-valur tal-investimenti tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll jinżel, u tista’ titlef xi parti jew l-ammont kollu li inti tkun investejt. Il-prestazzjoni tal-imgħoddi mhix neċessarjament indikattiva tal-prestazzjoni tal-futur. Investituri prospettivi huma mħeġġa biex jiksbu parir xieraq u addattat qabel ma jinvestu, kif ukoll biex jaqraw il-Prospett, partikularment ir-‘Risk Factors’ li jinsabu fih. Kopja tal-prospett tista’tinkiseb b’xejn, dejjem matul il-ħin normali tan-negozju, mill-uffiċini ta’ Timberland Invest Limited, jew inkella mill-uffiċċju tan-negozju ta’John Degiorgio, l-aġent marbut ta’ Timberland Invest Ltd li jinsab f’10, Triq ta’ Xlejli, Il-Gudja GDJ1801 jew mis-sit elettroniku http://www.estream-bonds.com. Dan ir-riklam huwa awtorizzat minn Timberland Invest Ltd. L-evalwazzjoni tas-solvibbiltà maħruġa minn Creditreform (“CR”) hija opinjoni indipendenti tas-solvibbiltà ta’ entità jew debitur, jew b’mod ġenerali jew fir-rigward ta’ obbligu finanzjarju speċifiku. L-istimi ta’ CR huma dikjarazzjonijiet ta’ opinjoni rigward ir-riskju tal-kreditu (jew is-solvibbiltà) u mhux dikjarazzjonijiet tal-fatt. CR mhijiex aġenzija regolata tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif definita mir- Regolazzjoni (EU) 462/2013 tal-Parlament Ewropow.

John Degiorgio huwa reġistrat mal-MFSA bhala l-agent marbut ta’ Timberland Invest Ltd għall-provediment tas-servizz ta’ twassil u trasmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ titoli trasferibbli.

Ċempel lil John Degiorgio fuq 9942 7746Email: [email protected]