frar 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l alla jkun aktar...

62
FRAR 2021 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 22-Mar-2021

10 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

FRAR 2021

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjoni tal-Papa Franġisku għal dan ix-xahar ta’ Frar:

Universali: Il-Vjolenza kontra n-nisa Nitolbu għan-nisa li huma vittmi tal-vjolenza, biex is-soċjetà tħarishom u tagħti l-attenzjoni u l-importanza mistħoqqa lit-tbatijiet tagħhom. Dati importanti għax-xahar ta’ Frar : 2 ta’ Frar: Il-Preżentazjoni tal-Mulej. 10 ta’ Frar: Festa ta’ San Pawl 11 ta’ Frar: Jum il-Morda. Il-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes - L-Ewwel

Dehra. 17 ta’ Frar: L-Erbgħa tal-Irmied. Il-Bidu tar-Randan 21 ta’ Frar: L-Ewwel Ħadd tar-Randan 25 ta’ Frar: Jum ta’ talb għall-Vokazzjonijiet Lasalljani Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Frar tista’ tiġi aċċessata minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- FRAR 2021 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista De La Salle

Page 3: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

2 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, l-1 ta’ Frar Santa Briġida tal-Irlanda

San Henry Morse – Ġiżwita

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 11: 32-40 Bil-qawwa tal-fidi huma rażżnu saltniet. 2. Salm 30: 20-24 Issaħħu u qawwu qalbkom. 3. Mark 5: 1-20 Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!

SANTA BRIĠIDA TA’ KILDARE, L-IRLANDA (452-524) Santa Briġida hija l-aktar qaddisa importanti fl-Irlanda, wara San Patrizju. Għexet ħajja ta’ verġni minn ċkunitha. Bniet ċella, taħt siġra tal-ballut, li għalhekk jisimha Kill-dara (ċella tal-

balluta). Billi marru jgħixu magħha bosta nisa oħra, għamlu komunità ta’ sorijiet, li kellha ħafna friegħi oħra mxerrdin fl-Irlanda kollha u li baqgħu jagħarfu ’l Briġida bħala l-madre badissa tagħhom.

In-nisa li kienu jissieħbu magħha fid-diversi monasterji kienu l-biċċa l-kbira nisa ta’ klassi għolja. Kellhom magħhom patrijiet li kienu joffrulhom is-servizzi Liturġiċi, u anke xogħol manwali ta’ kull xorta.

Santa Briġida kienet magħrufa għat-tjubija tagħha, l-għaqal li kienet turi biex tgħin lill-miżżewġin fil-problemi tagħhom.

Is-Salib ta’ Santa Briġida: hija kienet għamlet salib bil-friegħi tal-gummar biex jipproteġi lill-kap tat-tribù li kien marid. Dan il-kwalità ta’ salib wieħed għadu jarah imdendel mad-djar u bini ieħor lejliet il-festa tagħha, biex ibiegħed lill-pajjiż min-nar u biex jgħin lin-ngħaġ li kienu ser iwelldu l-ħrief.

Il-fama ta’ Santa Briġida ta’ Kildare nxterdet mal-Ewropa mill-pellegrini Irlandiżi u missjunarji, u ħafna knejjes ġew mibnija f’ġieħha: fi Pjaċenza fl-Italja u speċjalment fil-Bretanja fi Franza.

L-isem tagħha jfisser ħafna u stmat min-nisa Irlandiżi. L-Irlanda pproklamat btala nazzjonali f’ġieħ in-nisa Irlandiżi. Bosta knejjes fl-Ingilterra u fl-Iskozja huma ddedikati għaliha, fosthom St.

Bride ta’ Fleet Street, Londra. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb , kap. 31: Bosta wħud jixtiequ jagħmlu l-orazzjoni bil-ħrara, imma mbagħad ma jagħmlux dak li hemm bżonn biex iseħħ dan fihom. L-aktar ħaġa li tfixkel u ttellef hi li nħallu lil qalbna titqanqal u tinġibed lejn il-ħwejjeġ ta’ did-dinja, u li xejn ma ngħakksu lilna nfusna. Kif aħna mela? Liema spirtu hu li qed imexxina? X’inhu li rridu? Tassew li aħna nies tar-ruħ; u safrattant x’nitħabtu għall-ħwejjeġ li fix-xejn jispiċċaw, u l-ħsibijiet tagħna huma kollha fihom; imbagħad il-ħwejjeġ ta’ ruħna rari naħsbu fihom u lanqas kif imissna.

Page 4: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 3

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 190, silta mit-2 punt

There are many people who would like to have piety, and they often pray to God even with affection and fervor, but they have to have all their comforts. If they have something to suffer, right away they complain, and everyone must commiserate with them and become involved to search for some way to comfort them. How can such people desire so much to suffer nothing, seeing a queen love so firmly to mortify herself? Withdrawn as you are from the world, you ought to consider mortification as an obligation for you. Let it serve as a seasoning for all that you do for God, and make a habit of practicing it. Be a ssured that to live without the spirit of penance and without mortification is not to live as a true Christian, much less as a religious.

TALBA

Talba fuq is-Salm 51:12 – “Oħloq fija qalb safja, O Alla, u Spirtu qawwi ġedded fija.”

Mulej, Alla tiegħi, nitolbok issaffili qalbi

minn dak kollu li mhux “INT” biex tkabbar fija

l-bniedem ta’ ħajja interjuri u tħalli l-Ispirtu tiegħek

iwettaq l-opra tiegħu fija, jiffertilizzaha bil-preżenza tiegħu.

Jiena nemmen, O Alla tiegħi, li l-paċi u l-libertà

ġejjin mill-Ispirtu tiegħek. O Alla tiegħi: għarrafni

t-triqat tiegħek Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 5: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

4 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, it-2 ta’ Frar Il-Preżentazzjoni tal-Mulej

Santa Katerina Ricci – verġni Jum il-Ħajja Kkonsagrata

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Malakija 3: 1-4 Jasal fit-tempju tiegħu s-Sid mistenni minnkom. jew Lhud 2: 14-18 Sar jixbaħ lil ħutu f’kollox. 2. Salm 23: 7-10 Il-Mulej hu s-sultan tal-glorja. 3. Luqa 2: 22-40 Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek. Il-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ – il-Gandlora Il-Gandlora ġejja mil-Latin, “candelorum” (festa tax-xemgħat), hi l-festa tal-

purifikazzjoni ta’ Marija Verġni, erbgħin jum wara t-twelid ta’ Ġesù. Din il-festa tidher Ġerusalemm, fi tmiem ir-raba’ seklu, imbagħad

Kostantinopoli, fi żmien Ġustinjan li daħħalha fil-544. Fi żmien il-Papa Serġju I (687-701) kienet tissejjaħ f’Ruma, “Jum San

Xmun” u kienet issir purċissjoni minn S. Adrijan sa S. Maria Maggiore, bħalma kien isir fil-festi l-oħra tal-Madonna.

Dan ifisser li kienet daħlet fiċ-ċirku tal-festi ta’ Marija Ssma. Billi l-purċissjoni kienet issir bil-lejl, kien użu li jieħdu x-xemgħat, u billi kienet purċissjoni ta’ penitenza, ukoll illum il-purċissjoni ssir bil-paramenti vjola.

Mhux żgur li din il-purċissjoni daħħalha Ruma l-Papa Ġelazju (492-496) biex tissopprimi l-fjakkolata pagana tal-Lupercali (festa tat-tisfija) li kienet taħbat fil-15 ta’ Frar.

S. Bernard jgħid li din il-purċissjoni qaddisa saret l-ewwel darba mill-Madonna, San Ġużepp, Xmun u Anna, biex imbagħad tinxtered mad-dinja għall-ġieħ tal-misteru tal-purifikazzjoni. U fit-tieni prietka jgħid: “Jimxu tnejn tnejn u jżommu fi jdejhom xemgħat mixgħula mhux min-nar komuni iżda minn dak li kien imbierek fil-knisja mis-saċerdot, u jkantaw fit-triqat tal-Mulej, għax il-ġieħ tiegħu hu kbir ferm.”

Juri kif il-konkorrenza ta’ ħafna fil-purċissjoni u fit-talb hi simbolu tal-għaqda u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih.

Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li jekk nieqfu fit-triq tal-virtù nkunu qegħdin sejrin lura.

Id-dwal li nżommu fi jdejna jfissru n-nar tal-imħabba t’Alla li biha qlubna għandhom ikunu mixgħula.

Inżommuhom f’idejna, biex nagħtu qima ’l Kristu, u nagħarfuh bħala d-Dawl tabilħaqq (S.Ġwann: 1. 9) kif ix-xwejjaħ Xmun isejjaħlu f’dan il-misteru: “Dawl biex idawwal il-Ġnus” (S. Luqa II. 3)

Għax hu ġie biex ikeċċi d-dlamijiet spiritwali tagħna.

Page 6: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 5

Ix-xemgħat juru wkoll li bil-fidi d-dawl tiegħu jiddi f’ruħna. Dawn ukoll ifissru li għandna nħejju t-triq għalih bl-opri tajba, li bihom aħna

nfusna nsiru dawl għall-bnedmin. Riflessjoni: Fir-rakkont tal-preżentazzjoni Ġesù fit-Tempju, l-għerf hu rrappreżentat miż-żewġt ixjuħ, Xmun u Anna: persuni doċli għall-Ispirtu s-Santu (jissemma tliet darbiet), immexxija minnu, imdawla minnu. Il-Mulej tahom l-għerf permezz ta’ mixja twila fit-triq tal-ubbidjenza għal-liġi tiegħu. Ubbidjenza li, minn naħa, tbaxxi u xxejjen, imma, min-naħa l-oħra tixgħel u tħares it-tama, tagħmilhom kreattivi, għax kienu mimlija bl-Ispirtu s-Santu. Huma jiċċelebraw ukoll xorta ta’ liturġija madwar it-tarbija li tidħol fit-tempju: Xmun ifaħħar lill-Mulej u Anna “titkellem” fuq is-salvazzjoni (ara Lq. 2:28-32,38). Bħal fil-każ ta’ Marija, anki x-xwejjaħ Xmun jieħu t-tarbija f’dirgħajh, imma, fir-realtà, hi t-tarbija li tagħfsu magħha u tmexxih. Il-liturġija tal-Ewwel Għasar tal-Festa tal-lum dan tesprimih b’mod ċar u sabiħ: “senex puerum portabat, puer autem senem regebat”. Kemm Marija, l-omm xbejba, u kemm Xmun, ix-xwejjaħ “nannu”, jieħdu t-tarbija fi jdejhom, imma hi t-tarbija nfisha li tmexxihom it-tnejn li huma. Il-Papa Franġisku Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 104, it-2 punt While going through the ceremony of purification, the Most Blessed Virgin, in order to obey the Law to its fullest extent, offered her Son to God because he was her firstborn. The eternal Father, who willed that this dear Son be one day immolated on the cross to expiate our sins, returned him for the time being to the authority of his holy mother after she had bought him back by the offering prescribed by the Law. This offering that the Son of God made to his Father was at that moment only an interior one, although it was made exteriorly on the part of the Most Blessed Virgin. Jesus was waiting to make the exterior offering of himself on the tree of the cross before the eyes of the entire world.

TALBA O Alla Etern,

nitolbok b’umiltà din it-talba; hekk kif l-iben waħdieni tiegħek,

ħa s-sura ta’ bniedem, u kien ippreżentat fit-tempju,

agħmel li nkunu denji, biex niġu ppreżentati quddiemek bi qlub safja.

Dan nitolbuh f’ġieħ Ġesù Kristu, ibnek, Ammen.

Magnificat

Missierna ...

Page 7: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

6 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-3 ta’ Frar San Bjaġju - isqof u martri

San Ansgarju (Oscar) - isqof Santa Vergeburga

Il-Beatu Stiefnu Bellesini – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 12, 4-7.11-15 Il-Mulej iwiddeb lil min iħobb. 2. Salm 102: 1-2.13-14.17-18a It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem. 3. Mark 6: 1-6 Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu.

SAN ANSGAR (JEW OSKAR) - isqof (c.801-865) Ansgar (jew Oskar) jissejjaħ l-Appostlu tal-Iskandinavja għax ħadem ħafna

fid-Danimarka u fl-Isvezja. Hu twieled f’Amiens, Franza, fit-801. Hu kien raħeb Benedittin, fil-famuż

monasteru qadim ta’ Corbie. Minn Corbie bħala patri żagħżugħ u għalliem f’Piccardy, hu mar biex jgħin fit-twaqqif ta’ Corbie l-ġdida, jew Corvey, f’Westphalia – monasteru li kellu jkun il-benniena taċ-ċiviltà Nisranija fil-Ġermanja tat-Tramuntana. Minn hawn ir-Re Harold tad-Danimarka ħadu biex jaħdem fost il-pagani Daniżi.

Ansgar kien maħtur arċisqof ta’ Hamburg u legat tal-Papa. Għal tlettax-il sena hu pprietka u organizza missjonijiet fl-Iskandinavja u fil-Ġermanja tat-Tramuntana. Fit-845, nies min-Nord qerdu Hamburg, u d-Danimarka u l-Isvezja reġgħu tilfu l-fidi. Is-sede ta’ Bremen kien mgħaqqad ma’ dik ta’ Hamburg. San Oskar irritorna fid-Danimarka u beda jaħdem biex iġib lura għall-fidi mill-ġdid lill-poplu f’dak il-pajjiż.

Ansgar kien predikatur u amministratur jinqala’. Kien bniedem mogħti għat-tgħakkis, iħobb il-fqar.

Hu kien jixtieq li jmut martri, iżda miet fil-paċi fi Bremen nhar it-3 ta’ Frar 865 fl-età ta’ ħamsa u sittin sena.

B’xorti ħażina wara l-mewt ta’ San Ansgar (jew Oskar) l-Isvezja reġgħet lura kompletament għall-paganiżmu.

Riflessjoni: Kemm il-fejqan tal-mard u kemm il-maħfra tad-dnubiet huma t-tnejn ħwejjeġ kbar. Alla biss jista’ jagħmilhom ... “Għall-Evanġelista huwa importanti li ż-żewġ għemejjel juru l-qawwa ta’ Ġesù. L-espressjoni ‘Bin il-Bniedem’ użata hawnhekk flinkien ma’ dik ta’ Mulej’ jew ‘Alla’ hija t-titlu li s-sinifikat tiegħu juri l-ogħla qawwa ta’ dan Ġesù fit-Testment il-ġdid. Bin il-Bniedem huwa fil-fatt ir-rappreżentant ta’ Alla quddiem il-ġnus; għalhekk Bin il-Bniedem għandu s-setgħa ta’ mħallef u skont Mt. 25: 31-46 u Ġw. 5: 21,

Page 8: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 7

25, 27 lilu huwa mogħti r-rwol tal-Ġudizzju Universali. Il-qawwa tal-maħfra tad-dnubiet. Il-qawwa tal-maħfra tad-dnubiet hija fdata f’idejn dan l-Imħallef. L-Imħallef biss jista’ jaħfer jew jikkastiga d-dnubiet. Għaż-żmien tiegħu fuq l-art Ġesù ma ġiex mibgħut bħal mħallef ta’ qilla imma bħala dak li jaħfer id-dnubiet kollha.” Bruno Ferrero

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mit-2 punt

Must you not, then, offer your life willingly to God and sacrifice it to him to preserve his holy love or to increase it in you? God has given you this life out of an entirely gratuitous goodness. It is quite right, then, that you show God how much you are indebted to him and how totally you belong to him by paying homage to God for your life as something that belongs to him and of which you are only the guardian. It is truly to sacrifice your life for God and to spend it only for him. This is what you can do in your profession and your work, not being concerned whether you die in a few years, provided that you are saved and that you win souls for God. They will help you rise to heaven because you have tried to help them procure admittance there, have taught them how to enter, and have helped them take all possible means of doing so. In this way you will show God that you love him with all your soul.

. TALBA

Sinjur Alla, inti ħlaqt il-bniedem fuq ix-xbieha tiegħek;

mela min iħobb lilek ma jistax ikun li ma jħobbx ’il kull bniedem mingħajr eċċezzjoni ta’ ħadd,

u min iħobb lilek, inti tħobbu ta’ Alla li inti, u tħobbu skont il-grazzja u skont l-ordni tan-natura,

billi int xejn ma tobgħod mill-ħwejjeġ li ħlaqt. O kemm jintgħaraf min lilek iħobb bil-verità.

San Ġorġ Preca

Missierna ...

Page 9: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

8 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, l-4 ta’ Frar San Ġużepp ta’ Leonessa – saċerdot

San Ġwann de Britto – saċerdot u martri San Andrea Corsini – isqof

Santa Katerina Ricci - verġni Il-Beati Rodolf Acquaviva – presbiteru, u sħabu - martri;

Franġisk Pacheo u Karlu Spinola – presbiteri, u sħabhom - martri; Ġakbu Berthieu - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 12: 18-19.21-24 Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt

ta’ Alla l-ħaj. 2. Salm 47: 2-4.9-11 Naħsbu, o Alla, fuq it-tjieba tiegħek. 3. Mark 6: 7-13 Kristu kellu jqum mill-imwiet.

SAN ĠWANN DE BRITTO (1647-1693) – martri u Ġiżwita Twieled Lisbona fl-1 ta’ Marzu minn ġenituri nobbli u trabba fil-qorti tal-

Prinċep Pietru li wara ftit laħaq re. Qalb il-perikli u l-vizzji tal-qorti żamm dejjem, u hekk ħabb is-safa tar-ruħ, li

kienu ġa jsejħulu l-qaddis u l-martri, tħabbir ta’ dak li kellu jiġi. Billi kien delikat, missieru u ommu kkonsagrawh lil S. Franġisk Saverju.

Ta’ ħmistax-il sena daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Meta ħa l-quddiesa talab biex jibagħtuh il-missjoni tal-Indja u qala’ l-grazzja.

Wasal Goa, f’Settembru tal-1673 u qabel ma beda jaħdem għamel l-Eżerċizzi ta’ Sant’Injazju Kranganore għal tletin jum.

L-għalqa tiegħu kienet il-missjoni tal-Madura u evanġelizza l-ħames saltniet tagħha b’ħeġġa kbira u bi tbatija u sagrifiċċju tal-għaġeb.

Ma kienx jiekol ħlief ħxejjex: la nbid, la laħam u lanqas ħut. Ta’ spiss kellu jagħmel vjaġġi twal, f’xemx tikwi u kważi ħafi, qalb il-perikli min-naħa tal-għedewwa, ta’ slavaġ, ta’ pirati u ta’ annimali feroċi.

Biex aktar ikun jista’ jaħdem daħal fil-kasta nobbli tal-Kshatriyas u kien jilbes libsa tal-qoton isfar.

Fis-1684 xeħtuh f’ħabs, fejn sofra swat u supplizzi oħra; u għad li s-sultan bagħtu ħieles, keċċih mill-pajjiż. Fl-1688, bagħtuh fl-Ewropa bħala delegat għall-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi.

Malli spiċċat il-Kongregazzjoni reġa’ telaq lejn l-Indja, għad li r-re tal-Portugal ried iżommu bħala preċettur ta’ ibnu.

L-Indja riedu jagħmluh arċisqof ta’ Kraganore, iżda ma riedx jaċċetta u reġa’ rritorna fis-saltna ta’ Marava, fejn ikkonverta għad kbir ta’ pagani, fosthom lill-prinċep Terjadevan. Lil dan ordnalu biex jibgħat lin-nisa kollha li kellu, minbarra l-ewwel waħda.

Page 10: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 9

Fost il-mibgħutin, kien hemm in-neputija tas-sultan li qanqlet persekuzzjoni kontra l-missjunarji. Lil De Britto u oħrajn ħaduhom priġunieri Ramnad, il-belt kapitali.

Il-Bramini riedu ħajtu u ħaduh f’belt 30 mil aktar ’il fuq, fejn wara li qatgħulu riġlejh u dirgħajh, qatgħulu rasu fil-11 ta’ Frar tal-1693.

Ġie magħdud mal-beati minn Piju IX (fil-21 ta’ Awwissu, 1853) u mal-qaddisin minn Piju XII (1948).

Riflessjoni: Meta Ġesù kien iħabbrilhom il-mewt u l-qawmien tiegħu, ma kinux jifhmuh, u kienu jistaqsu lil xulxin x’kien ifisser “tqum mill-imwiet” (Mk. 9, 10-32). Ma kinitx ħaġa ħafifa għalihom jifhmu u jemmnu mill-ewwel li Ġesù, li kellu jmut, seta’ jqum mill-mewt u jerġa’ jieħu l-ħajja. Din ma setgħux jifhmuha. Kellhom raġun. Din hi misteru tal-fidi. Imbagħad fehmuha fid-dawl tal-Ispirtu s-Santu li niżel fuqhom u li għanihom bid-don tal-fidi fil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.

Donat Spiteri, O.F.M. Cap.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 165, silta mill-1 punt

The Apostles, according to the expression of the same Saint Paul, made it an honor for them to preach Jesus Christ crucified throughout the world, because they professed to know nothing but the same Jesus crucified, quite far from voiding the cross of Jesus Christ, which is for us the virtue and the power of God. Let us, therefore, spend this day and the rest of our life in great respect and profound adoration before this sacred mystery, which, as the same Saint Paul adds, was hidden before Jesus Christ for our glory. The princes of this world did not have the advantage of knowing it, although the Cross is the instrument of our salvation and has procured for us the life of grace and our resurrection.

TALBA

Mulej, mgħallem tagħna, li minħabba fina obdejt sal-mewt,

għallimna nobdu u nagħmlu dejjem ir-rieda tal-Missier. Ruħ mixħuta quddiem Ġesù msallab

ma tistax ma tirrikonċiljax ruħha u timtela b’ħeġġa kbira

li tħobb lil Ġesù.

Grazzi Ġesù li ħabbejtni daqshekk Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 11: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

10 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, il-5 ta’ Frar Sant’Agata – verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 13: 1-8 Ġesù Kristu hu dak li kien, fl-imgħoddi, issa u għal dejjem. 2. Salm 26: 1.3.5.8b-9abċ Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Mark 6: 14-29 Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-

mewt! SANTA AGATA († c. 251) - verġni u martri Din il-qaddisa hija waħda mill-qaddisin verġni u martri l-aktar meqjuma tal-

Knisja tal-bidu. Għandna provi li d-devozzjoni lejha hi waħda antika ħafna fil-Knisja. B’danakollu ftit wisq għandna tagħrif ċert dwarha. Fi Sqallija, kemm Palermo kif ukoll Katanja jippretendu l-unur tat-twelid ta’ Agata.

Jingħad li hi kienet ġejja minn familja nobbli u li minn kmieni ddedikat ħajjitha fis-safà, għal Alla.

Waqt il-persekuzzjoni, ċertu Kwinzjanu, li xtaqha b’martu, inqeda bil-liġijiet kontra l-Insara bħala pretest biex Agata ssir tiegħu. Billi hi ma riditx, hu ssoġġettaha għal ħafna indinjitajiet, fosthom li jibgħatha f’dar tad-dnub, kif ukoll għal ħafna moħqrijiet sakemm qatilha. Santa Agata sofriet il-martirju f’Katanja, aktarx fil-persekuzzjoni ta’ Deċju (249-251).

Fil-pitturi u skulturi tal-qaddisa li waslulna mill-qedem, hija rrappreżentata żżomm par pinzetti jew strumenti oħra li bihom sofriet il-martirju. Isimha hu mniżżel fil-Kanoni Ruman tal-Quddiesa.

Santa Agata hija waħda mill-patruni minuri ta’ Malta u d-devozzjoni lejha hija antika ferm. Diversi knejjes żgħar huma ddedikati lilha. Ta’ min isemmi li l-Casa Madre tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fir-Rabat, mibdija mill-qaddej t’Alla Mons. Ġużeppi DePiro, hi ddedikata lil Santa Agata, kif għaliha wkoll huma msemmija l-katakombi li hemm taħtha.

Riflessjoni mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika: Hi t-tħabbira ta’ Ġesù Kristu, “Bin Alla l-ħaj” (Mt. 16,16), li miet u qam mill-mewt. Fi żmien is-sultan Erodi u l-Imperatur Ċesri Awgustu, Alla temm il-wegħdiet li kien għamel lil Abraham u lil nislu meta bagħat “lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-addozzjoni ta’ wlied” (Gal. 4,4-5). Sa mill-bidu l-ewwel dixxipli kienu mkebbsin bix-xewqa li jħabbru lil Ġesù Kristu, biex iwasslu lil kulħadd għall-fidi fih. Illum ukoll, dan l-għarfien kollu mħabba ta’ Kristu jqanqal ix-xewqa għall-evanġelizzazzjoni u l-katekeżi. Dan ifisser li turi fil-persuna ta’ Kristu l-pjan ta’ dejjem ta’ Alla biex l-umanità kollha tidħol f’komunjoni miegħu.

Page 12: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 11

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle Med. 162, silta mit-2 punt

What a grace it was and what an advantage for this saint (Saint John the Baptist) to have always lived in innocence! This is what made Jesus Christ say of him, that among all people there was none greater than John the Baptist. This saint was not content with destroying sin in himself; he also worked all his life to destroy it in others. They came to him in crowds from all over Judea; he preached to them in the desert and baptized them in the Jordan. He converted a very great number of them, and everyone had an altogether special veneration for him. Pay attention to Saint John’s manner of life and to his zeal. Reflect that like him, you are obliged to prepare the way for the Lord in the hearts of your disciples and to destroy the reign of sin in them. To obtain this grace from God, which requires great purity of heart, avoid the least sins, and for this purpose make use of the same means he did: seclusion from the world and a poor and penitent life.

TALBA

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur.

Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien,

b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija nnifsi b’mod

li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija.

Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss!

Il-Kardinal John Henry Newman

Missierna ...

Page 13: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

12 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, is-6 ta’ Frar San Pawl Miki u sħabu martri

Santa Darotea – verġni u martri San Pier Battista – presbiteru, u sħabu martri

Il-Beatu Pietru Kibe Kasui u sħabu martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 13: 15-17.20-21 Alla tas-sliem, li qajjem mill-imwiet lir-Ragħaj il-kbir tan-nagħaġ, iwettaqkom b’kull ħaġa tajba. 2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Mark 6: 30-34 Kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj. SAN PAWL MIKI U SĦABU († 1597) - Martri Dawn kienu sitta u għoxrin martri ta’ Nagasaki, l-ewwel qaddisin mil-Lvant

Imbiegħed li ġew ikkanonizzati. Fosthom kien hemm Pawlu Miki, qassis Ġiżwita Ġappuniż ta’ nisel għoli,

żewġ lajċi Ġiżwiti Ġappuniżi, sitt Franġiskani l-biċċa l-kbira minnhom Spanjoli b’San Pjer Battista l-mexxej tagħhom, u sbatax lajċi Ġappuniżi u Koreani, Terzjarji Franġiskani, li kienu jgħinu lill-qassisin.

Dawn il-martri ġew marbutin ma’ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minn metru ’l bogħod minn xulxin f’ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jipprietkaw u jkantaw.

Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b’lanza u, meta ngħata s-sinjal, ġew maqtula lkoll f’ħin wieħed.

Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta’ xi tlettax-il sena l-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S. Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki.

Dan kollu ġara fil-5 ta’ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta’ S. Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000 kattoliku.

San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.

Riflessjoni: L-Aħbar it-Tajba hi l-ferħ ta’ Missier li ma jrid li jintilef ħadd miċ-ċkejknin tiegħu. Minn hawn iwarrad il-ferħ tar-Ragħaj it-Tajjeb li joħroġ jiltaqa’ man-nagħġa l-mitlufa u jerġa’ lura biha fil-maqjel tiegħu. Il-Vanġelu hu ħmira li ttella’ l-għaġna kollha u belt li tiddi fuq l-għoli tal-muntanja u ddawwal il-ġnus kollha. Il-Vanġelu għandu kriterju ta’ totalità li hu intrinsiku għalih: ma jieqaf qatt ikun Aħbar Tajba sakemm ma jkunx ġie mħabbar lil kulħadd, sakemm ma jħallix il-frott u jerġa’

Page 14: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 13

jsaħħaħ id-dimensjonijiet kollha tal-bniedem, u sakemm ma jgħaqqadx lill-bnedmin kollha madwar il-mejda tas-saltna. Il-kollox hu aqwa mill-parti.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 196, silta mill-1 punt

Consider Jesus Christ as the Good Shepherd of the Gospel, who seeks the lost sheep, puts it on his shoulders, and carries it back to restore it to the fold. Because you are taking his place, consider that you are obliged to do the same thing. Ask him for the grace needed to procure the conversion of hearts. You must, then, be very devoted to prayer to succeed in your ministry. You must constantly represent the needs of your disciples to Jesus Christ, explaining to him the difficulties that you have experienced in guiding them. Jesus Christ, seeing that you regard him as the one who can do everything in your work, whereas you are an instrument that must be moved only by him, will not fail to grant you what you ask of him.

TALBA

(Salm 23) Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni;

f'mergħat kollha ħdura jqegħedni. Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni; hemm hu jrejjaqni. Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu.

Mqar jekk nimxi f'wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni. Int tħejji mejda għalija quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi, u l-kalċi tiegħi tfawwarli. Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena il-jiem kollha ta' ħajti.

U ngħammar f'dar il-Mulej sakemm indum ħaj! Missierna ...

Page 15: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

14 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, is-7 ta’ Frar Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġob 7: 1-4.6-7 Il-ħajja tal-bniedem fuq l-art. 2. Salm 146: 1-6 Faħħru ’l-Mulej, li jfejjaq il-qlub maqsuma. 3. 1 Korintin 9: 16-19.22-23 Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju. 4. Mark 1: 29-39 Ġesù jfejjaq ħafna morda minn bosta mardiet. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ġesù joħroġ mis-sinagoga u jmur “fid-dar” fejn hemm il-kwiet, u jsib lil omm il-mara ta’ Xmun bid-deni. Id-deni, bħad-dnub jipparalizzana, jaqtagħna mill-oħrajn. Ġesù “resaq lejha, qabadha minn idha, u qajjimha”. Ġest profond u sempliċi li jfakkarna fil-Magħmudija, li tagħtina fejqan sħiħ u qawmien biex ningħataw għas-servizz tal-oħrajn skont il-pjan t’Alla għalina.

Wara l-ġurnata Ġesù jmur jitlob f’post imwarrab, it-talb fil-missjoni ta’ Ġesù kellu parti importanti ħafna. Kien jaħjieh u jagħtih l-ispirazzjoni għax kien jidħol f’kuntatt mal-Missier u mal-pjan li kien ħejja għalih.

Naraw kif id-dixxipli huma msaħħra bil-popolarità u s-suċċess li kien qiegħed igawdi Ġesù, iżda “hu qalilhom: ‘Imxu mmorru band’oħra’.” It-tentazzjonijiet għal Ġesù kellhom suriet differenti, hawnhekk narawh ittantat bin-nuqqas ta’ ħsieb tad-dixxipli li ma jifhmux il-kwalità tal-missjoni ta’ Ġesù. Ix-xitan tas-suċċess u l-popolarità huwa faċli, u baqa’ jġarrab lid-dixxipli ta’ Ġesù sal-lum. Ġesù jirbaħ din it-tentazzjoni bil-qawwa li jieħu mit-talb u mill-fedeltà tiegħu lejn il-Missier sal-aħħar, sal-għotja ta’ ħajtu fuq is-salib.

Ġesù ma ġiex biss biex ifejjaq il-mard tal-ġisem u tas-soċjetà imma kull tip ta’ mard li jista’ jifni lill-bniedem. Irid li jqajjimna biex nimpenjaw ruħna għall-fejqan tal-istrutturi li jassru l-bniedem u lis-soċjetà. Permezz tat-talb aħna ninfetħu għall-imħabba t’Alla u għal ħutna l-bnedmin u nieħdu l-qawwa biex insawru l-istorja skont il-pjan tiegħu

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 188, silta mit-3 punt

Consider that what ought to encourage us to have deep sentiments of respect and devotion in these holy places (the Churches) is the thought that this is where God is pleased to give us grace with very special generosity, goodness, and mercy. This is where the Father of mercies welcomes with open arms the prodigal, where the Good Shepherd brings back to the fold the strayed sheep, where the afflicted find comfort, and where the sick are healed, the weak are strengthened, and the tempted are given new power over their enemies. Finally, this is where God listens favorably to the prayers we offer and is pleased to fill with graces those who have recourse to his goodness. Let us acknowledge all

Page 16: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 15

these truths, and let us resolve again to act with such respect in churches that we may be worthy to receive the divine mercy there and to experience in ourselves all its effects in us.

TALBA

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, inti tajt lis-saċerdot San Piju minn Pietrelcina

grazzja speċjali li jieħu sehem fis-salib ta’ ibnek, u permezz tal-ministeru tiegħu

ġeddidt l-għeġubijiet tal-ħniena tiegħek, agħtina, bl-interċessjoni tiegħu, il-grazzja li tant għandna bżonn.

Agħtina l-grazzja wkoll li magħqudin bla heda mal-passjoni ta’ Kristu

nkunu nistgħu naslu henjin fil-glorja tal-qawmien.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, Ammen.

Missierna ...

Page 17: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

16 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, it-8 ta’ Frar San Ġilormu Emiliani

Santa Ġużeppina Bakhita – reliġjuża San Eġidju M. Pomtillo minn Taranto - reliġjuż

San Ġwann Lantrua minn Triora - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Ġenesi 1: 1-19 Alla qal, u hekk sar.

2. Salm 103: 1,2,5,6,10,12.,24,35 Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu!

3. Mark 6: 53-56 Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu.

SAN ĠILORMU EMILJANI (1486 - †1537) Kien il-fundatur tal-Kongregazzjoni tas-Somaki, twieled Venezja minn

familja nobbli. Ommu rabbietu fil-biża’ t’Alla; iżda l-passjonijiet ħżiena fgaw iż-żerriegħa

tajba. Wara li tilef ’il missieru daħal suldat u baqa’ sejjer għall-agħar. Ħa sehem fid-difiża ta’ Castelnuovo kontra l-lega ta’ Cambraj u waqa’

priġunier (1508). Fil-ħabs kienet tistennieh il-grazzja t’Alla; daħal fih innifsu u beda jaħseb fuq l-istat infeliċi ta’ ruħu. Malli ħeles mill-ħabs mar għamel pellegrinaġġ lill-Madonna ta’ Treviso, bi twettiq ta’ wegħda li kien għamel.

Mar lura pajjiżu u beda jistudja t-Teoloġija u jagħmel opri ta’ karità. Wara li ordna saċerdot (1518) beda jżur l-isptarijiet u l-għerejjex tal-fqar.

Fil-pesta u l-ġuħ tal-1528 kont issibu kullimkien jgħin u jfarraġ lill-morda u ’l-imġewħin. L-iltiema saru fuq kulħadd il-mimmi ta’ għajnejh. Billi l-għadd tagħhom beda jikber sewwa, kera dar għalihom, u flimkien ma’ xi sekulari twajba beda jaħseb għalihom u jrabbihom. Ħa wkoll fuq spallejh l-isptar tal-inkurabbli.

Fl-1531 mar Verona, fejn bena sptar ieħor; Brescia bena orfanatrofju u Bergamo bena tnejn, wieħed għas-subien u ieħor għall-bniet. Hawn fetaħ ukoll dar għall-Maddaleni niedma. Żewġ qassisin oħra ngħaqdu miegħu għal dan ix-xogħol, Alessandro Besuzio u Agostino Bariso.

Fl-1532 waqqaf kongregazzjoni ġdida u għażel għaliha bħala ċentru dar fil-qasam ta’ Somaska, raħal żgħir bejn Milan u Bergamo. Skont ir-regola tal-kongregazzjoni x-xogħol ewlieni tal-membri għandu jkun it-trobbija tal-iltiema u l-ħsieb tal-fqar u l-morda.

Il-qaddis miet ta’ 56 sena fit-8 ta’ Frar tal-1537, martri taż-żelu tiegħu: ittieħed Bergamo waqt li kien idur bil-morda u miet Somaska.

San Ġilormu huwa l-patrun tal-orfni u t-tfal abbandunati.

Page 18: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 17

Riflessjoni: Ġesù jrid il-fejqan totali tagħna u għalhekk itenni lill-mifluġ, QUM U IMXI. Mhux biss li jqum iżda wkoll jagħmel il-mixja tal-fidi, il-mixja li fiha ser jibqa’ jaqa’ u jqum kull darba li jersaq lejn Ġesù. Fil-ħajja tagħna wkoll, irid ivenven il-kliem ta’ Ġesù: QUM U IMXI. Ma nistgħux nieqfu, ma nistgħux inħarsu lura, irridu nqumu kull darba li naqgħu u nimxu warajh. Kuraġġ, Ġesù qed ifejjaqna u jridna nressqulu lill-proxxmu tagħna għall-fejqan. Mitt Minuta mal-Mulej – Pubblikazzjoni Dumnikana

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, silta mit-3 punt

Spiritual maladies differ from corporal ones. To heal corporal maladies, it is enough for Jesus to say a word or simply to will it, but in the case of maladies of the soul, we must on our part will to be cured. God does not constrain our will, although he does exhort and urge us. It is up to us to welcome his grace, to put it into effect, and to support his goodwill to cure our spiritual ailments. Thus, when your movement toward God is, as it were, suspended, be prompt and responsive to his voice. Rise up at once when he calls you, and walk, that is, resume the practice of virtue that you might find difficult, mortify your passions, and strive to overcome them. Be faithful, especially, to open your heart completely to your Director; this will, as a rule, prevent you from succumbing to this kind of weakness.

TALBA

Nitolbu lil Ġesù, għaġeb ta’ ħniena u mħabba,

li jagħtina l-grazzja li ninżlu u nidħlu aħna wkoll

fl-oratorju ġewwieni ta’ ruħna, fejn hu jridna nħejjulu

tron ta’ mħabba sabiex jiġi jgħix u jsaltan fina.

Ammen. Dun Ġużepp Cauchi († 1955)

Missierna ...

It-Tlieta, id-9 ta’ Frar San Miguel Fibres Cordero – frère ta’ S. Ġw. Bta. De La Salle

Santa Skolastika - verġni Il-Beata Ewsebia Polomino - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 19: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

18 SIGNUM FIDEI

Qari: 1. Ġenesi 1: 20 – ; 2: 4a Ħa nagħmlu l-bniedem fuq is-sura u x-xbieha tagħna. 2. Salm 8: 4-9 Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! 3. Mark 7: 1-13 Intom twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu ttradizzjoni tal-bnedmin.

SAN MIGUEL FERBES CORDERO (1854-1910) - Br. ta’ S. Ġwann Bta. De La

Salle

Twieled fi Cuenca (l-Ekwador) u semmewh Franġisk, imma kienu jsejħulu Panchito. Minn twelidu sofra minn riġlejn deformati tant li seta’ jagħti l-ewwel passi waħdu meta kellu ħames snin.

Imrobbi f’ambjent tabilħaqq Nisrani, nissel fih devozzjoni soda lejn il-Madonna. Fil-familja kienu kuljum jirreċitaw ir-rużarju u jaqraw qari tajjeb, l-aktar xi ħajja ta’ qaddis.

Sakemm kellu disa’ snin ħa l-edukazzjoni elementari mid-dar; imma meta l-brothers tal-iskejjel Insara (il-frères) fetħu skola fi Cuenca, Franġisk kien fost l-ewwel studenti. Malajr inġibed lejn l-ideal ta’ dawn ir-reliġjużi u ddeċieda li jingħaqad magħhom.

Il-ġenituri tiegħu riduh aktar li jsir saċerdot, u għalhekk ġagħluh jibda jattendi s-seminarju Djoċesan. Franġisk għażel li jobdi u jagħmel minn kollox biex jimxi ’l quddiem fl-istudji u fil-ħajja qaddisa. Imma l-ambjent tas-seminarju ma kienx jaqbel mal-fiżiku tiegħu u beda jħoss ta’ sikwit uġigħ ta’ ras kbir, tant li r-rettur qatagħha li jibagħtu lura d-dar. Issa sab ruħu ħieles li jerġa’ jattendi l-iskola tal-frères.

Ta’ 14-il sena (fl-24 ta’ Marzu 1868), bil-kunsens ta’ ommu, għaliex missieru kien imsiefer, Franġisku daħal mal-kongregazzjoni ta’ De la Salle, fejn bidel ismu għal Miguel (l-isem Mikiel bl-Ispanjol). Wara n-novizzjat kien mibgħut fi Quito fejn għallem fl-iskejjel għal aktar minn 40 sena. Missieru ma approvax il-vokazzjoni ta’ ibnu, tant li dam sentejn ma jkellmux.

Sa mill-bidu tal-appostolat tiegħu, Miguel kien apprezzat għat-talenti tiegħu biex jgħallem il-lingwi u l-letteratura. Sa minn meta kien għadu żagħżugħ hu kiteb għadd ta’ text-books siewja kif ukoll kotba oħra tal-grammatika.

Imma hu l-aktar kien jentużjażma ruħu jgħallem il-katekiżmu. Minħabba din l-inklinazzjoni tiegħu ġie inkarigat biex iħejji lit-tfal għall-Ewwel Tqarbina. Ħa ħsieb dan l-inkarigu bejn l-1880 u l-1907, meta kien mibgħut l-Ewropa. Wara li għadda ftit xhur f’Pariġi, kien mibgħut fil-Casamadre tal-kongregazzjoni fil-Belġju fejn il-klima kienet ta’ ħsara għal saħħtu. Is-superjuri għalhekk bagħtuh fi Premià de Mar, qrib Barcellona (Spanja) biex jaħdem fid-dar tal-formazzjoni. Hemm Br. Miguel seta’ jissokta l-ħidma tiegħu bħala awtur ta’ opri didattiċi u jgħallem l-Ispanjol.

Fl-1909, minħabba l-periklu imminenti kkawżat mir-Rivoluzzjoni Spanjola, il-brothers marru f’Barcellona. Meta għadda l-periklu, marru lura fi Premià de Mar, imma issa saħħet Br. Miguel xejn ma kienet tajba.

Page 20: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 19

Fi tmiem Jannar 1910 ħa riħ qawwi li żviluppa f’polmonite. Fi tlett ijiem huwa miet, nhar id-9 ta’ Frar 1910 fl-għomor ta’ 55 sena.

Fl-1936 il-fdal ta’ Br. Miguel ittieħdu fl-Ekwador u llum jinsabu fid-dar tal-kongregazzjoni fi Quito.

Il-Beatu Papa Pawlu VI ddikjarah beatu f’Ottubru 1977. San Ġwann Pawlu II niżżel ismu mal-qaddisin fl-1984.

Riflessjoni: X’inhu l-veru faċċoliżmu? Fil-Vanġelu tal-lum naraw lil Ġesù jissielet mal-Fariżej li jitkażaw bid-dixxipli għax ma josservawx id-drawwiet reliġjużi. Huwa jikkundannahom għall-faċċoliżmu tagħhom għax waqt li jiskruplaw dwar l-osservanza tal-liġi, huma stess iwettqu kull xorta ta’ inġustizzja u korruzzjoni. U aħna x’Insara aħna? Aħna faċċoli bħall-Fariżej? Niskruplaw li ma nitilfux quddiesa l-Ħadd filwaqt ma niskruplawx inweġġgħu qlub l-oħrajn u nagħmlu li jaqblilna? Il-faċċol huwa min jagħmel it-tajjeb biex jidher qaddis minn barra, imma f’qalbu m’għandu l-ebda xewqa sinċiera li jirranġa ħajtu. Jikkuntenta bl-apparenzi biss u mingħalih li jista’ jogħġob lil Alla billi jsegwi l-obbligi reliġjużi minn barra biss. Dan jistħoqqlu l-kundanna ta’ Kristu: “Bix-xufftejn biss jaqduni... twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bniedem.” Fr. Paul Chetcuti

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 180, silta mit-3 punt

You can perform several miracles in regard to you and your work: in your own regard, by an entire fidelity to grace, not letting any movement of grace go by without corresponding with it; in regard to your work, by touching the hearts of the wayward children entrusted to your care, by making them docile and faithful to the maxims of the holy Gospel and to their practice, and by teaching them to be pious and recollected in church and during prayers and devoted to the performance of their duty in school and at home. Such are the miracles that God gives you the power to perform and that he asks of you.

TALBA

Missier, agħmel li t-talb u l-eżempju ta’ San Miguel jgħinuna naraw dak li hu xieraq f’oħrajn

u li jkunu ta’ inkuraġġament. Ġeddidna fi mħabbtek u għinna ngħixu ferħana kuljum

fil-preżenza tiegħek. Għinna nsibu r-rieda tiegħek fina,

u ngħixu ħajja sempliċi fuq il-Vanġelu. Agħmel li nibdlu d-dgħufija tagħna fil-qawwa tiegħek u li nagħmlu użu sewwa tal-ġid u t-talenti li inti tajtna.

Nitolbu dan bi Kristu sidna, Ammen. Missierna ...

Page 21: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

20 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, l-10 ta’ Frar L-Appostlu San Pawl - patrun ta’ Malta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għerf 14: 3-7 Tajtu triq fil-baħar, u mogħdija żgura fost il-ħalel. 2. Salm 106: 21-31 Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubitu. 3. Atti 27: 16-28 Il-Maltin ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. jew Korintin 11: 18.24-31 Tliet darbiet rajt l-għarqa. 4. Mark 16: 15-20 Marru jipprietkaw kullimkien. SOLENNITÀ TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL – patrun ta’ Malta Fl-10 ta’ Frar il-gżejjer Maltin ifakkru l-miġja ta’ San Pawl fostna. Din hija

ġrajja ta’ importanza ewlenija fl-istorja ta’ pajjiżna. Huwa l-jum tal-magħmudija ta’ Malta għax kienet dik iċ-ċirkustanza li fiha missirijietna semgħu għall-ewwel darba bl-aħbar it-tajba ta’ Sidna Ġesù Kristu, ftit snin biss wara t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù.

Ir-rakkont tal-wasla ta’ San Pawl f’Malta jagħtihulna b’ħafna dettalji San Luqa, l-Evanġelista li kien sieħeb San Pawl fil-vjaġġ.

Meta San Pawl kien fi vjaġġ fuq il-baħar fi triqtu lejn Ruma bħala priġunier biex il-kawża tiegħu tinstema’ quddiem Ċesari, Alla fil-providenza tiegħu tal-għaġeb, għoġbu li dan l-appostlu jara l-għarqa biex jiġi hawn Malta. Il-kliem li San Pawl qal lil sħabu wara li deherlu l-anġlu meta t-tempesta kienet fl-eqqel tagħha: “jeħtieġ li naħbtu ma’ gżira” (Atti 27, 26) bilfors jagħtuna x’naħsbu li Alla kellu ħsibijiet kbar fuq Malta meta ried li f’dawk iċ-ċirkustanzi jasal fostna l-Appostlu tal-Ġnus.

San Luqa fl-Atti jsemmi l-laqgħa sabiħa li missirijietna għamlu lill-appostlu u lil sħabu, b’kollox 276 ruħ. Bla dubju, tul it-tliet xhur li dam fostna, San Pawl xandar it-twemmin fi Kristu Ġesù, li kien għadu kif miet u rxoxta inqas minn 30 sena qabel.

Ix-xandir ta’ Pawlu, kif ukoll il-mirakli li għamel, kellhom effett kbir fuq il-poplu Malti ta’ dak iż-żmien u aċċetta d-don tal-fidi li, bi grazzja speċjali ta’ Alla, baqgħet nieżla minn ġenerazzjoni għal oħra sal-ġurnata tal-lum. Hu emmnut li, kif kien soltu jagħmel San Pawl f’kull pajjiż li jżur, huwa waqqaf il-Knisja fuq artna u anki taha, skont it-tradizzjoni, l-ewwel isqof tagħha fil-persuna ta’ Publju, il-prinċep tal-gżira.

In-nawfraġju ta’ San Pawl hu t-titular ta’ waħda mill-parroċċi tal-Belt Valletta, kif ukoll dik tal-Munxar ġewwa Għawdex.

Kif kien xieraq, il-knisja f’Malta tfakkar dan il-jum providenzjali bħala festa kmandata, u għalhekk illum hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Nitolbu

Page 22: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 21

llum lil Alla li jagħmel li Malta żżomm sħiħ u bla mittiefes it-tagħlim li San Pawl tana bil-kliem u bl-eżempji tiegħu.

Riflessjoni: Dawk il-kelmiet – “Jeħtieg iżda li naslu fi gżira” (Atti 27:26) – fil-kuntest

oriġinali tagħhom huma sejħa għall-kuraġġ quddiem dak li mhux magħruf u fiduċja kostanti fil-providenza misterjuża ta’ Alla. In-nawfragi, fil-fatt, intlaqgħu bil-qalb mill-poplu Malti li mexa wara l-gwida mogħtija minn San Publju. Fil-pjan ta’ Alla, San Pawl b’hekk sar missierkom fil-fidi Nisranija. Bis-saħħa tal-preżenza tiegħu fostkom, l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu rabba għeruq sodi u ta frott mhux biss fil-ħajjiet ta’ individwi, familji u komunitajiet iżda wkoll fil-formazzjoni tal-identità nazzjonali ta’ Malta u tal-kultura vibranti u distintiva tagħha.

Komplu esploraw l-għana u l-fond tar-rigal ta’ Pawlu lilkom u kunu żguri li tgħadduh mhux biss lil uliedkom iżda wkoll lil dawk kollha li tiltaqgħu magħhom illum.

Il-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, 2010

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 99, silta mit-2 punt

From the moment that grace came to Saint Paul, he was faithful to it. Jesus Christ made known to him by a voice from heaven that it was he whom Paul was persecuting in the Christians. Heeding this voice that spoke to him to deliver him from his blindness, he humbly asked Jesus Christ what orders he wished to give him and what he wanted him to do for him.

TALBA

lil San Pawl Appostlu tal-Mulej

għinna nkunu appostli, li naqdu lill-Knisja b’qalb safja,

inkunu xhieda tal-verità u s-sbuħija tagħha f’dan id-dlam ta’ żminijietna.

Miegħek infaħħru ’l Alla l-Missier. Lilu, kull glorja fil-Knisja u fi Kristu

issa u għal dejjem. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 23: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

22 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, il-11 ta’ Frar Il-Verġni Mqaddsa ta’ Lourdes - Jum il-Morda

L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 2: 18-25 It-tnejn isiru ġisem wieħed. 2. Salm 127: 1-5 Hieni kull min jibża’ mill-Mulej. 3. Mark 7: 24-30 Taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat-tfal IL-VERĠNI MQADDSA TA’ LOURDES (1858)

Fil-11 ta’ Frar 1858, erba’ snin wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni il-Madonna dehret għall-ewwel darba lil Bernadette Soubirous f’għar fl-irdum ta’ Massabielle ħdejn Lourdes f’riġlejn l-muntanji Pirinej, fi Franza. Bernadette kien għad kellha erbatax-il sena u qalet li rat mara l-aktar sabiħa, żagħżugħa u mhix itwal minnha, liebsa l-abjad, b’kuruna twila mdendla ma’ driegħha.

Hija sellmet lil Bernadette b’inkin żgħir u dehret tistedinha biex titlob. Il-Madonna dehret tgħaddi ż-żibeġ tal-kuruna bejn subgħajha filwaqt li Bernadette kienet tgħid ir-Rużarju. Għat-talba tal-kappillan, f’kull dehra lis-Sinjura li kienet qed tidhrilha kienet issaqsiha x’jisimha.

Kien fil-25 ta’ Marzu, festa tal-Annunzjazzjoni, għall-mistoqsija li Bernadette reġgħet għamlitilha dwar x’kien jisimha, is-Sinjura għaqqdet il-palmi ta’ idejha flimkien u b’leħen ċar wieġbet bid-djalett ta’ Lourdes: “Jiena l-Immakulata Konċizzjoni.” Id-domma tat-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija kienet ġiet definita mill-Papa Piju IX inqas minn erba’ snin qabel. It-tmintax u l-aħħar dehra saret nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fis-16 ta’ Lulju 1858.

Matul dawn id-dehriet il-Madonna talbet lil Bernardette biex titlob għall-midinbin, biex tagħmel penitenza, biex isiru purċissjonijiet hemmhekk u biex tinbena kappella.

Id-dehriet ħallew impressjoni qawwija fuq Bernadette. Meta darba neputija tagħha staqsietha: “Zi, hija xejn sabiħa l-Madonna?”, Bernadette weġbitha: “Hija tant sabiħa li, min jaraha darba, ikollu seba’ mitt sena sa jmut biex ma jitlifha qatt iktar!”

Illum Lourdes huwa wieħed mill-aktar santwarji Marjani li jżuruh nies, fejn l-għadd ta’ mirakli kbar li saru, ġeneralment waqt il-purċissjoni bis-sagrament, huma monument ħaj tal-interess kbir li Marija għandha fina l-bnedmin mifdijin bid-demm ta’ binha.

Mill-1993, il-Papa Ġwann Pawlu II, iddikjara l-11 ta’ Frar Jum Internazzjonali tal-Morda.

Page 24: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 23

Riflessjoni: “Flimkien ma’ Marija Omm Kristu, li kienet ħdejn is-salib, ejjew aħna nieqfu quddiem is-slaleb tal-bnedmin illum’. Hekk Lourdes huwa wieħed mill-akbar santwarji Marjani maħbuba mill-Insara, huwa l-post u fl-istess ħin is-simbolu tat-tama u grazzja, bħala sinjal ta’ aċċettazzjoni tat-tbatija offruta għas-salvazzjoni.” Il-Papa San Ġwanni Pawlu II – il-Vatikan 13 ta’ Mejju 1992

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 5, lill-Brother Denis

I am quite distressed to hear of the illnesses you tell me you have, my very dear Brother. We must try to find some way to remedy them. You ought to apply yourself to interior prayer as best you can, because this exercise ordinarily draws down graces on the others.

TALBA

għall-morda Mulej tal-ħajja,

aqbad idejn il-morda kollha u għinhom f’din il-prova,

sabbarhom fit-tbatija u fl-uġigħ, seddaq fuqhom il-ferħ

bħala rigal għat-tbatija li qed iħaddnu. Agħtihom il-grazzja li t-talb tagħhom

u l-aċċettazzjoni tat-tbatija ikunu għajn ta’ vokazzjonijiet ġodda

fil-Knisja. Ammen.

San Ġwanni Pawlu II Papa

Missierna ...

Page 25: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

24 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-12 ta’ Frar San Milezju - isqof ta’ Sebaste

Il-Beatu Reginald ta’ Orleans - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 3: 1-8 Issiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin. 2. Salm 31: 1-2.5.6.7 Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura. 3. Mark 7: 31-37 Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin. IL-BEATU REĠINALDU TA’ ORLEANS (1183 -1220) - presbiteru Dan kien l-ewwel fost il-qaddisin u l-beati Dumnikani. Twieled fid-djoċesi ta’

Orleans fi Franza. Sar duttur tal-liġi u għallem id-dritt kanoniku fl-Akkademja ta’ Pariġi. Waqt li kien iżur il-postijiet imqaddsa f’Ruma, laqtu ħafna l-kliem ta’ San Duminku u baqa’ impressjonat bil-faqar evanġeliku tal-Ordni tal-Predikaturi u l-ħeġġa tiegħu għall-appostolat.

Ġiet fuqu marda, imma reġa’ ħa saħħtu bl-interċessjoni tal-Verġni Mbierka u mbagħad ngħaqad mal-ordni ta’ San Dumniku kif kienet indikatlu l-Madonna.

Bl-eżempju t-tajjeb u l-kelma mħeġġa tiegħu ħafna żgħażagħ u nies magħrufa daħlu fl-ordni, l-ewwel f’Bolonja u mbagħad f’Pariġi.

Billi kien professur tal-liġi kanonika fl-Università ta’ Pariġi, Reġinaldu kien ta’ għajnuna kbira għal San Duminku fl-għoti ta’ għamla definittiva lill-ordni tiegħu.

B’għaqal kbir Reġinaldu organizza u mexxa ’l quddiem il-ħajja tal-komunità, u tkebbes bil-ħeġġa tal-appostli għat-tiġdid tas-saltna ta’ Kristu.

Skont tradizzjoni fl-Ordni Dumnikan, il-Madonna għarrfet lil Reġinaldu li kienet tixtieq li l-patrijiet predikaturi jilbsu l-labtu abjad flok ir-rukkett li S. Duminku kien jilbes bħala kanonku.

Il-beatu miet f’Pariġi fl-1220 meta kellu inqas minn 40 sena u kien midfun fil-knisja ta’ Notre Dame des Champs.

Il-Beatu Piju IX, fit-8 ta’ Lulju 1875, ikkonferma l-qima lejh li kienet ilha mogħtija lilu.

Riflessjoni: Hu l-bniedem trux u mbikkem li Kristu ġie biex ifejjaq. Min jagħlaq widnejh biex ma jismax il-karba tal-fqir u l-batut huwa l-akbar trux. Min mhux kapaċi jara lil Kristu f’ħuh imċerċer u mkisser, huwa l-akbar għama. Min isodd widnejh biex ma jismax verità li tista’ tweġġgħu u tisfidah, huwa tassew trux. Min jimla widnejh u qalbu bil-ħsejjes tad-dinja jkun qed isoddhom għal-leħen sieket ta’ Alla f’qalbu. U jekk widnejna huma miżduda għall-verità, għall-karba ta’ dak li hu qrib tagħna u jħokk magħna, kif nistgħu niftħu fommna biex inlissnulu kelma ta’ faraġ, ta’ mħabba?

Page 26: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 25

Kristu għalhekk fetaħ bwieb is-sema, biex jinżel fostna u jiftħilna qalbna beraħ għal Alla u għall-oħrajn. Imma wisq drabi l-bniedem isodd widnejh biex ikun jista’ jagħlaq qalbu għall-ħutu. Jippreferi jissakkar fih innifsu f’dinja sabiħa minn barra, imma battala minn ġewwa. Fr. Paul Chetcuti Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 133, silta mit-3 punt

Consider that what ought to encourage us to have deep sentiments of respect and devotion in these holy places is the thought that this is where God is pleased to give us grace with very special generosity, goodness, and mercy. This is where the Father of mercies welcomes with open arms the prodigal, where the Good Shepherd brings back to the fold the strayed sheep, where the afflicted find comfort, and where the sick are healed, the weak are strengthened, and the tempted are given new power over their enemies. Finally, this is where God listens favorably to the prayers we offer and is pleased to fill with graces those who have recourse to his goodness. Let us acknowledge all these truths, and let us resolve again to act with such respect in churches that we may be worthy to receive the divine mercy there and to experience in ourselves all its effects in us.

TALBA

O Alla tiegħi, f’dawn iż-żminijiet ta’ taqlib, diżordni u gwaj

u ta’ taħwid u konfużjoni soċjali, għinni nemmen li b’danakollu

int ħlaqtni għal “ĦAJJA” ta’ hena. u inti rajt “li kollox kien tajjeb”.

Għinni mela ħalli jien nikkolabora miegħek, fil-meravilji tal-ħolqien li ġibtni fih

biex il-ħajja dejjem tirbaħ. Għalkemm ma nistax naħkimha,

b’danakollu hija tanġibbli għax naraha u nħossha,

fl-istess ħin din il-ħajja hija fraġli u bla saħħa

kif tidher fil-varjetà tal-ħolqien. Għinni nżomm din il-ħajja

hekk ħaġa waħda mal-ispirtu etern tiegħek.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 27: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

26 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, it-13 ta’ Frar L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

Santa Katerina dei Ricci Il-Beatu Ġordan tas-Sassonja – presbiteru

Il-Beata Kristina minn Spoleto – lajka agostinjana

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 3: 9-24 Il-Mulej Alla keċċieh ’il barra mill-ġnien tal-Eden

biex jaħdem l-art. 2. Salm 89. 2-6.12-13 Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel. 3. Mark 8: 1-10 Kielu u xebgħu. Nota – Mill-Istorja tal-Istitut: Bħal-lum, it-13 ta’ Frar 1982, Brother James Miller, f’età ta’ 38 sena, ġie assassinat fil-Gwatemala, fejn kien jaħdem. Waqt li kienu ser jisparawlu, Br. James kien pront u imbotta tifel li kien hemm ħdejh, biex dan ma jiġix milqut. SANTA KATERINA DEI RICCI (1522-1590) - verġni Santa Katerina Dei Ricci twieldet Firenze, l-Italja minn familja ta’ nies

negozjanti mir-razza. Il-ġibda tagħha għat-talb dehret sa minn ċkunitha. Ta’ 13-il sena, fl-1535 ġiet aċċettata mas-sorijiet Dumnikani fil-belt ta’ Prato,

fejn l-ewwel ħames snin batiet minħabba nuqqas ta’ għarfien fil-qdusija tagħha. Imma wara li l-qdusija tagħha ġiet rikonoxxuta, u fis-sena 1560 ġiet magħżula bħala prijura fejn damet sal-mewt, 30 sena wara.

Kellha esperjenzi mistiċi b’dehriet fuq il-passjoni ta’ Ġesù li kienu jibdew mill-Ħamis f’nofsinhar sal-4.00 ta’ filgħaxija tal-għada l-Ġimgħa. Dan il-fenomenu kellu l-bidu tiegħu fis-sena 1542 u baqa’ jissuċċiedi ta’ kull ġimgħa għal tnax-il sena sħaħ.

Hija għamlet ukoll appostolat fejjiedi ta’ direzzjoni spiritwali u kellha kuntatti ma’ diversi qaddisin ta’ żmienha bħal San Filippu Neri ġewwa Ruma u Santa Marija Maddalena dei Pazzi ġewwa Firenze u dan bla ma qatt kienet rathom u bla ma tħalli l-kunvent.

Baqa’ wkoll madwar 800 ittra minn tagħha. Santa Katerina Dei Ricci mietet fit-2 ta’ Frar 1590, fl-età ta’ 68 sena wara

marda twila u ġiet ikkanonizzata fis-sena 1746. Riflessjoni: Filwaqt li tkattir tal-ħobż u l-ħut juri l-kobor tal-abbundanza tal-ħniena divina, tikkonferma wkoll l-identità vera ta’ Ġesù Kristu. Il-ħasra tan-nies bil-ġuħ tappartjeni għall-umanità ta’ Kristu, filwaqt li l-miraklu li ħadem biex jitma’ lill-folla bil-ġuħ jikkonferma d-divinità tiegħu. Il-bniedem tigih il-ħniena. Alla biss ikattar l-

Page 28: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 27

oġġetti tal-ikel. F’persuna divina waħda, żewġ naturi, dik ta' Alla u l-oħra tagħna huma magħqudin. Ġesù huwa l-bniedem Alla. In-numru sebgħa jerġa' jidher fir-rakkontl tal-fdal. Sebat iqfief kien fadal! Xi awtoritajiet iqisu dawn il-basktijiet simboli tas-seba' doni tal-Ispirtu s-Santu... Meta jasal iż-żmien li jirċievu s-sagrament tal-konfermazzjoni, iż-żgħażagħ u Kattoliċi oħra jiġu mgħarrfa li dan is-sagrament ikebbes fihom ir-rigal tal-Ispirtu s-Santu għal seba' darbiet. Fr. Romanus Cesasario,

addattata mill-Ktieb Praying with St. Mark’s Gospel Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 59, it-3 punt

Admire the goodness of Jesus Christ regarding these people who had followed him. I have compassion on these people, he said, and he performed a miracle to feed all of them. He multiplied the seven loaves to be able to feed such a great number of people. All could eat their fill, and a great deal remained left over. In like manner God fed the Jewish people in the desert during forty years. In all that time, no one had to make any effort during so many years to provide for his own needs. Similarly, God will furnish you with all that you need, if your only thought is to be sanctified and to fulfill well the duties of your state. This is why God told Saint Catherine of Siena that she ought to think of him and that he would think of her. God, who created all people, desires them to receive what they need, and when other means fail, God provides for them. In your state you are doing God’s work. Rest assured that he will take care of you, provided that you serve him faithfully and omit nothing that he asks of you.

TALBA

Mulej Ġesù, nitolbok, agħtini l-għajnuna, biex ma naħlix dan iż-żmien li huwa żmien ta’ mħabba,

u żmien ta’ ħniena. Huwa żmien li matulu Alla juri lilu nnifsu bħala missier.

Inti turi lilek nnifsek bħala salvatur u l-Ispirtu s-Santu juri lilu nnifsu bħala n-nar li jikkonsma.

Ħalli ruħi tgawdi din il-grazzja! Nitolbok Mulej.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Nitolbu għal: Bro. George Gardner Scicluna (1945) Bro. Philip Anthony Cauchi (1984) Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 29: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

28 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-14 ta’ Frar Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

It-Tieni Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 13: 1,2,45-46 Joqgħod għalih waħdu u jgħammar ’il bogħod min-

nies. 2. Salm 31: 1,2,5,11 Int kenn għalija, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien

tiegħek. 3. 1Korintin 10: 3 - ; 11: 1 . Ixbhu lili, bħalma jien nixbah lil Kristu. 4. Mark 1: 40-45 Il-ġdiem marlu u ġismu ndaf. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

L-esperjenza tgħallimna li kull mibdi mitmum; li l-unika ħaġa ċerta fid-dinja hi li kollox għandu t-tmiem tiegħu. Hi l-esperjenza qarsa li tgħallimna naċċettaw il-limiti tagħna u nirrassenjaw ruħna quddiem affarijiet u ġrajjiet qawwija iktar minna. Iżjed ma nifhmuha kmieni din il-ħaġa iżjed nevitaw it-tbatija tad-delużjoni u d-dwejjaq li ġġib magħha. Il-Vanġelu, għal darb’ oħra, jurina mod ieħor. Ġesù, li permezz tiegħu s-saltna t’Alla daħlet fl-istorja ta’ ġrajjietna, iħabbrilna bil-kliem u bil-fatti, li m’hemmx sitwazzjonijiet mingħajr rimedju; li ebda ħaġa ma tista’ tispiċċa għal kollox; li ħadd mhu mitluf għal kollox.

Hekk kif jurina l-Vanġelu tal-lum. Il-lebbruż, li f’dawk iż-żminijiet kien eżempju ċar tal-emarġinazzjoni u tal-bniedem spiċċut; mejjet ħaj li kienet titneħħilu kull relazzjoni, anke dik familjari, biex ma jittieħed ħadd minnu. Misħut mill-bnedmin, u anke f’għajnejn Alla: għax il-kundizzjoni tiegħu ta’ “mniġġes” ma kinitx tħallih jagħti qima u kienet tneżżgħu mill-identità tiegħu. L-ewwel qari jiddeskrivielna l-kundizzjoni li kienu jgħixu fiha dawn il-morda: “Il-marid bil-ġdiem għandu jilbes ħwejjeġ imqattgħa u jħalli rasu mikxufa, u jitgħatta sa geddumu, u jgħajjat: 'Imniġġes! Imniġġes!' ... u jgħix waħdu f'postu barra mill-

kamp” (Lv. 13:45, 46). Is-soċjetà kienet timponi li l-lebbrużi jagħarfu s-sitwazzjoni tagħhom ta’ impurità, jirrassenjaw ruħhom għall-emarġinazzjoni biex iħarsu l-bqija tal-komunità. Għax hekk hi d-dinja: f’kull żmien, u f’kull parti tad-dinja, għal kull qattiel hemm vittma lesta għalih.

Mhux dan il-każ tal-lebbruż li jitkellem fuqu l-Vanġelu: dan jirrifjuta li jinqata’ għalih waħdu, u li jirrassenja ruħu għall-kundizzjoni tiegħu, u jitlob l-għajnuna lil Ġesù. Trid ħafna kuraġġ biex tagħmel pass bħal dan: fil-fatt min hu mjassar mill-ħażen, spiss ma jagħmel xejn biex jeħles minnu għax jibża’ mir-responsabbiltà li tagħtih il-libertà, iżjed milli mit-tbatija u l-piż tal-jasar u jikkundanna lilu nnifsu għall-emarġinazzjoni għax li ma jiddependi minn ħadd isir vittma mhux biss ta’ soċjetà inġusta imma wkoll tas-suppervja tiegħu stess. Il-Mulej iżda, fil-lebbruż, isib l-ikbar alleat, u b’hekk jista’ jilqa’ l-għajta tiegħu għall-għajnuna.

Page 30: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 29

Dan jagħmlu billi jaċċetta li jiltaqa’ ma’ dak li kulħadd kien jevita, u jurina li l-veru mniġġes mhux il-lebbruż imma min ma jridx jikkomprometti ruħu, min ma jridx iħammeġ idejh bil-proxxmu fqir, batut u emarġinat. Jagħmlu billi jmiss lill-marid u b’hekk jaċċetta li jerġa’ jistabbilixxi miegħu l-kuntatt u l-komunikazzjoni mitlufa, u jneħħih mill-iżolament li jġib il-mewt morali u spiritwali qabel dik fiżika.

Fuq kollox billi juri l-ħniena divina lejn l-umanità li hi priġuniera tal-istess ħażen tagħha, ħatja u vittma fl-istess ħin. Din il-ħniena mhix biss il-fatt li Alla jbati magħna imma anke li l-innoċenti jitgħabba bl-uġigħ ħati tagħna, biex jeħlisna mill-ħażen li jgħakkisna. Il-konsegwenza hi li l-emarġinazzjoni li neħħa lil-lebbruż minnha, taqa’ fuqu «f'ebda belt ma seta' iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa' barra fil-kampanja» (Mk. 1:45), u ftit snin wara kien ikkundannat biex imut barra mill-belt propju bħal-lebbruż.

Hekk nistgħu nifhmu t-tifsira tas-silta tal-Vanġelu tal-lum, nidentifikaw il-lebbruż ma’ kull wieħed u waħda minna: Alla jħabbrilna l-bxara t-tajba li m’hemm xejn li ma jistax jitranġa fil-ħajja, għax il-ħniena divina ħallset il-prezz tal-imħabba u ħelsitna minn kull ħażen, inkluża l-mewt. Imbierek min bħal-lebbruż għandu l-kuraġġ li jemmen u ma jibżax jitlob l-għajnuna lill-imħabba t’Alla li kollox tista’. Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mit-2 punt

Jesus Christ orders the lepers to use is to go show themselves to the priests. The

Old Law prescribed that when lepers were cleansed, they must let the priests see them, so that they could learn whether the leprosy was indeed healed. If it had been cured, these priests gave permission for them to associate with other Jews. But in the New Law, the prescriptions of Jesus Christ have quite a different power than those given by Moses. For when Jesus Christ ordered the ten lepers to go and show themselves to the priests, they were cured of their shameful illness; they were perfectly cured while on their way.

TALBA

Mulej, inti tieħu ħsieb id-dinja kollha. Madanakollu, lillna li ħlaqt fix-xbieha tiegħek,

lilna tieħu ħsiebna ferm aktar mill-art u s-sema, mill-bhejjem jew it-tjur.

Jekk hija r-rieda tiegħek Mulej, fejjaqna minn kull mard kemm tal-ġisem, kif ukoll tar-ruħ u tal-ispirtu,

biex mal-Imqaddsa Verġni Marija u l-qaddisin kollha, aħna ngħannulek kull tifħir għal dejjem

bi Kristu sidna, Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 31: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

30 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, il-15 ta’ Frar San Klawdju de la Colimbiere – presbiteru

San Sigfridu – appostlu tal-Isvezja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 4: 1-15.25 Kajjin qam għal ħuh Abel u qatlu. 2. Salm 49: 1 u 8. 16bċ-17.20-21 Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr. 3. Mark 8: 11-13 Għalfejn irid sinjal dan in-nisel. SAN SIGFRIDU – appostlu tal-Isvezja (†1002) Meta r-Re Olas tal-Isvezja talab lir-Re Edred biex jibgħatlu xi missjunarju,

Sigfridu, saċerdot żelanti f’York, aċċetta din il-missjoni, u wasal fil-belt ta’ Wexiow, fi Smaland, f’Ġunju tad-950.

L-ewwel waqqaf salib kbir, imbagħad bena knisja tal-injam u beda jqaddes u jipprietka fiha.

Hawn għadd kbir saru Nsara, u s-salib twaqqaf qalb it-tnax-il tribù tal-inħawi. Ir-Re Olas, kien kuntent ħafna b’dak li sema’. Bosta ġew mill-bogħod biex jarawh iqaddes u jisimgħu t-tagħlim tal-Vanġelu u jistagħġbu bl-ilbies tal-ħarir u l-mitra u l-baklu li ħa miegħu, u bid-dinjità li bihom kien jagħmel iċ-ċerimonji tal-kult Nisrani. Iżda fuq kollox laqtuhom il-mortifikazzjonijiet, id-diżinteress, il-ħeġġa u l-qdusija tal-missjunarju u l-veritajiet sublimi tat-tagħlim Nisrani.

Il-qaddis ordna żewġ isqfijiet, wieħed għal-Lvant u l-ieħor għall-Punent, tas-sedi ta’ Wexiow, li hu żamm sa mewtu.

Hu daħal aktar ’il fuq, fil-provinċja tan-nofs u tat-Tramuntana, biex iwassal hemm ukoll id-dawl tal-Vanġelu. Ir-Re Olas, laqgħu b’rispett kbir, u sar Nisrani hu, il-qorti u l-armata tiegħu.

Hemm ordna żewġ isqfijiet oħra, wieħed għas-sedi ta’ Upsala, li kienet ġa maħluqa minn San Anskarju, fit-830, u l-ieħor għal dik ta’ Strengues.

Waqt li kien il-bogħod minn Wexiow, truppa ta’ suldati pagani, daħlu jisirqu u qatlu ’l bosta, fosthom il-viċi Unamun li Sigfridu kien ħalla bħala amministratur minfloku.

Meta sema’ b’dan il-massakru, il-qaddis reġa’ lura biex jirripara l-ħerba li għamlu. Ir-re ried jikkundanna għall-mewt lill-assassini, iżda Sigfridu qabeż għalihom u salvahom.

Miet wara ħajja u ħidma appostolika, madwar is-sena 1002, u difnuh fil-Katidral ta’ Wexiow, fejn il-qabar sar magħruf għall-mirakli li saru.

Il-Papa Adrijanu IV, Ingliż, iddikjarah qaddis fis-sena 1158.

Page 32: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 31

Riflessjoni: X’qerq iddisprat minn dawk li qed iħarsu lejn Ġesù biex iġarrbuh. It-talba tagħhom għal sinjal tħeġġiġna biex minflok niftakru fil-ħafna benefiċċji li Alla tana, u mbagħad nifhmu li ma għandniex npoġġu lil Ġesù għall-prova. Pjuttost ngħidu lil Ġesù li nemmnu fih, allavolja ma nistennew l-ebda sinjal mirakoluż biex jikkonferma d-dipendenza tagħna fuq il-qawwa tiegħu. U nikkultivaw l-prattika li ngħixu kuljum fil-preżenza t'Alla li ma jidhirx permezz tal-atti ta’ fidi, tama u karità. Ħafna persuni jitqarrqu bil-ħsieb li meta wieħed jara b'għajnejh jegħleb lil dak li jemmen fih. Filwaqt li dan il-qerq jappella għall-mod komuni ta’ kif nifhmu l-affarijiet, dan jeqred il-ħajja Nisranija. Għax il-fidi divina tikkonċerna l-ħwejjeġ li jibqgħu ma jidhrux. L-uniċi sinjali li l-Insara jistgħu jistennew illum mingħand Alla jidhru fis-seba’ sagramenti. Fr Romanus Cesario

Addattat minn Praying with St. Mark’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 195, silta mill-1 punt

Although Jesus Christ died for everyone, the benefit of his death is, nevertheless, not effected in everyone, because all do not make the effort to apply it to themselves. The response of our will is necessary on our part in order to make it effective. Although the death of Jesus Christ was more than sufficient to wipe out the sins of all and to be a complete reparation for them, because God has reconciled us through Jesus Christ, nevertheless, the grace that Jesus merited for us effects our salvation only insofar as our will is brought to correspond with it. It is up to each of us to achieve and complete the work of our own redemption.

TALBA

Mulej, jien qiegħed fid-dinja biex nuri l-ħniena tiegħek waqt li xi nies jigglorifikawk

billi juru l-qawwa tal-grazzja tiegħek, bil-fedeltà dejjiema lejk.

Jiena nigglorifikak billi nuri kemm inti ħanin lejn il-midinbin.

Nuri li l-ħniena tiegħek hija bla tarf, u li ebda midneb, kbira kemm hi kbira l-offiża,

m’għandu jaqta’ qalbu mill-maħfra. Jekk jien inqastek sew, redentur tiegħi,

tħallinix noffendik iżjed billi naħseb li m’għandekx ħniena biżżejjed biex taħfirli. Ammen.

San Klawdju

Missierna ...

Nitolbu għal: Bro. Norbert Farugia (2007) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 33: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

32 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, is-16 ta’ Frar San Ġuventinu u San Massiminu – martri

San Oneżimu – martri tal-1 seklu Il-Beatu Xmun minn Cassia

Il-Beatu Ġużeppi Allamano – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 6: 5-8; 7: 1-5.10 Inqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt. 2. Salm 28: 1-4. u 9b-10 Il-Mulej ibierek bis-sliem il-poplu tiegħu. 3. Mark 8: 14-21 Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi.

IL-BEATU ĠUŻEPPI ALLAMANO (1851- 1926) - saċerdot Dan il-beatu hu l-fundatur tal-Missjunarji tal-Consolata. Hu twieled

f’Castelnuovo d’Asti fil-21 ta’ Jannar 1851, ir-raba’ minn ħames ulied. Ommu kienet oħt San Ġużeppi Cafasso (festa fit-23 ta’ Ġunju). Missieru miet meta hu kellu tliet snin. Studja fl-oratorju ta’ San Ġwann Bosco f’Valdocco, u dan il-qaddis kien wieħed mid-diretturi spiritwali tiegħu.

Hu daħal is-seminarju Djoċesan ta’ Torin f’Jannar 1866 u kien ordnat saċerdot ta’ 22 sena, fl-20 ta’ Settembru 1873. Seba’ snin wara (fit-2 ta’ Ottubru 1880) kien maħtur ir-rettur tas-santwarju tal-Madonna Consolata f’Torin, li ġiebu ħafna ’l quddiem u għamlu għajn ta’ tiġdid spiritwali għad-djoċesi kollha. Hu kien ukoll jgħallem it-teoloġija fis-seminarju.

Fl-1889 insibuh Ruma fejn mar jassisti għall-beatifikazzjoni ta’ zijuh Don Cafasso. Waqt li kien hemm, iltaqa’ ma’ missjunarju Taljan jaħdem fiċ-Ċina, Padre Bonzano, li ħajjar lil Allamano jwaqqaf istitut missjunarju ġdid. Dan seħħ fid-29 ta’ Jannar 1901 u li ssemma għall-Consolata.

Fl-1902 l-Istitut tal-Consolata bagħat l-ewwel żewġ missjunarji tiegħu lejn il-Kenja. Din il-missjoni tat il-frott; tmien snin wara saret vigarjat u wieħed miż-żewġ saċerdoti nħatar isqof. Fuq il-parir tal-Papa San Piju X, Padre Ġużeppi Allamano fl-1910 waqqaf ukoll stitut ieħor ta’ Sorijiet tal-Consolata. Malajr, il-membri taż-żewġ stituti żdiedu sewwa u nfetħu missjonijiet ġodda fl-Afrika tal-Lvant.

Don Allamano kien bniedem paċenzjuż u dejjem lest biex jgħin lil min jitolbu l-għajnuna. Kien jinsisti ħafna mal-missjunarji tiegħu li, qabel kollox, kellhom ikunu ta’ ħajja qaddisa biex ikunu jistgħu jqaddsu lil oħrajn. Riedhom ukoll li jistudjaw l-użanzi u l-kultura tal-pajjiżi li jmorru jaħdmu fihom. Ħabrek ħafna li jkollhom katekisti tajbin u vokazzjonijiet minn fost in-nies tal-pajjiż.

Huwa kien grat ħafna lejn il-benefatturi tal-Istituti tiegħu, u speċjalment lejn il-ġenituri tal-missjunarji li mhux biss taw minn ġidhom imma lil uliedhom stess għall-missjoni.

Dun Ġużepp Allamano miet fis-16 ta’ Frar 1926 meta kellu 75 sena. Kien dikjarat beati mill-Papa Ġwanni Pawlu II fis-7 ta’ Ottubru 1990.

Page 34: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 33

Riflessjoni: Il-maħbub tagħkom huwa preżenti. Emmnuha din il-ħaġa. Il-fidi Kattolika tgħidhielkom. Huwa jiġi għandkom fis-sagramenti u jgħid: Jiena l-maħbub tagħkom, kollni kemm jien tagħkom, u jurikom dan billi jingħata lilkom taħt l-ispeċi tal-ħobż, u intom tirċevuh, tmissuh, tgħannquh magħkom, tingħaqdu miegħu, u hu magħkom, tikluh u ssiru ħaġa waħda miegħu. Emmnu dan, uliedi, u hekk jiġri. Xi tridu aktar mingħandu? Intom iżżommuh b'idejkom, tipposseduh, jiġi magħkom u jħallikom teħduh f'idejkom, fejn jogħġobkom. Fis-sagrament, iktar ma tmissu lilu, iktar issiru ndaf; meta tgħannquh magħkom, huwa jagħtikom mill-kastità tiegħu, u meta tithennew bih, intom issiru iktar qaddisin u safjin.

Il-Beatu Franġisk Palau

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 54, it-3 punt

Saint John Chrysostom attributes another effect to Holy Communion that is greater than anything we can imagine and raises us to great heights indeed. It unites us so intimately with Jesus Christ that we become one body with him, the body of Jesus Christ. Many grains of wheat, says the saint, become one bread, and they cannot be distinguished from one another any longer, because they have become the same thing. This is also the effect of food, which produces a union so intimate that it is united substantially with the entire body of the person who consumes it. Similarly, Jesus Christ unites with you in Holy Communion to transform you into him and to make you be one and the same heart and one and the same mind with him. The interior dispositions in him pass over into you and become your own. How happy you ought to think you are to be in a state where Communion is received very often, where you can always be one, and only one, with Jesus Christ, possess his Spirit, and act only by him.

TALBA

Mulej ġedded fija x-xbieha tiegħek. Meta l-prijoritajiet jintilfu ġos-sħab

u s-sejħa tiegħi, bħala Nisrani tibda tnemnem. Għinni nerġa’ niskopri mill-ġdid li s-saltna

tiegħek qiegħda ġewwa fija: l-assikurazzjoni li inti tgħix fiha,

li nagħraf li jiena opra ta’ arti li ħarġet minn idejk li nerġa’ nintebaħ bil-kwalitajiet sbieħ, li nirringrazzja u li napprezza,

li nqanqal fija dik il-virtù li naħfer dak li jidher li m’hemmx maħfra għalih niġġedded f’dik l-esperjenza li xejn ma jista’ jifridni mill-imħabba tiegħek

li nafda l-imgħoddi tiegħi, fil-ħniena tiegħek, il-preżent, fl-imħabba tiegħek,

il-ġejjieni, fil-providenza tiegħek. Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 35: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

34 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, is-17 ta’ Frar L-Erbgħa tal-Irmied

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġoel 2: 12-18 Ċarrtu qlubkom, u mhux ilbieskom. 2. Salm 50: 3-6a.12-14 u 17 O Alla, ħenn għalina għax dnibna! 3. 2 Korintin 5: 20 – 6, 2 Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu. Araw, issa hu ż-

żmien it-tajjeb. 4. Mattew 6: 1-6.16-18 Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.

RAS IR-RANDAN Illum jibda r-Randan Imqaddes li hu żmien ta’ sitt ġimgħat qabel il-festa tal-Għid il-Kbir. Bil-Malti, il-kelma ġejja mill-Għarbi Ramadan. Bil-Latin jissejjaħ Quadragesima, li tfisser erbgħin jum, biex tirreferi għat-tul taż-żmien ta’ sawm u penitenzi li bihom l-Insara jħejju ruħhom għall-Għid. L-Insara tal-bidu ħadu din id-drawwa fuq l-eżempju ta’ Ġesù nnifsu li għamel 40 jum ta’ sawm fid-deżert wara li rċieva l-magħmudija minn Ġwanni qabel ma beda l-ħajja pubblika tiegħu. Ir-Randan bħala tħejjija għall-Għid beda jidher f’Ruma u bnadi oħra ftit wara l-Konċilju ta’ Niċea fit-325, u mhux ħaġa kbira li kien ordnat mill-isqfijiet f’dak il-konċilju. Illum jissejjaħ ukoll L-ERBGĦA TAL-IRMIED, għax bħal-lum jitqiegħed l-irmied fuq ir-ras bħala sinjal ta’ penitenza, waqt li s-saċerdot jgħid: “Ftakar li trab int, u trab trid terġa’ ssir.” Mill-1970, minflok dal-kliem jista’ jingħad: “Indmu u emmnu għall-evanġelju.”

Riflessjoni:

Nibdew ir-Randan billi nirċievu l-irmied: “Ftakar li trab kont, u trab terġa’ ssir” (ara Ġen. 3:19). It-trab fuq ir-ras jerġa’ jeħodna lejn l-art, ifakkarna li ġejjin mill-art u fl-art għad nerġgħu mmorru. Jiġifieri aħna dgħajfa, fraġli, għad immutu. Waqt li s-sekli u l-millennji jagħmlu l-mixja tagħhom, aħna għandna jiemna magħduda, quddiem l-immensità tal-galassiji u tal-ispazju aħna tikka ċkejkna. Aħna trab fl-univers. Imma aħna t-trab maħbub minn Alla. Il-Mulej ħa pjaċir jiġbor it-trab tagħna bejn idejh u jonfoħ fih in-nifs tal-ħajja tiegħu (ara Ġen. 2:7). U hekk aħna trab prezzjuż, iddestinat li jgħix għal dejjem. Aħna l-art li fuqha Alla sawwab is-sema tiegħu, it-trab li fih hemm il-ħolm tiegħu. Aħna t-tama ta’ Alla, it-teżor tiegħu, il-glorja tiegħu.

Jum ta’ sawm (għal dawk bejn it-18 u d-59 sena) u

astinenza (għal dawk minn 14-il sena ’l fuq)

Page 36: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 35

Għalhekk l-irmied ifakkarna fil-mixja tal-ħajja tagħna: mit-trab għall-ħajja. Aħna trab, art, tafal, imma jekk inħallu l-idejn ta’ Alla jagħġnuna, aħna nsiru ħaġa tal-għaġeb. Imma spiss, fuq kollox qalb id-diffikultajiet u fis-solitudni, naraw biss it-trab tagħna! Imma l-Mulej jagħmlilna l-qalb: il-ftit li aħna aħna f’għajnejh għandu valur bla tarf. Kuraġġ, aħna twelidna biex niġu maħbuba, aħna twelidna biex inkunu wlied Alla.

Għeżież ħuti, fil-bidu tar-Randan nintebħu b’dan. Għax ir-Randan mhuwiex iż-żmien biex ngħabbu lin-nies b’moraliżmi bla siwi, imma biex nagħrfu li l-irmied imsejken tagħna hu maħbub minn Alla. Huwa ż-żmien tal-grazzja, biex nilqgħu l-ħarsa mimlija mħabba ta’ Alla fuqna u, b’din il-ħarsa fuqna, nibdlu ħajjitna. Ninsabu fid-dinja biex nimxu mill-irmied għall-ħajja. Allura, ejjew ma nagħmlux trab minn din it-tama, ma naħarqux il-ħolma li Alla għandu għalina. Ma nċedux għar-rassenjazzjoni. U int tgħid: “Kif jista’ jkolli fiduċja? Id-dinja sejra għall-agħar, il-biża’ dejjem jixtered aktar, hawn tant ħażen u s-soċjetà qed titlef il-libsa Nisranija tagħna…”. Imma int ma temminx li Alla jista’ jibdel it-trab tagħna fi glorja?

L-irmied li nirċievu fuq rasna jheżżeż il-ħsibijiet li għandna f’moħħna. Ifakkarna li aħna, ulied Alla, ma nistgħux ngħaddu ħajjitna niġru wara l-għabra li tgħib fix-xejn. Hemm mistoqsija li tista’ tinżel mir-ras għall-qalb: “Jien, għal xiex qed ngħix?” Jekk qed ngħix għall-ħwejjeġ tad-dinja li jgħaddu, qed nerġa’ lura għat-trab, niċħad dak li Alla għamel fija. Jekk qed ngħix biss biex nieħu d-dar xi ftit tal-flus u niddeverti, biex infittex xi ftit tal-prestiġju, nagħmel ftit tal-karriera, qed ngħix bit-trab. Jekk niġġudika ħażin il-ħajja sempliċiment għax l-oħrajn ma jikkunsidrawnix biżżejjed jew ma nirċevix mingħandhom dak li nemmen li jistħoqqli, għadni qed inħares biss lejn it-trab.

Aħna ma ġejniex fid-dinja għal dan. Niswew ħafna iżjed, ngħixu għal ħafna iżjed: biex inwettqu l-ħolma ta’ Alla, biex inħobbu. L-irmied jistrieħ fuq rasna biex fi qlubna jitkebbes in-nar tal-imħabba. Għax aħna ċittadini tas-Sema u l-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu hija l-passaport għas-sema, hija l-passaport tagħna. Il-ġid li nippossedu fuq din l-art mhu se jiswielna għal xejn, huwa trab li jgħib, imma l-imħabba li nagħtu – fil-familja, fuq ix-xogħol, fil-Knisja, fid-dinja – issalvana, tibqa’ għal dejjem.

L-irmied li nirċievu jfakkarna f’mixja oħra, dik bil-maqlub, dik li mill-ħajja tieħu għat-trab. Nixħtu ħarsa madwarna u nilmħu t-trabijiet tal-mewt. Ħajjiet li jsiru rmied. Tifrik, qerda, gwerra. Ħajjiet ta’ innoċenti ċkejkna mhux milqugħa, ħajjiet ta’ foqra rrifjutati, ħajjiet ta’ anzjani mormija. U nibqgħu neqirdu lil xulxin, inreġġgħu lil xulxin għat-trab. U kemm trab hemm fir-relazzjonijiet tagħna! Inħarsu lejn darna, fil-familji: kemm nillatikaw bejnietna, kemm m’għandniex ħila nxejnu l-kunflitti, kemm insibuha bi tqila biex nitolbu skuża, biex naħfru, biex nerġgħu nibdew mill-ġdid, waqt li b’tant ħeffa nirsistu għall-ispazji tagħna u d-drittijiet tagħna! Hemm tant trab li qed iħammeġ l-imħabba u jkerrah il-ħajja. Anki fil-Knisja, id-dar ta’ Alla, ħallejna joqgħod wisq trab, it-trab tal-mondanità.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija ta’ nhar Ras ir-Randan 2020

Page 37: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

36 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 16, l-1 punt

The purpose of the Church in putting ashes on your head today is to make you realize that today you ought to be filled with the true spirit of penance. This sacred ceremony is a remnant of the Church’s ancient discipline, which obliged public penitents at the start of their penance to receive ashes on their heads at the hands of the ministers of the holy altar, in full view of the faithful. You ought to resolve to unite with this institution of the Church, to participate in it, and to begin on this holy day to prepare by a suitable disposition of heart for this holy practice, the soul of which is sincere compunction. This is how we ought to begin and to end this holy season of forty days.

TALBA

fuq Salm 26: “Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.”

Mulej stallajt, inkurlajt! B’danakollu, it-tama tiegħi fik inħossha ġewwa fija

għax naf li m’intix ser tabbandunani, anki jekk id-dubji jimlewli moħħi,

anke jekk ħafna problemi qed ikidduni bħalissa. Għinni nġarrabhom bil-qalb,

filwaqt li nżomm quddiem għajnejja: “Mulej, inti s-salvazzjoni tiegħi.”

Imlieni bil-kuraġġ biex inkompli ngħix għalik, għax “inti d-dawl tiegħi”.

Ammen. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 38: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 37

Il-Ħamis, it-18 ta’ Frar Il-Beatu Ġwann ta’ Fiesole (il-Beatu Anġeliku) – presbiteru

It-Tielet Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewterinomju 30: 15-20 Jien illum qgħedt quddiemek il-barka u s-saħta.

2. Salm 1: 1-2.3.4 u 6 Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu.

3. Luqa 9: 22-25 Min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha.

IL-BEATU ANĠELIKU – (1378- 1455) messaġġier tal-Vanġelju bil-ġenju tal-pittura Gwido di Piero, li bħala Dumnikan, ingħata l-isem ta’ Giovanni di Fiesole,

hu magħruf iżjed bħala l-Beatu Anġeliku. Nistgħu ngħidu li xandar il-messaġġ tal-Vanġelu bil-ġenju tal-pittura tiegħu.

L-espressjoni artistika hija rifless tal-ispiritwalità kbira li kellu moħbija f’qalbu. Kif jgħid hu stess: “Biex tpinġi lil Kristu, trid tgħix lil Kristu”.

Ħafna jgħidu li l-Beatu Anġeliku qatt ma kien jibda jpitter xi kwadru jekk qabel ma jkunx qal xi talba … u qatt ma pinġa kurċifiss mingħajr ma ċarċar id-dmugħ minn għajnejh. Ix-xogħlijiet tiegħu huma espressjoni ta’ fidi u mħabba lejn Kristu u tal-valuri kbar tal-ħajja qaddisa tiegħu.

Kien bniedem sempliċi u twajjeb, kulħadd kien isejjaħlu “Il-Beatu Anġeliku”, u b’dan l-isem baqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa pitturi reliġjużi ta’ kull żmien.

Gwido di Piero twieled f’Vecchio, f’S. Michele a Ripecanina qrib it-tmiem tas-seklu erbatax. Skont Vasari twieled fl-1378 u rċieva l-libsa Dumnikana fl-1407.

Wara li ordna saċerdot issokta fis-sengħa tiegħu u fil-kwadri mill-isbaħ pinġa l-misteri tas-sema li huwa kien jikkontempla fit-talb u fl-istudji tal-verità mqaddsa.

Fil-kunvent ta’ San Marco, f’Firenze insibu ġojjelli artistiċi tiegħu. Ġie mibgħut l-Italja, fejn baqa’ Ruma sal-1447, meta kellu x’jagħmel

xogħlijiet oħra fil-katidral ta’ Orvieto. Wara rritorna Firenze fl-1449 jew l-1450.

F’Ġunju 1450, kien pirjol fil-kunvent ta’ San Duminku fi Fiesole. Bejn l-1453-1454, x’aktarx reġa’ kien Ruma biex jagħmel xi xogħol hemmhekk.

Miet f’Ruma fit-18 ta’ Frar 1455, fil-kunvent ta’ Santa Marija tal-Minerva. Il-fdalijiet tiegħu jinsabu f’dan il-kunvent.

Fit-3 ta’ Ottubru 1982, il-Papa Ġwanni Pawlu II ppermetta l-kult liturġiku tiegħu fil-Knisja u aktar tard għamlu patrun tal-artisti.

Page 39: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

38 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Alla qiegħed isejħilna biex ningħataw kollha kemm aħna lilu, biex insiru l-ulied addottivi tiegħu. Id-dnub oriġinali kif ukoll id-dnubiet li aħna nagħmlu, iġegħluna nħossu dik il-biża’ li se nitilfu lilna nfusna, l-indipendenza tagħna, u dan jikkaġunalna tant tbatija li ġġibna fix-xejn. Fil-verità din is-sejħa qiegħda tibdilna skont il-pjan ta’ Alla. L-għajn ta’ warda li ma tiftaħx f’warda, tinxef. Il-bniedem jiffjorixxi permezz tal-imħabba, u b’hekk jitlef lilu nnifsu u jintelaq f’idejn Alla li jeħles lir-ruħ mit-telfin. Addattat mill-ktieb: ‘The Magnificat Lenten Companion’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.17, it-2 punt

What ought to induce a soul truly given to God to be always ready to meet temptation is what Job says: human life is a temptation or, according to the Vulgate, a constant warfare. From this we may conclude that if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation. Have you been expecting to battle constantly with the demon and against you? Since you left the world, have you been as constantly on your guard against you as you must be? Do you have what you need to resist the demon and not to surrender to the pleasures of the senses? Be convinced that it is a great misfortune not to experience any temptation, because this is a sign that we are not victorious in any way and that we are allowing ourselves to be easily conquered by our passions.

TALBA

O Alla tal-imħabba u tal-ħniena, int bgħattilna lil ibnek biex jgħix fostna

u jmut għalina meta aħna konna maqbudin fit-triq tad-dnub u l-mewt.

F’dan iż-żmien tar-Randan, naddafna minn kull drawwiet egoisti, biex ngħixu l-liġi tiegħek tal-imħabba bħad-dixxipli ta’ Ġesù Kristu, sidna.

Ammen Magnificat

Missierna ...

Page 40: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ġimgħa, id-19 ta’ Frar San Karradu Confalonieri – eremit

Ir-Raba’ Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 58: 1-9a Jaqaw jien jogħġobni sawm bħal dan? 2. Salm 50: 3-4.5-6a.18-19 Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o

Alla. 3. Mattew 9:14-15 Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, imbagħad isumu. SAN KORRADU CONFALONIERI (1290-1354) Kien nobbli mill-belt ta’ Piacenza fl-Italja ta’ Fuq, fejn twieled fl-1290. Darba

waqt li kien għall-kaċċa ħaraq bi żball, mingħajr ma ried, l-għalqa ta’ wieħed bidwi, u minħabba f’hekk ġie kkundannat għall-mewt raġel innoċenti.

Allura Korradu mar jistqarr b’wiċċu minn quddiem li dak kien innoċenti għax kien hu stess li bla ma ried, kien għamel dik il-ħsara, ħallas l-ispejjeż kollha u sab ruħu fil-faqar.

Wara dan, martu daħlet soru mal-klarissi u Korradu sar Terzjarju Franġiskan, u mar jgħix ta’ eremit fi Sqallija, qrib il-belt ta’ Noto, fejn miet fid-19 ta’ Frar, 1354.

Il-fdal tiegħu jinsab meqjum ġo urna rikka u artisika fil-katidral iddedikat lilu f’Noto, u hawn huwa l-patrun ta’ dik il-belt u d-djoċesi.

Huwa wkoll il-qaddis protettur tal-kaċċaturi. Il-Papa Leone X ppermetta l-festa tiegħu għal Noto fl-1515, waqt li l-Papa

Pawlu III (1534-1549) tah it-titlu ta’ qaddis, u l-Papa Urbanu VIII fl-1644 approva l-festa tiegħu għall-kalendarju tal-ordni kollu Franġiskan.

Lejh jirrikorru speċjalment f’każi ta’ ftuq, u bla dubju ta’ xejn hu mudell mill-isbaħ tal-ħajja tat-talb u l-kontemplazzjoni.

Riflessjoni: Aħna, l-pellegrini tar-Randan għandna nkunu lesti li nerfgħu salibna, u b’kuraġġ kbir nkomplu naqdfu ’l quddiem, konxji mit-tajjeb li nsibu fid-dinja iżda fl-istess ħin għajnejna miftuħa u attenti għall-ingann li tista’ toffri. Ingann li jista’ jiddevjalna t-triq li twassalna għand Alla. L-għarus telaqna, u ħalliena nibku t-telfa tiegħu, u aħna nimlew il-vojt li ħallilna bit-talb u s-sawm, sabiex iqajjem fina l-veru ġuħ għall-miġja lura tiegħu. Addattat mill-ktieb: ‘The Magnificat Lenten Companion’

Page 41: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

40 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, l-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

TALBA Mulej!

Inti l-għajn ta’ kull maħfra. Mingħajr imħabba

ma nħossnix kapaċi naħfer. Għinni ħalli nixrob mill-għajn ta’ mħabbtek

biex inkun nista’ nitrasforma fit-tajjeb, id-deni li qiegħed isirli.

Agħtini l-grazzja li naħfer, il-qawwa biex nirrikonċilja lili nnifsi.

La tippermettix, Mulej, li noqgħod inberren fuq il-mibgħeda.

Mulej, agħtini l-grazzja li nħoss il-hena tal-maħfra,

li jiena nagħti u tal-maħfra li nirċievi. Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 42: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 41

Is-Sibt, l-20 ta’ Frar Il-Beati Franġisku u Ġjaċinta Marto

Il-Beata Eliżabetta ta’ Mantova Il-Ħames Dehra ta’ Lourdes

Il-Konsagrazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 58: 9b-14 Jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ, imbagħad id-

dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam. 2. Salm 85: 1-6 Urini, Mulej, triqatek. 3. Luqa 5: 27-32 Jien mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall- indiema. IL-BEATA ELIŻABETTA TA’ MANTOVA (1428-1468) – verġni Twieldet f’Mantova, fl-1428, mill-familja ta’ Picenardi – ommha u missierha

kienu nies magħrufa u tat-tajjeb ħafna. Kienet familja li kienet tgħożż il-valuri reliġjużi.

Irċeviet edukazzjoni ta’ livell għoli. Missierha għallimha l-Latin biex hekk tkun tista’ tgħid l-uffiċċju tal-Madonna. Ommha, min-naħa tagħha, għallmitha kif wieħed jimmedita u kienet tinkuraġġiha tagħmel il-meditazzjoni kuljum.

Eliżabetta ma riditx taf bi żwieġ u wara l-mewt ta’ ommha, hi u waħda minn ħutha bniet, daħlu fit-Terzordni tas-Serviti.

Eliżabetta kienet tqerr ta’ spiss u titqarben ukoll. Kienet tfajla eżemplari bl-umiltà u bil-ġentilezza tagħha.

Imżejna b’doni spiritwali profondi kienet timpressjona ħafna lit-tfajliet tal-età tagħha tant li fl-aħħar ingħaqdu flimkien u ffurmaw Komunità tas-Serviti taħt id-direzzjoni ta’ Eliżabetta.

Kellha 40 sena meta mietet, fis-19 ta’ Frar tal-1468, b’kawżi naturali wara snin ta’ tbatijiet f’ġisimha. Il-belt rat folol kbar ta’ nies għall-funeral tagħha.

Ħafna nies kienu jmorru jitolbu fuq qabarha u ġew rrappurtati ħafna mirakli bl-interċessjoni tagħha.

Ġiet ibbeatifikata fl-10 ta’ Novembru tal-1804, mill-Papa Piju VII.

Riflessjoni: Ħafna jagħrfu li l-Knisja hi kontra d-dnub waqt oħrajn jaħsbu li l-Knisja tagħmel il-liġijiet dwar x’inhu u x’mhux dnub. Fir-realtà l-Knisja hi kontra d-dnub għax titkellem dwar il-verità ta’ Alla. Alla ħalaq biss dak li hu tajjeb, fl-istess ħin hu ħalaq il-bniedem liberu. Huwa l-bniedem stess li jagħmel għażliet ħżiena meta jidneb. Meta Adam dineb niġġes l-umanità kollha, b’hekk id-dinja li twelidna fiha ġarret it-tebgħa tad-dnub ta’ Adam stess u dak tal-werrieta tiegħu. Fis-silta tal-Vanġelu

Page 43: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

42 SIGNUM FIDEI

tal-lum, Ġesù jsejjaħ wieħed minn dawn il-werrieta li kien Pubblikan jismu Levi. Dan Levi, li nsibuh bħala Mattew, laqa’ lil Ġesù f’daru u nidem. Ġesù jrid li l-midinba jindmu. Waqt din il-festa li għamel Mattew, Ġesù nqeda bl-okkażjoni biex iħabbar l-indiema meta qal “Mhux dawk li huma b’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda” (Luqa 5:31).

Addattat mill-ktieb: ‘The Magnificat Lenten Companion’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, it-2 punt

The tender love that Jesus Christ has for sinners not only inspired him with this willingness to suffer and to die for us but also made him conceive a great desire to do so. This made him say, longing for the destruction of sin, I have come to bring fire upon the earth, and what do I desire except that it be kindled? But as he saw that this fire of God’s love could not exist in us except through the destruction of sin and because sin could only be destroyed by his suffering and death, he added, speaking of his death, I have a baptism with which I am to be baptized; Oh, how I long that it be accomplished!3 By these words he indicated how great was the anguish he experienced because this plan for his death, which was to be so very advantageous to all people, was taking so long to be accomplished, for this delay also delayed their salvation. Are you not ashamed that Jesus Christ had such a great desire for your salvation and still desires it so strongly today, while you correspond so little to his ardent desire?

TALBA LIL ĠESÙ

Ġesù, noffrilek lili nnifsi,

dak li jien u dak li għandi, kollox huwa tiegħek.

Noffrilek ix -xogħol tiegħi u inti tagħtini l-mistrieħ. Noffrilek in-niket tiegħi u inti tagħtini l-faraġ.

Noffrilek it-tentazzjonijiet tiegħi u inti tagħtini r-rebħa. Noffrilek it-tbatija tiegħi u inti tagħtini s-sabar.

Jien nagħtik iż-żmien tiegħi u inti tagħtini l-eternità. Inħobbok Ġesù!

Bernard Vaughan

Missierna ...

Il-Ħadd, il-21 ta’ Frar L-Ewwel Ħadd tar-Randan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 44: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 43

Qari: 1. Ġenesi 9: 8-15 Alla jeħles lil Noé mid-dulluvju u jagħmel patt miegħu. 2. Salm 24: 4-9 Il-mogħdijiet tal-Mulej, kollhom tjieba u fedeltà. 3. 1Pietru 3: 18-22 L-ilma tal-magħmudija jsalva lilkom ukoll. 4. Mark 1: 12-15 Kien imġarrab mix-xitan, u l-anġli kienu jaqduh.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ir-rakkont ta’ Mark dwar it-tentazzjonijiet ta’ Ġesù hu qasir u jgħammixna bħal kieku kien xi flash tar-ritratti, imma jekk ngħaqqduh mal-episodju tal-magħmudija jsir għani ħafna fid-dettalji:

Id-deżert, l-erbgħin jum, il-bhejjem, l-anġli, ix-xmara, il-ħamiema, il-leħen mis-sema, kollha huma sinjali tal-ħajja; bċejjeċ ta’ storja, eku ta’ ġrajjiet imbiegħda li jeħduna lura sal-bidu tad-dinja u tal-bniedem.

Fil-fatt, Mark, f’Ġesù li jgħix fis-solitudni qalb il-bhejjem tad-deżert, jindikalna lil Adam li kien jgħix qalb l-annimali fil-paċi tan-natura, l-ilma tal-Ġordan u l-ħamiema, jfakkruna fid-dulluvju u l-patt ta’ Alla mal-umanità li salvat. L-erbgħin jum ifakkruna fit-tbatija tal-poplu t’Alla imjassar bit-tbatija u t-tentazzjonijiet imma mwieżen mill-grazzja t’Alla fil-mixja tiegħu lejn l-art imwiegħda. Fi kliem ieħor donnu Mark irid jerġa’, simbolikament, jgħaddi lil Ġesù mill-istorja tad-dinja mill-bidu nett sat-tmiem li Ġesù jħabbar li s-saltna t’Alla waslet, u bil-magħmudija jinżel fil-kundizzjoni umana tagħna u jissottometti ruħu għall-prova tat-tentazzjoni.

Imqanqal mill-Ispirtu li hu l-istess imħabba t’Alla, Ġesù jaċċetta li jidħol għalina u magħna fid-deżerti tal-istorja tagħna u jimxi l-ġrajjiet storiċi, pass pass magħna u minn żmien għall-ieħor isir Adam, Noè, Mosè u l-poplu ta’ Iżrael, jien, int u kull bniedem fid-dinja; isir il-passat ta’ kulħadd, il-preżent ta’ kull wieħed; jagħmel storja universali u ħajja personali; sperimentata fih innifsu dak li l-bniedem joħlom li hu u dak li hu fir-realtà: eroj u viljakk, virtù u dnub, ħolm u ċertezzi, dawl u dlam ... B’dan il-mod, bejn Alla u l-bniedem isir tpartit tal-għaġeb: l-Adam midneb li aħna aħna, idaħħal lil dak li hu l-istess sema fl-art; fid-deżert tat-tentazzjonijiet tiegħu; qalb il-bhejjem tad-dnubiet tiegħu lil dak li l-anġli jikkontemplawlu ’l wiċċu; id-dawl mhux maħluq jesperimenta d-dlamijiet tagħna; lill-għerf infinit tingħata l-injoranza tagħna; dak li jista’ kollox iġarrab id-dgħufija tagħna, u l-qawwi jġarrab it-telfa tagħna; il-ħtijiet tagħna jitgħabbew fuq l-innoċenti, u l-uġigħ tagħna fuq dak li hu beatitudni perfetta.

Dan it-tpartit jippermetti lil Alla li jidħol fil-qalb marida tad-dinja biex permezz ta’ Ġesù jġib mhux biss l-imħabba assoluta imma l-ħniena tiegħu infinita kif ukoll l-ubbidjenza bla kundizzjoni ta’ Ġesù, il-bniedem il-ġdid, li l-bniedem il-qadim tilef bi ħtijietu. Fil-fatt, meta Adam ċeda għat-tentazzjoni bidel il-ġenna f’deżert, Ġesù min-naħa l-oħra bir-rebħa fuq l-attakk tax-xitan jerġa’ jagħtina l-possibilità li nibdlu d-deżerti ta’ ħajjitna f’ġenna fejn il-bhejjem isiru anġli li Alla jibgħat b’servizz għal bniedem.

Għalhekk Ġesù jħabbar li fl-aħħar beda żmien ġdid, li s-saltna t’Alla waslet fostna: din l-aħbar tajba hi preżenti fostna: din l-aħbar tajba tiżgurana li anke

Page 45: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

44 SIGNUM FIDEI

f’dinja diffiċli u kkumplikata bħal tagħna jeżistu itinerarju u skopijiet ċerti. Din it-tħabbira qawwija tippermetti t-tama anke fl-iktar sitwazzjonijiet koroh ta’ vjolenza u persekuzzjoni li sal-lum naraw kontra d-dixxipli ta’ Ġesù.

Jekk l-affarijiet huma hekk, ma nistgħux inħarsu lejn ir-Randan bħala żmien ta’ penitenza, ċaħda u gdiedem. Veru li nitfgħu l-irmied fuq rasna, għax mimlija ħażen u uġigħ, imma Alla nefaħ fina l-Ispirtu li joħloq fina ħajja ġdida u ferħ li ma jintemmx. Is-sawm mill-ikel li l-Knisja tistedinna nagħmlu, mhuwiex biss iċ-ċaħda mill-ikel imma mezz tajjeb ’l fuq minna nfusna li jwassalna għal-liberazzjoni li l-Mulej isejħilna għaliha. U jekk f’dan iż-żmien aħna msejħin nidħlu fid-deżert tas-silenzju, tas-smigħ u tat-talb hu sabiex nerġgħu niskopru fil-ġewwieni tagħna, fuq wiċċna sfigurat bil-ħtija, id-dinjità immensa ta’ wlied Alla.

Il-qsim tal-ġid tagħna mal-fqar mhuwiex telfa, imma rivelazzjoni tal-wiċċ glorjuż tal-Mulej f’dak tal-iżgħar fost l-aħwa, biex niskopru li l-karità mhux biss toħloq l-għaqda imma tiggarantixxi wkoll il-ħlas.

Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 17, l-1 punt

Today’s Gospel, which informs us that Jesus Christ went off into the desert, does not say that he did this to withdraw from human company or to pray but to be tempted. This helps us understand that the first step we must take when we wish to give ourselves to God is to leave the world to prepare ourselves to fight this world and all the enemies of our salvation. In seclusion from the world, says Saint Ambrose, we ought to expect to be tempted and tried in many ways. The Wise Man likewise forewarns us of this when he says that those who enter the service of God must prepare themselves for temptation. It is very advantageous for them, because it is one of the best ways to free themselves entirely,from sin and from affection for sin. Have you always thought that to be devoted entirely to God, you must be prepared to be tempted? Are you not upset when some temptation comes to you? In the future be ready to meet temptation at any time and thus to draw from it all the benefit that God wishes it to accomplish in you.

TALBA O Mulej Alla tagħna,

inti li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħna u mhux dak li rridu, agħtina f’dan ir-Randan imqaddes,

il-grazzja li aħna nafdaw fik u f’dak li int tixtiqilna,

u mhux f’dak li nixtiequ aħna. Nadfilna qalbna minn kull ħażen,

biex aħna nkunu nistgħu nħarsu ’l quddiem bil-ferħ għall-Glorja tal-Għid, bi Kristu sidna,

Ammen. Missierna ...

Page 46: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 45

It-Tnejn, it-22 ta’ Frar Il-Katedra ta’ San Pietru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Pietru 5: 1-4 Presbiteru u xhud tat-tbatijiet ta’ Kristu. 2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Mattew 16: 13-19 Inti Pietru: jien nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas- Smewwiet. IL-KATEDRA TA’ SAN PIETRU

San Ġwann Battista De La Salle kiteb meditazzjoni fuq il-fidi li għandu jkollna u s-sottomissjoni li n-Nisrani għandu juri lejn it-tagħlim tal-knisja. Dan ġara 300 sena ilu, it-tagħlim li ħallielna għadu frisk sal-lum.

Il-fundatur fir-regola tal-Brothers kien ċar dwar l-ubbidjenza lejn il-Papa. Din għadha attwali sal-lum.

Għaliex S. Ġwann Battista De La Salle kiteb din il-meditazzjoni tant qawwija, b’tant enfażi u tant soda, u bla tlaqliq ta’ xejn?

Fi żmien S. Ġwann De La Salle (1651–1719) kien żmien ta’ tagħlim falz kontra t-tagħlim tal-knisja.

Jansenju kien isqof u kien ixerred it-tagħlim li: o il-Papa m’għandux awtorità; o il-Papa mhux infallibli; o il-Papa m’għandux jindaħal fil-ħajja tan-Nisrani.

Meta l-Papa kiteb il-kundanna ta’ din it-teorija qarrieqa kien hemm xi isqfijiet u membri tal-ġerarkija u reliġużi li ma ridux joqogħdu għad-deċiżjoni tal-Konċilju.

Dak li ġara fis-seklu 17 qed jiġri issa fis-seklu 21. Bro. Louis Camilleri

Riflessjoni: Ma kienx is-soltu li Ġesù jbiddel l-ismijiet tad-dixxipli tiegħu; barra mil-laqam li ta lil ulied Żebedew, ‘ulied ir-ragħad’ (Mk. 3;17). Qatt ma ta isem ieħor, biss lil Xmun biddillu ismu u sejjaħlu ‘Kefas’. Dan l-isem aktar ’il quddiem ġie maqlub bil-Grieg bħala Petros u bil-Latin bħala Petrus. U dan ġie maqlub mhux għax kien isem imma għax kien mandat li Petrus irċieva mingħand il-Mulej. Dan l-isem Petrus baqa’ jidher spiss fil-Vanġelu u spiċċa biex biddel l-isem oriġinali ta’ Xmun.

“U jiena ngħidlek: inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.” (Mattew 16: 18-19)

“Christ and his Church” tal-Papa Benedittu XVI

Page 47: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

46 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 139, l-1 punt

It ought not to be surprising that Saint Peter was so dearly loved by Jesus Christ and that our Lord established him as the head of his Church. His great faith won for him this honor, the faith that led him to renounce all things to follow Jesus Christ and to give himself to him completely. It is true, as Saint Jerome says, that Saint Peter gave up little, if we consider what he possessed; he left only a fishing boat and some nets. But if we pay attention to the fact that he gave up at the same time the desire to possess anything, he did indeed give up much, as this saint observes, because he renounced what is most important in this world, what is most capable of attracting and absorbing people’s hearts. The faith with which he was already filled enabled him to make this generous act. Because Jesus Christ was then just a common man in the eyes of the world, without any acclaim, nothing but a strong faith could have enabled anyone to leave everything to follow him, because to all appearances there was nothing to be hoped for from him.

TALBA Mulej,

int għażilt lil San Pietru biex ikun l-ewwel wieħed li jmexxi l-Knisja tiegħek,

u tlabt għalih biex il-fidi tiegħu ma tonqosx;

wettaqna fl-istess fidi, u saħħaħna fil-fedeltà tagħna

lejn il-Papa, is-suċċessur ta’ San Pietru.

Missierna ...

Page 48: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 47

It-Tlieta, it-23 ta’ Frar San Polikarpu – isqof u martri

Is-Seba’ Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 55: 10,11 Kelmti tagħmel dak li jogħġob lili. 2. Salm 33: 4-7,16-19 Il-Mulej jeħles il-ġusti mid-dwejjaq kollha tagħhom. 3. Mattew 6: 7-15 Mela itolbu hekk. SAN POLIKARPU (69-155) – isqof u martri San Polikarpu kien wieħed fost id-dixxipli l-aktar magħrufin tal-Appostli. L-

atti awtentiċi ta’ dan il-martri famuż kienu miktuba mill-Knisja ta’ Smirni u huma dokument importanti fl-istorja tal-knisja tal-bidu.

Polikarpu ħaddan it-twemmin Nisrani meta kien għadu żagħżugħ ħafna u sar dixxiplu ta’ San Ġwann l-Evanġelista, li wkoll ħatru isqof ta’ Smirni.

Polikarpu mexxa l-Knisja ta’ Smirni għal 70 sena, u fost id-dixxipli tiegħu nsibu lil San Irenew u lill-kittieb Papija. San Irenew ħalla miktub li San Polikarpu kien jaf personalment lil San Ġwann u lill-oħrajn li kienu raw lill-Mulej.

Għall-ħabta tal-158, San Polikarpu mar Ruma biex jikkonsulta ruħu mal-Papa San Aniċetu dwar id-data taċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir billi l-Knejjes tal-Lvant u dawk tal-Punent kienu jiċċelebrawh f’dati differenti. Ġie miftiehem li t-tnejn setgħu jimxu fuq l-użanzi tagħhom.

Taħt l-Imperaturi Lucius Virus u Marcus Aurelius, il-qaddis kien arrestat u meħud quddiem il-prokonslu. Meta ġie mitlub jiċħad lil Kristu, huwa wieġeb: “Jiena qdejt lil Ġesù għal sitta u tmenin sena u hu qatt ma għamilli tort; kif, mela, nista’ neħodha kontra s-sultan tiegħi li salvani?” Talli ma riedx jiċħad lil Kristu, hu kien ikkundannat għall-mewt billi kien mitfugħ fin-nar.

L-awturi tal-atti tiegħu, li jgħidu li kienu xhieda ta’ dak li kitbu, isemmu l-fatt li l-fjammi tan-nar ma messewhx, imma ffurmaw bħal arkata fuq rasu. Minħabba f’hekk Polikarpu kien maqtul bix-xabla.

Il-mewt tiegħu ġrat fit-23 ta’ Frar, għall-ħabta tas-sena 166. Ġismu ġie maħruq, imma xi għadam tiegħu nġabar b’devozzjoni mill-Insara u llum jinsab ppreservat fil-knisja ta’ San Ambrogio in Massimo, f’Ruma.

San Polikarpu hu wieħed mill-Padri Appostoliċi. Ir-rakkont tal-martirju tiegħu, l-ittra tiegħu lill-Filippin u l-ittra li San Injazju ta’ Antjokja kitiblu, huma fost l-aktar dokumenti prezzjużi tal-knisja bikrija.

Is-Seba’ Dehra ta’ Lourdes: Din id-dehra ġrat fit-23 ta’ Frar 1858. Għal din id-dehra kien hemm preżenti folla entużjasta ta’ madwar 200 ruħ. F’ħin bla waqt wiċċ Bernardette deher qiegħed jinbidel. Fil-pront l-irġiel preżenti għal din id-dehra niżlu għarkupptejhom u

Page 49: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

48 SIGNUM FIDEI

neħħew il-kappell. Xi mumenti Bernardette bdiet tidher tisserja ħafna u l-wiċċ tagħha juri espressjoni ta’ diqa. Oħrajn wiċċha beda jidher hekk ferħan u bi tbissima sabiħa. Id-dehra damet għal madwar siegħa. Għall-aħħar tad-dehra Bernardette mxiet lejn siġra tal-ward viċin u nieżlet għarkupptejha tbus l-art. Meta spiċċat id-dehra u Bernardette reġgħet bdiet ġejja f’tagħha n-nies b’eċitament fuqhom bdew ilkoll isaqsuha x’kienet qaltilha s-Sinjura u Bernardette weġbithom li s-Sinjura kienet fdatilha tliet sigrieti li hi qatt ma tarrfet lill-poplu. Riflessjoni: Meta Ġesù kien qed jgħallem lid-dixxipli kif jitolbu, wissihom biex joqogħdu attenti minn żewġ difetti. M’għandhomx joqogħdu jlabalbu fil-vojt bħall-pagani, u li m’għandhomx jagħalqu qalbhom kontra sħabhom l-midinbin, għax jekk huma ma jaħfrux lanqas jiġu maħfura. Il-maħfra tħassar kull dejn. Kull meta aħna naħfru, inkunu qegħdin nimitaw lill-Missier, li bl-imħabba tiegħu ħalaq id-dinja u kull ma fiha. Kull meta ma naħfrux inkunu qed inwebbsu qalbna kontra l-Missier, u nissoponu li hu għandu jaċċettana fuq il-merti tagħna – it-tlablib tagħna!

Addattata mill-ktieb “The Magnificat Lenten Companion” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 196, silta mill-1 punt Very insistently ask Jesus Christ to make his Spirit come alive in you, for he has chosen you to do his work. Consider Jesus Christ as the Good Shepherd of the Gospel, who seeks the lost sheep, puts it on his shoulders, and carries it back to restore it to the fold. Because you are taking his place, consider that you are obliged to do the same thing. Ask him for the grace needed to procure the conversion of hearts. You must, then, be very devoted to prayer to succeed in your ministry. You must constantly represent the needs of your disciples to Jesus Christ, explaining to him the difficulties that you have experienced in guiding them. Jesus Christ, seeing that you regard him as the one who can do everything in your work, whereas you are an instrument that must be moved only by him, will not fail to grant you what you ask of him.

TALBA

Alla tal-ħolqien kollu, li għoġbok tagħti lill-Isqof San Polikarpu

post qalb il-martri, agħtina li bl-interċezzjoni tiegħu

li waqt li naqqsmu miegħu fil-kalċi ta’ Kristu, aħna nqumu għall-ħajja eterna bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.

Bi Kristu sidna ibnek, li jgħix u jsaltan flimkien

mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

(Kolletta) Missierna ...

Page 50: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 49

L-Erbgħa, l-24 ta’ Frar San Ethelbert - re

It-Tmien Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġona 3:1-10 In-nies ta’ Ninwè reġgħu lura minn triqthom il- ħażina. 2. Salm 50: 3,4,12,13,18,19 Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, O Alla. 3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjal ta’ Ġona SAN ETHELBERT (? - †616) – re Ethelbert inħatar re ta’ Kent fil-560, u estenda s-setgħa tiegħu għan-naħa

ta’ isfel tal-Ingilterra. Huwa żżewweġ lill-Prinċipessa Nisranija Bertha, bint Charibert re tal-Franki. B’hekk daħlet għall-ewwel darba l-fidi Nisranija fl-Ingilterra Anglo-Sassona għaliex missier Bertha insista li bintu tkun tista’ bil-libertà tipprattika t-twemmin tagħha f’dak il-pajjiż.

Meta Santu Wistin ta’ Canterbury wasal l-Ingilterra fil-597 flimkien mal-40 irħieb Benedittini li kienu ntbagħtu hemm mill-Papa San Girgor il-Kbir, hu kellu merħba sabiħa mir-Re Ethelbert minkejja li sa dak iż-żmien kien għadu pagan.

Imqanqal mill-eżempju tal-fidi ta’ martu, kif ukoll mill-ħeġġa ta’ Santu Wistin u l-irħieb tiegħu, Ethelbert għażel li jħaddan il-fidi Nisranija, u rċieva l-magħmudija nhar l-Għid il-Ħamsin tal-istess sena (597) minn idejn Santu Wistin. B’hekk Ethelbert sar l-ewwel re Nisrani Ingliż, u minn dakinhar ’il quddiem ta s-sapport tiegħu għall-kawża ta’ Kristu fis-saltna tiegħu.

Kontra s-slaten ta’ żmienu li kienu jimponu t-twemmin tagħhom fuq is-sudditi tagħhom, Ethelbert kien ħalla lis-sudditi fil-libertà jekk iħaddnux il-fidi li issa beda jħaddan hu, għaliex kien iżomm li l-konverżjoni permezz tal-konvinzjoni kienet l-unika vera konverżjoni, u inkoraġġixxa l-ħidma tal-missjunarji Nsara.

San Ethelbert kien kontinwament ħsiebu biex iġib ’il quddiem il-ġid tal-poplu tiegħu. Huwa ħareġ liġijiet siewja li baqgħu miżmumin b’għożża fl-Ingilterra fiż-żminijiet li ġew wara.

Huwa ħabrek biex jeqred il-paganiżmu fis-saltna tiegħu, u kien mezz biex ukoll ikkonverta Sebert, ir-re ta’ East Saxony, flimkien man-nies tiegħu, kif ukoll lil Redwald, re ta’ East Anglia.

San Ethelbert miet fl-24 ta’ Frar 616 wara li kien ilu re 56 sena.

Page 51: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

50 SIGNUM FIDEI

Lourdes, it-8 Dehra - It-Tlieta, l-24 ta’ Frar, 1858: Nhar it-Tlieta, l-24 ta’ Frar, kmieni kmieni, Bernardette marret fl-għar u

ppreżentat ruħha fil-post fejn is-soltu toqgħod waqt id-dehra li din id-darba damet aktar minn siegħa. Is-Sinjura qaltilha: “Irrid nafdalek sigriet. Żommu għalik. Twegħedni li ma turi bih lil ħadd?”

Bernardette wieġbet: “Iva”, u l-Madonna qaltilha kliem li kelllu jinżamm sigriet u għalhekk ħadd ma jaf fiex kien jikkonsisti.

Waqt din id-dehra, f’ċerti mumenti, fuq wiċċ Bernardette ġiet bixra ta’ swied il-qalb. Imbagħad rawha titkaxkar għarkupptejha fl-art u tidħol aktar ’il ġewwa fil-qiegħ tal-għar. Hemmhekk hija bieset l-art għal tliet darbiet. Meta ħarġet mill-għar u resqet lejn in-nies li xtaqu jafu xi ħaġa dwar dik l-esperjenza tagħha, bid-dmugħ f’għajnejha qaltilhom: “Penitenza, penitenza, penitenza! Is-sinjura riditni nbus l-art u qaltli, “itlobu għall-konverżjoni tal-midinbin.” Riflessjoni: Ġesù jgħid li dawk li jfittxu s-sinjali huma ‘ħżiena’ – dan jidher kliem iebes u jġiegħelna naħsbu. Għaliex Ġesù ma riedx jagħti sinjali lill-poplu tiegħu? Tgħid ma jridx li aħna nemmnu fih? Is-sinjali li jtina Ġesù mhux dawk li nkunu qed nistennew minn Alla. Hu jagħtina lilu nnifsu, ġwejjed u umli. L-Israeliti kienu qed jistennew Messija li kellu jkun qawwi u mexxej militari biex ikeċċi lir-Rumani ’l barra minn pajjiżhom. Minflok Ġesù twieled f’naqra ta’ maxtura u miet fuq salib. Ix-xitan offrielu s-saltniet kollha tad-dinja, imma Ġesù m’aċċettax. Għalhekk Ġesù huwa sinjal għalina, sinjal ta’ servizz mhux qawwa, ta’ dgħufija u mhux ta’ saħħa dinjija. Huwa għadu sinjal għalina llum fix-xbiha tal-ħobż u l-inbid, u fil-ħajja ta’ dawk l-iżgħar fostna. Addattata mill-ktieb “The Magnificat Lenten Companion” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mIt-2 punt

It was also by means of this same virtue that the Ninevites, who had outraged heaven by their disorderly conduct, induced God to revoke the sentence he had pronounced against them to destroy their city. This they could not do except by a conversion of their hearts, following the preaching of Jonas and the invitation of their king. To avert the calamity that threatened them, there was no other recourse for them, says Saint Ambrose, than to fast continually and cover themselves with sackcloth and ashes to appease the anger of God. By the same method, you too will obtain the remission of all the sins you committed in the world and all those you still commit every day in God’s house. For, as Saint Jerome observes, everyday God still addresses to people the same threats he addressed to the Ninevites, so that just as these menaces frightened those sinful people, they may in the same way convince people who are living now to do penance. Let us, then, profit by such an admirable example.

Page 52: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 51

TALBA O Alla,

li ridtna nisimgħu lil ibnek l-għażiż, itmagħna bl-ikel tal-kelma tiegħek,

u agħmel li nsaffu l-għajnejn ta’ ruħna ħalli nithennew

bid-dehra tal-glorja tiegħek. B’ibnek Ġesù Kristu sidna,

li jgħix u jsaltan mal-Ispirtu s-Santu, f’Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Missierna ...

Il-Ħamis, il-25 ta’ Frar San Alwiġ Versiglia – isqof, u San Kallistu Caravario – presbiteru u martri

San Tarasju - patrijarka ta’ Kostantinopli (730-807) Il-Beata Adeodata Pisani – verġni u reliġjuża

Il-Beatu Sebastjan minn Aparicio - reliġjuż Id-Disa’ Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ester 4: 17n.p-r.aa-bb.gg-hh Jiena waħdi u m’għandi lil ħadd ħliefek, Mulej.

2. Salm 137: 1-2a.2bċ-3.7ċ-8 Meta sejjaħtlek, int weġibtni.

3. Mattew 7: 7-12 Kull min jitlob, jaqla’.

Nota, mill-istorja tal-istitut: Il-25 ta’ kull xahar hija ġurnata ddedikata għal talb u sagrifiċċji għall-vokazzjonijiet fl-istitut. Noffru l-ġurnata tal-lum għal dan il-għan. IL-BEATA MARIJA ADEODATA PISANI (1806-1855) Il-Beata Marija Adeodata Pisani twieldet f’Napli fid-29 ta’ Diċembru 1806, u

ngħatat l-isem ta’ Marija Tereża. Il-ġenituri tagħha kellhom jisseparaw meta t-tifla kienet għadha tarbija,

minħabba li missierha kellu l-problema tax-xorb. Omm missierha rabbietha fl-għożża iżda meta mietet, Marija Tereża kellha

biss 10 snin. Hi ntbagħtet f’kulleġġ tal-bniet f’Napli sakemm għalqet is-17-il sena. Sentejn wara, ġiet Malta għal kollox flimkien ma’ ommha u marru

Page 53: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

52 SIGNUM FIDEI

joqogħdu r-Rabat. Ommha kemm-il darba ppruvat issibilha għarus biex tiżżewweġ, iżda Marija Tereża qatt ma riedet. Ma' missierha ltaqgħet bosta drabi u dejjem ġabitlu rispett. Ħafna kienu jammiraw il-ħajja eżemplari tagħha u ċerta qdusija diġà kienet bdiet tidher fiha.

Marija Tereża kienet issib l-għaxqa tagħha titlob fil-knisja ta' San Mark, li l-Agostinjani għandhom fir-Rabat. Kien proprju f'dil-knisja quddiem ix-xbieha tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, li ħasset is-sejħa li tidħol soru.

Marija Tereża daħlet fil-monasteru ta’ San Pietru fl-Imdina nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-1828 meta kellha 22 sena. Hawn ingħatat l-isem ta’ Marija Adeodata u fit-8 ta’ Marzu 1830 hi għamlet il-professjoni reliġjuża solenni.

Fiż-żmien li għexet bejn l-erba’ ħitan tal-monasteru hi ngħatat diversi karigi. Ġiet eletta badessa fl-1851 u fis-sentejn li għamlet tmexxi l-monasteru hija saħħet ir-riforma tal-ħajja komunitarja b’aktar osservanza lejn ir-regoli monastiċi.

Sakemm kien possibli għaliha bħala soru tal-klawsura, dak li setgħet tiddisponi minnu qassmitu lill-foqra li kienu jħabbtu l-bieb tal-monasteru. Hija spikkat fit-talb u s-sagrifiċċju u dejjem fittxet il-ħajja ta’ perfezzjoni. Marija Adeodata mietet fil-25 ta’ Frar 1855, fl-età ta’ tmienja u erbgħin sena.

Hija ġiet ibbeatifikata nhar id-9 ta’ Mejju, 2001 minn San Ġwann Pawlu II, flimkien ma’ San Ġorġ Preca u l-kjeriku Nazju Falzon.

Riflessjoni: Għaliex għandna nitolbu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum? ... Il-grazzja li ngħixu tajjeb titqies minn kemm u minn kif nitolbu. Jekk wara mewtna jew fl-aħħar ġudizzju, il-Mulej jikkundannana, aħna niġu kkundannati mhux wisq minħabba dnubietna billi hu jaf tajjeb id-dgħufija tagħna, iżda iktar għax ma nkunux tlabnieh, għax ma nkunux urejna tama fih, għax ma nkunux xtaqna dak li hu kien lest jagħtina. Meta, mela, niftakru fil-ħtiġijiet hekk kbar li bihom aħna mdawrin ma rridux wisq biex nifhmu għaliex mhux biżżejjed li wieħed jitlob erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Il-Kardinal Prospero Grech Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 18, silta mill-1 punt The Gospel tells us that our Lord was transfigured while praying on a very high, lonely mountain. This teaches us that God pours out his consolation on souls who devote themselves a great deal to prayer and who love this holy exercise. Those souls who are half-hearted and lazy, who have little love for prayer, ought not to be surprised if they are not among those whom God favors in a special way and with whom he communicates familiarly. They do not enjoy an intimate union with him, because they do not give themselves to the exercise that unites us with God and in which we learn to enjoy God and to have, even on this earth, a foretaste of the joy of heaven. Be faithful to this holy exercise, so that all your actions may be done in the spirit of prayer.

Page 54: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 53

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle

biex jagħti edukazzjoni Nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

Il-Ġimgħa, is-26 ta’ Frar Sant’Anna Line – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Eżekjel 18: 21-28 Forsi jien togħġobni l-mewt tal-bniedem il-ħażin, mhux

aktar jogħġobni li jerġa’ lura minn triqatu u jgħix?

2. Salm 129: 1-8 Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, min jista’ jżomm

sħiħ?

3. Mattew 5: 20-26 Mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk.

SANTA ANNA LINE (c.1565 - †1601) - martri Din hija waħda mill-40 martri Ingliżi li l-Beatu Papa Pawlu VI kkanonizza

flimkien fl-1970. Hi u żewġha huma eżempju erojku ta’ dedikazzjoni minn lajċi fi żmien ta’ persekuzzjoni.

Anna née Heigham kienet bint ġenituri Kalvinisti akkaniti; ikkonvertiet għar-reliġjon Kattolika flimkien ma’ ħuha meta kien għad ma kellhiex 20 sena. Minħabba f’hekk it-tnejn kienu maqtugħin mill-wirt.

Fl-1585, meta hi kellha dsatax-il sena, iżżewġet lil Roger Line, ikkonvertit tal-età tagħha li malajr ġie arrestat għax kien imur għall-quddies. Huwa wkoll kien ġie maqtugħ mill-wirt u miet fl-eżilju fil-Fjandra fl-1594.

Anna sabet ruħha f’faqar kbir u bdiet tieħu ħsieb dar kbira f’Londra, li Fr. John Gerard, Ġiżwita, kien fetaħ biex jilqa’ fiha lill-qassisin fiz-żmien tal-persekuzzjoni Protestanta.

Page 55: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

54 SIGNUM FIDEI

Minkejja s-saħħa dgħajfa tagħha, Anna kienet tagħmel kollox f’din id-dar, tant li kienu laqqmuha s-“Sinjura Marta”. Hi wriet li kienet mara ta’ kapaċità, diskreta u ġentili. Fil-ħin liberu tagħha kienet tgħallem lit-tfal u taħdem ir-rakkmu.

Wara l-ħarba famuża ta’ Fr. Gerard mit-Torri ta’ Londra fl-1597, hi marret f’dar oħra. Biex id-dedikazzjoni tagħha tkun permanenti u aktar kompleta, Anna ħadet il-voti ta’ faqar, kastità u ubbidjenza u, minkejja l-periklu, nuqqas ta’ saħħa u uġigħ ta’ ras kważi kontinwu, kienet tgawdi paċi kbira.

Il-folla kbira li nġabret filgħodu kmieni nhar il-Kandlora tas-sena 1601 qanqlet suspett, u meta waslu l-pulizija, il-qassis kien diġà ħarab, imma sabu kamra mimlija nies u kollox lest għall-quddiesa. Anna ġiet arrestata u mitfugħa l-ħabs.

Fis-26 ta’ Frar hi kienet akkużata li laqgħet għandha saċerdot: il-prova prinċipali kien l-altar li nstab fid-dar. Instabet ħatja u kkundannata għall-mewt; qatluha l-għada. Hi laqgħet is-sentenza tagħha għall-mewt bil-ferħ għax hi kienet spiss tgħid lil Fr. Gerard: “Jien nixtieq, aktar minn kollox, li mmut għal Kristu.”

Lill-folla li nġabret f’Tyburn hija qaltilhom: “Jiena ġejt issentenzjata għall-mewt għax tajt kenn lil qassis Kattoliku, u tant m’għandix indiema li għamilt hekk li b’qalbi kollha nixtieq li flok wieħed nilqa’ elf.” Imbagħad hija bieset il-forka, qagħdet għarkopptejha u bdiet titlob. Kellha biss xi 35 sena.

Santa Anna Line tista’ titqies bħala mudell u patruna tan-nisa li jieħdu ħsieb id-djar tas-saċerdoti.

Riflessjoni, L-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-2 Ktieb, l-1 kap.; “Is-saltna t’Alla ġewwa fikom,’’ jgħid il-Mulej. Agħti ruħek ’l Alla b’qalbek kollha, tbiegħed għal kollox minn dal-wied tad-dmugħ, u ruħek issib il-mistrieħ tagħha. Tgħallem ixħet taħt riġlejk il-ħwejjeġ ta’ din l-art, agħti ruħek għall-ħwejjeġ tar-ruħ, u inti tara kif Alla jiġi jsaltan ġewwa fik. U s-saltna t’Alla taf x’inhi? Paċi u hena fl-Ispirtu Santu; u dawn ma jingħatawx lill-ħżiena. Jiġi mela ġewwa fik Kristu Ġesù u jurik il-ħlewwiet tiegħu, jekk tlestilu f’qalbek għamara kif lilu tixraq. Il-glorja tiegħu, il-ferħ tiegħu. Hu jsibhom ġewwa l-qalb; u bihom jitgħaxxaq. Spiss hu jħobb iżur il-bniedem miġbur fih innifsu, miegħu jitħaddet bil-ħlewwa; isawwab fuqu l-grazzja tiegħu; jagħtih paċi kbira, jinħabb miegħu b’mod tal-għaġeb. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, it-2 punt

Some people in the world, who have a certain amount of piety, believe that they have fulfilled their obligations when they do not show any outstanding vices and when their exterior conduct is not wholly reprehensible, but Jesus Christ condemns this attitude in those who claim to be serving him faithfully. He does not want us to approach him in prayer or to participate in the Eucharist if we entertain the least coldness toward one of our Brothers. He wants us, far from hating our enemies, to love them, to do good to them, and to pray for them.

Page 56: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 55

This is what God requires of you and how he desires that your justice be more than that of people of the world: that you not only keep his commandments exactly but also are faithful to the practice of the counsels of the Gospel and, consequently, to the observance of your Rule. Have you nothing with which to reproach you concerning all these matters?

TALBA O Alla,

l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

U sawwab fija fidi vera,

tama ċerta u mħabba perfetta.

Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.

Ammen. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Is-Sibt, is-27 ta’ Frar San Gabrijel tal-Addolorata - reliġjuż (1838-1862)

San Leonardu – isqof ta’ Sivilja (600) L-Għaxar Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 26: 16-19 Tkun ġens ikkonsagrat lill-Mulej, Alla tiegħek. 2.Salm 118: 1-2.4-5.7-8 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 3. Mattew 5: 43-48 Kunu perfetti, bħalma hu perfett missierkom li hu fis-smewwiet. SAN GABRIJEL TAL-ADDOLORATA (1838-1862) - reliġjuż Twieled f’Assisi fl-1 ta’ Marzu 1838 u għammduh fl-istess jum u semmewh

għal San Franġisk. Missieru, Santo Possenti, li bħala gvernatur tal-Istati Pontifiċji ħtieġlu jiċċaqlaq minn post għal ieħor, fl-aħħar mar joqgħod għal kollox fi Spoleto, u għalhekk il-qaddis għadda tfulitu f’din il-belt.

Fil-kulleġġ tal-Brothers ta’ De La Salle ġewwa Spoleto, Francesco kien maħbub ħafna minn sħabu. Kien jirbaħ medalji tad-deheb billi jiġi l-ewwel fis-

Page 57: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

56 SIGNUM FIDEI

suġġetti u fil-Filosofija. Kien jinteressa ruħu fit-teatru u fil-kaċċa, u kien iħobb ukoll il-ballijiet, tant li sħabu kienu jsibuh bħala l-ballerin. Kien ukoll tefa’ għajnejh fuq tfajla.

Iżda b’għaġeb kbir tan-nies ta’ Spoleto, fil-21 ta’ Settembru 1856, l-għada tal-gradwazzjoni tiegħu, ta’ 18-il sena, telaq biex jibda n-novizzjat mal-patrijiet Passjonisti f’Morrovalle, u għażel l-isem ta’ Gabrijel tal-Addolorata. Sena wara għamel il-professjoni reliġjuża.

Fin-novizzjat, sar mudell tal-osservanza u tal-perfezzjoni mhux biss għal sħabu, iżda wkoll għall-patrijiet anzjani u saħansitra għas-sekulari tal-inħawi ta’ Morrovalle.

Mill-ittri li kiteb u min-noti personali, nindunaw li hu bena l-qdusija tiegħu prinċipalment fuq żewġ pilastri: id-devozzjoni lejn il-Madonna u r-rebħa totali tiegħu nnifsu permezz ta’ attenzjoni għall-ħwejjeġ żgħar. Huwa kiteb: “Meta Alla tani l-vokazzjoni tiegħi, hu sawwab fuqi waħda mill-aqwa grazzji tiegħu. Jiena rrid inpattilu billi nagħtih l-aqwa ħaġa li għandi – l-imħabba kollha ta’ qalbi.”

F’waħda mill-ittri tiegħu kiteb: “Il-ġenna tiegħi huma d-duluri tal-maħbuba ommi Marija.” F’ittra oħra stqarr kemm kien iħossu hieni fil-ħajja reliġjuża tiegħu u jgħid li, kieku ż-żgħażagħ kellhom ikunu jafuh dan, żgur li kienu jagħżlu lilha u mhux il-pjaċiri tad-dinja li jgħaddu f’tebqa t’għajn.

Huwa kellu tentazzjonijiet kbar biex iżeblaħ ’l Alla u biex ma jemminx. Fl-aħħar lejl qabel miet hu ġarrab id-dlam tas-salib u kien assaltat b’fantasiji u tentazzjonijiet qarrieqa. Iżda l-aħħar siegħa kienet waħda ta’ paċi kbira hekk kif hu qabad ix-xbiha favorita ta’ Marija Addolorata u sejjaħ isimha.

Il-qaddis miet fis-27 ta’ Frar 1862 bil-marda tat-tiżi, f’Isola del Gran Sasso, fl-Italja, tlett ijiem qabel ma għalaq erbgħa u għoxrin sena, meta kien għadu rċieva biss l-ordnijiet minuri u kien kważi lest għas-saċerdozju.

San Gabrijel tal-Addolorata ġie ddikjarat beatu minn San Piju X fl-1908. Fost dawk preżenti għall-okkażjoni, kien hemm dik li darba kienet in-namrata tiegħu. Kien iddikjarat qaddis fl-1920. Huwa ġie msejjaħ San Alwiġi ta’ żmienna u mudell taż-żgħażagħ.

Riflessjoni: Kemm inweġġgħu lil xulxin bi kliemna. Meta nitkellmu fuq xulxin bl-addoċċ, jew fil-ħażin, noħolqu ħsibijiet velenużi. Mhux faċli li tħobb lil xi ħadd li jpaċpaċ fuqek, li titlob għal xi ħadd li jweġġgħek bi kliemu. Ġesù jridna nħobbu tassew lil dawk li jippersegwitawna, u dawn jistgħu jkunu nies li nikkonsidrawhom ħbieb, jew membri tal-istess familja tagħna. John Janaro, “Praying with Saint Matthew’s Gospel” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, silta mit-2 punt

Some people in the world, who have a certain amount of piety, believe that they have fulfilled their obligations when they do not show any outstanding vices and when their exterior conduct is not wholly reprehensible, but Jesus Christ condemns this attitude in those who claim to be serving him faithfully.

Page 58: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 57

He does not want us to approach him in prayer or to participate in the Eucharist if we entertain the least coldness toward one of our Brothers. He wants us, far from hating our enemies, to love them, to do good to them, and to pray for them. This is what God requires of you and how he desires that your justice be more than that of people of the world: that you not only keep his commandments exactly but also are faithful to the practice of the counsels of the Gospel and, consequently, to the observance of your Rule. Have you nothing with which to reproach you concerning all these matters?

TALBA O Kristu,

inti li ħsilt saqajn id-dixxipli tiegħek, għalkemm inti l-imgħallem u l-Mulej, neżżgħana mis-suppervja u eħlisna

biex nagħmlu lil xulxin għemejjel ta’ mħabba, bħal ma’ int għamilt lilna.

F’ismek nitolbu, sidna Ġesù Kristu, li tgħix u ssaltan,

Alla wieħed mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Il-Ħadd, it-28 ta’ Frar It-Tieni Ħadd tar-Randan

Il-Ħdax-il Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 22: 1,2,9,13,15,18 Is-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham. 2. Salm 115 : 10,15-19 Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin. 3. Rumani 8 : 31b-34 Alla lanqas lil Ibnu stess ma ħafirha. 4. Mark 9: 2-10 Dan hu Ibni l-għażiż. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Mulej urina l-Missier u jkun biżżejjed”, id-dixxipli kienu staqsew lil Ġesù u hu, bħal tifel żgħir li mhux kapaċi jżomm ir-rigal għal sieħbu moħbi, iċedi għat-talba tagħhom. Jieħu tlieta miegħu u jwassalhom fuq muntanja f’post imwarrab, huma waħedhom, u jinbidel quddiemhom. Forsi kien għadu mhux il-waqt: probabbli li ħbiebu ma fehmux anzi imlew rashom u rriskjaw jitilfu l-fidi meta l-

Page 59: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

58 SIGNUM FIDEI

kriżi li kienet qiegħda tistenna lin-Nazzarenu, splodiet bid-drammatiċità tagħha kollha. Imma Ġesù ma jistenniex, u juri f’persuntu l-glorja tad-dehra, id-“dna” divin minqux mill-Missier fil-ħolqien, fuq kollox f’qalb il-bniedem.

Matul iż-żmien din id-dehra divina ndifnet f’qalb il-bniedem minn gzuz ta’ ħażen, dnubiet u ħtijiet, imma ma mititx: kienet tgħix fil-moħbi, fl-istennija ta’ dak li kellu jirrestawralha l-ġmiel antik u jerġa’ joħroġha għad-dawl. Fil-persuna ta’ Ġesù, il-mistenni fl-aħħar kien wasal, biex juri lid-dinja li l-glorja t’Alla mhi xejn aktar ħlief l-imħabba infinita tiegħu: minħabba li ma tistax tingħalaq, li ħadd ma jista’ jwaqqafha milli tiddi, bħal ma ħadd ma jista’ jżomm lix-xemx milli tiddi u lil fjuri li jxerrdu l-fwieħa tagħhom. F’Ġesù din il-glorja divina taqbad idejn dawk l-imsejkna li huma aħna u taqlagħna mit-tajn tal-miżerja biex twassalna fl-għoli, fil-quċċata tal-unika muntanja li ħadd ma jista’ jitla’ bil-forzi tiegħu waħdu.

Jekk ma’ Pietru, Ġakbu u Ġwanni aħna wkoll ma nibżgħux ninqatgħu minn sħabna l-oħra, inkunu nafu naffrontaw b’kuraġġ it-telgħa u naċċettaw l-isfidi u r-riskju li hemm meta nafdaw lill-Imgħallem; inkunu nistgħu nġarrbu bħalhom l-iktar esperjenza straordinarja li qatt ġarrab il-bniedem, dik li jikkontempla l-wiċċ ta’ Alla. Esperjenza straordinarja, li tbellah lil Pietru: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija" (Mk.: 9:6). Għaliex meta l-qalb tfur bil-ferħ, l-aħħar ħaġa fuq moħħok tkun li taħseb għalik innifsek ! Anki għaliex it-tlieta fehmu li hemm, fuq il-quċċata tal-muntanja t’Alla, Ġesù nnifsu hu l-għamara tagħhom: allura nistgħu nibqgħu barra fit-tempesti tal-ħajja, għax se tkun il-glorja divina li tipproteġina, se jkun wiċċu li jiddi fuqna, kelmtu li tmantnina, il-volontà tiegħu l-uniku skop ta’ ħajjitna.

It-tliet appostli jaraw id-dawl għax fil-mument li Ġesù jiżvela l-misteru tiegħu, anke l-enigma tal-eżistenza umana ssib tifsira: il-wiċċ ta’ Ġesù, li jiddi bil-glorja fuq il-muntanja Tabor u jsir sfigurat għall-imħabba fuq il-muntanja tal-Kalvarju, mhuwiex biss il-wiċċ ta’ Alla imma wkoll il-wiċċ tal-bniedem; tiegħi, tiegħek, ta’ kulħadd. Ġesù bit-trasfigrazzjoni jurina d-dinjità u l-glorja immensa moħbija fil-bniedem, anke f’dak li hu l-iktar miskin, ħati, jew midneb; hu jerġa’ jagħtina d-dinjità li aħna l-ħin kollu ttentati biex nibdluha ma’ affarijiet tas-soltu. Jaċċertana li m’hemmx għalfejn ninħbew iżjed minn Alla, bħal Adam bil-mistħija ta’ dnubietna, lanqas niddefendu ruħna minnu bil-biża’ tal-kastig li jistħoqqilna għal dnubietna.

Din hi l-aħbar tajba li għandhom bżonn ħafna nies fi żmienna għaliex huma mdejqin bihom infushom, mikulin bis-sens ta’ ħtija, imjassrin mill-ħafna pretensjonijiet li għandhom mal-oħrajn. Naturalment ma naħsbux li se jkun faċli, nafu biżżejjed li hemm bżonn ninżlu mill-muntanja tal-glorja biex nerġgħu nitilgħu fuq l-oħra fejn il-glorja t’Alla ma ġietx merfugħa bejn Mosè u Elija imma bejn żewġ ħallelin; fejn dak li jiddi bħax-xemx jinsatar mid-dlamijiet; fejn il-leħen mis-sema jiskot u jinstemgħu l-insulti; fejn l-estasi ta’ Pietru tinbidel f’biki.

Hawnhekk jerġgħu jqumu fid-dixxipli u fina, il-mistħija u l-biża’ li jġegħluna naħarbu ’l bogħod minnu, u nħalluh waħdu: imma għal tlett ijiem biss, sakemm

Page 60: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 59

iqum mill-mewt, meta l-Mulej jerġa’ jiġi biex jiġborna flimkien, lilna, ħbiebu, biex ma jitlifna qatt iżjed.

Minn ‘La Realtà é Cristo’ – Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, silta mill-1 punt Jesus came upon this earth to make satisfaction for our sins and was always considered as the man of sin by his Eternal Father because he was burdened by the sins of the whole world, even though he never did and never could commit any sin. For that reason he remained on earth, subject to all the sufferings of this life and to all the miseries that are the consequence of sin. Because of this, he always appeared as an ordinary man and kept hidden from the rest of the world the glorious state his holy soul enjoyed, which his sacred humanity had a right to enjoy from the moment of his conception. He was even willing to be mocked, scorned, and insulted by those who did not live according to his teaching. In fulfilling the obligation he had taken to satisfy for us the justice of his Father, he considered himself, according to the prophetic expression of David, the most despised of men and the outcast of the people, even though he was the King of glory.

TALBA

O Alla, li ebda għajn qatt ma rat, inti wrejtna l-glorja tiegħek permezz tat-trasfigurazzjoni

tal-wiċċ ta’ ibnek l-għażiż. Permezz tiegħu inti kellimtna.

Agħtina nitolbuk, l-għajnuna ħa nisimgħuh u nimxu fuq il-passi tiegħu, mit-tbatija u l-mewt għall-Glorja;

hekk kif fuq il-muntanja Tabor urejtna ’l ibnek għażiż ħaj u jsaltan miegħek, flimkien mal-Ispirtu s-Santu

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Missierna ...

JGĦIX ĠESÙ

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 61: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

60 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun sinjal ta’ fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 62: FRAR 2021 · 2021. 1. 31. · u tal-imħabba, u tagħmel li t-tifħir tagħna ’l Alla jkun aktar jogħġbu u ta’ qima għalih. Nimxu aħna u nkantaw ’l Alla biex infissru li

SIGNUM FIDEI 61

Talba lil San Ġużepp

Sliem għalik, ħarries tal-Feddej,

u għarus tal-Verġni Marija. Lilek Alla fdalek lil Ibnu:

fik Marija qiegħdet il-fiduċja tagħha;

miegħek Kristu sar raġel. O Mqaddes Ġużeppi,

kun missier għalina wkoll, u mexxina fit-triq tal-ħajja.

Aqlgħalna l-grazzja, il-ħniena u l-kuraġġ,

u ħarisna minn kull deni. Amen.

Papa Franġisku

PRESENTATION OF THE LORD WORLD DAY FOR

CONSECRATED LIFE 2nd February

In response to the call of the Holy Spirit, each

Brother, freely and without any thought of turning

back, bases his whole existance on the Gospel in

order to follow Jesus Christ. Accordingly he

consecrates himself entirely to the Holy Trinity to

procure the Glory of God in the ministry of

Christian Education.

Religious consecration gives meaning to

the specific commitments which it inspires and

brings into unity the successive moments in the

life of the Brother

Rule of the Brothers 22