gannina cutajar text

7
Ġannina Cutajar Jannar Il-Magħmudija ta’ Ġannina Cutajar Ġannina Cutajar, li ‘1 quddiem kellha tkun l-ewwel Superjura Ġenerali tas- Soċjetà tal-Museum, Sezzjoni Femminili, twieldet fit-13 ta’ Frar 1894 minn Anġelo u Maria Anna nee Vella. Billi kienu joqogħdu Bormla, Ġannina ġiet mgħammda l-għada l-14 ta’ Frar fil- Kolleġġjata ta’ Bormla. Fil-familja Cutajar minbarra Ġannina kien hemm ukoll żewġ subien ikbar li kienu Karmenu u Leone. Il-familja Cutajar kienet familja tajba ħafna u għalhekk id- don tal-fidi li Ġannina ngħatat fil-Magħmudija, hi ġiet megħjuna tħaddnu u tgħixu u maż-żmien kienet xhieda tiegħu f’ħajjitha. Frar Ġannina bint familja ta’ negozjant Ftit wara t-twelid ta’ Ġannina, il- familja Cutajar marret toqgħod Raħal Ġdid fid-dar 44 Misraħ Paola. Angelo Cutajar, li kien il-missier, kellu ħanut li fih kien jinnegozja l-inbid. Permezz ta’ dan in-negozju l-familja Cutajar saret familja magħrufa u sinjura ħafna. Il-ġid li kellhom qatt m’għamel bihom. Il- ġenituri rabbew lil uliedhom b’valuri nsara sodi u f’umiltà kbira. Għalhekk minn dak li l-Mulej ipprovdilhom kienu jgħinu bil-kbir lil ta’ madwarhom. Marzu Dun Ġorġ għand il-familja Cutajar F’dan iż-żmien Dun Ġorġ kien idur l- oqsma tal-Museum tas-subien u meta kien ikun Raħal Ġdid kien jgħaddi għand il- familja Cutajar. Hu kien jinqeda b’din 1

Upload: best249

Post on 18-Nov-2014

196 views

Category:

Documents


7 download

TRANSCRIPT

Page 1: Gannina Cutajar Text

Ġannina CutajarJannar

Il-Magħmudija ta’ Ġannina CutajarĠannina Cutajar, li ‘1 quddiem kellha tkun l-ewwel Superjura Ġenerali tas-Soċjetà tal-Museum, Sezzjoni Femminili, twieldet fit-13 ta’ Frar 1894 minn Anġelo u Maria Anna nee Vella. Billi kienu joqogħdu Bormla, Ġannina ġiet mgħammda l-għada l-14 ta’ Frar fil-Kolleġġjata ta’ Bormla. Fil-familja Cutajar minbarra Ġannina kien hemm ukoll żewġ subien ikbar li kienu Karmenu u Leone. Il-familja Cutajar kienet familja tajba

ħafna u għalhekk id-don tal-fidi li Ġannina ngħatat fil-Magħmudija, hi ġiet megħjuna tħaddnu u tgħixu u maż-żmien kienet xhieda tiegħu f’ħajjitha.

FrarĠannina bint familja ta’ negozjantFtit wara t-twelid ta’ Ġannina, il-familja Cutajar marret toqgħod Raħal Ġdid fid-dar 44 Misraħ Paola. Angelo Cutajar, li kien il-missier, kellu ħanut li fih kien jinnegozja l-inbid. Permezz ta’ dan in-negozju l-familja Cutajar saret familja magħrufa u sinjura ħafna. Il-ġid li kellhom qatt m’għamel bihom. Il-ġenituri rabbew lil uliedhom b’valuri nsara sodi u f’umiltà kbira. Għalhekk minn dak li l-Mulej ipprovdilhom kienu jgħinu bil-kbir lil

ta’ madwarhom.

MarzuDun Ġorġ għand il-familja CutajarF’dan iż-żmien Dun Ġorġ kien idur l-oqsma tal-Museum tas-subien u meta kien ikun Raħal Ġdid kien jgħaddi għand il-familja Cutajar. Hu kien jinqeda b’din l-okkażjoni biex jitkellem u jkompli jgħallem lil din il-familja. Ta’ spiss kien jitkellem dwar il-ħolma tiegħu li jwaqqaf Sezzjoni tal-Museum għall-bniet. It-tfajla Ġannina kienet toqgħod tisma’ u titgħallem. Maż-żmien, Dun Ġorġ kien qed jara f’Ġannina strument addattat biex

isseħħ il-ħolma tiegħu. L-ewwel kellem lil ħuha Karmenu li kien soċju tal-Museum u wara kellem lilha. Wara li fehemha xi xtaq mingħandha, hi intlaqtet mill-ħolma tiegħu u aċċettat. B’hekk permezz tagħha beda l-appostolat fost il-bniet.

1

Page 2: Gannina Cutajar Text

AprilĠannina tibda tgħallem il-KatekiżmuFl-10 ta’ Jannar 1910 infetħet l-ewwel dar tad-Duttrina għall-bniet f’Raħal Ġdid. Ġannina, li issa kellha madwar 15-il sena, ġabret magħha tnax-il tfajla oħra u flimkien setgħu jgħallmu f’dan il-Qasam. Il-post kien sempliċi maħżen fi Triq S. Monika mogħti minn missier Ġannina. F’dan il-post, barra li jgħallmu d-duttrina, kienu jiltaqgħu flimkien biex jieħdu l-formazzjoni tagħhom. Dun Ġorġ kien ta lil Ġannina l-fakultà li tieħu ħsieb u li tmexxi hi

bħala superjura. Wara, meta bdew jinfetħu l-Oqsma, Dun Gorġ għażilha Superjura Ġenerali.

MejjuIl-festa ta’ l-Ewwel TqarbinaIt-tagħlim lit-tfal bniet kien miexi ġmielu. Dawn it-tfal kienu jiġu ppreparati għall-Ewwel Tqarbina. Il-preparazzjoni kienet issir b’serjetà kbira. Ġannina kienet tisħaq ħafna li dawn it-tfal sa minn età hekk ċkejkna jikkultivaw fihom imħabba speċjali lejn Ġesu Ewkaristija. B’liema ħeġġa u mħabba dawn it-tfal kienu jersqu biex jirċievu lil Ġesu! U biex tkompli żżejjen din l-okkażjoni hekk speċjali, wara l-quddiesa ta’ l-Ewwel Tqarbina

kienet tipprepara festin għal dawn it-tfal.

ĠunjuĠannina xhud ta’ Kristu fost il-popluQuddiem id-dar tas-Superjura Ġannina kien hemm is-suq ta’ Raħal Ġdid. Il-bejjiegħa ta’ fuq il-monti kienu jsibu fiha għajnuna kbira. Kienu jaraw fiha persuna ġenwina fi kliemha u f’għemilha, mara qaddisa u fuq kollox persuna b’imħabba kbira lejhom. Kienu jaraw rispett kbir minnha u għalhekk kienu jafdawha. U jemmnu dak li tgħidilhom. Arahom sejrin għandha għal kull bżonn li jkollhom u hi tgħin kemm tiflaħ! Ma kinitx tqis id-differenza tal-klassi

li dak iż-żmien kienet qawwija ħafna. Hi kienet tisma’ u tgħin, u wara tispiċċa b’xi tagħlima biex tressaqhom aktar lejn Kristu.

2

Page 3: Gannina Cutajar Text

LuljuĠannina għalliema mħejjija tajjebBilli s-Superjura Ġannina kienet ġejja minn familja sinjura, kellha l-privileġġ li titgħallem tikteb u taqra b’faċilità. Dan minħabba l-fatt li l-ġenituri tagħha setgħu jħallsu biex binthom tieħu l-edukazzjoni. Il-qari kien għal qalbha wisq. Meta kibret kienet taqra biex tikber fil-qdusija u biex ikollha x’tagħti lill-oħrajn. Kull min jafha jgħid li l-lezzjonijiet tagħha kienu jkunu interessanti ħafna. Dan għall-fatt li hi kienet tkun ippreparata tajjeb u

wkoll billi kellha s-sengħa kbira kif twassal il-messaġġ. Kienet tħobb iżżewwaq tagħlimha b’xi storja li tolqot. Allura n-nies kienet tiftakar u tkun kapaċi tgħix dak li tkun semgħet.

AwissuL-InkjestaMalli bdew jinfetħu Oqsma oħra barra dak ta’ Raħal Ġdid, is-Superjura Ġannina saret is-Superjura Ġenerali tas-sezzjoni tan-nisa. Dun Ġorġ ħalla kollox f’idejha rigward tmexxija u hi kienet tinfurmah f’dak kollu li kien ikun għaddej. Fis-sena 1916, meta s-Soċjetà tal-Museum kienet imxerrda f’ħafna bliet u irħula Maltin u Għawdxin, Dun Ġorġ ġie msejjaħ il-Kurja ta’ l-Arċisqof biex iwieġeb xi mistoqsijiet dwar din l-Għaqda. Billi s-Superjura Ġannina

kienet responsabbli mis-sezzjoni tan-nisa, hi marret ma’ Dun Ġorġ. Hawnhekk b’sempliċità, b’responsabbiltà u fl-istess ħin b’kuraġġ kbir, tat ix-xhieda tagħha u tat rendikont ta’ dak li kien isir fl-Oqsma tat-tagħlim. Fil-fatt Dun Gorġ tħalla jkompli jwettaq l-opra tiegħu.

SettembruĠannina tkompli bl-appostolat tagħhaIl-bidu tas-seklu għoxrin kien żmien meta tfajla ma kinitx tivvjaġġa weħidha speċjalment filgħaxija u fil-bogħod. Is-Superjura Ġannina kienet tħoss ir-responsabbiltà li tara u tgħin fl-Oqsma tas-Soċjetà. Kellu jkun missierha li kien jieħu lil bintu fuq ż-żiemel minn raħal għall-ieħor. Il-vjaġġi ma kinux faċli minħabba l-istat tat-toroq kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ dawl elettriku dak iż-żmien. Hi xejn ma kien jaqtagħlha qalbha, imma b’kuraġġ u

determinazzjoni kienet itterraq biex tkun tista’ tgħin, tgħallem u tkun ta’ solliev għall-membri fl-Oqsma.

3

Page 4: Gannina Cutajar Text

OttubruĠannina Ruħ EwkaristikaIs-Superjura Ġannina kienet temmen bis-sħiħ li l-appostolat jissaħħaħ bit-talb u bid-devozzjoni lejn l-Ewkaristija. L-imħabba lejn Ġesu Ostja dehret ħafna fil-ferħ li ġarrbet meta rnexxielha tikseb il-permess biex il-kappella tal-Qasam ta’ Raħal Ġdid issir Kappella tas-Sagrament. Dan il-ferħ żdied meta ngħata wkoll il-permess ta’ l-adorazzjoni perpetwa f’din l-istess kappella. Spiss kienet tkun għarkubbtejha titlob u tadura lil Ġesu.

Kienet tgħid lis-Soċji ta’ dan il-Qasam: “Jekk Ġesu f’xi ħin ikun waħdu, ejjew għalija, noqgħod jien Miegħu”.

NovembruĠannina fi żmien it-Tieni Gwerra DinjijaMatul it-tieni gwerra dinjija (1939-45) il-familja Cutajar evakwaw ruħhom ġewwa Ħal Safi. Kien żmien il-ġuħ, imma l-familja Cutajar dejjem kellha aktar minn ħaddieħor x’tiekol. Dan minħabba l-fatt li kienu tat-tajjeb u wkoll għax kienu maħbuba ħafna min-nies ta’ dan ir-raħal. Minflok tgawdi dan il-privileġġ weħidha, s-Superjura Ġannina kienet tara kif tagħmel u taqsam li jkollha ma’ dawk li kienu jkunu fil-bżonn u batuti. Ma’ l-

ikel kienet tagħti wkoll xi tagħlima. Il-ferħ tagħha kien li tara l-batut jirċievi l-bżonnijiet tiegħu u jiġi sollevat mit-tbatijiet tiegħu. B’hekk kienet isservi ta’ okkażjoni biex dak li jkun jirringrazzja lil Alla.

DiċembruĠannina u l-Komunità tas-Soċji InterniBil-barka tal-Fundatur Dun Ġorġ, xi membri tal-Museum ma baqgħux joqogħdu mal-familji tagħhom, imma bdew jgħixu ħajja kommunitarja f’dar Ħaż-Żebbuġ. Wara dawn il-membri bdew jissejħu Soċji Interni. Wara marru joqogħdu f’dar ġo Raħal Ġdid, billi s-Superjura Ġannina offritilhom dar hemmhekk. Kienet għal qalbha wisq din il-komunità. Ix-xogħol prinċipali tagħhom kien li jaħdmu l-ostji u hi tant kienet kburija b’dan.

4

Page 5: Gannina Cutajar Text

Qoxra ta’ waraDun Ġorġ beda s-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M., Sezzjoni Nisa, b’Ġannina Cutajar bħala l-ewwel Superjura Ġenerali u bis-Superjura Rakela Camilleri li hu kien isejħilha Superjura Djoċesana f’Għawdex. L-ewwel qasam f’Malta nfetaħ f’Raħal Ġdid nhar l-10 ta’ Jannar 1910 u f Għawdex infetaħ fin-Nadur nhar is-16 ta’ Settembru 1915.

5