Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u ix- xbieha tagħna

38
Ħa nagħmlu l- bniedem fuq is-sura u ix-xbieha tagħna. Qari mill- Ktieb tal- Ġenesi Ġen 1, 20 -2, 4a

Upload: quinn-hicks

Post on 01-Jan-2016

40 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 1, 20 - 2, 4a. Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u ix- xbieha tagħna. Qal Alla : “ Ji żgħed l- ilma b’ kotra ta’ ħlejjaq ħajjin u jittaj ru it- tj u r fuq l-art fil-wesgħa tas-smewwiet.” U Alla ħalaq il-ħut il-kbir u l- annimali kollha li. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Ħa nagħmlu l-bniedem fuq is-sura u ix-xbieha tagħna.

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

Ġen 1, 20 -2, 4a

Page 2: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Qal Alla:“Jiżgħed l-ilma b’kotra ta’

ħlejjaq ħajjin u jittajru it-tjur fuq l-art fil-wesgħa

tas-smewwiet.”U Alla ħalaq il-ħut il-kbir u l-annimali kollha li

Page 3: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

jitkaxkru, li bihom miżgħud l-ilma, skont ġenshom, u t-tajr bil-ġwienaħ skont ġenshom. U ra Alla li kien tajjeb. U dalam u sebaħ -Il-ħames jum.Qal Alla:

Page 4: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

“Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom:

bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru, u bhejjem

selvaġġi, skont ġenshom.”U hekk sar. U għamel Alla l-bhejjem selvaġġi skont

Page 5: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

ġenshom, u l-bhejjem tad-dar skond ġenshom, u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-art, skond ġenshom. U ra Alla li kien tajjeb. Qal Alla:

“Ħa nagħmlu l-bniedem

Page 6: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

fuq is-sura u x-xbieha tagħna, u jaħkmu fuq

il-ħut tal-baħar u fuq it-tajr tal-arju, fuq il-bhejjem tad-dar u fuq il-bhejjem

selvaġġi, u fuq il-ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-art.”

Page 7: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihitu fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom. U berikhom Alla u qalilhom:“Nisslu u oktru, u imlew

Page 8: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

l-art, u aħkmuha; u saltnu fuq il-ħut tal-baħar u

it-tajr tal-ajru u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq

l-art.” U qal Alla:

“Araw, jien tajtkom

Page 9: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

il-ħaxix kollu, li jagħmel, iż-żerriegħa fuq wiċċ l-art u s-siġar kollha li jagħmlu

l-frott biż-żerriegħa: dawn kollha jkunu

għall-għajxien tagħkom.U lill-bhejjem kollha

Page 10: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

selvaġġi u t-tajr kollu tal-ajru u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fl-art li fihom nifs il-ħajja, nagħtihom

il-ħaxix kollu aħdar għall-għajxien tagħhom.”U hekk sar. U ħares Alla

Page 11: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

lejn kulma kien għamel, u, ara, kollox kien tajjeb ħafna. U dalam u sebaħ - Is-sitt jum.U hekk intemmu is-sema u l-art bit-tagħmir kollu tagħhom. U fis-seba’ jum

Page 12: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Alla temm ix-xogħol tiegħu kollu li kien għamel, u waqaf fis-seba’ jum mix-xogħol tiegħu li kien għamel. U bierek Alla s-seba’ jum u qaddsu, għax fih waqaf

Page 13: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

mix-xogħol kollu tiegħu li kien għamel fil-ħolqien.Dan hu nisel is-sema u l-art fil-ħolqien tagħhom.

Page 14: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 15: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Salm Responsorjali

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek

fl-art kollha!

Page 16: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Inħares lejn is-smewwiet,għemil subgħajk,

il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom!

Page 17: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih,

bin il-bniedem, biex taħseb fih?

Page 18: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek

fl-art kollha!

Page 19: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Ftit inqas minn allat għamiltu,

bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk,

Page 20: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek

fl-art kollha!

Page 21: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Kollox taħt riġlejh qegħedtlu.

In-nagħaġ u baqar kollha,sal-bhejjem tax-xagħri;

Page 22: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,

dak kollu li jterraq fil-baħar.

Page 23: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek

fl-art kollha!

Page 24: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Iġbidli qalbi, Mulej, lejn il-preċetti tiegħek;

agħtini fi tjubitek il-liġi tiegħek.

Hallelujah, Hallelujah

Page 25: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Qarimill-Evanġelju skont

San MarkMk 7, 1-13

R:/ Glorja lilekMulej

Intom twarrbu l-kmandamenti ta’Alla biex tħaddnu

t-tradizzjoni tal-bnedmin.

Page 26: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittiebali ġew minn Ġerusalemminġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex

Page 27: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunuħaslu jdejhom sewwa;

Page 28: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għall-ieħor, bħalma huwa

Page 29: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż. Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh:

“Dan l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skont it-tradizzjoni ta’

Page 30: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

missirijiethom, imma jieklu b’idejhom

mhumuiex indaf?”Iżda hu weġibhom:

“Sewwa ħabbar Isaija fuqkom, ja nies ta’ wiċċ

b’ieħor, bħalma hu

Page 31: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

miktub: <Dan il-poplu bix-xofftejn biss jagħtini ġieħ, imma qalbhom hija ’l bogħod minni. Fiergħa

hi l-qima li jagħtuni; jgħallmu duttrina li

mhijiex għajr preċetti

Page 32: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

tal-bnedmin.>Hekk intom, twarrbu

l-kmandamenti ta’ Allabiex tħaddnu t-tradizzjoni

tal-bnedmin.”U qalilhom:“Ħelu ħelu ġġibu fix-xejn

Page 33: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

il-kmandamenti ta’ Alla biex tħarsu

t-tradizzjoni tagħkom.Mosè qal: <Weġġaħ

lil missierek u ’l ommok,> u: <Min iżeblaħ lil

missieru jew ’l ommu

Page 34: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

għandu jieħu l-mewt.>Imma intom tgħidu:

<Jekk wieħed jgħid lil missieru jew ’l ommu:Il-ġid li għandi, li jista’

jkun ta’ għajnuna għalik,huwa Qorban

Page 35: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

(jiġifieri, offerta lil Alla),> intom imbagħad ma

tħalluh jagħmel xejn iżjed għal missieru jew ommu.

Hekk iġġibu fix-xejn il-kelma ta’ Alla bit-tradizzjoni li

Page 36: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

tgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra.U bosta ħwejjeġ oħra bħal dawn tagħmlu.”

Page 37: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 38: Ħa n agħmlu l- bniedem fuq is-sura u  ix- xbieha tagħna

ĦSIEB