i nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

27
Inqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt. Qari mill- Ktieb tal- Ġenesi Ġen 6, 5-8;7,1-5.10

Upload: ulric-delaney

Post on 01-Jan-2016

51 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 6 , 5-8;7, 1- 5.10. I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt. Il-Mulej ra li l-ħażen tal-bniedem kien kiber fuq l-art; u f’qalbu ma kienx għajr li jfassal il-ħażen il-jum kollu. U l-Mulej sogħob bih li kien għamel il-bniedem fl-art; u. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Inqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt.

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

Ġen 6, 5-8;7,1-5.10

Page 2: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Il-Mulej ra li l-ħażen tal-bniedem kien kiber fuq l-art; u f’qalbu ma kienx għajr li jfassal il-ħażen il-jum kollu. U l-Mulej sogħob bih li kien għamel il-bniedem fl-art; u

Page 3: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

sewwed qalbu. U l-Mulej qal:“Inqaċċat minn wiċċ l-art

il-bniedem li jien ħlaqt, mill-bniedem sal-bhejjem, mill-ħlejjaq li jitkaxkru

fl-art sat-tjur tal-ajru, għax

Page 4: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

jien sogħbien li għamilthom.”

U Noè sab ħniena quddiem il-Mulej. U l-Mulej qal lil Noè:“Idħol int, u darek kollha

fl-arka, għax quddiemi

Page 5: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

jiena lilek sibt ġust fostin-nies ta’ dan iż-żmien.

Mill-bhejjem kollha safjin daħħal miegħek seba’ pari,

kull par ir-raġel u l-mara tiegħu.

U mill-bhejjem li nhumiex

Page 6: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

safjin par wieħed, ir-raġelu l-mara. U mit-tjur

tal-ajru wkoll daħħal seba’ pari, kul par ir-raġel u l-mara, biex jibqa’ nisel fuq l-art kollha. Għax

minn hawn u sebat ijiem

Page 7: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

oħra se nibgħat xita fuq l-art għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u neqred

mill-wiċċ kollu tal-art kull ħliqa li jien għamilt.”

U Noè għamel skont ma ordnalu l-Mulej.

Page 8: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

U malli għaddew is-sebat ijiem beda nieżel l-ilma tad-dilluvju fuq l-art.

Page 9: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 10: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Salm Responsorjali

R:/ Il-Mulej ibierek bis-sliem il-poplu

tiegħu

Page 11: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Agħtu lill-Mulej, ulied Alla, agħtu lill-Mulej glorja

u qawwa.Agħtu lill-Mulej il-glorja

ta’ ismu, qimu l-Mulej fl-għamara

mqaddsa tiegħu.

Page 12: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

R:/ Il-Mulej ibierek bis-sliem il-poplu tiegħu

Page 13: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Leħen il-Mulej fuq l-ibħra; il-Mulej fuq l-ibħra

kotrana.Leħen il-Mulej bil-qawwa, leħen il-Mulej bil-glorja.

Page 14: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

R:/ Il-Mulej ibierek bis-sliem il-poplu tiegħu

Page 15: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Leħen il-Mulej iżarma l-foresti;

u fit-tempju tiegħu kulħadd jgħid: “Glorja!”

Page 16: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Il-Mulej jaħkem fuq l-għargħar;

isaltan il-Mulej għal dejjem.

Page 17: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

R:/ Il-Mulej ibierek bis-sliem il-poplu tiegħu

Page 18: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, jgħid il-Mulej,

u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu.

Hallelujah, Hallelujah

Page 19: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Qarimill-Evanġelju skont

San MarkMk 8, 14-21

R:/ Glorja lilekMulej

Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi.

Page 20: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

F’dak iż-żmien, id-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Ġesù wissiehom u qalilhom:“Iftħu għajnejkom, oqogħdu

attenti mill-ħmira

Page 21: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!”

Huma bdew jgħidu bejniethom:“Dan għax m’għandniex

ħobż.”Ġesù induna u qalilhom:

Page 22: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

“X’intom tgħidu bejnietkom li ma

għandkomx ħobż? Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? X’ebusija ta’

ras għandkom? Għandkom għajnejn u

Page 23: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

ma tarawx, għandkom widnejn u ma tisimgħux?

Ma tiftakrux meta qassamt il-ħames ħobżiet bejn

il-ħamest elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu mimlija

bil-bċejjeċ li kien fadal?”

Page 24: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Qalulu:“Tnax.”

“Meta qassamt is-seba’ ħobżiet bejn l-erbat elef

ruħ, kemm-il qoffa ġbartu bil-bċejjeċ li kien fadal?”

Page 25: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Qalulu:“Sebgħa.”

“U għadkom ma fhimtux?”qalilhom.

Page 26: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 27: I nqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt

ĦSIEB