id-direttorat gĦal kwalitÀ u standards fl ......wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2....
TRANSCRIPT
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 1 minn 12
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali 2017
IT-TMIEN SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn
L-Isem u l-Kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: _______________
Għall-istudent/a:
1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.
2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati
aħjar.
Għall-għalliema:
Il-M
AR
KI
It-Taħdit 10
Il-Fehim mis-Smigħ 10
Il-Qari u l-Kitba 80
IT-TOTAL 100
Taqsima A B Ċ1 Ċ2 Ċ3 D1 D2 TOTAL
Marka 14 10 10 10 10 8 18 80
Marka
tal-Istudent/a
Kummenti:
___________________________________________________________________________________

IL-LIVELLI
6 – 7
5 – 6 – 7 – 8
Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017
IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI
Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.
Ir-Raġel Abjad fir-Ritratt
Tommie Smith u John Carlos, żewġ atleti Amerikani mill-aqwa, jidhru bil-ponn mgħolli f’ġest biex
jissieħbu fil-ġlieda kontra r-razziżmu. (par. 1)
Ħadd qatt ma fehem min kien l-atleta ta’ ġilda bajda li jidher fir-ritratt u kemm bata minħabba f’dan.
Dan kien Peter Norman. (par. 2)
Tommie Smith kien l-aqwa atleta fid-dinja. Waqt l-għoti tal-medalji Smith, flimkien ma’ John Carlos li
rebaħ il-bronż, refa’ idu ’l fuq bħala turija ta’ solidarjetà mal-poplu ta’ ġilda skura. F’dan ir-ritratt jidher
Peter Norman, Awstraljan, li dakinhar ġera b’saħħa liema bħalha u rebaħ il-fidda. (par. 3)
Fl-Awstralja r-razziżmu kien għadu qawwi ħafna. Kull min kellu ġilda skura kien qed jiġi ttrattat ħażin
ħafna minn min kellu ġilda bajda. Norman ħass li ma setax jabbanduna t-tbatija li kienu għaddejjin
minnha l-atleti sħabu u ried juri s-sapport tiegħu. (par. 4)
Smith u Carlos telgħu għall-medalji ħafjin, bħala simbolu ta’ faqar. Norman tela’
għall-medalja liebes simbolu favur id-drittijiet umani. Hu jgħid li ma setax jara x’kienu qed jagħmlu
Carlos u Smith imma fehem li kienu refgħu idejhom meta l-istadju siket f’daqqa. Kulħadd ixxukkjat.
(par. 5)
Tommie Smith kien magħruf bħala “The Jet” minħabba l-veloċità tiegħu. Peter Norman kien l-aktar
atleta b’saħħtu fl-Awstralja u sal-lum ħadd għadu ma kiser ir-rekord tiegħu. Wara dan il-ġest, it-tliet
atleti ġew sospiżi mill-villaġġ Olimpiku immedjatament u l-karriera atletika ta’ Norman intemmet
dakinhar. (par. 6)
Maż-żmien id-drittijiet umani rebħu u Carlos u Smith ingħaqdu mat-tim Amerikan tal-Atletika. Imma
Peter Norman twarrab minn kull kumitat Olimpiku f’pajjiżu. Carlos u Smith qalu “Fit-taqbida tagħna
aħna m’aħniex waħedna, imma Peter Norman ħadha kontra pajjiżu waħdu”. (par. 7)
Norman baqa’ jiġri imma ma ħax sehem f’aktar kompetizzjonijiet. Fl-Awstralja bata ħafna u ma setax
isib xogħol. Il-Kumitat Olimpiku Amerikan, madankollu, stiednu biex jingħaqad miegħu u hemmhekk
Norman huwa meqjus eroj. (par. 8)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 3 minn 12
Taqsima A. Il-Fehim Mill-Qari (14-il marka)
Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.
1. Min kien Peter Norman? (par. 2, par. 3)
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
2. Spjega l-ġest tal-ponn mgħolli li jidher fir-ritratt. (par. 1, par. 3)
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
3. Għaliex taħseb li fl-istadju waqgħet is-sikta waqt l-għoti tal-medalji? (par. 5)
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________(2 marki)
4. Fisser il-frażi “ġew sospiżi”. (par. 6)
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________ (marka)
5. Minn dak li qrajt mis-silta, x’tifhem bil-kelma “razziżmu”? (par. 1, par. 4)
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
6. Għaliex taħseb li Carlos u Smith setgħu jerġgħu jingħaqdu mat-tim Amerikan tal-Atletika? (par. 7)
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
7. Għaliex Norman spiċċa biex bata aktar minn Smith u Carlos? (par. 7)
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________ (marka)
8. Inti taqbel mal-għażla li għamel Peter Norman? Għaliex?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2 marki)
___
14
Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017
Taqsima B. Il-Grammatika (10 marki)
1. Mit-tieni paragrafu sib eżempju ta’ aġġettiv.
(marka)
______________________________________
2. Nissel nom minn “bata” (par. 2)
(marka)
______________________________________
3.
Agħti l-mamma u l-għerq ta’ dawn:
i. jidher
ii. rebaħ
iii. twarrab
iv. jagħmlu
Mamma
__________________
__________________
__________________
__________________
Għerq
__________________
__________________
__________________
__________________
(4 marki)
4. Sib nom minn paragrafu 5.
(marka)
______________________________________
5.
“...it-tliet atleti ġew sospiżi mill-villaġġ
Olimpiku immedjatament...” (par. 6)
Sib il-partiċipju passiv.
(marka)
______________________________________
6. Oħroġ nom minn “jiġri” (par. 8)
______________________________ (marka)
7.
“... għaddejjin minnha l-atleti...” (par. 4)
Għal min qed jirreferi l-pronom mehmuż
“ha”?
(marka)
______________________________________
___
10
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 5 minn 12
Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)
Ċ1. Il-Poeżija (Nadriet 2 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)
I. Din hi It-Tokki tal-Paternoster ta’ Achille Mizzi.
Fejn hu l-Paternoster,
nann...?
u l-kafè fl-istanjata
jgħanni
is-sħana tal-friex irdussat?
Fejn hu l-Paternoster
li jgerrex
bis-setgħat
tal-kampnari mirjieħa
l-għefiered
li jħufu
fid-dalma tal-lejl.
a. Sib mistoqsija rettorika.
__________________________________________________________________________ (marka)
b. Spjega t-titlu ta’ din il-poeżija. X’tifhem bil-frażi “it-tokki tal-paternoster”?
_________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________ (2 marki)
ċ. Għal xiex qed iħoss nostalġija l-poeta?
_________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________ (marka)
d. Fit-tieni strofa nsibu:
i. personifikazzjoni.
ii. similitudni.
iii. apostrofi. (marka)
_____
30
Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017
II. Aqra din is-silta meħuda mill-poeżija Id-Dwejra ta’ Joe Friggieri u wara wieġeb il-mistoqsijiet.
Qabli kien hawn
dal-ġebel tiela’ minn ġol-baħar
dal-blat maqtugħ tal-Ġeneral
das-sħab irqiq
iħokk mal-preċipizzju
daċ-ċagħaq jitgerbeb fuq ix-xatt
u dal-farfett-dragun dibb ix-xitan
iżiġġ fuq l-ilmijiet
u jerġa’ lura.
a. Biex jaffaxxina ruħu l-poeta kull meta jżur id-Dwejra?
___________________________________________________________________________(marka)
b. Il-poeżija hija miktuba:
i. bil-vers ħieles.
ii. bil-vers regolari
iii. bil-vers endekasillabu. (marka)
ċ. Xi jrid jgħidilna l-poeta permezz ta’ din il-poeżija?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________ (3 marki)
Ċ2. In-Novelli (Arja Friska 2: Antoloġija ta’ Novelli) (10 marki)
Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet.
1. ĦBUB TAD-DEHEB ta’ Trevor Zahra
“Ħa nixħitlek sitt ħabbiet milli tħobb int. B’dawn il-ħabbiet qatt ma tkun waħdek!”
a. Min qalhom dawn il-kelmiet lin-narratur?
________________________________________________________________________(marka)
b. Kif daħlet Kitty fl-istorja tal-karus u l-muniti?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 7 minn 12
ċ. Spjega għalfejn in-narratur baqa’ jaħseb li Dolor kienet saħħara?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
2. SAVER IRIDHA TA’ MOSÈ ta’ Oliver Friggieri
“Ma’ Ġuda trid tqabbilni minn tant nies?”
a. X’ħajjar lil Saver jilbes ta’ Mosè fil-Ġimgħa l-Kbira?
________________________________________________________________________(marka)
b. Għalfejn ma riedx jilbes ta’ Ġuda, Saver?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
ċ. Kif assigura ruħu li ħadd ma jxebbhu ma’ Ġuda?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
3. L-EMIGRANT ta’ Laurence Mizzi
“Għawdex kien batut u tħajjart nitla’ l-Ostralja.”
a. X’ħalla warajh Vitor meta tela’ l-Awstralja?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
b. Għalfejn il-laqgħa man-narratur kienet destin?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
ċ. Għalfejn Vitor baqa’ qatt ma żżewweġ?
________________________________________________________________________(marka)
4. WEGĦDA MAL-ERWIEĦ ta’ Lino Psaila
“Dawn is-sajjieda kienu qatgħu qalbhom għalkollox...”
a. Minn xiex ġew attakkati s-sajjieda Żwieten?
________________________________________________________________________(marka)
Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017
b. Kif ħasbu li se jispiċċaw is-sajjieda u għalfejn bdew jitolbu?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
ċ. Kif salvaw is-sajjieda?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(2 marki)
Ċ3. Ir-Rumanz (Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta ta’ Trevor Żahra) (10 marki)
1. Iddeskrivi l-fuklar, kif kien jidher fil-ħolm.
_________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________(3 marki)
2. Kif kienet id-dar imsemmija fir-rumanz?
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________ (marka)
3. Ikteb dwar id-differenza li tara bejn in-nanna Ġolina u n-nanna Wistina.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (4 marki)
4. Il-ktieb jippreżentalna Malta ta’ żmien ieħor. Semmi żewġ affarijiet li juru dan.
_________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________(2 marki)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 9 minn 12
Taqsima D. Il-Kitba (26 marka)
D1. Il-Kitba Komunikattiva (8 marki)
Agħżel waħda minn i JEW ii.
i. F’madwar 40-60 kelma, fiehem lil persuna li ġejja minn pajjiż barrani, kif il-Maltin iħejju biċċa
ħobż biż-żejt.
JEW
ii. F’madwar 40-60 kelma, fiehem lil persuna li ġejja minn tribù x’inhu lazz taż-żarbun u kif taqflu.
Immarka l-ittra tal-mistoqsija magħżula
i ii

26
Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017
D2. Il-Komponiment (18-il marka)
Agħżel WIEĦED mit-titli li ġejjin u ikteb komponiment ta’ madwar 200 kelma fuqu fil-linji pprovduti.
1. Għid għalfejn, meta tmorru tgħumu, il-familja tiegħek tippreferi l-blat mir-ramel.
2. Ikteb dwar il-karriera li tixtieq taqbad u għid għaliex tinteressak.
3. L-akbar daħqa li qatt dħaqt.
Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (Ma jingħatawx marki għall-pjan.)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 11 minn 12
Immarka n-numru tal-komponiment magħżul 1 2 3

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017

TMIEM IL-KARTA