il-maltempata (minn jeremy cachia) gtkantaw l-innijiet tal-milied wara l-bambin, jew iżżommu xi...

8
Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) G ħaddew ftit xhur mill-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M. fejn bħas-soltu kienet festa sabiħa b’ dinjita` kbira. Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru b’mod mill- aktar sollenni fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. laħqu l-qofol tagħhom bil- quddiesa pontifikali tal-paniġierku filwaqt li l-attivitajiet esterni u l-marċi brijużi kienu organizzati b’pompa kbira b’attendenzi numerużi. Ma nistax ngħid l-istess għall-purċissjoni li kellna din is-sena, fejn anke minn kliem l-anzjani tagħna qalulna li l-festa titulari qatt ma jiftakruha b’temp daqshekk kiefer daqs dawk il-mumenti tal-purċissjoni! Żiedu jgħidulna li anqas meta l-festa kienet għadha ssir fil-25 ta’ Novembru!! It-tromba bla mistennija li laqtet ir-raħal – b’riħ forza 10 kienet qalila wisq. Ma nistax ma nsemmix il-qlubija u l-għaqal tan-nies preżenti li kienu fil-pjazza ewlenija u l-inħawi tal-madwar fejn ħadu ħsieb l-armar kif ukoll nsemmi lid-dilettanti tan-nar li kienu jinsabu fl-għelieqi jaħarqu n-nar. Ir- reffiegħa tal-istatwa kellhom triq iebsa fejn b’kuraġġ u determinazzjoni qawwija baqgħu jissieltu kontra l-maltemp u wasslu l-istatwa devota u maħbuba tagħna Santa Katarina V.M. lura f’postHa fil-knisja parrokkjali tagħHa eżatt qabel infetħu bibien is-sema! Iva devota u tant maħbuba li fil-mument tal-prova kompliet toħroġ din il- qalb mimlija mħabba minna ż-Żrieraq lejn il-Patruna u Prottertiċi tagħna. Persważ li f’dawk il-mumenti, Santa Katarina V.M. kienet qiegħda tinterċedi għalina quddiem Alla l-Imbierek u skansatna minn diżgrazzji kbar. Hekk kif l-istatwa ta’ Santa Katarina V.M. feġġgħet lura fil-bieb tal-knisja stajt tilmaħ lid-devoti jistennewHa b’ħerqa kbira. Fuq ix-xufftejn tal-miġemgħa nstemgħet l-għajta ‘Waslet Santa Katarina tagħna!’ waqt li l-għajnejn intlew bid- dmugħ u l-idejn inħallu f’ċapcipa li dwiet mal-knisja kollha. Ħsibijieti marru fuq maltempata oħra mfissra fi kwadru ċkejken li jinsab imdendel fis-sagrestija tal- knisja tagħna. Kwadru li jġib id-data tal-10 ta’ Marzu tal-1791 fejn juri lil Santa Katarina V.M. flimkien mal-patrijarka San Ġużepp jinterċedu għal xi sajjieda Żrieraq, li qabdithom maltempata fuq il-baħar - bejn 2 u 3 mili ‘l barra mill- port ta’ Marsaxlokk. Dan il-kwadru hu l-uniku kwadru EX-VOTO – li ntagħmel b’wegħda u li baqagħlna fil-Knisja Arċipretali tagħna. Dan il-kwadru tpitter bħala ringrazzjament ta’ xi sajjieda Żrieraq lejn il-qaddisa Patruna tagħhom Santa Katarina u lejn San Ġużepp talli ħelsuha ħafif mill-maltemp. Fil-parti t’isfel fuq ix-xellug hemm miktub il-kawża ta’ dan il-kwadru:- ‘GRAZZIA CONCESSA IL PATRIARCA S.GIUSEPPE E S.CATARINA LI.10 DI MARZO A:1791. STANZA DI. 2-3 MIGLIA LONTANO DI PORTO MARSA SCILOCHO DI MALTA.’ ‘Ibqa’ magħna Katarina Il-wens tiegħek wisq mixtieq Ibqa’ għix il-ħajja magħna Kompli bierek iż-Żurrieq’ Nixtieq nawgura l-Festa Liturġika ta’ Santa Katarina V.M t-tajba lill-poplu kollu taż-Żurrieq, lill-qarrejja kollha ta’ din in-newsletter u lid-devoti tal- qaddisa Patruna tagħna. NitolbuHa tidħol għalina fil-mard u fl-inkwiet tagħna quddiem l-għarus divin tagħHa Ġesu` u Ommu Marija! TALBA GĦALL-ĦELSIEN MILL-PERIKLU Fr. Raymond Cassar Direttur Spiritwali O Alla, Missier li tħobbna u li tixtiqilna kull ġid, nitolbuk li, kif bl-interċessjoni ta’ l-Imqaddsa Ommna Marija, ta’ San Ġużepp Missier putaiv ta’ Sidna Ġesu Kristu u ta’ Santa Katarina Verġni u Martri Patruna tal-Parroċċa tagħna, ħarist lis-sajjieda meta kienu fil-periklu fil-baħar, hekk ukoll nitolbuk li tkompli tħarisna fil-perikoli ta’ żmienna. Ħares lill-familji u żommhom magħqudin fl-imħabba. Ħares lit-tfal fl-innoċenza tagħhom. Ħares liż-żgħażagħ u għinhom ikunu ta’ kararu sod quddiem l-isfidi li toffrilhom id-dinja tal-lum. Ħares lill-adulti biex ikunu ta’ eżempju għall- ġenerazzjoni żagħżugħa. B’mod partikolari f ’din is-Sena tal-Fidi, saħħaħ fina l-fidi fik u għamel li lkoll kemm aħna nagħtu sehemna biex il-fidi ngħixuha bil-fai fil- ħajja ta’ kuljum. Finalment nitlob li l-barka tal-Mulej tkun fuqna lkoll u timliena b’kotra ta’ hena spiritwali. Jeremy Cachia

Upload: others

Post on 17-Feb-2020

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia)

Għaddew ftit xhur mill-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M. fejn bħas-soltu kienet festa sabiħa b’ dinjita` kbira. Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru b’mod mill-

aktar sollenni fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. laħqu l-qofol tagħhom bil-quddiesa pontifikali tal-paniġierku filwaqt li l-attivitajiet esterni u l-marċi brijużi kienu organizzati b’pompa kbira b’attendenzi numerużi.

Ma nistax ngħid l-istess għall-purċissjoni li kellna din is-sena, fejn anke minn kliem l-anzjani tagħna qalulna li l-festa titulari qatt ma jiftakruha b’temp daqshekk kiefer daqs dawk il-mumenti tal-purċissjoni! Żiedu jgħidulna li anqas meta l-festa kienet għadha ssir fil-25 ta’ Novembru!! It-tromba bla mistennija li laqtet ir-raħal – b’riħ forza 10 kienet qalila wisq. Ma nistax ma nsemmix il-qlubija u l-għaqal tan-nies preżenti li kienu fil-pjazza ewlenija u l-inħawi tal-madwar fejn ħadu ħsieb l-armar kif ukoll nsemmi lid-dilettanti tan-nar li kienu jinsabu fl-għelieqi jaħarqu n-nar. Ir-reffiegħa tal-istatwa kellhom triq iebsa fejn b’kuraġġ u determinazzjoni qawwija baqgħu jissieltu kontra l-maltemp u wasslu l-istatwa devota u maħbuba tagħna Santa Katarina V.M. lura f’postHa fil-knisja parrokkjali tagħHa eżatt qabel infetħu bibien is-sema! Iva devota u tant maħbuba li fil-mument tal-prova kompliet toħroġ din il-qalb mimlija mħabba minna ż-Żrieraq lejn il-Patruna u Prottertiċi tagħna. Persważ li f’dawk il-mumenti, Santa Katarina V.M. kienet qiegħda tinterċedi għalina quddiem Alla l-Imbierek u skansatna minn diżgrazzji kbar.

Hekk kif l-istatwa ta’ Santa Katarina V.M. feġġgħet lura fil-bieb tal-knisja stajt tilmaħ lid-devoti jistennewHa b’ħerqa kbira. Fuq ix-xufftejn tal-miġemgħa nstemgħet l-għajta ‘Waslet Santa Katarina tagħna!’ waqt li l-għajnejn intlew bid-dmugħ u l-idejn inħallu f’ċapcipa li dwiet mal-knisja kollha. Ħsibijieti marru fuq maltempata oħra mfissra fi kwadru ċkejken li jinsab imdendel fis-sagrestija tal-knisja tagħna. Kwadru li jġib id-data tal-10 ta’ Marzu tal-1791 fejn juri lil Santa Katarina V.M. flimkien mal-patrijarka San Ġużepp jinterċedu għal xi sajjieda Żrieraq, li qabdithom maltempata fuq il-baħar - bejn 2 u 3 mili ‘l barra mill-port ta’ Marsaxlokk. Dan il-kwadru hu l-uniku kwadru EX-VOTO – li ntagħmel b’wegħda u li baqagħlna fil-Knisja Arċipretali tagħna. Dan il-kwadru tpitter bħala ringrazzjament ta’ xi sajjieda Żrieraq lejn il-qaddisa Patruna tagħhom Santa Katarina u lejn San Ġużepp talli ħelsuha ħafif mill-maltemp. Fil-parti t’isfel fuq ix-xellug hemm miktub il-kawża ta’ dan il-kwadru:- ‘GRAZZIA CONCESSA IL PATRIARCA S.GIUSEPPE E S.CATARINA LI.10 DI MARZO A:1791. STANZA DI. 2-3 MIGLIA LONTANO DI PORTO MARSA SCILOCHO DI MALTA.’

‘Ibqa’ magħna KatarinaIl-wens tiegħek wisq mixtieqIbqa’ għix il-ħajja magħnaKompli bierek iż-Żurrieq’

Nixtieq nawgura l-Festa Liturġika ta’ Santa Katarina V.M t-tajba lill-poplu kollu taż-Żurrieq, lill-qarrejja kollha ta’ din in-newsletter u lid-devoti tal-qaddisa Patruna tagħna. NitolbuHa tidħol għalina fil-mard u fl-inkwiet tagħna quddiem l-għarus divin tagħHa Ġesu` u Ommu Marija!

TALBA GĦALL-ĦELSIEN MILL-PERIKLUFr. Raymond Cassar Direttur Spiritwali

O Alla, Missier li tħobbna u li tixtiqilna kull ġid, nitolbuk li, kif bl-interċessjoni ta’ l-Imqaddsa Ommna Marija, ta’ San Ġużepp Missier putattiv ta’ Sidna Ġesu Kristu u ta’ Santa Katarina Verġni u Martri Patruna tal-Parroċċa tagħna, ħarist lis-sajjieda meta kienu fil-periklu fil-baħar, hekk ukoll nitolbuk li tkompli tħarisna fil-perikoli ta’ żmienna.Ħares lill-familji u żommhom magħqudin fl-imħabba. Ħares lit-tfal fl-innoċenza tagħhom. Ħares liż-żgħażagħ u għinhom ikunu ta’ karattru sod quddiem l-isfidi li toffrilhom id-dinja tal-lum. Ħares lill-adulti biex ikunu ta’ eżempju għall-ġenerazzjoni żagħżugħa. B’mod partikolari f ’din is-Sena tal-Fidi, saħħaħ fina l-fidi fik u għamel li lkoll kemm aħna nagħtu sehemna biex il-fidi ngħixuha bil-fatti fil-ħajja ta’ kuljum.Finalment nitlob li l-barka tal-Mulej tkun fuqna lkoll u timliena b’kotra ta’ hena spiritwali.

Jeremy Cachia

Page 2: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

naħdmu biex insewwu l-ħsarat kollha. Irċevejna ukoll xi donazzjonijiet u ta’ dan nixtieq nirringrazzjakom tal-kontribuzzjoni tagħkom.

Fix-xahar t’Ottubru twaqqaf il-Kumitat Ċentrali l-ġdid u rċevejna l-applikazzjonijiet għall-membri tas-Sezzjonijiet u Sotto Kumitati. F’isem is-Soċjeta’ nixtieq nirringrazzja lis-Sur Moses Camilleri u lis-Sinjura Anna Camilleri li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat Ċentrali u nilqgħu lis-Sur Nicholas Saliba u lis-Sur Manuel Bugeja bħala membri ġodda fi ħdan il-Kumitat. F’isem is-Soċjeta’ nirringrazzja lil kull min kien jifforma parti mis-Sezzjonijiet jew Sotto Kumitati kif ukoll nilqgħu lil dawk il-membri li qed joffru li jagħtu s-sehem tagħhom matul is-sena amministrattiva 2012/2013.

Il-pjanijiet għall-festa tas-sena 2013 diġa bdew. Festa kbira bħal ma niċċelebraw fiż-Żurrieq teħtieġ ħafna preparamenti li jsiru matul is-sena. Inħeġġeġ lil kulħadd biex nattendu għall-attivitajiet li jiġu organizzati mis-Soċjeta’. Ejjew inkomplu nibnu fuq dak li għandna, naħdmu id f ’id ħalli flimkien negħlbu d-diffikultajiet u nerġgħu norganizzaw festa kbira li tagħmel ġieh lilna ż-Żrieraq u lill-Patruna Tagħna Santa Katarina Verġni u Martri.

Għeżież qarrejja

Nixtieq nibda dan il-messaġġ billi nirringrazzja lil kull min ta s-sehem

tiegħu biex stajna norganizzaw festa kbira ddedikata lill-Patruna tagħna Santa Katarina Verġni u Martri. Kellna festa li tagħmel ġieh lilna ż-Żrieraq u li għaliha ngħaqdu magħna numru sabiħ ta’ Maltin minn barra r-raħal. Kienet festa kompluta kemm mill-aspett reliġjuż ta’ ġewwa l-Knisja, kif ukoll festi ta’ barra, fejn anki ngħaqad magħna l-Eċċelenza Tiegħu l-President ta’ Malta. Sfortunatament, il-Ħadd nhar il-festa, l-maltemp biddel il-pjanijiet kollha. Minn hawn nixtieq nerġa’ nirringrazzja lil kull min għen jew offra l-għajnuna tiegħu biex inkunu nistgħu nżarmaw l-armar. Irridu nifrakru ukoll fi sħabna dilettanti tan-nar li waqt il-maltempata kienu fl-għelieqi. Hawnhekk ukoll nixtieq nirringrazzja lil dawk l-individwi kollha li offrew l-għajnuna jew għenu kif setgħu biex in-nar seta’ jitneħħa.

Sfortunatament kawża tal-maltemp sofrejna xi ħsarat fl-armar u fix-xogħol tan-nar. Bil-mod, il-mod qegħdin

Għeżież qarrejja,Merħba mill-ġdid għal darb’oħra, għal din l-erbgħa u tletin edizzjoni tal-gazzetta tagħna. Din is-sena, kif jaf

kulħadd, iċċelebrajna l-għoxrin anniversarju tas-Sezzjoni Żagħżagħ Palmisti; l-għaxar snin ta’ Radju Sta. Katarina; il-mitt sena tas-Soċjeta f ’Palazz Alexandria u l-isfortuna mirakoluża ta’ Jum il-Festa tal-Patruna tagħna, Santa Katarina V.M.

Għaliex qiegħed ngħid “mirakoluża” għaliex jiena nemmen illi dawk il-mumenti ta’ waqt il-purcissjoni, kien hemm interċezzjoni sopranaturali li ħelset lil raħalna minn disgrazzji kbar, kemm fir-rigward ta’ l-Istatwa Glorjuża tal-Patruna tagħna kif ukoll lin-numru kbir ta’ nies li kien hemm dawk il-ħinijjiet. U xi ngħidu għall-mod verament eżemplari u meraviljuż, ta’ tant u tant persuni li, f ’mumenti ta’ periklu bħal dan, intefgħu b’ruħhom u ġisimhom biex jagħtu daqqa t’id kull fejn kien hemm bżonn. Prosit u grazzi lil kulħadd. Issa din l-esperjenza ser tibqa’ minquxa fl-istorja tar-Raħal tagħna.

Nerġa’ infakkarkom biex min għandu xi kummenti jew suġġerimenti fuq din il-gazzetta tgħadduhom lili fuq l-indirizz:- L-Editur, Sancta Catharina Zurricanorum Patrona, Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq

Nieħu din l-opportunita biex f ’isem il-Bord Editorjali kollu nixtiqilkom ilkoll, Festa Liturġika mill-isbaħ nhar is-26 ta’ Novembru li ġej, kif ukoll Milied Hieni u Sena Ġdida mimlija risq u paci.

J o e Saliba - Ed- itur.

Il-Milied f’dariKitba ta’ Catherine Rolé M.A. (CHM), B.A. (Hons.)

Meta jibda joqrob ix-xahar ta’ Novembru, kulħadd jibda’ jistenna ħerqan il-wasla tal-festa tal-Milied. Jien personalment għadni sal-lum ngħożż il-memorji tiegħi ta’ tifla żgħira nistenna lil

Father Christmas biex iġibli xi pupa sabiħa. Għalkemm illum kbirt, xorta waħda nistenna dawn il-festi b’ħeġġa kbira. Nistħajjel li l-istess ħeġġa għeżież qarrejja, tħossuha intom ukoll għax tassew, żmien il-

Milied huwa żmien sabiħ. Iż-Żrieraq minn dejjem kellhom għal qalbhom il-festa tal-Milied. Dari l-festi tan-novena kienu jsiru b’solennità kbira. Minbarra

l-priedka tan-novena, kienet drawwa li titkanta l-litanija mill-vuċijiet akkumpanjati mid-daqq tal-orgni. Wara l-quddies tan-novena, kienet tingħad il-barka u wara jitkantaw bosta innijiet tal-Milied.

Bħal m’għadu jsir sal-lum, is-Soċjetà tal-Mużew kienet tagħmel il-purċissjoni tradizzjonali bil-bambin ftit siegħat qabel il-quddiesa ta’ nofs il-lejl. Nimmaġina li dawn is-sentenzi qegħdin jeħdukom lura għal żmien tfulitkom, tkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f ’idejkom.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25 ta’ Diċembru, għax bħalma bosta tafu, kien hemm żmien fejn il-festi tal-kwaranturi kien jsiru fil-bidu ta’ Jannar, preċiżament tlett ijiem qabel it-Tre Re. Dari l-festi tal-kwaranturi kienu jiġu ċċelebrati b’mod kbir u solenni, tant li l-kant kien isir bl-orkestra u kienu jintramaw il-linef il-kbar. Tajjeb illi ngħidu li l-benefattur kbir Dun Ġużepp Zammit Falzon kien jieħu ħsieb li jorganizza lotterija sabiex il-qliegħ minnha jmur sabiex jittaffew l-ispejjeż relatati. Ġeneralment bħala premju kien jingħata xi bambin. Fi żmien il-kwaranturi l-artal maġġur kien ikun mżejjen b’mod tassew sabiħ, permezz ta’ 30 xema u bosta armar sagru tas-Santissimu Sagrament. Ma kienx jonqos li f ’dan iż-żmien kienet issir purcissjoni li kienet tgħaddi mill-inħawi tax-Xarolla. Iċ-ċelebrazzjonijiet kienu jintemmu bil-festa tat-Tre Re.

Nimmaġina li bosta minnkom dan l-artiklu qed iħajjarkom sabiex titilqu kollox minn idejkom u tmorru tarmaw il-presepju u s-siġra tal-Milied, u xi bambin fit-tieqa ma jonqosx!Lista ta’ referenzi: Kommunikazzjoni personali ma’ Karmenu Xuereb

Page 3: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

Il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, 22, 23 u 24 ta’ Novembru 2012, Jiem tat-Tridu.Fil-5.30 p.m. Rużarju; fis-6.00p.m. Quddiesa, kurunella ta’ Santa Katarina V.M., Innu, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012, Lejlet il-Festa.Fil-5.30 p.m. Transulazzjoni solenni tar-Relikwija u kant tal-Ewwel Għasar tal-Martri, Quddiesa, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.It-Tnejn 26 ta’ Novembru 2012, Jum il-Festa.Fil-5.30 p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-Martri. Fis-5.45 p.m. tqegħid ta’ kuruna tar-rand fuq il-Monument ta’ Santa Katarina V.M. f ’Misraħ ir-Repubblika mill-membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. li jibqgħu sejrin fil-Knisja għall-Quddiesa kantata. Fis-6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata solenni bil-paneġierku mill-Wisq Rev. Patri Pawl Galea O.F.M., Gwardjan u Mastru tal-Franġiskani Minuri. Wara l-Quddiesa, l-istatwa ta’ Santa Katarina V.M. tiġi mdawwra mal-Knisja, isir il-bews tar-Relikwija, Repożizzjoni tar-Relikwija, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u kant tal-Innu Popolari.Lejlet u nhar il-Festa jmexxi ċ-ċelebrazzjoni l-Wisq Rev. Arċipriet Dun Charles Attard. Matul il-ħamest ijiem tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Cantate Domino. Mro. Paul Portelli F.L.C.M. jidderieġi matul il-jiem tat-Tridu; lejlet u nhar il-Festa, Mro. Patri Anton Briffa O.F.M. Cap., L.L.C.M., Lic.Mus.Sacra, M.Mus.Greg.Fit-8.00 p.m. il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel marċ minn Triq il-Kbira sa Misraħ ir-Repubblika mmexxija mill-Ass. Surmast Josef Grech A.T.C.L., L.T.C.L., Dip.A.B.R.S.M., L.R.S.M. X’ħin il-Banda tasal ħdejn il-Monument ta’ Santa Katarina V.M., jindaqq l-Innu Marċja “Semma’ Poplu l-vuċi tiegħek” ta’ Mro. Espedito Deguara A.Mus. L.C.M.

AVVIZKunċerti tal-Banda Sta. Katarina V,M, ikunu kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00 pm.Tagħlim tal-Mużika:- Sezzjoni ram – Kull nhar ta’ Erbgħa mill-5.00p.m. sas 7.30pm filwaqt li l-lezzjonijiet tas-Sezzjoni tal-Injam ikunu kull nhar ta’ Sibt mit-8.00am sa 12.00 pm flimkien mal-Assistent Surmast Josef Grech A.T.C.L, L.T.C.L., Dip. A.B.R.S.M, L.R.S.M.It-Tagħlim tal-Mużika mal-Banda Santa Katarina V.M. huwa b’xejn. Tingħata attenzjoni individwali lil kull alliev li jattendi għal dawn il-lezzjonijiet. Għaldaqstant dawk kollha interessati li jibdew jitgħallmu l-mużika mal-Banda tagħna, jistgħu javviċinaw lill-Assistent Surmast fil-ġranet tal-lezzjonijiet imsemmija hawn fuq.

NOVEMBRU 2012Nhar it-Tnejn 26 ta’ Novembru 2012, il-Banda Santa Katarina V.M., tagħmel marċ brijuż, fl-okkażjoni tal-Festa

Liturġika tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. Dan il-marċ jibda fit-8.00pm minn Triq il-Kbira u jispiċċa fl-10.30pm fi Pjazza Repubblika.

DIĊEMBRU 2012Nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2012, il-Banda Santa Katarina V.M., ser tagħmel servizz fil-lukanda Excelsior fil-Furjana. Dan is-Servizz ikun bhala attrazzjoni għat-turisti u ser jibda fl-10.30 am.

Nhar is-Sibt 22 ta’ Diċembru 2012, il-Banda Santa Katarina V.M., ser tieħu sehem fil-Parents’ Day tal-Allievi tal-Banda tagħna, b’daqq ta’ siltiet u carols tal-Milied. Din is-serata ser tibda fis-7.00pm fis-sala Espedito Deguara.Nhar il-Milied, it-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2012, il-Banda Santa Katarina V.M. ser tagħmel marċ ta’ Christmas Carols fit-toroq prinċipali taż-Żurrieq. Dan is-servizz ser jibda fl-10.00am u jispiċċa f ’ 11.45 am quddiem il-Każin

Servizzi tal-Banda Santa Katarina V.M. Richard Farrugia

Saliba Joseph EditurGatt Anna Maria Assistenta EditriċiSaliba Nicholas TeżorierCassar Mark Website DesignerCassar Karl Website DeisgnerAquilina Paul Rap. Sotto Kumitat SŻP

Cachia Josef Rap. Sotto Kumitat RSK 90.6FMD’Alfonso Charles Rap. Sotto Kumitat ArmarFarrugia Catherine Rap. Sotto Kumitat NisaFarrugia Richard Rap. Sotto Kumitat BandaSammut Fawstina Rap. Sotto Kumitat KulturaSchembri Kevin Rap. Kumitat Ċentrali

Bord Editorjali

Ringrazzjament imur għas-Sinjorina Cettina Camilleri, Chev. Lawrence Collins u Bertie Decelis għar-ritratti provduti.

Page 4: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

Il-Ħadd 2 ta’ Settembru 2012, jum il-Festa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. fakkarna għeluq il-mitt sena minn meta l-membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. daħlu fil-każin ta’ Piazza Maggiore, illum Misraħ ir-Repubblika. Kif intemmet il-Quddiesa Pontifikali li kienet preseduta mill-Illus.mu Mons. Dun Alex Cordina S.Th.Lic., Cap.S.S. Viċi-Rettur tas-Seminarju, wasal quddiem il-każin l-Eċċellenza Tiegħu Dr. George Abela B.A., Mag. Iuris., Dip. Trib. Melit. Eccles. President ta’ Malta, li ġie milqugħ mill-President tas-Soċjetà s-Sur Philip Schembri.

Il-President Philip Schembri

għamel diskors tal-okkażjoni fl-entrata tal-każin u qal: “Eċċellenza President ta’ Malta, Kunsilliera, Kunsill Amministrattiv ta’ Bubaqra, Illustrissimu Monsinjur, Wisq Rev. Arċipriet, Direttur Spiritwali, Rev. Kanoniku, membri tal-Kleru, Presidenti Onorarji, membri tas-Sezzjonijiet u Sotto-Kumitati tas-Soċjetà. Għeżież membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. insellmilkom u nirringrazzjakom li aċċettajtu li taqsmu magħna dan il-mument importanti ħafna meta qegħdin infakkru l-mitt sena minn meta s-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ingħatat id-dritt li tidħol f’dan il-palazz bħala s-sede tagħha. L-istorja tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. bdiet tinkiteb fis-sena 1864, meta bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Vinċenz Schembri, erbgħa u għoxrin żagħżugħ fosthom xi kjeriċi, ingħaqdu flimkien f’għaqda mużikali taħt it-tmexxija tas-Surmast Luigi Carabott. Dan it-tagħrif jinsab fil-ġurnal L-Ordine tal-21 t’April 1865, skont kitba ta’ Achille Ferres. Wara li s-sede tas-Soċjetà kienet f’diversi postijiet, fl-1912 ġie ffirmat kuntratt bejn il-Kumitat tas-Soċjetà u s-Sur Salvatore Camilleri tal-Qamħa, li tibda tuża din is-sede. Fl-1991 ġie ffirmat il-kuntratt għax-xiri ta’ dan il-każin. Minn dak inhar sar ħafna xogħol strutturali biex jaqdi l-bżonnijiet tas-Soċjetà. Matul il-mitt sena li s-Soċjetà ilha tgħammar f’dan il-palazz, żaruh diversi personalitajiet. Wieħed mill-iskopijiet li għalihom ġiet imwaqqfa s-Soċjetà tagħna kien li dejjem jgħin biex ikabbar il-Festa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. Filwaqt li mill-ġdid nerġa’ nirringrazzja lill-Eċċellenza Tiegħu Dr. George Abela, President ta’ Malta u lill-Illus.mu Mons. Dun Alex Cordina li lqajtu l-istedina tagħna, ippermettuli nirringrazzja wkoll lill-Wisq Rev. Arċipriet u lill-membri tal-Kleru, lill-Wisq Rev. Kan. Dun Antoine Borg tal-paneġierku sabiħ li niseġ, lill-Kor Parrokkjali Cantate Domino li taħt id-direzzjoni ta’ Patri Anton Briffa, animaw il-Pontifikal sollenni, u fl-aħħar u mhux l-inqas ippermettuli nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat Ċentrali, membri tas-Sezzjonijiet u Sotto-Kumitati kollha, Presidenti Onorarji, lis-soċi w ammiraturi tas-Soċjetà tagħna. Grazzi.”

Imbagħad il-President Dr. George Abela għamel id-diskors tiegħu. Huwa qal: “Huwa pjaċir kbir tiegħi li qiegħed hawnhekk f’nofskom, ċertament nirringrazzjakom ta’ din l-istedina li għamiltuli biex inkun hawnhekk. Hija okkażjoni ferm sabiħa, l-ewwelnett għax huwa jum il-festa ta’ Santa

Katarina. M’hemmx dubju li

Santa Katarina tfisser ħafna għal dan il-poplu ġewwa ż-Żurrieq, u wkoll għaliex illum propjament qegħdin niċċelebraw okkażjoni mill-aktar sabiħa, għeluq il-mitt sena mit-twaqqif ta’ dan il-każin ta’ din is-Soċjetà. F’pajjiżna, allaħares ma kienux il-każini tal-baned għat-tagħlim tal-mużika. Il-festi u t-tagħlim tal-mużika jagħtu identità lit-tradizzjonijiet Maltin. Ċertament waħda mill-festi kbar li għandna fil-pajjiż tagħna, hija l-festa ddedikata lil Santa Katarina. Il-każin tagħkom sabiħ fih innifsu, bi storja kbira kif semma’ l-President u matul is-snin, diversi persunaġġi ġew iżuruh. Għandna dejjem niftakru f’dawk kollha ta’ qabilna li ħadmu f’kull qasam għal dan is-suċċess. Nirringrazzja lilek Sur President, lill-Kumitat Ċentrali u lis-Sezzjonijiet kollha tad-dedikazzjoni tagħkom. Però, importanti wkoll li ngħixu l-valuri li Santa Katarina turina, b’dawk il-karatteristiċi li jiddistingwu l-qaddisa tagħna li aħna tant inħobbu. Ngħożżu l-valuri u nibqgħu niddefenduhom meta jiġu attakkati, speċjalment il-valuri tal-familja u tas-solidarjetà. F’dan il-każin għandkom valur qawwi ta’ volontarjat. Jiena nifirħilkom u nawguralkom li jkollkom festa mill-isbaħ li tgawduha. Grazzi ħafna mill-qalb ta’ din l-istedina tagħkom.”

Imbagħad il-President Dr. George Abela kixef lapida li tfakkar għeluq il-mitt sena minn meta s-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ġiet trasferita minn Triq Irjali għall-Piazza Maggiore, illum Misraħ ir-Repubblika. Wara, l-Illus.mu Mons. Dun Alex Cordina bierek din il-lapida.

Kif intemmet din iċ-ċerimonja, il-mistednin ġew imdawra fis-Sala Mro. Espedito Deguara u fis-Sala President Onorarju Ġużeppi Gauci mill-President Philip Schembri u membri oħra tas-Soċjetà.

X’ħin il-mistednin waslu fis-sala ta’ fuq, ingħata riċeviment, u l-Illus.mu Mons. Dun Alex Cordina għamel ringrazzjament. Huwa qal: “L-ewwelnett nirringrazzjakom ta’ din l-istedina u ta’ din l-opportunità li tajtuni biex inkun nista’ nsemma’ leħni. L-għaqda hija valur li Ġesù talab għaliha ħames darbiet wara xulxin, fil-kapitlu 17 ta’ San Ġwann. Hija xewqa ta’ Ġesù biex inkunu poplu wieħed. Santa Katarina V.M. għandha żewġ titoli; Verġni mhux biss fil-verġinità fis-sens uman tal-kelma, imma fis-sens ta’ trasparenza. Hija aspirazzjoni għall-knisja tal-lum. Il-kelma martri tfisser sur tal-verità; il-verità li ma tispiċċa qatt u li ma tinbidilx. Irridu nħobbu lil Santa Katarina tfisser li nkunu nies li nħobbu l-verità li ma tinbidilx; inħobbu l-għaqda, inħobbu l-valuri u kulħadd fil-vokazzjoni tiegħu bħala poplu li jimxi anki bid-dawl tal-fidi. Jalla l-festi li nagħmlu jfakkruna f’dawn il-valuri u f’dan l-impenn li kull wieħed u waħda minna rridu ngħixu, inkella jkun ħela t’enerġija. Jalla ngħixuhom flimkien biex il-verità timla l-qalb. Din il-milja tal-qalb għandu bżonnha kull bniedem; u l-milja tal-qalb tasal meta qalbna tkun mimlija paċi. Nawguralkom il-festa t-tajba.”

Il-President Philip Schembri għamel xi preżentazzjonijiet lill-President Dr. George Abela. Huwa ppreżentalu cheque għall-Malta Community Chest Fund, żewġ programmi tal-festa li jiġu ppubblikati mill-Kumitat Ċentrali u mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti u l-ktieb “Santa Katarina, il-Festa u s-Soċjetà Mużikali Tagħha fiż-Żurrieq” li ġie ppubblikat fis-sena 1989 bl-istorja tas-Soċjetà u li ġie miktub minn Anthony Mangion u Karmenu Zerafa. Żewġ programmi tal-festa ġew ippreżentati lill-Mons. Dun Alex Cordina u recording tal-paneġierku lill-Kan. Dun Antoine Borg. Fi tmiem ir-riċeviment ġie ffirmat il-ktieb tal-viżitaturi u ġew meħuda xi ritratti tal-okkażjoni. Din l-attività ġiet imxandra fuq Radju Santa Katarina.

L-Eċċ. Tiegħu Dr. George Abela, President ta’ Malta, waqt l-inawgurazzjoni

tal-lapida.

Page 5: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

Kif intom tfal?Iż-żmien għaddej ġmielu u diġa’ wasalna għall-aħħar edizzjoni tan-newsletter

għal din is-sena. Bħalissa żgur li drajtu sew l-iskola u daqt nibdew naħsbu għaż-żmien sabiħ tal-Milied. Illum se nkomplu nitkellmu dwar artisti illi għamlu kapolavuri tal-arti li fihom jidhru waqtiet importanti mill-ħajja ta’ Santa Katarina V.M.

Illum se nsiru nafu ftit aktar lil Paolo Veronese jew inkella kif kien aktar magħruf bħala Paolo Caliari. Veronese twieled fl-1528 f ’Verona, belt fin-naħa tal-Grigal tal-Italja. Dan il-pittur hu abbinat ħafna ma’ żewġ artisti oħra kbar tal-istess perjodu; Tiziano u Tintoretto. Fil-fatt huma magħrufa bħala t-‘trianglu ta’ artisti’.

Il-ġenituri ta’ Veronese kienu Gabriele u Katarina u ta’ erbatax-il sena dawn kienu diġa’ bagħtuh jagħmel apprentistat ma’ pittur ieħor f ’Verona. Fil-fatt ta’ ħmistax-il sena, Paolo għen ħafna lis-surmast tiegħu Badile biex ilesti titular li għandu jinsab hemm sal-lum f ’Verona. It-talent ta’ Veronese mill-ewwel kien innutat minn ħafna, tant li wara biss sentejn, telaq mill-apprentistat u beda jaħdem għal rasu.

Minn Verona, Paolo mar f ’Mantova fejn ħadem fuq affreski li jinsabu fid-Duomo tal-belt. Minn Mantova, Paolo mexa lejn Venezja. Ġo Venezja, l-fama tal-Veronese xterdet minnufih tant li mill-ewwel bdew jaslulu l-kummissjonijiet. Ix-xogħolijiet tiegħu kienu deskritti bħala taħlita tat-teknika tal-Caravaggio u ta’ Michelangelo. L-ewwel biċċa xogħol kbira kienet xena monumentali li turi l-ikla fid-dar ta’ San Pietru. Wara dan beda jikkollabora ħafna mal-perit Andrea Palladio u flimkien ħadmu fuq xogħolijiet kbar fosthom Villa Barbaro f ’Maser u l-biċċa tal-arti It-Tieġ ta’ Kana li sallum nistgħu narawha fil-Louvre ta’ Pariġi.

Fl-1565, Veronese iżżewweġ lit-tifla tal-ewwel surmast tiegħu Badile u kellhom erba’ subien u tifla. Tnejn mis-subien mill-ewwel bdew juru talent fl-arti tant li meta kibru ħadmu mill-qrib ħafna ta’ missierhom. Xogħolijiet oħra tal-Veronesi jinkludu l-pittura magħrufa bħala d-dar ta’ Levi kif ukoll il-Madonna bil-Bambin fejn jidhru ukoll Santa Eliżabetta, San Ġwann il-Battista u Santa Ġustina, padruna ta’ Padova u Venezja. Paolo Veronesi miet f ’Venezja fl-1588.

Il-pittura tal-Veronesi turi lil Santa Katarina fil-ħabs qed tkun ikkonfortatha mill-Ispirtu s-Santu f ’forma ta’ ħamiema. F’id minnhom Santa Katarina għandha l-palma tal-martirju filwaqt li l-id l-oħra qegħda fid-direzzjoni tal-ħamiema. Madwarha naraw il-fdalijiet tar-rota tal-martirju. Din hija pittura biż-żejt li illum tinsab fil-Mużew Metropolitan ta’ New York.

Il-kompetizzjoni għal din l-edizzjoni: Fil-pittura tal-Veronesi qed naraw ħamiema. Lil min qed tirrapreżenta dik il-ħamiema? Ibgħatu t-tweġibiet tagħkom lil:

Kompetizzjoni għat-TfalNewsletter Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq

VIVA SANTA KATARINA V.M. PADRUNA TAŻ-ŻURRIEQNixtieq nawguralkom Milied mill-isbaħ u sena mimlija b’dak kollu li tixtiequ.

Page 6: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

L-Avveniment li ser nitkellmu fuqu f ’din il-ħarġa hu l-bidu ta’ l-attakk li l-Ispanjoli għamlu fuq il-belt ta’ Granada biex jeħilsu lil Spanja darba għal dejjem mill- Mori.Il-Mori kienu ġejjin mill-Afrika ta’ Fuq minn fejn illum hemm il-Marrokk u l-Alġerija u kienu nvadew Spanja għall-ħabta tas-sena 711 wara Kristu.Fi Spanja ħallew influwenza kbira tal-kultura tagħhom tant li għadna narawha fil-bini li ħallew u li għadu jeżisti.F’dan il-perjodu il-Mori imponew ir-reliġjon ta’ l-Islam fuq Spanja. Il- Mori damu aktar minn seba’ mitt sena fi Spanja.Għalkemm mhux Spanja kollha kienet taħt idejhom huma kellhom aktar min-nofs li kienet tiġi n-naħa t’isfel tal-pajjiż. Waqt dan il-perjodu fl-istorja ta’ Spanja jissemma El Cid, figura leġġendarja li ġġieldet għall-ħelsien ta’ Spanja mill- Mori. Maż -żmien ir-reġjuni ta’ Kastilja, Aragona u li dik li llum nafuha bħala l-Potugal bdew iqumu kontra l-ħakkiema Mori sakemm nhar il-25 ta’ Novembru 1491 beda l-assalt il-kbir biex din il-belt importanti fl-Andalusija tiġi meħlusa mill-Mori. Il-Qawwiet Kastiljani bl-appoġġ tal-Papa Innoċenz VII flimkien ma’ dawk Insara mgħejjunin minn pajjiżi oħra Ewropej irnexxielhom jirbħu din il-belt nhar it-2 ta’ Jannar 1492. Il-Mexxej tal-Mori Muhammad XII ċeda din il-belt lir-Re Ferdinadu u r-Reġina

Isabella li f ’dik is-sena kienu ffinnanzjaw il-vjaġġ ta’ Kristofru Kolombu lejn l-art il-ġdida l-Amerika. Ħafna mill-Misilmin li kien hemm fi Granada telqu lejn pajjiżi tal-Lvant fejn segħtu jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom bla biża’.Minn hawn il-preżenza tal-Mori kważi spiċċat għalkemm xorta baqgħu numru minnhom jgħixu fi Spanja.Madwar Spanja għadek issib bini importanti taż-żmien il-Mori fosthom l-Alhambra f ’Cordoba li nbniet bħala moskeja imma wara ir-rikonkwista saret maqdes nisrani.L-episodju li tkellimna fuqu f ’din il-ħarġa ħadna lura fl-istorja fi żmien meta lanqas il-Kavallieri ta’ San Ġwann ma’ kienu għadhom ġew Malta imma ż-Żurrieq kien diġa ilu sitta u ħamsin sena parroċċa ddedikata lil Santa Katerina.

Il-25 ta’ Novembru 1491 - Carmel Callus

Matul din is-sena Radju Santa Katarina iċċelebra l-għeluq l-għaxar snin minn meta beda jxandar għall-ewwel darba fl-2002. M’hemmx dubju li kienu ħafna dawn il-morda u l-anzjani li segwew il-Festa tant mill-qrib permezz ta’ dan ir-radju tal-kommunita’. Tant ieħor segwew l-emigranti u oħrajn li kienu msefrin matul il-jiem tal-Festa u b’hekk reġgħu ħassewhom preżenti fil-Festa Titulari li tant iħobbu.

Issa jmiss li r-radju matul is-sena li ġejja ħa jkun qed ifakkar għeluq il-ħames sena ta’ xandir kontinwu li kien ta l-bidu tiegħu fis-7 t’ Awwissu 2008. Żgur li f’dawn l-aħħar snin ir-radju tas-Soċjeta’ tagħna kien ta’ kontribut kbir għas-Soċjeta’ kif ukoll ta’ kumpanija kbira għas-semmiegħa tagħna.Tajjeb li nagħtu ħarsa lejn kif Radju Santa Katarina se jkun ta’ kumpanija għas-semmiegħa matul il-Festi tal-Milied.

RADJU SANTA KATARINAGĦAXAR SNIN TA’ SERVIZZ

LEJN IL-KOMMUNITA’ TAŻ-ŻURRIEQ2002 - 2012

• Programmi relatati mal-Milied – matul il-ġranet tal-Milied ir-radju jxandar diversi programmi relatati mal-Festi tal-Milied. Radju Santa Katarina jxandar ukoll il-Quddiesa ta’ nofs il-lejl li tant tkun mistennija minn dawk li ma jkunux jistgħu jattendu ġewwa l-Knisja.

• Xandir mill-ġewwa l-Bar – għal diversi Ħdud fi żmien il-Milied, Radju Santa Katarina jxandar il-programmi tal-Ħadd fil-għodu minn ġewwa l-Bar tal-Każin. Din is-sena ħa jkunu kif ġej: 23 u 30 ta’ Diċembru 2012 u 6 ta’ Jannar 2013. Matul dawn il-ġranet tkunu tistgħu tiġu ġewwa l-Każin u twasslu l-awgurji tagħkom ukoll.

• RSK FAN CLUB – Matul dawn l-istess ġranet li semmejna hawn fuq, il-membri huma mħeġġa sabiex jiġu u jingħaqdu mal-Fan Club ta’ Radju Santa Katarina fejn b’donazzjoni żgħira ta’ €2.50,

fil-ġurnata ta’ għeluq sninek jew fl-anniversarju tat-tieġ tiegħek, il-preżentaturi jawgurawlek l-isbaħ xewqat u jdoqqu id-diska magħżula minnek stess.

Radju Santa Katarina jxandar matul is-sena kollha fuq il-frekwenza ta’ 90.6FM kif ukoll permezz tal-internet fuq is-sit tas-Soċjeta’ tagħna www.stcatherineband.org.mt

Tel – 21640110 ; SMS – 50611002 ; SMS (€2.33) – 50617377 ;

Email: - [email protected]; facebook

Radju Santa Katarina - 90.6FM

Inħeġġukom issegwu Radju Santa Katarina

kuljum fuq 90.6FM

Josef Cachia

Il-Mori iċedu Granada lir-Re Ferdinandu ta’ Kastilja

(pittura ta’ Francisco Pradilla Ortiz 1882 )

Alhambra f ’Cordoba Spanja

Page 7: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

Attivitajiet mas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

Imla’ l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jintlew bin-numru 1 sa 9.Min ser jikkompeti jista’ jibgħat it-tweġiba tiegħu lis-Segretarju tas-Soċjetà:

Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Żurrieq sal-15 ta’ Diċembru 2012

IL-MULEJ SEJJAĦLU BIEX JIDĦOL FIL-FERĦ MA’ SANTA KATARINA V.M. GĦAL DEJJEM.

II-Membru Karmenu Camilleri 16 ta’ Ottubru 2012Agħtih O’Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

9 3

7 3 4 1 9

1

4 5 8

7 8 4 1

8 7 9

6

8 9 5 2 6

2 7

A

B

C

D

E

F

G

H

I

DVD TAL-FESTA 2012Mill-Bar tal-Każin jew mingħand il-membri tal-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

Ir-rebbieħa tas-Sudoku tal-ħarġa numru 33 tal- Gazzetta Sancta Catharina Zurricanorum Patrona hija Ms.Rihana Bonanno, li rebħet ikla għal tnejn, ġewwa Rons Restaurant, Marsaxlokk

GRAND DINNER DANCEOrganizzat mis-Soċjeta’ Mużikali Santa

Katarina V.M.Nhar il-Ġimgħa

28 ta’ Diċembru 2012Excelsior Hotel

Aktar dettalji jingħataw permezz tar-Radju, tal-Website u

tan-Notice-Board tal-Każin

23 ta’ Novembru 2012 High Tea organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa fil-Każin24 ta’ Novembru 2012 Gathering fil-Każin organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti 26 ta’ Novembru 2012 Festa Liturġika tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. F’nofsinhar Ikla Tradizzjonali organizzata mill-Kumitat Ċentrali2 ta’ Diċembru 2012 Ħarġa Kulturali organizzata mis-Sotto Kumitat Kultura8 ta’ Diċembru 2012 Retro Night organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti il-Każin12 ta’ Diċembru 2012 Ikla tal-Milied għas-Sotto Kumitati kollha tas-Soċjeta’ fil-Każin13 ta’ Diċembru 2012 Ħarġa ta’ Ġurnata organizzata mis-Sotto Kumitat tan-Nisa21 ta’ Diċembru 2012 Ħarġa Kulturali organizzata mis-Sotto Kumitat Kultura fejn se nduru diversi Wirjiet tal-Presepji 26 ta’ Diċembru 2012 Party tal-Milied għat-Tfal fil-Każin27 ta’ Diċembru 2012 Festin tal-Milied għall-Anzjani fil-Każin28 ta’ Diċembru 2012 Grand Gala Dinner Dance fl-Excelsior Hotel organizzata mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta’11 ta’ Jannar 2013 High Tea organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa fil-Każin12 ta’ Jannar 2013 Retro Night organizzat mis-Sotto Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti30 ta’ Jannar 2013 Coffee Morning organizzat mis-Sotto Kumitat Nisa

Page 8: Il-Maltempata (minn Jeremy Cachia) Gtkantaw l-innijiet tal-Milied wara l-bambin, jew iżżommu xi fanal f’idejkom. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ma kienux jispiċċaw fil-25

Design & Printing: Tel: 21250994/3