il-milied u s-sena t-tajbal-entitajiet kummerċjali u l-pulizija flimkien. kien hemm bilanċ tajjeb...

13
GVERN LOKALI TA’ XBIEX Ħarġa Numru 15 – Diċembru 2014 Frohe Weihnachten Vrolijk Kerstfeest Merry Christmas Mutlu Noeller Veselé Vánoce Joyeux Noël Buon Natale Glædelig Jul Feliz Natal God Jul Il-Milied u s-Sena t-Tajba

Upload: others

Post on 01-Jan-2020

30 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

GVERN LOKALI TA’ XBIEX Ħarġa Numru 15 – Diċembru 2014

Frohe Weihnachten Vrolijk Kerstfeest

Merry Christmas Mutlu Noeller

Veselé Vánoce Joyeux Noël

Buon Natale Glædelig Jul

Feliz Natal God Jul

Il-Milied u s-Sena t-Tajba

2 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 3

Insellmilkom ħbieb,

Dieħel bil-mod il-mod għat-tieni sena tiegħi bħala Sindku tal-lokalità taghna. Esperjenza li qed

nieħu pjaċir ħafna biha. Esperjenza li dejjem qed tgħallimni xi ħaġa ġdida kuljum. Daż-żmien kollu li ilni mingħajr segretarju full-time għallimni sew xi jfissru l-kunsilli lokali u l-preġji u d-difetti kollha li jeżistu fil-lokal tagħna.

Dan iż-żmien għallimni wkoll ngħaraf id-differenza bejn il-ħolm u r-realtà. Għalfejn qed nitkellem hekk? Qed nitkellem b’dan il-mod għax l-esperjenza llum għallmitni li bil-limitazzjonijiet li għandna l-kunsilli, ħafna mill-ideat

Editorjal

li jkolli, jkun diffiġli nattwawhom. Limitazzjonijiet kemm finanzjarji u kif ukoll limitazzjonijiet ta’ awtorità sabiex inmexxu l-affarijiet.

Qed nispjega dan għax l-esperjenza qed turi biċ-ċar li 75% tal-ilmenti jew suġġerimenti jkunu diretti lejn entitajiet oħra. Però, madanakollu, dan il-fatt ma jnaqqas xejn mill-impenn tiegħi lejkom ir-residenti u lejn il-lokal sabiħ tagħna. Impenn li qed jaghti l-frott tiegħu minn kull aspett.

Nieħu pjaċir inħares lejn dawn is-sena u tmien xhur kemm ilni fdat mingħandkom it-tmexxija ta’ dan il-lokal u nara l-avvanzi li rnexxieli nagħmel ma sħabi

l-Kunsilliera. Dejjem nisħaq li t-triq hija twila u baqalna ħafna x’nagħmlu, iżda f’dawn l-erbgħa snin u nofs li fadal għal din il-leġislatura, ser tkomplu taraw iktar riżultati u affarijiet ġodda f’Ta’Xbiex ma dak li diġa għamilna.

Ninsabu fi żmien il-Milied, żmien ta’ festa, paċi u hena. Għaldaqstant nieħu l-opportunità sabiex nawguralkom il-Milied u s-Sena t-Tajba lilkom u lill-dawk kollha għeżież għalikom. Nappella sabiex f’dawn iż-żminijiet naħsbu f’min hu anqas ixxurtjajt minna. U ftakru, speċjalment f’dawn iż-żminijiet, li jekk ser tixorbu ssuqux.

Saħħa u Awguri!

KUNSILL LOKALI TA’ XBIEX

INFORMAZZJONI UTILI

Gvern Lokali ta’ Ta’ XbiexTriq l-Imradd, Ta’ Xbiex, Malta.

Tel: +356 21 338844+356 27 338844

Fax: +356 21 338877Email: [email protected]

Website: taxbiexcouncil.org

Ħinijiet taʼ l-Uffiċċju Amministrattiv

1 tʼOttubru – 15 taʼ Ġunju:Erbgħa: 08.00 a.m. – 4.30 p.m.

It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamisu l-Ġimgħa:

08.00a.m. – 2.00p.m.

16 taʼ Ġunju – 30 taʼ Settembru:07.30 a.m. – 1.00 p.m.

Is-Sibt: 08:00am – 11:00am

‘It-Tmunier’ is a publication of the Ta’ Xbiex Local Council.

Any correspondence shouldbe addressed to:

The Editor Ta’ Xbiex Local Council,

Triq l-Imradd,Ta’ Xbiex XBX 1150.

Tel: 2133 88442733 8844

Email: [email protected]

KontenutIT-TMUNIERĦarġa Numru 15 – Diċembru 2014

Editorjal mis-Sindku Max Zammit 3

Mawra sa Għawdex 4

L-Ewwel Edizzjoni tat-Ta’ Xbiex Fun Run 7

Ġurnata Kulturali fi Sqallija 8

Komunikazzjoni mill-Viċi Sindku Ronnie Portelli 11

Komunikazzjoni mis-Sindku Max Zammit 12

Jum Ta’ Xbiex 14

Communication by Councillor Anthony Cachia Castelletti 15

Aktar ritratti minn Jum Ta’ Xbiex 16

Komunikazzjoni mill-Kunsillier Eugenio Muscat 17

Komunikazzjoni mill-Kunsillier Frank Roe 19

Messaġġ mill-Kappillan Patri Salv Spagnol 21

Impenn Sħieħ mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex 22

Ta’ Xbiex jirbaħ il-’Best Green Council Award’ għat-Tieni Sena konsekuttiva 23

Ġranet ta’ Ġbir tal-Boroz tal-Iskart 24

Ingħaqdu fil-paġna tagħna ta’ Facebook għall-aġġornamenti kontinwi, fejn nżommukom nfurmati b’dak kollu li qed jiġri fil-lokalità tagħna. Kull ma tridu tagħmlu tfittxu l-paġna bl-isem Kunsill Lokali Ta’ Xbiex u tgħafsu ’LIKE’. B’hekk tibdew ukoll anki intom tirċievu notifikazzjonijiet fuq bażi regolari.

4 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 5

Mawra sa Għawdex

Ġita oħra b’suċċess ġewwa Għawdex fejn kellna attendenza sabiħa ta aktar minn sittin ruħ. Ġita varjata li bil-prezz ta’ 15 ewro biss morna ġewwa l-fabbrika tal-Magro Bros fejn anki tawna rigal sabiħ kull wieħed, żorna l-Bażilika ta’ Pinu,

morna s-suq tar-Rabat, kilna 3-course meal ix-Xlendi, żorna d-Dwejra u għalaqna b’cafe/drink ġewwa Marsalforn u dejjem bil-kowċ magħna l-ħin kollu. Ħarġa ħelwa li żgur ser tkompli tattira l-interess għall-ħarġiet oħra simili fil-futur.

6 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 7

Ftit tal-ġranet ilu l-Kunsill organizza għall-ewwel darba flimkien mal-klabb tal-Futbol ta’ Ta’ Xbiex S.C.,

l-ewwel edizzjoni tat-Ta’ Xbiex Fun Run. Kull min ipparteċipa seta jgħażel jimxix jew inkella jtellaqx id-distanzi ta’ żewġ kilometri jew inkella ta’ ħames kilometri madwar Ta’ Xbiex. Attività li fiha nġabru madwar 400 euro b’risq Puttinu Cares.

Bis-saħħa ta’ din l-attività filantropika, il-Kunsill irnexxielu jgħaqqad lir-residenti,

lill-għaqdiet sportivi, lill-Parroċċa, l-entitajiet kummerċjali u l-Pulizija flimkien.

Kien hemm bilanċ tajjeb ta’ ġeneru u etajiet, fejn l-iżgħar parteċipanta kellha disgħa snin u l-akbar kellu sebgħin sena.

Sodisfazzjon kbir li permezz ta’ inizjattiva bħal din favur is-saħħa, rnexxielna nilħqu miri sbieħ li jippromwovu l-attività fost

L-Ewwel Edizzjoni tat-Ta’ Xbiex Fun Run

l-anzjani, is-sens ta’ karità u l-ġlieda kontra l-obesità. Wara s-suċċess ta’ din is-sena, il-Kunsill u l-Klabb tal-Futbol ta’ Ta’ Xbiex, diga qed jippjanaw it-tieni edizzjoni ta’ dan l-avveniment, sabiex din il-ġirja tkun ikbar, isbaħ u aħjar minn ta’ din is-sena. Nittamaw u nħeġġu aktar parteċipazzjoni mir-residenti ta’ kull età. Grazzi kbira tmur għal dawk li pparteċipaw.

8 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 9

Ġurnata Kulturali

fi SqallijaĠita ġewwa Sqallija fejn kellna attendenza sabiħa ta’ madwar 50 ruħ. Ġita li

l-ewwel ħaditna ġewwa s-suq ta’ Catania, fejn min ġie kellu l-opportunità jdur bil-kwiet ġewwa s-suq tant popolari fejn fih wieħed isib minn kollox.

Wara morna eżattament taħt l-Etna fejn kilna buffet ġo agriturismu mill-isbaħ, b’ikel u xorb b’abbundanza li kien ukoll inkluz fil-prezz. Min xtaq seta jgawdi minn xenarju mill-isbaħ jew forsi xi passiġġata fejn wieħed seta jara l-annimali varji li jrabbu din il-familja stess li jmexxu dan l-agriturismu.

Hekk kif kilna bil-kwiet qbadna x-xarabank tagħna privata li ħaditna ġewwa ċ-ċentru kummerċjali enormi bl-isem ta’ Porte di Catania, magħruf aktar bħala l-’Auchan il-ġdid’, fejn qattajna aktar minn sagħtejn nduru fil-ħwienet t’hemmhekk.

Kienet ġita li kull min ġie għaliha ħa ħafna gost, u nista’ ngħid li diġa hemm min minn issa qed jitlobna sabiex nagħmlu oħra bħala s-sena d-dieħla. Żgur li attività b’suċċess bħal din tagħmlilna kuraġġ nibqgħu norganizzaw attivitajiet simili.

10 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 11

Komunikazzjoni mill-Viċi SindkuRonnie Portelli

Nixtieq nibda billi nirringrazzja lis-Sindku tax-xogħol siewi li qed jagħti lil din il-lokalità tant

għal qalbi u kif ukoll tal-ispazju li qed jagħtini sabiex nkun ta’ servizz dirett għalikom ir-residenti. Il-fatt li jkollok Sindku jafdak u jemmen fit-teamwork, lilna l-Kunsilliera ttina aktar enerġija biex naħdmu u nwettqu l-ideat li jkollu hu u aħna l-Kunsilliera, wara li nkunu ltqajna u tkellimna flimkien. Wettaqna diversi proġetti flimkien u ser nkomplu naħdmu biex nwettqu oħrajn. Hija ħasra li mhux kull Kunsillier juża dan l-ispażju mgħoti lilu sabiex jaħdem favur ir-residenti, u nipretendi li la darba ġejna eletti nagħtu kollha flimkien l-istess impenn.

Mingħajr ma nonqsu mir-rispett lejn il-Kunsill preċedenti, wieħed jinnota li dan il-Kunsill ra bidliet kbar, fejn qed isir xogħol li qatt ma sar qabel jew kien ilu snin twal biex isir. Kunsill impenjat ġurnata wara l-oħra, fejn ix-xogħol li jkun hemm bżonn jitla’ ġurnata b’ġurnata. Din kienet l-ewwel darba li ġejt elett fil-Kunsill u nista ngħid li qed nieħu ħafna pjaċir ħafna naħdem fil-pozizzjoni tiegħi

għas-servizz tar-residenti. U qed nisħaq li ninsab kuntent naħdem, għaliex huwa mportanti li wieħed jaħdem kuntent u mhux għax ta bilfors jew għax mġiegħel, u l-kummenti pozittivi li nirċievi favur il-Kunsill jixhdu dan.

Nixtieq nieħu l-opportunità sabiex nawgura lill-Kappillan il-ġdid Patri Salv, eżempju ċar ta bniedem qalbu tajba, li qed jaħdem favur l-għaqda f’Ta’ Xbiex.

MAMMA MIATa' Xbiex Seafront

Opening Hours: Monday to Sunday

Lunch & Dinner

For Reservations phone: 2133 7248 / 2733 7248 Kappillan li żgur qed jagħmel reklam

tajjeb lill-Knisja f’Malta.

Ngħalaq billi nawgura l-Milied Ħieni u s-Sena t-Tajba lir-residenti kollha, u nagħmel appell sabiex tkomplu tfittxuni għal dak li jkollkom bżonn jew għal xi suġġeriment li tistgħu tagħtu għall-ġid ta’ kullħadd.

Dejjem tagħkom

Rovic Ironmongery

Clive Parnis

Rovic Ironmongery StoresVjal ir-Rihan, San Gwann SGN 9020

Tel: 2137 8278 Mob: 7978 4675 / 7938 0118

Email: [email protected]

12 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 13

Ħbieb u Residenti,

Ser nieħu l-opportunità sabiex nispjega f’żewġ pagni ftit mill-ħidma li qed nagħmel bl-għajnuna

ta’ sħabi sabiex ikollna dejjem Ta’ Xbiex aħjar. Komplu fittxuni u tuni dejjem il-feedback tagħkom. Kemm ilni Sindku żidt aktar il-kuntatt magħkom fejn ħafna minnkom jiġu jew iżuruni l-uffiċċju, oħrajn li jċempluli, oħrajn li jużaw l-email jew il-Facebook sabiex jikkomunikaw miegħi, flimkien ma oħrajn li forsi ġejt jien nżurom fid-djar tagħhom. Din hija ħaġa li dejjem emmint fiha, dik li nkun dejjem aċċessibli għalikom sabiex nkun verament il-vuċi tagħkom f’Ta’ Xbiex. Nittama li wieħed jifhem li ħafna affarijiet inkunu rridu niddependu minn ħaddiehor biex isiru u għaldaqstant jaf mhux dejjem nkunu nistgħu nikkuntentawkom. Madanakollu b’wiċċi mill-quddiem ngħidilkom biex isserrħu raskom li dan il-Kunsill ser iħares dejjem għall-aħjar interessi tagħkom u tal-lokalità. Dan huwa bla dubju kunsill li jisma’, kunsill li jaħdem... dejjem hemm għalik.

EDUKAZZJONI

Tul kemm ilni fil-Kunsill flimkien ma sħabi erġajna bdejna l-korsijiet tal-

kompjuter li kienu suċċess, organizzajna laqgħat edukattivi oħra fuq l-użu tal-mowbajl, sigurtà u oħrajn li dalwaqt ser nkunu qegħdin nirreklamaw fosthom laqgħa li qed naħdem ħafna fuqha li tittratta dwar il-liġi tal-kondominju li għanda tinteressa ħafna lill-min joqgħod fi blokka flats.

NDAFA U AMBJENT

Għall-ewwel darba fl-istorja Ta’ Xbiex rebaħ il-"Green Award" tal-aqwa

lokalità minn Malta u Għawdex fejn jidħol immaniġjar tal-iskart. U xagħar ilu ħadna sorpriza oħra li erġajna irbaħna dan il-premju għat-tieni sena konsekuttiva. Nvestejna fl-indafa billi żidna r-rotot ta’ tindif fit-toroq, filwaqt

li bdilna l-bins tax-xatt u żidna ohrajn f’diversi zoni f’Ta’ Xbiex.

RELAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Saħħaħna r-rapporti tagħna mal-ambaxxati fi ħdan il-lokal, filwaqt li qed

nippjanaw li nagħmlu attività kbira fuq skala nazzjonali. Bnejna wkoll relazzjoni mill-aqwa ma’ żewġ Kunsilli fl-Italja, dawk ta’ Aci Catena u Rocca Santo Stefano, fejn użajna l-esperjenza tagħhom u huma użaw tagħna, sabiex nitgħallmu aktar minn xulxin fl-aħjar interess tar-residenti tagħna. Attendejna wkoll konferenzi fuq l-użu tad-droga fit-toroq ta’ bliet u rħula Ewropej, fejn tgħallimna ħafna fuq kif għandna naħdmu favur is-sigurtà tar-residenti tagħna.

SAĦĦA

Komplejna nsaħħu l-użu tal-berġa fil-Kunsill nhar ta’ Erbgħa billi xtrajna

affarijiet utli għal min jiffrekwenta l-berġa, filwaqt li ser nkunu qegħdin ntejbu l-aċċessibiltà fil-klinika u nsebbħu d-dehra tagħha s-sena d-dieħla. Għal darb’oħra erġajna offrejna s-servizz b’xejn tat-tilqima minn ġewwa l-Kunsill. Din id-darba kellna rekord ta’ nies li bbenefikaw minn din l-inizjattiva.

SPORT

Ħejjena mixja u ġirja b’risq Puttinu Cares li għaliha attendew aktar minn

60 ruħ. Attività li ġibdet kemm żgħażagħ u anzjani li servietom ta’ eżerċizzju fiżiku. Saħħana r-relazzjonijiet mal-għaqdiet sportivi tal-lokal. Qed naħdem sabiex nattira lejn il-kunsill numru ta’ klassijiet sportivi bħal: Zumba, Aerobics, Martial Arts u dixxiplini sportivi oħrajn. Għaldaqstant ikollna nkabbru s-sala tal-Kunsill b’xi alterazzjonijiet, sabiex din l-idea sseħħ.

INFRASTRUTTURA

Saret manutenzjoni f’diversi zoni f’Ta’ Xbiex, fejn għamilna refreshing ta’ linji,

irranġajna diversi ħitan li kienu fi stat xejn sabiħ, żidna wkoll xi pjanti u xtieli, rranġajna ftit bankini, bdilna u żidna numru ta’ tabelli ġodda, road patching fuq bazi regolari, tindif u żebgħa f’diversi zoni, flimkien ma diversi affarijiet oħra.

PROĠETTI

F’nofs Jannar ser nibdew proġett ta’ embelishment fil-Housing Estate

fiż-żona tal-blokkijiet D. Kif nlestu ser nibdew nippjanaw għaż-żona tal-Blokkijiet A u b’hekk nkunu kwazi lestejna l-embellishment kollu tal-Housing Estate. Ovvjament affarijiet zgħar l’hemm u l’hawn ser nibqgħu nirranġawom tul il-leġislatura.

Qed nistennew lit-Transport Malta jibdew jagħmlu t-tarmac fi Triq l-Imradd. Hekk kif din it-triq tkun lesta, aħna ser nkunu qegħdin nirranġaw ukoll din iż-żona b’iżjed dwal, bankini ġodda u kif ukoll sistema aħjar ta’ mmaniġjar tal-iskart. Ser nippruvaw napplikaw ukoll għall-fondi mill-EU għal proġetti ta’ tisbiħ fiż-żona tax-xatt ta’ Ta’ Xbiex u ż-żoni tal-madwar. Bi ħġarna qed nistennew ukoll il-proġett tal-Metropolis fi Triq Testaferrata u ż-żoni tal-madwar. Proġett li żgur ser jagħmlilna kuraġġ ninvestu wkoll f’din iż-żona. Ninsisti li sakemm tintemm din il-leġislatura, ser nkunu qegħdin ninvestu f’kull żona f’Ta’ Xbiex. Ma nixtiequ ninsew lill ħadd u napprezzaw bħal dejjem is-suġġerimenti tagħkom.

SIGURTÀ

Ninsabu f’diskussjonijiet mal-korpi kostitwiti sabiex f’ Ta’ Xbiex jkollna

CCTV cameras mqabbda mas-sistema tal-Pulizija. Ser nħejju fil-viċin laqgħa wkoll relatata mas-sigurtà f’Ta’ Xbiex.

FINANZI

Filwaqt li dan il-Kunsill mexa bl-iktar mod responsabbli fejn jidħlu finanzi,

tajjeb li wiehed ikun jaf li dan l-istess

Kunsill dejjem prova fl-aħjar mod possibli jikkuntenta lir-residenti. Tajjeb li wieħed jirrimarka li billi Ta’ Xbiex huwa fost l-iżgħar lokalitajiet popolati, il-budget annwali li jingħata lilna huwa wkoll wieħed mill-inqas minn fost il-lokalitajiet kollha Maltin. Għaldaqstant ma jkunx dejjem faċli għalina li nagħmlu kollox f’daqqa. Illum Ta’ Xbiex saret lokalità fejn nsibu aktar ħaddiema jaħdmu f’Ta’ Xbiex milli residenti. Dan ovvjament jaffetwa lir-residenti u lill-lokal in ġenerali mill-aspett ta’ parkeġġ, wear and tear, ħmieġ u kif ukoll storbju. Għaldaqstant nemmen li għandu jinħoloq bilanċ raġjonevoli u l-allokazzjoni annwali li tingħata lill-Kunsill, tkopri dawn l-affarijiet li qed nsemmu. Li qed nagħmlu bħala Kunsill huwa li qed ninvolvu l-privat b’relazzjonijiet b’saħħitom li qed nibnu. Sew mill-lat ta’ sponsorships, kif ukoll permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Gvern Ċentrali, mar-Reġjun Ċentru u kif ukoll minn fondi ewropej.

ĦARĠIET U ATTIVITAJIET SOĊJALI

Tul din is-sena organizzajna numru ta ħarġiet fosthom: Ħarġa fit-Tlett Ibliet

fi żmien ir-Randan, Ġita għal Sqallija b’agriturismu buffet, Ġita għal Għawdex, ħarġa ġewwa l-grawnd Nazzjonali ta’ Ta’ Qali għall-logħoba ta’ Malta mill-UEFA Under 17 Championship, Jum Ta’ Xbiex, Ta’ Xbiex Fun Run, festin tal-Milied għall-anzjani fost oħrajn. Kollha attivitajiet li għalihom rajna attendenzi rekord li jagħtina kuraġġ qawwi biex nkomplu naħdmu għalikom.

TIZJIN TAL-MILIED

Għall-ewwel darba f’Ta’ Xbiex sar tizjin fi triq partikolari, fejn kien

esperiment bejn il-Kunsill u l-businesses li sponsorjaw id-dwal ta’ din l-istess triq. Inizjattiva tiegħi personali li rnexxiet u li ser nkompli naħdem sabiex mis-sena d-diehla jkollna aktar tizjin ma dak li qed nagħmlu. Tajjeb li wieħed jirrimarka wkoll li mhux l-entitajiet kollha kummerċjali kkollaboraw. Nirringrazzja pubblikament lill-dawk kollha li għenu sabiex din l-inizjattiva sarrfet f’suċċess.

STAFF

Rnexxieli ningaġġa numru ta’ ħaddiema tas-sengħa u dedikati, li

Komunikazzjoni mis-SindkuMax Zammit

ġejjin minn entitajiet u skemi differenti, sabiex nużaw is-servizzi tagħhom għall-manutenzjonijiet ta’ kuljum li jkollna bżonn nagħmlu. Ftehim li rsistejt ħafna għalih u li mhux qed jiswina flus. Ingaġġajna wkoll skrivana ġdida Yasmine Tonna, li hadet post Denise Vella li spiċċat minn magħna. Spiċċa wkoll l-Aġent Segretarju Paul Pace u minfloku nilqgħu lis-Sur Matthew Dimech bħala Agent Segretarju wkoll fuq bazi part-time. Tajjeb filfatt li nirrimarkaw li għadna mingħajr Segretarju Full-time, li żgur jista’ jtaffi ftit mix-xogħol li qed nġorr kollu jien. Nibqgħu nistennew u nittamaw!

Fl-aħħarnett nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lis-Sur Pace u s-Sinjura Vella tas-sehem tagħhom fil-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex filwaqt li nawgura lis-Sur Dimech u s-Sinjorina Tonna għar-rwol ġdid li għandhom magħna. Grazzi tmur għal kumplament tal-istaff li servew fil-kunsill preċedenti u għadhom iservu llum bl-istess ħeġġa u mpenn għall-ġid tal-kunsill.

Kunsill Lokali Ta’ Xbiex

Kunsill li jisma’,Kunsill li jahdem…Dejjem hemm ghalik!

It-Tmunier • Diċembru 2014 • 15

Communication by CouncillorAnthony Cachia Castelletti

It is nearing Christmas, The time of Good Will, when we Christians, celebrate the birth of Jesus Christ and

try to be better Christians by helping those less fortunate than ourselves.

In Malta, we have many ways of doing this. One can choose a charity to support, or donate to the Community Chest fund, however, the best way to go about helping your fellow human beings is not by offering Money, but by offering some of your time, to really help those in need. It could be your next door neighbour, an old friend or acquaintance, and more importantly, it could be a member of your family who is alone, who needs a friend or some help.

I urge you all to look around you and see whom you can help, comfort or simply keep company, not just for this time of year, but keep your Christmas Spirit 365 days a year and 24 hours a day.

I started with the above as I feel that it is the most important message I can pass on to you all.

Back to the council, I will not write about what we do not agree upon, especially at this time of year. I prefer to write about what I am trying to do in the council.

As most of you know, I have been seriously ill since the election of this last council, and must admit that for some time I have not been able to do as much as I would have liked to do in the council. This does not mean that I did not attend meetings and make myself heard, or give my ideas and opinions, Far From It. I made a point of attending even during the very worst of my illness, notwithstanding that I was advised against this by my exceptionally good Medical advisers, who seem to have done an excellent job on me. I am not quite cured yet, but I am doing very well.

After making a suggestion with regards to the celebration of Local Culture, which

was unanimously agreed to, the council has asked me to work on this and that is what I am doing. My idea is to include all the Embassies, High Commissions and resident Ambassadors in our celebration.

The idea is to celebrate Culture and Diversity over a period of about three days, with the Embassies and the Council all showcasing their culture by way of Music, Dance, Food, Hand Craft and any other way they see fit.

The idea is catching on and some embassies have already asked us for meetings so that they will be able to participate.

We also want to twin this idea with the Malta Arts and Culture programme and maybe, even with the Valletta 18 Cultural Capital of Europe.

I will probably also be contacting the business community in Ta’ Xbiex to see if they would like to take part and at the same time showcase their Services/Products and also the residents whom, perhaps, would like to exhibit their collections and handy craft.

The council has also asked me to find a twinning partner for the council, and this has been done. We have drawn up a preliminary agreement and memorandum of understanding, which will help us to promote Malta and Maltese products abroad and we are waiting for the approval of the Local Councils Department to give us the go ahead to conclude.

Your council will, as usual be organizing a Christmas party for the elderly, (whom are, by far, the most numerous part of our community). Using the money allocated to the council for their Christmas Dinner with the council staff, (which we will forgo and instead hold this function). It will take place at the council premises, as usual. in mid December. this is an occasion I look

forward to every year and it gives me much pleasure to see everyone get together and provides me and all the other Councillors, with the opportunity to meet you and have a few words with you all.

Our council is, unfortunately still without a Full Time Executive Secretary, a situation that puts us at a disadvantage, as we have nobody, on a full time basis, who can take the responsibility to get things done, and every thing has to be put on hold until our part time secretary finds the time to visit the council and get thing going.

This has to be remedied as soon as possible, so that our council can continue to work for the benefit of the community.

I would like to take this opportunity to wish everyone a Blessed Christmas and most prosperous New Year, while thanking everyone for their kind thoughts and prayers.

Please feel free to contact me with any queries or for any help you may need on my email [email protected] or on 79343788.Jum Ta’ Xbiex reġa ra rekord ta’ nies li

attendew għall-din l-attività speċjali li tfakkar il-Jum meta beda l-Kunsill Lokali

ta’ din il-lokalità. Din is-sena għalaqna filfatt għoxrin sena. F’din l-edizzjoni ngħata wkoll Ġieħ Ta’ Xbiex lill-Ex-Sindku Antoinette Vassallo u Ex-Viċi Sindku Anthony Farrugia bħalma kien jingħata dejjem lill-dawk li kienu jiffurmaw parti mill-Kunsill tas-servizz li taw, u kif ukoll lill-Kappillan uxxenti li ngħata dan il-ġieħ bħalma sar mal-Kappillani ta’ qablu li kien hemm f’Ta’ Xbiex. Il-Kunsill ta ċertifikat ta’ rikonoxximent lill-klabb tal-futbol ta’ Ta’ Xbiex S.C. u kif ukoll ġieħ lill-ex membru Parlamentari Dr Adrian Vassallo.

Attività li bdiet b’quddiesa u kompliet b’serata varjata li fiha rajna xow tal-illuzjoni minn Illuzjonista ta’ fama nternazzjonali, kif ukoll mużika minn artisti popolari Maltin fosthom: Gianluca Bezzina, Freddie Portelli u kif ukoll ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest Gaia Cauchi flimkien mal-kantanti bravi Naolene Borg u l-aħwa Shanise u Shaznay Cassar.

Is-Sindku, il-Kunsilliera u l-Istaff tal-Kunsill Lokali

ta’ Ta’ Xbiex jixtiequ jawguraw

il-Milied u s-Sena t-Tajba lir-residenti kollha ta’ Ta’ Xbiex.

It-Tmunier • Diċembru 2014 • 17

Komunikazzjoni mill-KunsillierEugenio Muscat

Sena oħra ta’ ħidma għal ġid ta’ Ta’ Xbiex

Għaddiet sena oħra ta’ ħidma fil- kunsill tagħna Ta’ Xbiex. Minkejja li s-sindku għoġbu jibdilli

d-dekaster tiegħi li kien l-indafa, bi pjaċir nħabbru li nbidel il-kuntrattur tal-indafa li qed jagħti l-impenn u d-dedikazzjoni bħalma kien qed jaghti ta’ qablu, iżda b’iżjed rotot u inqas flus. Madanakollu nemmen li kennies wieħed mhux biżżejjed biex ilaħħaq ma Ta’ Xbiex kollu. Għal hekk nemmen li fil-kunsill għandna nikkunsidraw li nagħmlu l-bidliet neċessarji sabiex nibdew naħdmu b’żewġ kenniesa kuljum .

Ħaġa li kienet ila ddejjaq lili u lil kull min kien jgħaddi mix-xatt Ta’ Xbiex hi l-għargħar li ikun hemm f’ Triq ix-Xatt tul il-ġnien in-naħa ta’ Ta’ Xbiex meta tagħmel ix-xita. Waqt laqgħa tal-kunsill qajjimt din il-problema u tlabt li jitnadfu l-culverts li hemm taht il-bankina ma’ tul il-ġnien li kienu imblukkati għal żmien twil. Il-kunsilliera qablu li għandu jsir dan ix-xogħol u għalhekk sar dan it-tindif tant importanti.

Id-dekaster li għandi issa hu l-edukazzjoni. Għalhekk qiegħed naħdem ħalli nara x’nista ngħamel għal ġid ta’ Ta’ Xbiex. Kif tafu l-popolazzjoni ta’ Ta’ Xbiex fil-maġġoranza hi anzjana u għalhekk irridu nsibu x’jista isir għal poplu ta’ Ta’ Xbiex. Wara li bdejt naħseb ftit ħassejt li għalkemm il-mowbajl hu sturment li jista’ ikun ta’ ġid fih ukoll xi periklu meta tużah mingħajr ħsieb. Għalhekk ħassejt li għadu jsir xi ħaġa biex l-anzjani jiġu protetti min dan il-periklu. Meta ressaqt dan il-ħsieb fl-laqgħa tal-kunsill, sar qbil li għandu isir xi ħaġa għalhekk avviċinajt persuna teknika fuq il-mowbajl li jaħdem mal-kumpanija ‘go’ u nhar it-Tnejn 24 ta’ Novembru 2014 saret taħdita fl-uffiċċju tal-kunsill min dan l-uffiċjal kif għandek

tuza l-mowbajl għal-ġid tiegħek u x’għandek tagħmel biex tevita ċerti perikolu. Din il-konferenza kienet interessanti għal dawk li attendew. F’ din is-sena jien attendejt diversi konferenzi kemm f’Malta kif ukoll barra min Malta. Seminar ferm importanti li jien attendejt flimkien ma deligazzjoni mill-kunsill tagħna kien dak dwar il-problema tad-droga organizzat mill- European Cities Against Drugs fil-belt kapitali tal-Isveżja, Stockholma bejn 19 u 21 ta’ Mejju 2014. Dan is-seminar ġie indirizzat mill-Eċċellenza Tagħha, ir-Reġina Silvia tal-Isveżja. Għalieh attendew ukoll diversi deligazzjonijiet minn madwar id-dinja fejn kull min tkellem f’din il-konferenza agħmel appell lil gvernijiet biex jikkunbattu l-misħut vizzju tad-droga.

Wara li l-ġemellaġ li kellna mal-Kunsill ta’ Ilioupoli fil-Greċja li għal xi raġuni ma’ kienx baqa’ attiv, il-kunsill tagħna beda taħdidiet ma’ żewġ ibliet Taljani Rocca Santo Stefano fil-provinċja ta’ Ruma u Aci Catena fil-provinċja ta’ Catania fi Sqallija biex isiru ġemillaġġi ma’ dawn iż-żewġ ibliet. Għalkemm in-neguzjati jinsabu fi stat avvanzat qed jieħdu fit-tul biex jiġu konkluzi. Dawn il-ġemillaġġi meta isiru ikunu ta’ ġid għal-lokalità tagħna ta’ Ta’ Xbiex u għal Malta. Hawn ukoll ħsibt li l-edukazzjoni tista’ tidħol permezz tal-ġemillaġġi billi inġibu studenti Taljani jistudjaw l-Ingliz hawn Malta. Għalhekk bdejna l-kuntatti ma dawn il-kunsilli Taljani kif jista’ iseħħ dan il-pjan.

Minkejja li din is-sena għalaqt 72 sena ġejt mitlub biex ngħin lil kumitat tal-football tal-lokal ta’ Ta’ Xbiex S.C. Dħalt fil-kumitat fejn offrewli żewġ karigi importanti, li inkun ir-rappreżentant tal-klabb bħala membru fil-kunsill tal MFA kif ukoll fil-kummisjoni tal-finanzi. Għalkemm naf li biex iżomm team tal-football trid ħafna finanzi jien dħalt għal dan il-għan u bdejna l-ħidma biex insibu min jisponsorja lil klabb. Minkejja li hu daqxejn diffiċli biex issib min jisponserja team li bilkemm ilu mwaqqaf 3 snin,

bil-ħidma tiegħi u ta’ din il-kummissjoni irnexxielna nsibu kumpaniji mill-lokal tagħna biex jgħinu lit-team tagħna. Għalkemm għadd m’għandniex każin tal-football u ma’ għandniex pitch fejn it-team tagħna jitħarreġ, l-ħsieb hu li nżommu l-pozizjoni tagħna f’nofs il-klassifika. Filwaqt li aħna ħadna pjaċir li sibna min jgħina biex immexxu t-team tagħna min-naħa l-oħra xtaqna li aħna wkoll ngħinu lil min hu fil-bżonn. Għalhekk waqt laqgħa tal-kumitat ġie ssuġġerit li ssir fun run madwar Ta’ Xbiex bi skop li ngħinu lil Puttino Cares. Il-kumitat talab lil Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex biex bil-koperazzjoni taż-żewġ entitajiet din il-fun run tkun suċċess. Wara ħafna laqgħat u diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex fuq l-organizazzjoni ta’ din il-fun run ġie deċiz li issir nhar il-Ħadd 19 ta’ Ottubru 2014 fejn iżjed min 50 parteċipant ħadu sehem f’din il-ġirja. Hawn nixtieq ngħati prosit lil kull min għin biex din l-attivita kienet suċċess.

Fil-parroċċa tagħna San Ġwann Tas-Salib din is-sena għandna amministrazzjoni ġdida bil-ħatra ta’ kappillan ġdid Patri Savl Spagnol OCD, kif ukoll Patri Alfred Vassallo OCD li sar Viċi Kappillan u Patri Alfred Debono OCD li reġa ġie lura fostna fil-kariga ta’ Pirjol. Hawn nixtieq nawgura lil kappilan u lil amministrazzjoni l-aqwa ħidma biex flimkien tkompli l-għaqda fil-parroċċa tagħna ta’ Ta’ Xbiex. Nixtieq ukoll nirringrazzja lil kappillan li kellna Patri Wistin Vella OCD għax-xogħol siewi li għamel kemm dam kappillan fil-parroċċa tagħna ta’ Ta’ Xbiex.

Nalaq billi nawgura l-Milied u s-Sena t-Tajba lil poplu kollu ta’ Ta’ Xbiex.

Aktar ritratti minn

Jum Ta' Xbiex 2014

18 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 19

Komunikazzjoni mill-KunsillierFrank Roe

L-ewwel nett irrid nibda f’din il-ħarġa ta’ dan il-fuljett nirringrazzja is-Sindku, Viċi Sindku, l-sħabi

l-Kunsilliera u l-istaff kollu tal-Kunsill għas-support tagħhom matul dan l-aħħar xahar meta kont ħdejn ommi fis-sptar Mater Dei, li sfortunatament ħalliet din id-dinja fis- 6 ta’ Diċembru. Fl-aħħar nett ma nistax ma nirringrazzjax lil dawk ir-residenti u ħbieb li bagħtu l-kondoljanzi tagħhom. Grazzi mill-qalb għal darboħra.

Mhux ser nikteb f’tul imma ma nixtieqx ma nsemmiex li wara li l-Kunsill ħareġ it-Tenders il-ġodda, s-Sindku biddel xi Dekasteri, fejn jien ġejt inkarigat minn Dekasteru tal-Qasam Ambjentali (knies ta’ toroq u x-xatt ta’ Ta’ Xbiex, qtugħ ta’ ħaxix, ġbir ta’ skart domestiku u skart goff kif ukoll tindif tas-soft areas, ġonna zgħar u xogħol ieħor) li f’dan il-Qasam hemm Kuntrattur ġdid. Mill-ewwel is-Sindku u jien kellna laqgħa ta’ diskussjoni mal- Kuntrattur fuq diversi

punti li qajmu ir-residenti u Kunsilliera tal-lokal. Hawn irrid nerġa nagħmel appell qawwi li r-residenti, tal-uffiċini u tal-ħwienet sabiex jikkoperaw mal-Kunsill ħalli kollha flimkien naħdmu għal ambjent aħjar u lokal mil-isbaħ.

Minn qalbi nixtieq lir-residenti kollha, lis-Sindku, sħabi l-Kunsilliera, lis-Segretarju Eżekutttiv, l-istaff kollu tal-Kunsill u l-ħaddiema tal-Kunsill, Milied Ħieni u Sena Ġdida mimlija risq u barka.

TWISH SERVICES John Borg - Contractor

• Mechanised Street Sweeping • General Clean-ups • General Maintenance Works • Construction • Cleaning & Open Skip Contractor

151, Triq Alfonso Wignacourt, Qawra, Malta. • Tel: 21 570 758 • Mobile: 7905 2504

Oħroġ il-BORZA S-SEWDAfil-ĠRANET u l-ĦINIJIET

STABBILITI BISSIl-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex jfakkrek li min jinqabad iħammegg jew joħroġ

l-iskart barra mill-ħin u l-ġranet msemmija jista’ jeħel multa.

Min ikun irid boroz grizi jista’ jiġi għalihom fl-Uffiċċju tal-Kunsill

It-Tmunier • Diċembru 2014 • 21

Insellem lill-Parruċċani kollha ta’ Ta’ Xbiex, u nixtieqilkom il-festi t-tajba. Hu b’sodisfazzjon kbir li din is-sena

ngħaqadna bħala lokalità sabiex flimkien mal-Kunsill Lokali tajna l-kontribut tagħna fil-kampanja nazzjonali tal-Istrina.

Hija dejjem xi ħaġa sabiħa u ta’ valur li ningħaqdu b’solidarjetà umana biex inkunu ta’ għajnuna għal min hu inqas ixxurtjat minnha. Li ngħinu lill-fqir u lil min hu fil-bżonn tibqa’ dejjem xi ħaġa sabiħa u li togħġob lil Alla.

Fil-ktieb tal-Kantiku Spiritwali Missierna

Messaġġ mill-KappillanPatri Salv Spagnol

San Ġwann tas-Salib jgħallimna li l-Imħabba aktar ma tkun pura aktar tkun ta’ valur għal Alla u għal Knisja.

Imħabba pura tinvolvi għadd ta’ mħabba disinteressata u bla kundizzjoni fejn wieħed jingħata b’sagriffiċju għall-ieħor mingħajr ma jistenna xejn lura.

Għall Alla “Qatra waħda minn din l-imħabba pura hija aktar prezzjuża u ta’ benefiċċju għall-knisja minn ħafna beneffiċji u assistenzi flimkien,” li forsi minn barra jkunu jidhru sbieħ imma ma jkollhomx l-istess valur għax ma jkunux mogħtija mingħajr kundizzjoni. Aħna

bħala Nsara lkoll imsejħin biex inkunu aġenti ta’ mħabba pura lejn il-proxxmu.

F’dan iż-żmien ta’ festi min ikun fqir u fil-bżonn ikollu bżonn iktar minn ħaddieħor biex iduq minn din l-im]abba pura ħalli jkun jista’ jieħu l-ħajja fl-għarfien tal-imħabba ta’ Alla għalih personali. Ejjew ma niefqu qatt inkunu ta’ għajnuna għal min hu fil-bżonn. Nieħu din l-okkażjoni nawgura lil kullħadd kull barka mis-sema f’dan iż-żmien qaddis meta niċċelebraw l-imħabba ta’ Alla għall-bnedmin kollha.

Steve FarrugiaServices Operator

Address: 44, Xemxija Street, Marsa MRS 2051.Tel: (+356) 2750 1501 • Mob: (+356) 7942 7386Email: [email protected] • Website: www.srfcleaningservices.comKunsill Lokali Ta’ Xbiex

Data: Is-Sibt 10 ta’ Jannar 2015

Tluq: 6.30pm minn Ta’ Xbiex

Ritorn: Nitilqu fl-10.30pm mil-lukanda f’Tas-Sliema.

Post: Plaza Hotel Sliema

Ikel: Buffet varjat li l-menu tistgħu tiġbruħ mill-kunsill

Xorb: Open bar li jinkludi inbid, birra u kull tip ta’ soft drinks

Divertiment: Ser ikollna mużika varjatà, b’kantant u disc-jockey tal-lukanda

Trasport: Jitlaq u jiġi lura minn Ta’ Xbiex

Prezz: 20 EWRO BISS (li jinkludi ikel, xorb u trasport)

22 • It-Tmunier • Diċembru 2014 It-Tmunier • Diċembru 2014 • 23

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex reġa rebaħ l-Overall Best Green Council

Award minn fost 38 lokalità li għandom l-iskema mal-Green MT, b’rata aqwa mis-sena l-oħra. Is-sena l-oħra dan l-premju intrebaħ għall-ewwel darba mill-Kunsill tagħna u din is-sena komplejna mat-tradizzjoni u tejjibna r-rata ta’ skart riċiklabbli. Grazzi dejjem tmur lir-

residenti tal-koperazzjoni u dixxiplina tagħhom. Premju li jkompli jikkonferma l-impenn li għandu dan il-Kunsill lejn l-ambjent.

Din is-sena bi pjaċir ngħidu li kien hemm numru mhux ħażin ta’ residenti li rebħu vouchers bħala ringrazzjament tal-mod ġust kif isseparaw l-iskart. Din hija inizjattiva li lill-Kunsill tagħtina

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex jerġa jirbaħ l-

Overall Best Green Council Awardsodisfazzjon kbir. Dan wara l-ftehim li għamilna, fejn l-operatur tagħna l-Green MT, qed jibgħat uffiċjali minn tiegħu għall-għarrieda sabiex jippremja lir-residenti, meta jinzertahom qed joħorġu mid-djar tagħhom l-iskart riċiklabbli kif suppost. Inizjattivi li jkomplu jinċentivawna lkoll sabiex naħdmu favur ambjent aħjar.

1/2. Xogħolijiet ta’ tisbieħ u manutenzjoni fuq Ta’ Xbiex Terrace.3. Installazzjoni ta’ bins ġodda max-xatt f’Ta’ Xbiex.4. Il-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex jonora lis-Sinjura Carmela Galea, residenta f’Ta’ Xbiex, f’għeluq 100 sena tagħha.5/6. Waqt konferenza tal-ECAD.7. Is-Sindku jirċievi l-Green Award f’isem il-lokalità ta’ Ta’ Xbiex.8. Tizjin fuq inizjattiva tal-Kunsill, sponsorjati mill-entitajiet kummerċjali ta’ Triq Abate Rigord.9. Xoghol ta’ tisbieh fil-Yacht Marina10. Rikonoxximent minn Ta’ Xbiex S.C lill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex.

11. Xogħolijiet ta’ tindif, manutenzjoni u tisbieħ fil-Housing Estate.12. Rikonoxximent mis-Segretarju Parlamentari u l-kumpanija TCTC lis-Sindku, wara li l-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex reġa beda l-korsijiet tal-kompjuter fil-lokal.13. Ħarġa sportiva fejn rajna logħoba uffiċjali tal-UEFA Under 17 bejn Malta u l-Ingilterra.14. Assistenza mid-dipartiment tal-Gvern Lokali għall-xiri ta’ kotba fil-librerija tal-Kunsill f’għeluq l-20 Sena Anniversaju mindu twaqqaf il-Kunsill.

1 2 3

4 5 6

7 8 9

10 11 12

13 14

IMPENN SĦIEĦ mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex

24 • It-Tmunier • Diċembru 2014

Kunsill Lokali ta’ Ta’ XbiexIl-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex iħeġġek biex flimien inżommu nadif il-lokal fejn aħna ngħixu lkoll. Dan nistgħu nagħmluh billi qabel kollox

niftakru u nirrispettaw il-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart, kemm tal-borża s-sewda u kif ukoll dik tar-riċiklaġġ (il-borża l-griża).

It-Tnejn It-Tlieta L-Erbgħa Il-Ħamis Il-Ġimgħa Is-Sibt Il-Ħadd

Il-Borża s-Sewda Il-Borża l-Griża Il-Borża s-Sewda Il-Borża s-Sewda Il-Borża l-Griża Il-Borża s-Sewda Ma Jinġabarx Skart

Il-Kunsill Lokali jfakkrek li min jinqabad iħammegg jew joħroġ l-iskart barra mill-ħin u l-ġranet msemmija jista’ jeħel multa.

X’Tista’ tpoġġi fil-Borza l-GrizaKARTI METALL PLASTIK

Ittri u KartiKotba

FuljettiGazzetti

Kaxxi tal-kartunPakketti tal-kartun

Laned tal-PreservesBottijiet tal-metall

Bottijiet ta’ l-ispraysBottijiet tal-birra/soft drinks

Fliexken tal-likwidu tal-ħasilKontenituri ta’ l-ikel nodfa

Fliexken tal-ilma/soft drinksFliexken tad-deterġentiFliexken tax-shampoo

Kontenituri tal-butir u yoghurt

INTI se tgħin biex nevitaw li INTI tgħix f’dan l-ambjent?

Ta’ Xbiex Local Council

The Local Council urges its residents to help in keeping Ta’ Xbiex clean. Each person can do his part, first and foremost, by remembering and abiding by waste collection days and times relating to both normal (black bags) and recyclable waste (grey bags).

Monday Tuesday Wednesday Thursday Friday Saturday Sunday

Black Bag Grey Bag Black Bag Black Bag Grey Bag Black Bag No Collection

Residents are reminded that putting out rubbish outside the prescribed days and times or otherwise littering and depspoiling the locality could result in fines.

Acceptable waste for RecyclingPAPER METAL PLASTIC

Letters and cardsBooks

PamphletsNewspapers

Paper packaging & Boxes

JarsMetal cans

Aerosol cansSoft Drinks/Beer cans

Laundry detergent bottlesCleaned food containersWater/Soft drinks bottles

Toiletries containersYoghurt pots and butter tubs

Will YOU helpprevent YOURlocality frombecoming likethis?