il- parroċċa

24

Upload: zaina

Post on 11-Jan-2016

86 views

Category:

Documents


6 download

DESCRIPTION

Il- Parroċċa. Ilkoll ngħixu f’xi waħda mis-70 parroċċa li hawn fi gżiritna Il- mixja tagħna bħala nsara bdiet fil-parroċċa fejn irċevejna s- Sagrament tal-Magħmudija U llum din għadha sejra fil-parroċċa fejn qed ngħixu bħalissa. Il- Parroċċa. Il-kura pastorali ta’ kull parroċċa - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Il- Parroċċa
Page 2: Il- Parroċċa

Ilkoll ngħixu f’xi waħda mis-70 parroċċa li hawn fi gżiritna

Il-mixja tagħna bħala nsara bdiet

fil-parroċċa fejn irċevejna s-Sagrament tal-Magħmudija

U llum din għadha sejra

fil-parroċċa fejn qed ngħixu bħalissa

Page 3: Il- Parroċċa

Il-kura pastorali ta’ kull parroċċa

hija fdata lill-Kappillan

li hu r-rappreżentant tal-Isqof djoċesan

Page 4: Il- Parroċċa

Mhijiex prinċipalment organizazzjoni, biċċa art jew bini; lanqas ma hi belt jew raħal

Imma “....hija Komunita’ ......ta’ nsara”Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

“Ix-xirka tal-Knisja.....l-aktar li tidher u turi ruħha hu fil-parroċċa, li hi l-ewwel post fejn tinsab il-Knisja, anzi hi b’xi mod il-Knisja li tgħammar f’nofs id-djar ta’ wliedha”

Christifideles Laici (no. 26)

Page 5: Il- Parroċċa

Hija komunita’ ta’ nsara.........

Biex tkun tassew komunita’, jeħtieġ li jkun hemm:

il-Komunjoni

wieħed mill-valuri li s-Sinodu Djoċesan saħaq fuqhom

Page 6: Il- Parroċċa

“Li nkunu nafu nħarsu lejn ħutna fil-fidi fl-għaqda kbira tal-Ġisem Mistiku u għalhekk inqisuhom bħala ‘biċċa minni’ “

“Li nkunu nafu naraw dak li hu pożittiv fl-oħrajn; nilqgħuh u ngħożżuh bħala rigal mingħand Alla”

“Li nsibu wisa’ għal ħutna billi nerfgħu t-tbatijiet ta’ xulxin”

Novo Millenio Ineunte (no. 43)

Page 7: Il- Parroċċa

“Il-Parroċċa hi Komunita’ ta’ fidi“Christifideles Laici (no. 26)

“Il-Komunita’ tifforma ruħha qabel xejn madwar il-Kelma”

Ġwanni Pawlu IIwaqt waħda miz-żjarat fil-parroċċi ta’ Ruma

Il-Kelma ta’ Alla:L-ewwel strument li l-Ispirtu s-Santu juża biex

jibni l-komunita’ parrokkjali

Page 8: Il- Parroċċa

L-għixien tal-Kelma ta’ Alla

Jħalli effetti straordinarji: jġib bidla fil-mentalita’; jagħtina qalb ġdida

Jnissel fina ‘l-bniedem il-ġdid’

Jġib miegħu d-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu

Page 9: Il- Parroċċa

Il-Kelma ta’Alla mhux biss tifforma

l-komunita’, imma ġġeddidha u

timlieha b’dak l-għerf meħtieġ biex

tiddjaloga mal-kultura ta’ zmienha

San Pawl jgħid....

Page 10: Il- Parroċċa
Page 11: Il- Parroċċa

Jekk ngħixu l-Kelma u nxandruha b’ħajjitna allura

nkunu nistgħu nagħtu s-sehem tagħna biex

‘niġbdu lill ħafna oħrajn lejH’

Il-Kelma ta’AllaIrridu nifmuha aktarNsiru aktar midħla tagħhaJkollna formazzjoni kontinwaNidħlu aktar fil-fond tal-messaġġ li trid twasslilna

Page 12: Il- Parroċċa

L-imħabba......Il-forza li tgħaqqadLi kapaċi żżomm flimkien il-parroċċa kollha

L-imħabba......“Hija rigal...jiġi mingħand Alla......Hija l-liġi kbira li fuqha hija mwaqqfa l-Knisja”

Papa Pawlu VI

Page 13: Il- Parroċċa

Biex tinbena parroċċa ħajja,

irridu nħaddmu dan ir-rigal,

jiġifieri rridu ngħixu l-kliem ta’ Ġesu:

“Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien”

Page 14: Il- Parroċċa

L-preżenza ta’ Kristu tgħammar fostna u Hu

jdawwal dak kollhu li nagħmlu

Minn dan jagħraf kulħadd li aħna veru

dixxipli ta’ Kristu jekk ikollna l-imħabba

bejnietna

Page 15: Il- Parroċċa

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija

L-Ewkaristija hi l-qalba u l-qofol tal-ħajja tal-Knisja

L-Ewkaristija tagħmel il-Knisja

L-Ewkaristija tkabbar l-għaqda tagħna ma’ Kristu u tħares, tkabbar u ġġedded fina l-ħajja tal-grazzja li rcevejna fil-Magħmudija

Page 16: Il- Parroċċa

L-Liturġija hi.....

.....l-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja - allura anki tal-parroċċa

u fl-istess ħin......

......l-għajn li minna ġejja kull qawwa tagħha

Page 17: Il- Parroċċa

Il-Parroċċa hi l-post fejn isseħħ il-

ħidma tal-poplu ta’ Alla

Page 18: Il- Parroċċa

F’kull parroċċa hemm numru sabiħ ta’ lajċi li f’għaqda mal-kapillan jagħtu s-sehem tagħhom f’diversi inizjattivi, bħalma huma:

L-evanġelizazzjoni

Il-formazzjoni reliġjuza

Il-pastorali tal-familja u ż-żgħażagħ

It-tqarbin tal-morda

Page 19: Il- Parroċċa

.......u hemm lajċi oħrajn li jagħtu sehem fl-istrutturi tal-Parroċċa, bħalma huma:

Il-kunsill pastorali djoċesan

....u kummissjonijiet oħra

Page 20: Il- Parroċċa

Fil-Parroċċa hemm ukoll:

l-Għaqdiet

il-Movimenti, u

l-gruppi

.....li bil-kariżmi differenti tagħhom huma wkoll għajn ta’ enerġija għall-parroċċa

Page 21: Il- Parroċċa

Il-Parroċċa hi l-post fejn il-Knisja tidher oħt u qaddejja għaliex isir ħafna xogħol ta’ qadi b’mod organizzat, spontanju u nformali

Il-Parroċċa tagħti eżempju ċar ta’ appostolat ta’ komunita’ għaliex tgħaqqad flimkien id-differenzi umani u ddaħħalhom fl-universalita’ tal-Knisja

Page 22: Il- Parroċċa
Page 23: Il- Parroċċa
Page 24: Il- Parroċċa

Il-Komunita’ parrokkjali jeħtieġ li tagħraf sew l-identita’ tagħha

“U meta nintrefa’ ‘l fuq mill-art jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja”

F’Ġesu’ msallab li qam mill-mewt hemm imħawla t-tama tagħna u l-qawwa li neħtieġu biex inwettqu b’imħabba l-inizjattivi pastorali li kollha għandhom jimmiraw lejn il-qdusija tal-poplu ta’Alla