il-patt tas-sindki gĦall-klima u l-enerĠija · 2017. 10. 26. · 1 aħna, is-sindki li qed...
TRANSCRIPT
1
Aħna, is-Sindki li qed niffirmaw dan il-Patt, għandna viżjoni għal futur sostenibbli - hu x'inhu
d-daqs tal-lokalità tagħna u tinsab fejn tinsab fuq il-mappa tad-dinja. Din il-viżjoni komuni
tmexxi l-azzjoni li qed nieħdu biex nindirizzaw l-isfidi interkonnessi: il-mitigazzjoni tat-tibdil
fil-klima, l-adattament u l-enerġija sostenibbli. Flimkien, aħna lesti nimplimentaw miżuri
konkreti u fit-tul li jipprovdu ambjent ekoloġikament, soċjalment u ekonomikament stabbli
għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Hija r-responsabbiltà kollettiva tagħna li nibnu
territorji aktar sostenibbli, attraenti, abitabbli, reżiljenti u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
AĦNA, IS-SINDKI, NIRRIKONOXXU LI:
It-tibdil fil-klima diġà qed iseħħ u huwa waħda mill-ikbar sfidi globali ta' żmienna li jeħtieġ azzjoni u
kooperazzjoni immedjati bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali minn madwar id-dinja.
L-awtoritajiet lokali huma l-ixprun ewlieni tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-
klima fl-iktar livell ta' governanza qrib taċ-ċittadini. L-awtoritajiet lokali jaqsmu r-responsabbiltà għall-
azzjoni fil-qasam tal-klima mal-livelli reġjonali u nazzjonali u huma lesti jieħdu azzjoni
irrispettivament mill-impenji ta' partijiet oħrajn. L-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-sitwazzjonijiet
soċjoekonomiċi kollha u jinsabu fejn jinsabu ġeografikament qegħdin fl-aħjar post biex inaqqsu l-
vulnerabbiltà tat-territorju tagħhom għall-impatti varji tat-tibdil fil-klima. Għalkemm l-isforzi għat-
tnaqqis tal-emissjoniijet diġà bdew, l-adattament għadu madankollu komplement meħtieġ u
indispensabbli għall-mitigazzjoni;
Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih jistgħu jwasslu għal benefiċċji varji għall-
ambjent, għas-soċjetà u għall-ekonomija. Jekk jiġu indirizzati flimkien, jirriżultaw f'opportunitajiet
ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp lokali sostenibbli. Dan jinkludi l-bini ta' komunitajiet inklussivi,
reżiljenti għall-klima u effiċjenti fl-użu tal-enerġija; titjieb il-kwalità tal-ħajja; jiġu stimolati l-
investiment u l-innovazzjoni; tingħata spinta lill-ekonomija lokali u jinħolqu l-impjiegi; jissaħħu l-
parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati;
Jekk insibu soluzzjonijiet lokali għall-isfidi tal-enerġija u tal-klima inkunu qed ngħinu biex nipprovdu
enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezz raġonevoli għaċ-ċittadini u, għalhekk, inkunu
qed nikkontribwixxu biex innaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija u nħarsu l-konsumaturi vulnerabbli.
IL-PATT TAS-SINDKI GĦALL-KLIMA U L-ENERĠIJA
2
AĦNA, IS-SINDKI, GĦANDHA VIŻJONI KOMUNI GĦALL-2050 LI TIMMIRA LEJN:
Territorji dekarbonizzati, sabiex b'hekk it-tisħin globali medju jinżamm sew taħt iż-2°C ogħla
mil-livelli preindustrijali, f'konformità mal-ftehim internazzjonali dwar il-klima li ntlaħaq
f'COP 21 f'Pariġi f'Diċembru 2015.
Territorji iktar reżiljenti, sabiex b'hekk inħejju għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima li
ma nistgħux nevitawhom;
Aċċess universali għal servizzi tal-enerġija għal kulħadd li jkunu sikuri, sostenibbli u
bi prezzijiet raġonevoli, sabiex b'hekk intejbu l-kwalità tal-ħajja u s-sigurtà tal-
enerġija.
SABIEX NIKSBU DIN IL-VIŻJONI, AĦNA S-SINDKI NIKKOMMETTU RUĦNA BIEX:
Innaqsu l-emissjonijiet tas-CO2 (u possibbilment ta' gassijiet oħrajn b'effett ta' serra)
fit-territorju tal-lokalitajiet tagħha għall-inqas b'40% sal-2030, jiġifieri permezz tat-
titjib tal-effiċjenza tal-enerġija u permezz tal-użu akbar tas-sorsi tal-enerġija
rinnovabbli;
Inżidu r-reżiljenza tagħha billi nadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima.
Naqsmu l-viżjoni, ir-riżultati, l-esperjenza u l-għarfien tagħna mal-awtoritajiet lokali u
reġjonali sħabna fl-UE u lil hinn minnha permezz ta' kooperazzjoni diretta u skambji
bejn il-pari, jiġifieri fil-kuntest tal-Patt Globali tas-Sindki.
Sabiex l-inpenji tal-awtoritajiet lokali tagħna nibdluhom f’azzjoni, se noħduha fuqna li nsegwu l-pjan
direzzjonali pass pass kif ippreżentat fl-anness I, inkluż l-iżvilupp ta' Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija
Sostenibbli u għall-Klima kif ukoll monitoraġġ regolari tal-progress.
AĦNA S-SINDKI NIRRIKONOXXU LI L-IMPENN TAGĦNA JEĦTIEĠ:
Tmexxija politika b'saħħitha;
It-twaqqif ta' objettivi ambizzjużi fit-tul li jmorru lil hinn mill-mandati politiċi;
(Inter)azzjoni kkoordinata bejn il-mitigazzjoni u l-adattament permezz tal-
mobilizzazzjoni tad-dipartimenti lokali kollha involuti;
Approċċ territorjali intersettorjali u olistiku;
L-allokazzjoni tar-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji xierqa;
Il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fit-territorji tagħna;
3
Li ċ-ċittadini, bħala konsumaturi ewlenin tal-enerġija, isiru "prosumaturi" u
parteċipanti attivi f'sistema tal-enerġija li twieġeb għad-domanda;
Azzjoni immedjata, partikolarment permezz ta' miżuri, flessibbli u "bla dispjaċir";
L-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet intelliġenti biex jindirizzaw l-isfidi tekniċi u soċjali
tat-tranżizzjoni tal-enerġija;
Aġġustamenti regolari tal-azzjonijiet tagħna skont is-sejbiet tal-monitoraġġ u tal-
valutazzjoni;
Kooperazzjoni orizzontali u vertikali kkombinata bejn l-awtoritajiet lokali u mal-livelli l-
oħrajn kollha tal-gvern.
AĦNA, IS-SINDKI, NILQGĦU BI PJAĊIR:
L-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tgħaqqad żewġ pilastri tal-ġlieda kontra t-
tibdil fil-klima, il-mitigazzjoni u l-adattament, u li tkompli ssaħħaħ is-sinerġiji ma'
politiki u ma' inizjattivi relevanti oħrajn tal-UE;
L-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-estensjoni tal-mudell tal-Patt tas-Sindki lil
partijiet oħra tad-dinja permezz tal-Patt Globali tas-Sindki;
L-appoġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni, bħala l-vuċi istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u
reġjonali tal-UE, għall-Patt tas-Sindki u l-għanijiet tagħha;
L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, mir-reġjuni, mill-provinċji, mill-bliet promoturi
u minn strutturi istituzzjonali oħra lill-awtoritajiet lokali biex jikkonformaw mal-
impenji li ħadu bil-Patt tas-Sindki għall-mitigazzjoni u l-adattament.
AĦNA, IS-SINDKI, NISTIEDNU LIL:
‒ AWTORITAJIET LOKALI OĦRA:
Biex jissieħbu magħna fil-komunità tal-Patt tas-Sindki;
Biex jaqsmu l-għarfien tagħhom u jieħdu sehem f'attivitajiet tal-Patt tas-Sindki biex
jinbnew il-kapaċitajiet.
4
‒ L-AWTORITAJIET REĠJONALI / SUBNAZZJONALI:
Biex jagħtuna gwida strateġika u appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju fl-iżvilupp, fl-
implimentazzjoni u fill-monitoraġġ tal-pjan(ijiet) ta' azzjoni tagħna u l-miżuri relatati;
Biex jgħinuna nkattru l-kooperazzjoni u l-approċċi konġunti għal azzjoni iktar effiċjenti
u integrata.
‒ IL-GVERNIJIET NAZZJONALI:
Biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jagħtu
appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju xieraq għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni
tal-istrateġiji lokali ta' mitigazzjoni u adattament tagħna;
Biex jinvolvuna fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali ta' mitigazzjoni
u adattament;
Biex jiżguraw li jkun hemm aċċess xieraq għall-mekkaniżmi ta' finanzjament biex
jappoġġaw l-azzjoni lokali fil-qasam tal-klima u tal-enerġija;
Biex jirrikonoxxu l-impatt tal-isforzi lokali tagħna, iqisu l-bżonnijiet tagħna u jirriflettu l-
fehmiet tagħna fil-proċessi Ewropej u internazzjonali tal-klima.
‒ L-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ:
Biex jikkonsolidaw l-oqfsa politiċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-istrateġiji lokali
tal-klima u tal-enerġija u l-kooperazzjoni bejn l-ibliet;
Biex jagħtuna l-għajnuna operazzjonali, teknika u promozzjonali xierqa;
Biex ikomplu jintegraw il-Patt tas-Sindki fil-politiki, fil-programmi ta' appoġġ u fl-
attivitajiet relevanti tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jinvolvuna fil-fażijiet ta' tħejjija u ta'
implimentazzjoni;
Biex ikomplu joffru opportunitajiet ta' finanzjament għall-implimentazzjoni tal-impenji
tagħna kif ukoll biex jipproponu faċilitajiet apposta għall-għajnuna fl-iżvilupp tal-
proġetti li jgħinuna niżviluppaw, nissottomettu għall-offerti u nvaraw programmi ta'
investiment;
Biex jirrikonoxxu r-rwol u l-isforzi tagħna fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-
adattament għalih u biex jaqsmu l-kisbiet tagħna mal-komunità internazzjonali.
5
‒ PARTIJIET IKKONĊERNATI OĦRA1:
Biex jimmobilizzaw u jaqsmu l-għarfien, l-esperjenza, it-teknoloġija u r-riżorsi
finanzjarji li jikkomplementaw u jsaħħu l-isforsi lokali tagħna, li jżidu l-bini tal-
kapaċitajiet, li jkattru l-innovazzjoni u li jagħtu spinta lill-investiment;
Biex isiru atturi attivi fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jappoġġawna billi jinvolvu ruħhom
fl-azzjoni komunitarja.
1 Eż. is-settur privat, l-istituzzjonijiet finanzjarji, is-soċjetà ċivili, il-komunità xjentifika and l-qasam akkademiku.
6
ANNESS I
IL-PROĊESS PASS PASS TAL-PATT TAS-SINDKI U L-PRINĊIPJI TA'
GWIDA
PJAN DIREZZJONALI KOMUNI GĦAL VIŻJONI KOMUNI:
Sabiex jilħqu l-miri tagħhom għall-mitigazzjoni u għall-adattament, il-Firmatarji tal-Patt tas-Sindki
qed jikkomettu rwieħhom għal għadd ta' passi:
PASSI \ PILASTRI MITIGAZZJONI ADATTAMENT
1) Bidu u analiżi
tal-bażi ta'
referenza
Tħejjija ta' Inventarju tal-
Emissjonijiet ta' Referenza
Tħejjija ta' Valutazzjoni tar-Riskji u
tal-Vulnerabbiltà minħabba t-Tibdil
fil-Klima
2) Iffissar u ppjanar
tal-miri strateġiċi
Il-preżentazzjoni ta' Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-
Klima (SECAP, Sustainable Energy and Climate Action Plan)
u l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet tal-mitigazzjoni u tal-adattament*
fil-politiki, fl-istrateġiji u fil-pjanijiet rilevanti
fi żmien sentejn mid-deċiżjoni tal-kunsill lokali
3)
Implimentazzjoni,
monitoraġġ u
rappurtar
Rappurtar tal-progress kull sentejn mill-għoti tas-SECAP
fil-pjattaforma tal-inizjattivi
* L-istrateġija tal-adattament għandha tkun parti mis-SECAP u/jew għandha tiġi żviluppata u
integrata f'dokument(i) separat(i). Il-firmatarji jistgħu jagħżlu liema format jippreferu - ara l-paragrafu
dwar "il-mogħdija tal-adattament" hawn taħt.
Is-snin 1 u 2 se jinvolvu x-xogħol tat-tħejjija għall-pjan, u se jiffukaw fuq il-valutazzjoni tas-
sitwazzjoni (l-għejun ewlenin tal-emissjonijiet u l-potenzjali rispettivi tagħhom għat-tnaqqis, ir-riskji u
l-vulnerabbiltajiet klimatiċi ewlenin u l-isfidi attwali/futuri assoċjati magħhom), fuq l-identifikazzjoni
tal-prijoritajiet għall-mitigazzjoni u għall-adattament u l-ewwel suċċessi, fuq it-tisħiħ tal-
parteċipazzjoni tal-komunità u l-mobilizzazzjoni ta' biżżejjed riżorsi u kapaċitajiet biex jittieħdu l-
azzjonijiet meħtieġa. Is-snin ta' wara se jiffukaw fuq it-tisħiħ u ż-żieda gradwali tal-azzjonijiet u tal-
proġetti mibdija biex il-bidla tiġi aċċellerata.
7
MOGĦDIJIET FLESSIBBLI, AĠĠUSTABBLI GĦAR-REALTAJIET LOKALI:
Il-Patt tas-Sindki jistabbilixxi qafas għall-azzjoni, li jgħin lill-awtoritajiet lokali jibdlu l-ambizzjonijiet
tagħhom għall-mitigazzjoni u għall-adattament f'realtà, filwaqt li jqis id-diversità li hemm fil-prattika.
Il-lokalitajiet firmatarji jingħataw il-flessibbiltà biex jagħżlu l-aħjar mod biex jimplimentaw l-azzjonijiet
lokali tagħhom. Anki jekk il-prijoritajiet tagħhom ivarjaw, l-awtoritajiet lokali huma mistiedna jieħdu
azzjoni b'mod integrat u olistiku.
‒ Il-Mogħdija tal-Mitigazzjoni
Il-"mogħdija" tal-mitigazzjoni takkomoda ċertu ammont ta' flessibbiltà għall-firmatarji - speċjalment
għall-inventarju tal-emissjonijiet (eż. is-sena ta' referenza, is-setturi ewlenin li għandhom jiġu
indirizzati, il-fatturi tal-emissjonijiet użati għall-kalkoli, l-unità tal-emissjonijiet użata għar-rappurtar2,
eċċ.).
‒ Il-Mogħdija tal-Adattament
Il-"mogħdija" tal-adattament tinżamm flessibbli biżżejjed biex tintegra l-għarfien il-ġdid u s-sejbiet il-
ġodda u biex tirrifletti l-kundizzjonijiet mibdula u l-ħiliet tal-firmatarji. Għandha ssir valutazzjoni tar-
riskji u l-vulnerabbiltajiet klimatiċi fi żmien il-perjodu ta' sentejn miftiehem. Ir-riżultati mbagħad ikunu
l-bażi għal kif it-territorju jista' jsir iktar reżiljenti. L-istrateġija ta' adattament, li għandha tiġi integrata
fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-Klima u/jew integrata fid-dokumenti rilevanti l-
oħra tal-ippjanar, tista' tiġi msaħħa u aġġustata maż-żmien. L-azzjonijiet "bla dispjaċir" jistgħu
jitqiesu l-ewwel u mbagħad jiġu kkumplementati b'azzjonijiet oħra maż-żmien (eż. meta s-
sitwazzjoni tiġi rivalutata kull sentejn, matul ir-reviżjonijiet tal-pjan ta' azzjoni) - dan jippermetti li l-
adattament isir f'waqtu u b'inqas spejjeż.
2 Il-firmatarji jistgħu jagħżlu li jirrappurtaw l-emissjonijiet tagħhom f'CO2 (diossidu tal-karbonju) jew f'ekwivalenti ta' CO2. B'dan
tal-aħħar ikunu jistgħu jqisu l-emissjonijiet ta' gassijiet oħra b'effett ta' serra, partikolarment is-CH4 (il-metan) u l-N2O (l-ossidu nitruż).
Mogħdija tal-mitigazzjoniMogħdija tal-adattament flessibbli
1) Analiżi tal-bażi ta'
referenza
2) Iffissar u ppjanar tal-miri
strateġiċi
Rapport tal-Monitoraġġ
Impenn Politiku
Sena 2Sena 0
Sena 4/6/8… (kull sentejn)
Tejjeb il-fehim
3) Implementazzjoni,
monitoraġġ u rapportar
Pjan ta' Azzjoni
8
MOVIMENT KREDIBBLI U TRASPARENTI:
Appoġġ politiku: L-impenn, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-
Klima u d-dokument rilevanti l-oħra tal-ippjanar għandhom jiġu ratifikati
b'riżoluzzjoni / deċiżjoni tal-kunsill lokali. B'hekk, ikun hemm appoġġ politiku fit-tul
assigurat.
Qafas b'saħħtu, konsistenti, trasparenti u armonizzat għall-ġbir u għar-
rappurtar tad-dejta: Abbażi tal-esperjenza bil-lokalitajiet, bir-reġjuni u bin-netwerks
tal-ibliet, il-metodoloġija tal-Patt tas-Sindki sserraħ fuq bażi teknika u xjentifika
b'saħħitha li ġiet żviluppata mal-Kummissjoni Ewropea. Ġew żviluppati prinċipji
metodoloġiċi komuni u mudelli tar-rappurtar sabiex il-fimatarji jkunu jistgħu
jivverifikaw, jirrappurtaw u jippubblikaw il-progress tagħhom b'mod strutturat u
sistematiku. Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-Klima jiġi
ppubblikat fil-profil online tal-firmatarju fuq is-sit web tal-Patt tas-Sindki. Dan jiżgura
li l-azzjonijiet klimatiċi lokali tagħhom ikunu trasparenti, affidabbli u komparabbli.
Rikonoxximent u viżibilità kbira tal-isforzi li jsiru: Ir-riżultati individwali u kollettivi
miġbura permezz tal-mudelli tar-rappurtar se jkunu disponibbli għall-pubbliku -
jiġifieri fuq is-sit web tal-Patt tas-Sindki - biex jispiraw u jiffaċilitaw l-iskambji u l-
awtovalutazzjoni. Bir-rappurtar tad-dejta permezz tal-Patt tas-Sindki, il-firmatarji se
jkunu jistgħu juru l-impatt wiesa' tal-azzjonijiet tagħhom fil-prattika. Id-dejta miġbura
mill-qafas tar-rappurtar tal-Patt tas-Sindki tagħti wkoll feedback essenzjali dwar l-
azzjonijiet lokali lil-leġiżlaturi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali.
Valutazzjoni tad-dejta rrappurtata mill-firmatarji: Dan il-kontroll tal-kwalità
jikkontribwixxi biex il-kredibilità u l-affidabbiltà tal-inizjattiva sħiħa tal-Patt tas-Sindki
jkunu garantiti.
Sospensjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità: Il-firmatarji jaċċettaw li, f’każ li d-
dokumenti msemmija hawn fuq (jiġifieri l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli
u għall-Klima u r-Rapporti tal-Progress) ma jingħatawx fl-iskadenzi stabbiliti, jiġu
sospiżi mill-inizjattiva – soġġett għal notifika minn qabel bil-miktub mingħand l-
Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki. Din il-proċedura tiżgura t-trasparenza, is-solidità u l-
ġustizzja mal-firmatarji l-oħra li jwettqu l-impenji tagħhom.
9
ANNESS II
SFOND U KUNTEST
Il-firmatarji tal-Patt tas-Sindki jikkomettu ruħhom għall-moviment b'għarfien sħiħ ta' dan li ġej:
Fil-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tiegħu, il-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-
Klima (l-IPCC) afferma mill-ġdid li t-tibdil fil-klima huwa reali u li l-attività tal-
bniedem qed tkompli taffettwa l-klima tad-dinja;
Skont is-sejbiet mill-IPCC, il-mitigazzjoni u l-adattament huma approċċi
komplementari għat-tnaqqis tar-riskji tal-impatti tat-tibdil fil-klima fuq skali taż-żmien
differenti;
Il-gvernijiet nazzjonali qablu fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil
fil-Klima (l-UNFCCC) dwar l-għan kollettiv li t-tisħin medju globali jinżamm sew taħt
iż-2°C meta mqabbel mal-livelli preindustrijali;
Il-gvernijiet nazzjonali qablu fil-kuntest tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti Rio+20
dwar ġabra ta' Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs); fost l-oħrajn l-SDG7 tirrikjedi li
l-komunità internazzjonali "tiżgura li jkun hemm aċċess għal enerġija affidabbli,
sostenibbli, moderna u bi prezz raġonevoli għal kulħadd"; l-SDG11 tirrikjedi li "l-
ibliet u l-postijiet fejn stabilixxew ruħhom il-bnedmin ikunu inklussivi, sikuri, reżiljenti
u sostenibbli" u l-SDG13 tirrikjedi li "tittieħed azzjoni urġenti kontra t-tibdil fil-klima u
l-impatti tiegħu";
L-inizjattiva Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd, imnedija mis-Segretarju Ġenerali tan-
NU fl-2011, tiffoka fuq il-ksib ta' dawn it-tliet għanijiet relatati sal-2030: "li tiżgura l-
aċċess universali għal servizzi tal-enerġija moderni", "li tirdoppja r-rata globali tat-
titjib fl-effiċjenza tal-enerġija" u "li tirdoppja s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-
taħlita globali tal-enerġija";
Il-Kummissjoni Ewropea (KE) nediet il-Patt tas-Sindki fl-2008 u, bħala azzjoni
ewlenija tal-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (KE, 2013), l-
inizjattiva "Mayors Adapt" fl-2014 biex tinvolvi u tappoġġa l-awtoritajiet lokali huma
u jieħdu azzjoni biex rispettivament jimmitigaw it-tibdil fil-klima u jadattaw ruħhom
għalih;
Mindu ġie ffurmat, il-Patt tas-Sindki ġie rikonoxxut bħala strument ewlieni tal-UE, u
dan ġie rikonoxxut partikolarment fl-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija (KE, 2015) u l-
istrateġija Ewropea tas-Sigurtà tal-Enerġija (KE, 2014), biex jaċċelleraw it-
tranżizzjoni tal-enerġija u jtejbu s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija;
10
F'Ottubru 2014, l-UE adottat il-Qafas ta' Politika għall-Enerġija u l-Klima għall-2030 li
jiffissa miri ġodda għall-klima u għall-enerġija: mill-inqas 40% ta' tnaqqis domestiku
fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, mill-inqas 27% tal-enerġija kkunsmata
fl-UE għandha tiġi minn għejun rinnovabbli, mill-inqas 27% ta' ffrankar fl-enerġija;
Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-"Pjan Direzzjonali għal Ekonomija
Kompetittiva b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju fl-2050" bil-għan li tnaqqas
l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-UE b'bejn 80 u 95% sal-2050 meta
mqabbel mal-1990 - inizjattiva milqugħa wkoll mill-Parlament Ewropew u mill-
Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE (KtR) jisħaq dwar l-impenn rinfurzat tiegħu biex ikompli
jappoġġa l-Patt tas-Sindki, eż. permezz ta' pjattaforma apposta fil-KtR u għodod
oħra, kif deskritt fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Futur tal-Patt (ENVE-VI-006).
11
ANNESS III
GLOSSARJU
Adattament: l-azzjonijiet meħuda biex jantiċipaw l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima, biex
jipprevjenu jew inaqqsu kemm jista' jkun il-ħsara li jikkawżaw, jew biex japprofittaw mill-
opportunitajiet li jistgħu jinqalgħu.
Tibdil fil-klima: kwalunkwe tibdil fil-klima maż-żmien, kemm jekk minħabba l-varjabbiltà
naturali jew b'riżultat tal-attività tal-bniedem.
Inventarju tal-emissjonijiet: il-kwantifikazzjoni tal-ammont ta' emissjonijiet ta' gassijiet
b'effett ta' serra (CO2 jew ekwivalenti għas-CO2) minħabba l-konsum tal-enerġija fit-
territorju ta' firmatarju tal-Patt tas-Sindki matul sena partikolari - din tippermetti li jiġu
identifikati l-għejun prinċipali tal-emissjonijiet u tal-potenzjali tat-tnaqqis rispettivi
tagħhom.
Mitigazzjoni: l-azzjonijiet meħuda biex inaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b'effett ta'
serra li jiġu rilaxxati fl-atmosfera.
Rapport ta' Monitoraġġ: dokument li l-firmatarji tal-Patt tas-Sindki qed jimpenjaw ruħhom li
jibagħtu kull sentejn wara l-għoti tas-SECAP tagħhom, u li jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati
interim tal-implimentazzjoni tiegħu - l-għan ta' dan ir-rapport huwa li jsegwi l-kisbiet tal-
objettivi previsti.
Għażliet (ta' adattament) bla dispjaċir: attivitajiet li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi u
ambjentali immedjati. Dawn ikunu vallapena fix-xenarji klimatiċi plawżibbli kollha.
Prosumaturi: Konsumaturi proattivi li, minbarra li jikkunsmaw l-enerġija, jassumu wkoll ir-
responsabbiltà għall-produzzjoni tagħha.
Reżiljenza: il-kapaċità ta' sistema soċjali jew ekoloġika li tassorbi d-disturbi filwaqt li żżomm
l-istess modi bażiċi ta' funzjonament, u l-kapaċità li tadatta għall-istress u għall-bidla
(klimatika).
Valutazzjoni tar-Riskji u tal-Vulnerabbiltà: analiżi li tiddetermina n-natura u l-livell tar-
riskju billi tanalizza l-perikli potenzjali u tivvaluta l-vulnerabbiltà li jistgħu jkunu ta' theddida
jew ta' ħsara potenzjali għan-nies, għall-proprjetà, għall-għajxien tan-nies, u għall-
ambjent li jiddependu minnu - din tippermetti l-identifikazzjoni tal-oqsma ta' tħassib kritiku
u għalhekk tipprovdi informazzjoni biex jiġu bbażati d-deċiżjonijiet fuqhom. Il-valutazzjoni
tista' tindirizza r-riskji marbuta mal-għargħar, mat-temperaturi estremi u perjodi ta' sħana
kbira, nixfa u skarsezza tal-ilma, maltempati u ma' avventimenti estremi oħra tat-temp,
ma' żieda fin-nirien tal-foresti, ma' żieda fil-livell tal-baħar u mal-erożjoni kostali (jekk
ikunu applikabbli).
Riskju: il-probabilità ta' konsegwenzi dannużi jew telf f'termini soċjali, ekonomiċi jew
ambjentali (eż. ħajjiet, status tas-saħħa, għajxien, assi u servizzi) li jistgħu jseħħu lil
12
komunità jew lil soċjetà partikolari minħabba kundizzjonijiet vulnerabbli fuq perjodu ta'
żmien speċifikat fil-futur.
Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-Klima (SECAP, Sustainable Energy
and Climate Action Plan): dokument ewlieni li fih firmatarju tal-Patt tas-Sindki jiddeskrivi
kif biħsiebu jwettaq l-impenji tiegħu. Jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni u ta'
adattament biex jintlaħqu l-miri, flimkien mal-iskedi taż-żmien u mar-responsabilitajiet
assenjati.
Vulnerabbiltà: il-livell sa fejn sistema tkun suxxettibbli għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima
- bħall-varjabilità klimatika u l-estremi - u ma tkunx tiflaħ għalihom (l-oppost tar-
reżiljenza).