il-pont gunju 2013

8
I l-kieb Taljan minn Milan, Andrea Kerbaker, għadu kemm ħareġ il-keb bl-isem ta’ Lo scaffale infinito (Ponte alle Grazie, 2013). Fih jikteb dwar il-kollezzjonis u ħallieqa tal-biblijoteki, mela dwar dawk li matul is-sekli ħabbew il-kotba. Fost dawn isemmi lil Francesco Petrarca, Hernando Colón (iben Kristofru Kolombu), Federigo Borromeo, Katerina II tar-Russja, Jorge Luis Borges u Umberto Eco. Li laqatni però huwa l-fa li għal Kerbaker il-biblijoteka hija post fejn jiġi konservat u mgħoddi l-għerf, mela sur kontra d-dekadenza. Isemmi lill-kieba u saġġista Belġjo-Franċiża, Marguerite Yourcenar, li emmnet li “min jibni biblijoteka hu bħal min jibni l-imħażen fejn jitpoġġa l-qamħ għall-poplu. Fil- biblijoteki wieħed jaħżen riżervi kontra x-xitwa tal- ispirtu.” Il-keb ta’ Kerbaker, li għandu biblijoteka magħmula minn għoxrin elf keb, ħafna minnhom rari, ħareġ 80 sena wara li n-Nażista Joseph Goebbels kien jorganizza l-ħruq tal-kotba biex skont hu jeqred “l-ispirtu ħażin tal-imgħoddi”. Illum dak li forsi ma rnexxielhomx jagħmlu n-Nażis u dawk kollha li ppruvaw jeqirdu l-keb bħal donnu qed iseħħ bil-mod u fis-silenzju u anki b’ċerta kompliċità min-naħa tagħna lkoll. Għall-bosta l-keb sar biss utli għall-eżamijiet, mela oġġe ta’ bilfors, u dan biss meta l-internet ma jaqdiniex. Par minn din il-konfoffa li trid teqred il-keb sta’ tkun l-istess Stat li ma jinvesx verament f’wirt u f’riżorsa bħal din, minkejja li jistaħba wara ħafna kożmeka u diskorsi reoriċi. Min-naħa l-oħra xorta nibqa’ nemmen li għad fadal bosta li għadhom iħobbu l-keb: il-qabda egħu, ir- riħa egħu hekk kif tqalleb il-paġni, l-ilwien egħu, l-ilħna differen li joħorġu minnu fis-silenzju, kull taħżiża jew imperfezzjoni oħra li jista’ jkollu dan l-oġġe tanġibbli, mela par mir-realtà li hemm madwarna. L-imħabba lejn il-keb għandha trawwem fil- bniedem minn mindu jkun żgħir. It-al għandhom jieħdu fil-libreriji pubbliċi u mgħallma kif jagħżlu keb minn fuq l-ixkaffa, jew fil-ħwienet tal-kotba u jitħallew jimirħu fost l-ixkaffi biex fl-aħħar jagħżlu keb li jkun laqathom. Dan biss bħala bidu. Bosta huma mitlufin fit-ixija tas-”serħan tal-moħħ finanzjarju u ekonomiku”, kif jikteb il-poeta Għawdxi Alfred Grech fid-daħla għal Mix-Xefaq u Lil Hinn (2013), imma dan fil-fa, għalkemm bżonnjuż, mhu serħan tal-moħħ xejn. Is-serħan tal-moħħ jaf x’inhu kull min għandu x-xor li jagħmel kapriċċ u jsib ſtit ħin biex jaqra ſtit paġni kuljum minn keb li jogħġbu—rumanz, bijografija, ġabra ta’ poeżiji—ikun xi jkun. Infakkar li l-keb jista’ jingħata anki bħala rigal lilek innifsek kif ukoll lil ta’ madwarek. Ħarġa numru 9: Ġunju, 2013 Editorjal

Upload: omarseguna

Post on 09-Feb-2016

111 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Il-Pont Gunju 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Pont Gunju 2013

I l-kittieb Taljan minn Milan, Andrea Kerbaker, għadu kemm ħareġ il-ktieb bl-isem ta’ Lo scaffale infinito (Ponte alle Grazie, 2013). Fih jikteb dwar

il-kollezzjonisti u ħallieqa tal-biblijoteki, mela dwar dawk li matul is-sekli ħabbew il-kotba. Fost dawn isemmi lil Francesco Petrarca, Hernando Colón (iben Kristofru Kolombu), Federigo Borromeo, Katerina II tar-Russja, Jorge Luis Borges u Umberto Eco. Li laqatni però huwa l-fatt li għal Kerbaker il-biblijoteka hija post fejn jiġi konservat u mgħoddi l-għerf, mela sur kontra d-dekadenza. Isemmi lill-kittieba u saġġista Belġjo-Franċiża, Marguerite Yourcenar, li emmnet li “min jibni biblijoteka hu bħal min jibni l-imħażen fejn jitpoġġa l-qamħ għall-poplu. Fil-biblijoteki wieħed jaħżen riżervi kontra x-xitwa tal-ispirtu.” Il-ktieb ta’ Kerbaker, li għandu biblijoteka magħmula minn għoxrin elf ktieb, ħafna minnhom rari, ħareġ 80 sena wara li n-Nażista Joseph Goebbels kien jorganizza l-ħruq tal-kotba biex skont hu jeqred “l-ispirtu ħażin tal-imgħoddi”.

Illum dak li forsi ma rnexxielhomx jagħmlu n-Nażisti u dawk kollha li ppruvaw jeqirdu l-ktieb bħal donnu qed iseħħ bil-mod u fis-silenzju u anki b’ċerta kompliċità min-naħa tagħna lkoll. Għall-bosta l-ktieb sar biss utli għall-eżamijiet, mela oġġett ta’ bilfors, u dan biss meta l-internet ma jaqdiniex. Parti minn din il-konfoffa li trid teqred il-ktieb tista’ tkun l-istess Stat li ma jinvestix verament f’wirt u f’riżorsa bħal

din, minkejja li jistaħba wara ħafna kożmetika u diskorsi rettoriċi.

Min-naħa l-oħra xorta nibqa’ nemmen li għad fadal bosta li għadhom iħobbu l-ktieb: il-qabda tiegħu, ir-riħa tiegħu hekk kif tqalleb il-paġni, l-ilwien tiegħu, l-ilħna differenti li joħorġu minnu fis-silenzju, kull taħżiża jew imperfezzjoni oħra li jista’ jkollu dan l-oġġett tanġibbli, mela parti mir-realtà li hemm madwarna.

L-imħabba lejn il-ktieb għandha titrawwem fil-bniedem minn mindu jkun żgħir. It-tfal għandhom jittieħdu fil-libreriji pubbliċi u mgħallma kif jagħżlu ktieb minn fuq l-ixkaffa, jew fil-ħwienet tal-kotba u jitħallew jimirħu fost l-ixkaffi biex fl-aħħar jagħżlu ktieb li jkun laqathom. Dan biss bħala bidu.

Bosta huma mitlufin fit-tfittxija tas-”serħan tal-moħħ finanzjarju u ekonomiku”, kif jikteb il-poeta Għawdxi Alfred Grech fid-daħla għal Mix-Xefaq u Lil Hinn (2013), imma dan fil-fatt, għalkemm bżonnjuż, mhu serħan tal-moħħ xejn. Is-serħan tal-moħħ jaf x’inhu kull min għandu x-xorti li jagħmel kapriċċ u jsib ftit ħin biex jaqra ftit paġni kuljum minn ktieb li jogħġbu—rumanz, bijografija, ġabra ta’ poeżiji—ikun xi jkun.

Infakkar li l-ktieb jista’ jingħata anki bħala rigal lilek innifsek kif ukoll lil ta’ madwarek.

Ħarġa numru 9: Ġunju, 2013

Editorjal

Page 2: Il-Pont Gunju 2013

L-AĦBARIJIET IMUT KITTIEB U POETA MALTI FL-AWSTRALJA

Nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, 2013, miet Laurie Armato. Laurie kien membru ta’ ħafna għaqdiet Maltin fosthom tal-Grupp Letteratura Maltija tal-Victoria għax kien iħobb tassew l-Ilsien Malti. Kiteb

bosta poeżiji, ħafna minnhom umoristiċi. Ix-xogħlijiet tiegħu qrahom u ġew ippubblikati f’diversi pubblikazzjonijiet, speċjalment fil-ktieb tal-Programm Mużiko-Letterarju li l-G.L.M. jorganizza kull sena. Barra li kien kittieb, Laurie kien ukoll mużiċista, kompożitur u espert fid-daqq tal-mandolina. Minn hawn kondoljanzi lill-familja tiegħu. Laurie Armato kien fost dawk li taw is-sapport tagħhom biex l-Ilsien Malti u l-Kultura Maltija jkomplu jikbru u jinfirxu fost il-komunità Maltija fl-Awstralja. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. TIFKIRA TA’ ĠORĠ MIFSUD-CHIRCOP

Dr Ġorġ Mifsud-Chircop twieled nhar it-28 ta’ Ġunju 1951. Studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u l-Università minn fejn iggradwa B.A. bl-Unuri. Speċjalizza fit-teorija u

l-prattika tal-folklor u bir-riċerka tiegħu Type Index of the Maltese Folktale within the Mediterranean Tradition Area rebaħ il-Premju Karmen Mikallef Buħaġar għall-aħjar teżi Masters fl-1978. Kiseb id-Dottorat mill-Università ta’ Malta fl-2001 b’teżi dwar il-ħrejjef Maltin, jisimha The Maltese Heroic Fairytale. Għallem il-Junior College u l-Università. Xandar għadd kbir ta’ programmi b’rabta mal-Malti u l-folklor. Ħadem kemm felaħ biex l-għana u l-ħrejjef isiru aktar popolari fost it-tfal u l-adulti. Huwa ppubblika u editja għadd kbir ta’ kotba, fosthom Il-Leġġendi ta’ Ġużè Delia (1978), Il-

Qawl Iqul (1989), Il-Praspar Miktuba minn Dun Xand Cortis (1991), Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna (1994), L-Għana Malti – Bibljografija u Materjal ieħor għar-Riċerka (1999), u ż-żewġ volumi fil-Kullana Kulturali tal-PIN, Il-Folklor Malti (2003). Ħadem qatigħ biex il-ktieb Għażiż Karmenu (Edizzjoni Gulf, 1982) ta’ Karmenu Vassallo jiġi ppubblikat. Kien koeditur ta’ Mis-Sillabu (1984-86) u Analiżi (1987-1995), żewġ rivisti importanti għall-istudenti tal-Matrikola tal-Malti. Bosta studji tiegħu jinsabu fil-Journal of Maltese Studies, f’Leħen il-Malti u Il-Malti. Dr Ġorġ Mifsud-Chircop inħatar President tal-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti fl-1999. Matul dal-perjodu kiteb Il-Kultura Maltija – Il-Perspettiva Ħajja u Kontemporanja (2001). Miet nhar id-19 ta’ Diċembru 2007. B’memorja tiegħu, martu u wliedu waqqfu fond fl-Università ta’ Malta biex perjodikament issir taħdita pubblika fuq il-folklor Malti. Id-donazzjonijiet għandhom jaslu f’dan l-indirizz: Fond għat-Taħdita Ġorġ Mifsud-Chircop, l-Uffiċċju tal-Finanzi, l-Università ta’ Malta, l-Imsida. IL-PREMJU PULITZER 2013 Nhar it-Tlieta, 16 ta’ April, ġew imħabbra l-ismijiet tar-rebbieħa tal-Premju Pulitzer 2013. Il-premju għall-proża mistħajla ntrebaħ minn Adam Johnson, awtur tar-rumanz Orphan Master’s Son. L-azzjoni tar-rumanz sseħħ fil-Korea ta’ Fuq, u tinnarra l-istorja ta’ raġel żagħżugħ li joħodha kontra d-dittatur Kim Jong-il, biex wara jipprova joħroġ lil martu u wliedha barra mill-pajjiż. Il-kategorija tal-poeżija ġiet mirbuħa minn Sharon Olds bil-ġabra ta’ poeżiji Stags Leap, b’poeżiji miktubin wara li ż-żewġha ħallieha fl-1997 wara 30 sena żwieġ.

Page 3: Il-Pont Gunju 2013

L-AĦBARIJIET TAĦDITA MINN RENO FENECH DWAR IL-VOKALI “I” L-Akkademja tal-Malti organizzat it-taħdita ta’ Reno Fenech “Il-vokali i fil-bidu ta’ kliem Rumanz: etimoloġika jew tal-leħen?”. Din saret nhar it-Tlieta, 21 ta’ Mejju, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu (NCC) tal-Iskola Maria Assunta, il-Ħamrun. Għad hemm dubju jekk xi kliem jinkitibx bil-vokali ‘etimoloġika’. Fit-taħdita tressqu ġabra ta’ verbi u xi nomi Rumanzi li jfixkluna kif għandna niktbuhom. Fl-aħħar inħarġu xi osservazzjonijiet u konklużjonijiet mill-klassifika. ID-DIVINA COMMEDIA F’GĦAWDEX Nhar ta’ Sibt, 11 ta’ Mejju, fir-Rabat Għawdex, l-attur Mario Micallef ddrammatizza f’għamla ta’ monologu d-Divina Commedia bħala parti min-Notte Gozitana organizzata mid-Dipartiment tal-Kultura għal Għawdex. L-adattament huwa bbażat fuq it-traduzzjoni li l-kittieb, traduttur u poeta Alfred Palma għamel tal-kapolavur ta’ Dante Alighieri. MARIO VARGAS LLOSA FIR-RUMANIJA Nhar it-Tlieta, 21 ta’ Mejju, mal-elfejn persuna ltaqgħet mal-kittieb Peruvjan u rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura 2010, Mario Vargas Llosa. Dan seħħ fl-Università ta’ Babes-Bolyai f’Cluj-Napoca, fir-Rumanija. Hawnhekk Llosa kellu diskussjoni mal-kittieb Rumen, Gabriel Liiceanu dwar it-tema “Nistgħu ngħixu mingħajr ma’ naħarbu fil-letteratura mistħajla?” Jum qabel Llosa ngħata Dottorat Honoris Causa mill-istess Università ta’ Babes-Bolyai. IL-PREMJU DINJI TAL-POEŻIJA NOSSIDE 2013

Jibqa’ miftuħ sal-20 ta’ Ġunju li ġej il-Premju Dinji tal-Poeżija Nosside 2013. Konkors bħal dan huwa miftuħ għal kull tip ta’ ilsien u djalett. Jieħdu sehem fih parteċipanti mill-ħames

kontinenti. Kull min hu interessat li jipparteċipa jista’ jara s-sit www.nosside.org.

IKOMPLU L-LAQGĦAT MILL-GĦAQDA POETI MALTIN

Il-membri tal-Għ.P.M. reġgħu ltaqgħu f’Dar l-Emigrant l-ewwel Sibt ta’ Mejju u anki ta’ Ġunju bejn l-10 am u 12pm, fejn qraw poeżiji minn tagħhom. Okkażjoni oħra kienet dik li seħħet ukoll fl-4 ta’ Mejju, imma filgħaxija, din id-darba f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa. Hawn ukoll inqraw għadd ta’ poeżiji mill-membri. L-Għ.P.M. ippreżentat ukoll għadd ta’ kotba ppubblikati mill-membri tagħha kemm lill-Kunsill Lokali kif ukoll lill-Iskola Primarja tal-lokal. Nhar is-Sibt, 18 ta’ Mejju, l-Għ.P.M. organizzat ikla għall-membri tagħha f’ristorant f’Ħal Qormi. L-istess Għaqda tellgħet Lejla ta’ Poeżija u Mużika fl-24 ta’ Mejju fir-Razzett tal-Markiż, fil-Mosta, f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Filantropika Talent Mosti. Waqt is-serata l-poeta Malti minn Sydney, l-Awstralja, ippreżenta lill-Għaqda numru ta’ kopji tal-ġabra ta’ ħajku tiegħu Qwiel minn Fomm l-Imġarrab (2010). Louis Vassallo ppreżenta kopji tal-ktieb Infakkru l-Passat—Niċċelebraw il-Ġejjieni li jfakkar it-30 anniversarju tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, li tagħha Vassallo hu viċi-President.

Il-poeta minn New South Wales, Frank Zammit, waqt il-Lejla ta’ Poeżija fir-Razzett tal-Markiż, imtellgħa mill-

Għ.P.M.

Page 4: Il-Pont Gunju 2013

Il-Professur Charles Briffa llum huwa awtur ta’ numru mdaqqas ta’ kotba f’rabta mal-Lingwa u l-Letteratura Maltija, mal-Kritika Letterarja u mat-Traduzzjoni. Għallem fi skejjel tal-Knisja u ħadem fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, il-Matsec Support Unit, u anki l-Fakultà tal-Arti fid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta. Jaħdem fid-Dipartiment tat-Traduzzjoni u tal-Interpretazzjoni fl-istess Università.

Xi tgħid dwar l-importanza tat-traduzzjoni u tal-għarfien t’ilsna differenti llum, anki f’kuntest ta’ Malta fl-Ewropa? Xi rwol għandu l-ilsien Malti f’rabta ma’ dan kollu?

It-traduzzjoni letterarja trid l-imħabba. Imma hemm it-traduzzjoni teknika wkoll.

Mill-aħħar kwart tas-seklu 20 ’l hawn it-traduzzjoni saret dixxiplina awtonoma għax id-dinja għarfet l-importanza tagħha u għalhekk żdied l-interess fit-teorija u l-prattika tat-traduzzjoni. B’riżultat ta’ dan l-għarfien kien hemm espansjoni globali fl-attivitajiet marbutin mat-traduzzjoni bħala att fundamentali ta’ tpartit uman. Jiġifieri żdiedet sew il-ħidma tat-traduzzjoni mad-dinja kollha. Id-diversità lingwistika tal-Unjoni Ewropea kattret il-ħtieġa tat-traduzzjoni.

Fil-ġrajja Maltija nsibu li t-traduzzjoni kellha sehem ewlieni fil-qasam soċjali sa miż-żmien l-antik, imma fejn tidħol traduzzjoni għall-Malti nistgħu nsemmu (aparti l-listi ta’ kliem li xi barranin ġabru b’interess) is-sett ta’ istruzzjonijiet militari (c.1640, bit-Taljan u bil-Malti) meqjusa li huma ta’ Thezan (miet 1649) u t-Tagħlim Nisrani (1752) ta’ Francesco Wzzino (1678-1767), li kien traduzzjoni tal-katekiżmu mit-Taljan għall-Malti. Fis-sekli ta’ wara l-ħidma fit-traduzzjoni żdiedet u l-akbar biċċa xogħol li wieħed jista’ jsemmi f’dan il-kuntest hija l-ħidma ta’ Saydon (1895-1971) li ttraduċa l-bibbja mill-Ebrajk, l-Aramajk, u l-Grieg għall-Malti fuq medda ta’ tletin sena (1929-1959). U saru wkoll bosta traduzzjonijiet mit-Taljan u mill-Ingliż, speċjalment fil-qasam letterarju. Ma ninsewx ukoll li fil-parti l-kbira ta’ dawn l-aħħar mitejn sena l-liġijiet tagħna kienu bilingwi. It-traduzzjoni, mela, kellha sehem kruċjali biex tassisti l-kultura bl-importazzjoni tal-ideat u l-metodi stilistiċi, u fl-aħħar kwart tas-seklu għoxrin it-traduzzjoni fil-Gżejjer Maltin imxiet mal-bqija tad-dinja biex tgħin aktar

l-għarfien ta’ ħajja kontemporanja li kulma tmur bdiet tkun aktar iffragmentata. Meta fil-bidu tas-seklu 21 dħalna fl-Unjoni Ewropea, it-traduzzjoni teknika saret ħtieġa politika u sors ekonomiku għal bosta Maltin u Għawdxin.

Imma jeħtieġ inżidu li t-traduzzjoni qiegħda tgħinna wkoll biex nesportaw ix-xogħlijiet u l-ideat tagħna għax qed isir bosta xogħol biex l-awtur Malti jinqaleb għall-Ingliż ħalli d-dinja tkun tista’ tisimgħu. Għax meta, ngħidu aħna, poeżija Maltija tinqaleb għall-Ingliż ma tibqax iddur biss mal-Gżejjer tagħna imma ddur mal-globu kollu. It-traduzzjoni twessa’ fil-beraħ l-għarfien tax-xogħol li juri xi ftit kif aħna nħarsu lejn id-dinja.

Mela, bit-traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet barranin għall-Malti nkunu qegħdin inwessgħu l-potenzjalitajiet ta’ lsienna u nkattrulu r-riżorsi; u bit-traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet Maltin għal xi lingwa oħra nkunu qegħdin inwasslu l-ideat tagħna għand ħaddieħor. Inżommu f’moħħna li mingħajr it-traduzzjoni l-kittieba, il-ħassieba, u l-istudjużi ma kienx ikollhom wisq influwenza fuq id-dinja. Mill-banda l-oħra, lanqas ma kien ikun sew li kieku l-qarrejja biss ta’ lingwa partikulari kien ikollhom aċċess għall-kitbiet b’dik il-lingwa għax it-tpartit u l-krossfertilizzazzjoni tal-ideat u t-teoriji kienu jonqsu ħafna.

B’dan il-għan, it-traduzzjoni bilfors trid turi d-dinamika tat-tiswir kulturali tal-identità umana. Iddaħħal l-ilsien Malti fi djalogiżmu mal-lingwi klassiċi u ma’ lingwi barranin. Il-Malti bħala lsien jistagħna bl-interazzjoni, u f’dan il-proġett l-interazzjoni qiegħda fil-livell intellettwali u kreattiv bejn id-dinja klassika u d-dinja barranija u d-dinja Maltija tal-lum. Barra minn hekk, kull traduzzjoni titfa’ perspettiva ġdida fuq it-test sors. B’hekk qegħdin ngħidu li hemm ħtieġa għat-traduzzjoni letterarja biex tinbena l-kultura, għax bit-traduzzjoni nifhmu t-teoriji, l-opinjonijiet, u l-ġrajjiet ta’ ħassieba, skulari, u kittieba f’pajjiżi u f’iżmna oħra. Fl-istess ħin awtur ta’ żmien jew post ieħor jibqagħlu d-dritt li jibqa’ jinstema’. Nemmen bi sħiħ li t-traduttur huwa vjaġġatur li jterraq minn sors għal ieħor, u li b’ħidmietu jgħinna nsawru l-għerf tagħna fuq id-dinja – tiswir li bih narmaw ruħna sew għall-futur.

(L-intervista sħiħa tista’ tinqara fil-ħolqa: http://patrickjsammut.blogspot.com/2013/05/intervistat-il-prof-charles-briffa.html)

L-INTERVISTA Charles Briffa

Page 5: Il-Pont Gunju 2013

Ħ afna huma n-nies li ttantaw isibu tweġiba diretta u konklusiva għall-mistoqsija jekk il-mara tiktibx poeżija differenti mir-raġel.

Uħud qalu li ma jaraw ebda differenza filwaqt li oħrajn isostnu li l-ġender jidħol f’kollox. Hemm min jisħaq li l-mara minnha nnifisha hi femminili u għalhekk femminista filwaqt li r-raġel hu iktar uman . Allura ngħid jien il-mara hi inqas umana mir-raġel? U mbagħad xi jridu jfissru sewwasew biha “differenti”, aħjar jew agħar? Iktar jew inqas espressiva, sottili, effettiva jew diretta? Ma teżistix poeżija ikklassifikata bħala “tal-irġiel” jew “tan-nisa” la fit-temi ttrattati, la fit-teknika u lanqas fit-tħaddim tal-forma. L-emozzjoni, ġejja minn liema naħa ġejja għandha l-istess ritmu, l-istess qawwa u l-istess espressjoni, għalhekk suppost l-istess effett għat-tnejn. Jekk xejn, forsi minħabba l-istint matern tagħha, il-mara iktar titħajjar tikteb dwar stħajjil, annimali u wlied filwaqt li raġel jikteb dwar sensazzjonijiet imma ma tantx iħobb jidħol fil-fond dwar l-emozzjonijiet tiegħu. Jippreferi li kitbietu jieħdu x-xejra ta’ deskrizzjonijiet u jagħżel li jikteb l-iktar fit-tielet persuna, xi ħaġa li turi sens iktar ta’ distakk. Huma iktar in-nisa li kitbu poeżiji dwar ħajjithom mill-irġiel, min jaf, forsi għax in-nisa jitħassbu iktar dwar imħabbiet miksuba jew mitlufa u dwar suċċessi jew fallimenti personali u għandu mnejn li jagħmlu dan biex bil-ħsieb u l-kitba jeloġjaw jew ifarfru l-uġigħ jew biex jivvendikaw irwieħhom minn min ikun kasbarhom. L-irġiel, forsi, jippreferu jibqgħu għaddejjin b’ħajjithom u jħallu l-imgħoddi wara spallejhom bħallikieku l-ego tagħhom ma jippermettilhomx li jammettu li kienu telliefa jew jistħu juru lill-erbat irjieħ dak li jħoss u jostor il-ġewwieni tagħhom. Din, iżda, tibqa’ dejjem opinjoni u bħala tali, suġġettiva.

Huwa fatt, però, li l-lingwa hi sistema magħmula u mogħtija mill-irġiel f’dinja li xxaqleb lejn l-irġiel. Għalhekk forsi huma iktar l-irġiel li jħossuhom komdi jesprimu ruħhom biha, filwaqt li n-nisa kultant jeħtiġilhom ifittxu mezz kif jesprimu ruħhom tajjeb meta forsi xi kliem jeżisti biss fil-ġens maskil u għalhekk ma jsibux il-prosodija korretta li tista’ tfisser b’mod preċiż dak li jridu jgħidu.

Is-soċjeta’ min-naħa tagħha taf tinfluwenza jew tiddetermina l-mod kif wieħed jikteb għax filwaqt li donnha ma tara xejn ħażin f’li awtriċi turi l-emozzjonijiet tagħha fil-beraħ fuq karta, tippretendi li r-raġel ma jibkix, ma jilmentax u juri ruħu iktar qawwi fil-karattru mill-mara li hi meqjusa bħala dgħajfa. Biss bil-mod il-mod din l-attitudni qiegħda tinbidel ukoll.

Il-pubblikaturi u l-edituri tal-kotba jgħidulek li n-nisa iktar jixtru ktieb tal-poeżija tajjeb, kitbu min kitbu mill-irġiel li jaħsbuha darbtejn biex jixtru jew jammettu li ktieb miktub min mara hu ta’ livell għoli u jistħoqqlu ftit iktar minn daqqa t’għajn. Għalkemm dan il-fattur jien s’issa ma ltqajtx miegħu, xi edituri jistqarru li ma tantx isibu rġiel lesti li jiktbu reċensjonijiet ta’ kotba ta’ awturi femminili bħallikieku jħossuh tal-mistħija jew iħossu li biex iwettqu dan ix-xogħol sewwa jeħtieġu xi sengħa differenti. Madankollu ma nafx ngħid jekk dan tal-aħħar hux ta’ preġju jew disprezz lejn l-awturi nisa.

Lanqas is-soċjoloġi ma jaraw li teżisti regola ġenerali hekk li wieħed jista’ jaqta’ linja dritta għax poeti tal-era Romantika kitbu ħafna dwar in-nisa u l-imħabba filwaqt li eżistew nisa li kitbu ftit li xejn dwarhom infushom. Iżda wara kollox ngħid jien, jekk dan huwa veru li n-nisa jiktbu l-poeżija b’mod divers, dan huwa agħar jew aħjar, preġju jew difett? Jew l-awturi jħossu li għandhom jiktbu kif jiktbu skont l-udjenzi li lejhom huma mmirati kitbiethom? X’jiġi l-ewwel għalihom, l-inklinazzjoni tal-kittieb jew dak li jistenna l-qarrej?

U hawn ngħid jien, ta’ min jagħmel esperiment fejn jaqbad għadd ta’ poeżiji miktuba minn poeti rġiel u nisa u jħassar l-isem tal-awtur li jġibu taħthom. Tgħid fl-anonimat, iseħħlu l-qarrej jintebaħ liema kitbu n-nisa u liema l-irġiel? U jekk iva, minn xiex ser jinduna? Minn min iħaddem l-iktar rima jew vers ħieles? Mill-intensità tal-versi nfushom? Minn min hu l-iktar ottimist fil-versi tiegħu? Minn min jeloġja jew jipprotesta l-iktar? Forsi b’hekk biss nistgħu naslu biex noqorbu lejn tweġiba eżawrjenti.

[jissokta f’paġna 6]

IN-NISA JIKTBU POEŻIJA DIFFERENTI MILL-IRĠIEL?

Therese Pace

Page 6: Il-Pont Gunju 2013

[ikompli minn paġna 5]

Nitkellem għalija, ma nħossnix li nikteb b’mod differenti barra dak li jissejjaħ l-istil tiegħi. Fil-fehma tiegħi t-territorji huma miftuħa l-istess għaż-żewġ sessi u kulħadd jagħżel l-angolu li minnu jevalwa sitwazzjoni skont il-burdata tal-mument. Il-poeti huma lkoll individwi bl-istess loġika tar-raġuni u sakemm il-bniedem jibqa’ individwu, inħoss li qatt ma’ tista’ tiġġeneralizza jew tasal għal konklużjoni dwar qbil jew differenzi. Minkejja kollox inħoss li l-aħjar fosthom huma dawk il-poeti rġiel u nisa li l-vuċi tagħhom tmur lilhinn mill-ġender għax il-ħajja hi l-istess waħda għat-tnejn u jekk il-versi tagħhom ikunu tajbin, sew jekk jittrattaw dwar sitwazzjoni jew dwar sensazzjoni, iseħħilhom iħallu l-istess impatt fuq il-qarrej hekk li jkollhom apprezzament u għomor twil.

NOTA TAL-EDITUR

Infakkar li min irid jikteb direttament lill-editur ta’ IL-PONT jista’ juża dan l-indirizz elettroniku: [email protected] Kull min jixtieq jikkontribwixxi huwa mistieden jagħmel dan. Basta l-kitbiet ma jkunux twal ħafna u jkunu ta’ livell xieraq.

SWITILHOM It-tfal il-ġimgħa l-oħra nqasmu fi gruppi u ġegħilhom jagħmlu ċart fuq il-bullying. U mbagħad meta l-pin ċeda u ma felaħx iktar it-toqol tal-gideb li niżżlu fuqha u dawru bil-gliter-glu kkulurit, iżżerżqet ħelu ħelu mal-ħajt kollu swaba’ suwed u ħabtet mal-madum imtebba’ bil-Coca tal-klassi tat-tarf nett tas-sular ta’ fuq. U huma u deħlin lura fil-klassi mil-lobgħa futbol, riħa t’għaraq u ta’ lanċ bit-tonn taż-żejt, rifsuha biż-żraben Bulldozer kollha tajn, waqt li xi tnejn minnhom qattru l-għaraq safrani u l-ilma kiesaħ minn ma’ wiċċhom bħalma jagħmlu l-plejers Taljani fuq it-TV. Kollox fuq din l-imbierka kartonċina li xi darba kienet bajda u tippromovi l-valuri inklussivi li tħaddan l-iskola Sekondarja ta’ Ħal Qormi. Daqshekk ħadu minnha dik il-lezzjoni tal-PSD li jġegħluhom jagħmlu ta’ bilfors wara li jkunu saru ħomor nar u riħa ta’ qrusa wara tliet kwarti sħaħ jiġru u jimbuttaw fil-bitħa, fit-tieni brejk. U iktar m’għadda l-ħin, il-gliter kompla jinqala’ u jitfarfar u l-kolla tal-UHU nqasmet u tfarfret frak frak biex kollha kemm huma lkoll flimkien jiġu miknusa ħelu ħelu miż-żiffa tal-fann ta’ mas-saqaf tal-klassi 4B. Minn hemm għal taħt il-purtiera daqsxejn griża, tibki għal dawra fil-magna, fejn jinġema’ t-trab iswed u s-suf u ż-żebbuġ u l-kappar u xi żewġ fliexken tal-Fanta u borża lanċ immuffat. Xi daqshekk switilhom il-lezzjoni ta’ nhar il-Ħamis li s-Sur Camilleri tant kien kburi biha. Tant li mar jgħid lis-Surmast kemm kien ħareġ ġid minnha u kemm ġabu ruħhom sew il-klassi tat-trouble makers. U kien għalhekk allura li Dilan għajjar lil Josmar b’ommu, għax iċ-ċuċ l-ieħor tebba’ l-kantuniera tal-lemin biż-żejt tal-ftira li xtara mit-tuck shop. U għalhekk qallu li hu injorant xellugi jixbah ’l ommu u lil dak li kienet qed toħroġ miegħu dax-xahar. Għax imnalla kienet il-lezzjoni tal-PSD ta’ nhar ta’ Ħamis wara l-brejk it-twil mas-Sur Camlleri biex dat-tfal tgħallmu kif ma jkunux bdabad.

NOVELLINA Marija Debono

Page 7: Il-Pont Gunju 2013

ĦARBA Naħrab in-nar għax malli noqrob lejh is-sħana tiegħu tgħaddi ġo fija w għalkemm ma jaħraqnix u rmied jagħmilni jixgħelni b'xewqa kbira li nitwaħħad mal-fjammi tiegħu ħa nħeġġeġ magħhom bl-istess qilla qerrieda tal-qilla tagħhom.

JOSEPH C. SCIBERRAS

IL-VERSI LI DARBA INTI KTIBTLI Il-versi li darba int ktibtli, ħabib, swewli ta’ forċi biex nerfa’ s-salib. Fuq karta llum sfaret għax għadda iż-żmien, Bil-linka li ċċajpret f’xi bnadi, bla kliem. Xort’għadni dawn ngħożżhom, għalija teżor, għax lili biddluli f’tant ħelu il-morr. X’jiswewli d-djamanti, id-deheb jew il-flus? Kliemek dewwaqni minn tal-għasel il-kus. Rebbiegħa sawwartli bl-ifjen inwar, Kont kenn int għalija, dawwartni bis-swar. Ġnien ta’ Għeden li ftit jgħixu fih, bla sriep li jitkgħawġu, bla siġar b’tuffieħ. F’dal-kliem nerġa’ nsibek ... maħżun kollox fih, xi demgħa inxerred, ’mma f’qalbi l-mistrieħ!

LINA BROCKDORFF

WARD ABJAD U AĦMAR Ejjew il-ward inqassmu, Bi ħjut bojod safjin; Inqassmu l-ward fit-toroq, Lis-sħaħ u lid-dgħajfin. Ejjew il-ward inqassmu, Inħabbtu il-bibien; Bil-ward li toffri t-tama, U mħabba tul iż-żmien.

Ejjew il-ward inqassmu, Fl-irħula u fl-ibliet; Il-ward li joffri l-paċi, Sinċerità u skiet. Ejjew b’dan il-ward aħmar, Inbusu lil xulxin; Id f’id f’katina waħda, Inżommu magħqudin. Ejjew dan il-ward safi, Inqassmu ġewwa d-djar; Naraw li ward ikollhom; Il-kbar u anki ż-żgħar. Flimkien ejjew inxejru, U nkantaw ferħanin; Bil-ward abjad u aħmar, Għax aħna ikoll Maltin.

GODWIN CINI

A BEGGAR 6 p.m, Sadness on its back makes us irrelevant—indifferent heaving through unvanquished irony unable to chagrin us. Rooflessness; His greatest shelter breaks into pieces. In his death, these would reassemble and humanity would make discoveries.

K.K. SRIVASTAVA L-Indja,

mill-ktieb Shadows of the real, Rupa, 2012

IL-POEŻIJI

Page 8: Il-Pont Gunju 2013

MINN FUQ L-IXKAFFA

IL-PAPIET, L-ISTORJA TAL-PAPIET TUL IS-SEKLI ta’ Anthony Spiteri, Pubblikazzjoni Preca, 2013. Il-ktieb fih ġabra estensiva tal-papiet kollha minn San Pietru l-ewwel papa sa dak preżenti, il-Papa Franġisku. Jinkludi wkoll ġabra ta’ tagħrif dwar l-antipapi, indiċi alfabetiku tal-papiet kollha u artiklu interessanti dwar il-papat. F’dan il-ktieb ma jissemmewx biss il-papiet li għamlu ġieħ b’għerfhom u qdusithom lill-Knisja ta’ Kristu, iżda wkoll dawk li xejn ma kienu ta’ eżempju tajjeb fil-ħajja personali tagħhom u fil-mod kif mexxew. Il-ktieb ikopri 448 paġna u għandu qoxra attraenti bil-kulur maħduma minn Warren Busuttil. Jinbiegħ bil-prezz ta’ 15-il ewro mil-Librerija Preca tal-Blata l-Bajda u minn ħwienet oħra ewlenin.

MIXJIETI FI TRIQATEK ta’ Frank Zammit, Pubblikazzjoni Ċentru Malti La

Valette, Blacktown NSW, 2013.

Din hija ġabra ta’ 34 poeżija ispirati mill-ambjent Marsi. Ktejjeb bħal dan (ta’ 55

paġna) ġie ppubblikat biex ifakkar l-Ewwel Ċentenarju tal-Parroċċa Trinità

Qaddisa Marsa 1913-2013. L-eqdem poeżiji nkitbu mill-poeta Marsi (imwieled

fir-Rabat, Għawdex) fi tmiem is-snin ħamsin, filwaqt li l-versi l-aktar reċenti

nkitbu fl-2013, u dan kemm Malta kif ukoll fil-kontinent tal-Awstralja fejn Frank

Zammit emigra fl-1964. Il-poeta jħaddem fuq kollox strutturi tradizzjonali u

b’hekk dik tiegħu żgur hija poeżija li tinftiehem aħjar minn kull min se

jitqassamlu dan il-ktejjeb bħala rigal fil-Parroċċa tat-Trinità. Frank Zammit b’dan

il-ktejjeb jerġa’ jfakkarna li l-poeżija Maltija tinkiteb anki lil hinn minn xtutna.

MIX-XEFAQ U LIL HINN ta’ Alfred Grech, Rabat, Għawdex, 2012.

Fid-Daħla l-poeta minn Għawdex jammetti li minkejja li studja, iggradwa u

ħadem bħala avukat, il-muża qatt ma ħallietu. Għalkemm il-poeżija ma

tirrendix ekonomikament, huwa jammetti li tagħtik serħan li ħwejjeġ oħra ma

jagħtuk qatt. F’din il-ġabra ta’ poeżiji li nkitbu fil-parti l-kbira fl-2011 u l-2012,

il-poeta juża lingwaġġ sempliċi imma mill-isbaħ li għandu mis-safa tad-dinja

naturali. Il-ktieb għandu Daħla kritika tal-Professur Oliver Friggieri li jikteb

hekk: ”Alfred Grech jikteb b’maturità, mingħajr ebda rettorika, bi kliem

meqjus li huwa kemm mirqum u kemm kurrenti, b’ritmi sodi u b’lingwaġġ li

jirnexxi dejjem fil-bilanċ bejn it-tifsira letterali u t-tifsira figurattiva. Bejn

diskursiv u sublimi xi drabi, bejn awtobijografiku u bejn impersonali drabi

oħra...”