il‑miġemgħaparroccaiklin.com/wp-content/uploads/2013/12/migemgha... · 2017. 1. 27. ·...

4
Parroċċa Familja Mqaddsa ‑ L‑Iklin telefon: 21 423 003 email: p[email protected] Nru 179 | Frar 2017 il‑miġemgħa Fr Keith Bonnici kappillan “Roddu ħajr dejjem għal kollox lil Alla u l-Missier, f’isem Sidna Ġesù Kristu” (Ef 5,20). It-tieni: bil-Quddiesa: L-isbaħ u l-aqwa grazzi li nistgħu nagħtu lil Alla hi l-Ewkaristija, li isimha magħha: “radd ta’ ħajr”. Kemm hemm bżonn nerggħu niskopru l-quddiesa bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla bis-sagrifiċju ta’ Ġesù stess. Talba żgħira Mulej, agħtini l-umilta biex inkun grat lejk u lejn l-ohrajn. Tħalli qatt rasi tikbirli li ma nindunax kemm għandi bzonnok u kemm għandi bzonn l-ohrajn. Tħallini qatt ninsa la lilek u lanqas lil ta’ madwari. Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla. Is-Sliem u l-Ħajr Ħafna huma dawk li jfittxu lil Ġesù meta jkollhom bżonn xi ħaġa. Bħal ma resqu l-għaxar Lebbruzi fil- mard u d-dwejjaq tagħhom. Imma wieħed biss kien li resaq lejn Ġesù biex iroddlu l-ħajr. Ġesù jieħu gost li minn qalbna nirringrazzjawH. Li tgħid grazzi hu dmir ta’ ġustizzja: xejn ma hu tagħna: kull ma aħna u kull ma għandna ġie mogħti lilna minn Alla b’xejn. Ġesù apprezza li dak is- Samaritan li fieq mill-marda tal-lebbra reġa’ lura, inxteħet quddiemu u rringrazzjah. Imma lmenta: “Mhux għaxra fiequ mil-lebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra?” Inkun Nisrani awtentiku daqs kemm naf ngħid grazzi lil Alla. Għax tkun umli, taf tgħid Grazzi. Ta’ xhiex ngħidulu grazzi? Iwieġeb is-Salm 103,2: “Bierek ruħ tiegħi lill-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.” San Franġisk: “Grazzi tax-xemx u tal-qamar / grazzi tal-art u tal-ilma / grazzi tal-fjuri u tal-għasafar / grazzi tal-ħut u tal-annimali / grazzi tal-ikel, tax-xorb…” Jew kollox for granted? Grazzi tal-ħajja, tal-familja, grazzi tas-saħħa, grazzi… iva tal-mard, tal-uġieħ, tal- persekuzzjoni… għax dawn iwassluni għandek. Kif ngħidlu grazzi lil Alla? L-ewwel nett bit-talb: San Pawl jgħallem: “Iżżu ħajr lil Alla f’kollox” (1 Ts 1,18) “Jiena niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi” (1 Kor 1,4) ĦSIEB GĦAL KULL ITTRA TAL‑ALFABET: G għall-kelma ‘Grazzi’

Upload: others

Post on 01-Oct-2020

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: il‑miġemgħaparroccaiklin.com/wp-content/uploads/2013/12/migemgha... · 2017. 1. 27. · Il-Ħamis 2 Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej – Jum il-Ħajja Konsagrata Quddies: 6.45,

Parroċċa Familja Mqaddsa ‑ L‑Iklin telefon: 21 423 003 email: [email protected] Nru 179 | Frar 2017

il‑miġemgħa

Fr Keith Bonnici kappillan

“Roddu ħajr dejjem għal kollox lil Alla u l-Missier, f’isem Sidna Ġesù Kristu” (Ef 5,20). It-tieni: bil-Quddiesa: L-isbaħ u l-aqwa grazzi li nistgħu nagħtu lil Alla hi l-Ewkaristija, li isimha magħha: “radd ta’ ħajr”. Kemm hemm bżonn nerggħu niskopru l-quddiesa bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla bis-sagrifiċju ta’ Ġesù stess. Talba żgħiraMulej, agħtini l-umilta biex inkun grat lejk u lejn l-ohrajn. Tħalli qatt rasi tikbirli li ma nindunax kemm għandi bzonnok u kemm għandi bzonn l-ohrajn. Tħallini qatt ninsa la lilek u lanqas lil ta’ madwari. Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla.

Is-Sliem u l-Ħajr

Ħafna huma dawk li jfittxu lil Ġesù meta jkollhom bżonn xi ħaġa. Bħal ma resqu l-għaxar Lebbruzi fil-mard u d-dwejjaq tagħhom. Imma wieħed biss kien li resaq lejn Ġesù biex iroddlu l-ħajr. Ġesù jieħu gost li minn qalbna nirringrazzjawH. Li tgħid grazzi hu dmir ta’ ġustizzja: xejn ma hu tagħna: kull ma aħna u kull ma għandna ġie mogħti lilna minn Alla b’xejn. Ġesù apprezza li dak is-Samaritan li fieq mill-marda tal-lebbra reġa’ lura, inxteħet quddiemu u rringrazzjah. Imma lmenta: “Mhux għaxra fiequ mil-lebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra?” Inkun Nisrani awtentiku daqs kemm naf ngħid grazzi lil Alla. Għax tkun umli, taf tgħid Grazzi. Ta’ xhiex ngħidulu grazzi?Iwieġeb is-Salm 103,2: “Bierek ruħ tiegħi lill-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.” San Franġisk: “Grazzi tax-xemx u tal-qamar / grazzi tal-art u tal-ilma / grazzi tal-fjuri u tal-għasafar / grazzi tal-ħut u tal-annimali / grazzi tal-ikel, tax-xorb…” Jew kollox for granted? Grazzi tal-ħajja, tal-familja, grazzi tas-saħħa, grazzi… iva tal-mard, tal-uġieħ, tal-persekuzzjoni… għax dawn iwassluni għandek. Kif ngħidlu grazzi lil Alla?L-ewwel nett bit-talb: San Pawl jgħallem: “Iżżu ħajr lil Alla f’kollox” (1 Ts 1,18)“Jiena niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi” (1 Kor 1,4)

ĦSIEB GĦAL KULL ITTRA TAL‑ALFABET:

G għall-kelma ‘Grazzi’

Page 2: il‑miġemgħaparroccaiklin.com/wp-content/uploads/2013/12/migemgha... · 2017. 1. 27. · Il-Ħamis 2 Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej – Jum il-Ħajja Konsagrata Quddies: 6.45,

PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ FRAR

Il-Ħamis 2 Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej – Jum il-Ħajja Konsagrata Quddies: 6.45, 8.30am u fis-6.15 pm

Il-Ħadd 5 Il-Ħames Ħadd ta’ Matul is-Sena Quddies: 8.30, 10.00 u 11.15am u fis-6.00pm

Il-Ħamis 9 Lejliet il-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl Quddies: 6.00 pm u 7.45 pm

Il-Ġimgħa 10 L-Appostlu Missierna San Pawl Quddies: 8.30, 10.00 u 11.15am u fis-6.00pm

Il-Ħadd 12 Is-Sitt Ħadd ta’ Matul is-Sena Quddies: 8.30, 10.00 u 11.15am u fis-6.00pm

It-Tlieta 14 Festa ta’ San Ċirillu u San Metodju, Patruni tal-Ewropa

Il-Ħadd 19 Is-Seba’ Ħadd ta’ Matul is-Sena Quddies: 8.30, 10.00 u 11.15am u fis-6.00pm

L-Erbgħa 22 Festa tal-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu Quddies: 6.45, 8.30am u 6.15pm

Il-Ħadd 26 It-Tmien Ħadd ta’ Matul is-Sena Quddies: 8.30, 10.00 u 11.15am u fis-6.00pm

Tiġdid tal‑wegħdiet tal‑magħmudijaIL-ĦADD 5 TA’ FRAR FIL-11:15AM

Quddiesa bit-tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija. Mistednin it-tfal,

il-ġenituri u l-parrini.

Page 3: il‑miġemgħaparroccaiklin.com/wp-content/uploads/2013/12/migemgha... · 2017. 1. 27. · Il-Ħamis 2 Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej – Jum il-Ħajja Konsagrata Quddies: 6.45,

LECTIO DIVINA MINNPATRI WALTER VASSALLO OFMFIL-KNISJA PARROKKJALINhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar fis-6.40 pmMistiedna b’mod speċjali l-Operaturi Pastorali kollha speċjalment il-membri tal-Gruppi tal-Evanġelizzazzjoni. Mistiedna wkoll il-membri tal-Gruppi tal-Evanġelizzazzjoni. Il-Kelma t’Alla tibnik! Ejja ismagħha!

Is-Sibt 6 ta’ Mejju 2016IL-KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA PARROKKJALIB’radd il-ħajr lil Alla, u ta’ ħafna ġenerożita’ ta’ ħafna ħafna nies, wasal iż-żmien li nħabbru b’ferħ kbir li l-loan li l-parroċċa kellha fuq il-binja tal-Knisja u Ċentru Parrokkjali issa tħallas kollu.

Dan ifisser li l-parroċċa minnflok djun għandha eżatt żero. La għandna nagħtu imma ma

għandna xejn tagħna mfaddal għal manutenzjoni kontinwa u ħtiġijiet oħra.

Peress li issa tħallsu d-djun kollha fuq il-Knisja u ċ-Ċentru b’radd il-ħajr lil Alla nħabbru li nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju 2017 fis-6.00 pm, Monsinjur Arċisqof Charles Jude Scicluna ġej biex jikkonsagra l-Knisja Parrokkjali tal-Iklin.

Irroddu ħajr lil Alla.

Pass ieħor fil-mixja tal-komunità Parrokkjali tagħna

IKEL BNIN GĦAS-SAĦĦANhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar ġejja Karmen Tedesco fl-10.00 am biex tkellem lil dawk li jsajru għalihom u għall-oħrajn kif għandhom isajru ikel bnin għas-saħħa. Din id-darba ser titkellem fuq Xarbiet għas-sajf u għax-xitwa, smoothies eċċ. Kulħadd mistieden. Ġejja wkoll il-Ġimgħa 17 ta’ Frar fl-10.00 am ħa tkellimna fuq id-Deżerta.

Il‑Ħamis 2 ta’ Frar Jum il-Preżentazzjonital-MulejIssir Quddiesa, Purċissjoni u Preżentazzjoni tat‑tfal li se jirċievu l‑Ewwel Tqarbina fis‑6.15 pm.

Page 4: il‑miġemgħaparroccaiklin.com/wp-content/uploads/2013/12/migemgha... · 2017. 1. 27. · Il-Ħamis 2 Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej – Jum il-Ħajja Konsagrata Quddies: 6.45,

Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali

IT‑TNEJN 5:00pm ‑ 7:00pmL‑ERBGĦA 6:00pm ‑ 8:00pmIL‑ĦAMIS 9:00am ‑ 11:00amIS‑SIBT 9:00am ‑ 11:00am

Kuntatti

DUN KEITH BONNICI 79972444DUN PAWL CAMILLERI 21223896MONSINJUR ANTON VELLA 79289656

grafika: ww

w.m

ediacentre.com

.mt stam

pa: veritas press

L‑IKLIN

ParroċċaFamilja Mqaddsa

Ħinijiet tal-Quddies

MIT‑TNEJN SAL‑ĠIMGĦA6.45am; 8.30am; 6.15pm

NHAR TA’ SIBT6.45am; 8.30am; 6.00pm; 7.45pm

NHAR TA’ ĦADD8.30am; 10.00am; 11.15am; 6.00pm

Qrar qabel kull quddiesa.Rużarju kuljum għoxrin minuta qabel il‑quddiesa ta’ filgħaxija.

Appuntamenti oħra

SALMI TA’ TIFĦIR TA’ SBIEĦ IL‑JUMMit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fit‑8.15am

ĦIN TAL‑KATEKIŻMU GĦAT‑TFALIt‑Tnejn u l‑Ħamis bejn l‑4:30 u l‑5:15pm fil‑ġranet tal‑iskejjel tal‑Istat.

ADORAZZJONI TAS‑SAGRAMENTIl‑Knisja tkun miftuħa għall‑Adorazzjoni tas‑Sagrament Imqaddes kuljum mid‑9:00am sal‑11:00am u mill‑4:00pm sas‑7:30pm.

ADORAZZJONI EWKARISTIKAIl‑Ġimgħa wara l‑Quddies ta’ filgħaxija.

TQARBIN TAL‑MORDAIt‑Tlieta u l‑Ġimgħa wara l‑quddiesa tat‑8:30am.

ŻJAJJAR FL‑ISPTARJekk xi ħadd ikun l‑isptar ikkuntattjawna fuq 7997 2444 biex immorru nżuruh.

VIA SAGRAkull nhar ta’ Ġimgħa wara l‑quddiesa tat‑8:30am.

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, l‑Iklin, IKL1302 telefon: 21 423 003 email: [email protected] www.parroccaiklin.com

SENA KATEKETIKAGĦAT‑TFAL

ATTIVITAJIET

Il-Ħamis 2 ta’ Frar – Jum il-Preżentazzjoni tal-MulejIssir Quddiesa, Purċissjoni u Preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-6.15 pm.

Il-Ħamis 9 ta’ Frar4.30 pm Pawlufest - Laqgħa dwar San Pawl fil-klassijiet

Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar7.15 pm Laqgħa ma’ għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar7.15 pm Laqgħa ta’ Preparazzjoni minn Fr Keith għall-Ġenituri u l-Parrini taż-żgħażagħ li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof

It-Tnejn 27 ta’ Frar – KarnivalMa jkunx hawn Katekiżmu għat-tfal