ġimgħa 29 sibt 01 - gozo...2008/02/03  · kollox, la tħassarx il-patt tiegħek, la twarrabx...

2
sibt 01 ġimgħa 29 Ġesù qalilhom din il-parabbola: Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor publikan, telgħu t-Tempju biex ji- tolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: ‘O Alla, niżżik ħajr li miniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-publikan. Jien in- sum darbtejn fil-ġimgħa, inħallas l-għexur ta’ kull ma ndaħħal.’ Il-publikan, iżda, wieqaf fil-bogħod, anqas biss ried jerfa’ għajnejh lejn is-sema, imma beda jħab- bat fuq sidru u jgħid, ‘O Alla, ħenn għalija midneb.’ Ngħidilkom li aktar dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat. Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; imma min jiċċekken, jitkabbar. Lq 18, 9-14 Hu importanti li nneħħu minn moħħna din l-illużjoni: li nridu nersqu quddiem il- Mulej biss jekk aħna safja, puliti u kun- tenti bina nfusna! Tassew jekk nippre- tendu dan, inkunu bnedmin suppervi għax bħal inridu ngħixu mingħajr il-bżonn tal- ħniena ta’ Alla. Din l-attitudni twassalna biex inħossu li nistgħu ngħixu mingħajr Alla. Imma din mhijiex il-qdusija! Għal kuntrarju, il-vera qdusija hija dik li naċċettaw li aħna midinbin u nkunu kapaċi nintelqu f’idejn il- ħniena ta’ Alla, u bħall-publikan nitolbu: ‘O Alla, ħenn għalija, midneb!’. Illum sum mil-laħam u l-ħelu u agħmel karita’ mal-foqra u batuti. Ħu f’idejk il-Bibbja u aqra Salm 139 (Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni...) bħala talba u eżami tal- kuxjenza. Ruħ ta’ Kristu, qaddisni. Ġisem ta’ Kristu, salvani. Demm ta’ Kristu, ferraħni. Ilma ta’ ġenb Kristu, aħsilni. Tbatija ta’ Kristu, farraġni. O Ġesù ħelu, ismagħni, fil-pjagi tiegħek, aħbini. Tħallinix ninfired minnek, mill-għadu ħażin, ħarisni. Fis-siegħa ta’ mewti, sejjaħli, ġewwa ħdanek, ilqagħni, biex ma’ l-anġli u l-qaddisin tiegħek, infaħħrek għal dejjem ta’ dejjem. Amen. Suġġerimenti għar-Randan – Biex tkun ferħan toqgħodx iżżomm kontra xi ħadd, imma aħfer warrab il- mibegħda u patti d-deni b’ġid tibqax tgerger imma kun aktar ottimist timteliex b’inkwiet żejjed u afda aktar lil dawk li jħobbuk neħħi n-nervi u sir aktar paċenjuż neħħi dak il-geddum imdendel u tbissem u apprezza aktar Ġesù Kristu huwa l-figura ċentrali tar-Randan. Dak li nagħmel mhux jien qed nagħmlu imma hu qed jagħmlu fija. Qed jistedinni għall-konverżjoni. Jew niċħdu jew naċċettaH. isem:_______________________________________ Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi, minn min għandi nibża’? Il-Mulej hu l-kenn tiegħi, quddiem min għandi nitwerwer? Isma’, Mulej, il-leħen tiegħi: meta ngħajjat ħenn għalija u weġibni. Minnek tgħid qalbi: “Fittxu lil wiċċu.” Jiena nfittex ’il wiċċek, Mulej: la taħbix wiċċek minni. La twarrabx fil-korla l-qaddej tiegħek; inti l-għajnuna tiegħi. Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej, f’art il-ħajjin. Ittama fil-Mulej, żomm sħiħ u qawwi qalbek, ittama fil-Mulej. Salm 26 randan 2008 It-tielet ġimgħa 24 ta’ Frar - 01 ta’ X’inhu r-Randan? Meta Ġesù beda jippriedka fil-beraħ, hu ġabar il-messaġġ tiegħu fil- kelmiet: “Indmu u emmnu fil-bxara t- tajba” (Mk 1:15). Il-kelma ‘indmu’ ġejja mill- kelma Griega metanoia li tfisser “bidla fil-moħħ u fil-qalb”. Alla tagħna hu Alla li jagħder u jħenn. Il-penitenza għandha tkun mixja li permezz tagħha nibdew inħarsu lejn Alla u lejn id-dinja b’mod ġdid. L-indiema għandha tkun dak l-atteġġjament li bih inħallu lil Alla jimliena bl-imħabba u l-mogħdrija tiegħu, biex hekk aħna wkoll insiru inħobbu u nkunu kapaċi nagħdru lill-bnedmin u lid-dinja kollha. Gerard W. Hughes SJ

Upload: others

Post on 27-Nov-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ġimgħa 29 sibt 01 - Gozo...2008/02/03  · kollox, la tħassarx il-patt tiegħek, la twarrabx il-ħniena tiegħek minn fuqna. Dan 3,25 L-isem ta’ ... nħossni mwarrab minn dawk

sibt 01 ġimgħa 29 Ġesù qalilhom din il-parabbola: Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor publikan, telgħu t-Tempju biex ji-tolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: ‘O Alla, niżżik ħajr li miniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-publikan. Jien in-sum darbtejn fil-ġimgħa, inħallas l-għexur ta’ kull ma ndaħħal.’ Il-publikan, iżda, wieqaf fil-bogħod, anqas biss ried jerfa’ għajnejh lejn is-sema, imma beda jħab-bat fuq sidru u jgħid, ‘O Alla, ħenn għalija midneb.’ Ngħidilkom li aktar dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat. Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; imma min jiċċekken, jitkabbar. Lq 18, 9-14

Hu importanti li nneħħu minn moħħna din l-illużjoni: li nridu nersqu quddiem il-Mulej biss jekk aħna safja, puliti u kun-tenti bina nfusna! Tassew jekk nippre-tendu dan, inkunu bnedmin suppervi għax bħal inridu ngħixu mingħajr il-bżonn tal-ħniena ta’ Alla. Din l-attitudni twassalna

biex inħossu li nistgħu ngħixu mingħajr Alla. Imma din mhijiex il-qdusija! Għal kuntrarju, il-vera qdusija hija dik li naċċettaw li aħna midinbin u nkunu kapaċi nintelqu f’idejn il-ħniena ta’ Alla, u bħall-publikan nitolbu: ‘O Alla, ħenn għalija, midneb!’.

Illum sum mil-laħam u l-ħelu u agħmel karita’ mal-foqra u batuti.

Ħu f’idejk il-Bibbja u aqra Salm 139 (Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni...) bħala talba u eżami tal-kuxjenza.

Ruħ ta’ Kristu, qaddisni. Ġisem ta’ Kristu, salvani. Demm ta’ Kristu, ferraħni. Ilma ta’ ġenb Kristu, aħsilni. Tbatija ta’ Kristu, farraġni. O Ġesù ħelu, ismagħni, fil-pjagi tiegħek, aħbini. Tħallinix ninfired minnek, mill-għadu ħażin, ħarisni. Fis-siegħa ta’ mewti, sejjaħli, ġewwa ħdanek, ilqagħni, biex ma’ l-anġli u l-qaddisin tiegħek, infaħħrek għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Suġġerimenti għar-Randan – Biex tkun ferħan toqgħodx iżżomm kontra xi ħadd, imma aħfer warrab il-mibegħda u patti d-deni b’ġid tibqax tgerger imma kun aktar ottimist timteliex b’inkwiet żejjed u afda aktar lil dawk li jħobbuk neħħi n-nervi u sir aktar paċenjuż neħħi dak il-geddum imdendel u tbissem u apprezza aktar

Ġesù Kristu huwa l-figura ċentrali tar-Randan. Dak li nagħmel mhux jien qed nagħmlu imma hu

qed jagħmlu fija. Qed jistedinni għall-konverżjoni. Jew niċħdu jew naċċettaH.

isem:_______________________________________

Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi, minn min għandi nibża’? Il-Mulej hu l-kenn tiegħi,

quddiem min għandi nitwerwer?

Isma’, Mulej, il-leħen tiegħi: meta ngħajjat ħenn għalija u weġibni. Minnek tgħid qalbi: “Fittxu lil wiċċu.”

Jiena nfittex ’il wiċċek, Mulej: la taħbix wiċċek minni.

La twarrabx fil-korla l-qaddej tiegħek; inti l-għajnuna tiegħi.

Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej, f’art il-ħajjin.

Ittama fil-Mulej, żomm sħiħ u qawwi qalbek, ittama fil-Mulej.

Salm 26

randan 2008

It-tielet ġimgħa 24 ta’ Frar - 01 ta’

X’inhu r-Randan? Meta Ġesù beda jippriedka fil-beraħ, hu ġabar il-messaġġ tiegħu fil-kelmiet: “Indmu u emmnu fil-bxara t-tajba” (Mk 1:15). Il-kelma ‘indmu’ ġejja mill-kelma Griega metanoia li tfisser “bidla fil-moħħ u fil-qalb”. Alla tagħna hu Alla li jagħder u jħenn. Il-penitenza għandha tkun mixja li permezz tagħha nibdew inħarsu lejn Alla u lejn id-dinja b’mod ġdid. L-indiema għandha tkun dak l-atteġġjament li bih inħallu lil Alla jimliena bl-imħabba u l-mogħdrija tiegħu, biex hekk aħna wkoll insiru inħobbu u nkunu kapaċi nagħdru lill-bnedmin u lid-dinja kollha.

Gerard W. Hughes SJ

Page 2: ġimgħa 29 sibt 01 - Gozo...2008/02/03  · kollox, la tħassarx il-patt tiegħek, la twarrabx il-ħniena tiegħek minn fuqna. Dan 3,25 L-isem ta’ ... nħossni mwarrab minn dawk

ħamis 28

tnejn 25

tlieta 26 Minħabba f’ismek, Mulej, la titlaqniex għal kollox, la tħassarx il-patt tiegħek, la twarrabx il-ħniena tiegħek minn fuqna.

Dan 3,25

L-isem ta’ Ġesù għandu qawwa kbira, hu l-‘isem li hu fuq kull isem’. Fil-Bibbja nsibu li “kull min isejjaħ isem il-Mulej isalva!’. Fil-mumenti meta nħossni beżgħan jew bid-dwejjaq insejjaħ lil Ġesù b’ismu biex jgħinni? Kemm-il darba tgħaddi ġurnata bla ma nkun sejjaħtlu b’ismu? Jien lil ħbieb mhux kuljum insejħilhom b’isimhom?....

erbgħa 27 U issa Israel, agħti widen għal-liġijiet u ordnijiet li qiegħed ngħallimkom tagħmlu ħalli tgħixu u tidħlu tieħdu l-art li se jagħtikom il-Mulej, Alla ta’ missirijietkom! Dewt 4,1.5-9 Mosè jistieden lil Poplu Lhudi biex “jagħti widen” għall-kmandamenti tal-Mulej biex ikunu tassew Poplu ħieles u indipendenti. Lili wkoll il-Mulej jixtieqni nagħtih widen sabiex ikun persuna ħielsa u indipendenti u mhux skjava tad-dnub jew tiegħi nnifsi. Bl-Inġliż insibu żewġ verbi differenti dwar is-smigħ: to hear li jfisser tisma’ imma ma jaffetwak xejn/bla attenzjoni; u to listen li jfisser tisma’ bir-reqqa, tagħti widen, tagħmel dak li tisma’. Jien forsi nisma’ (hear) ħafna fuq Alla, imma kemm tassew nagħti widen (listen) għal dak li jixtieq jgħidli?

Itlob lil Mulej għal dawk sħabek li jippruvaw

Illum għaddi kumpliment (għid kelma ta’ tifħir) lill-ġenituri tiegħek (forsi dwar l-ikel; fuq ix-

Illum ikkoreġi lil min tisimgħu jidgħi u jkasbar l-isem ta’ Ġesù.

Illum agħti daqqa t’id fix-xogħol tad-dar.

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli: “Jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saba’ ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla.[...] Min mhuwiex miegħi huwa kontra tiegħi; u min ma jiġborx miegħi ixerred”.

Lq 11,14-23 Is-saba’ ta’ Alla li jsemmi Ġesù fil-Vanġelu jfakkar f’wieħed mill-kastigi li Alla kien bagħat fuq l-Eġizzjani biex jeħles lil Poplu tiegħu mill-jasar (Eżodu 8:15). Xi darba rajt waħda mill-pitturi ta’ Michaelangelo fil-kappella Sistina ta’ Alla joħloq lill-bniedem? Fiċ-ċentru tal-pittura jidher is-saba’ ta’ Alla u dak ta’ Adam. Anki jien sirt bis-saba’ ta’ Alla, u hu dejjem lest biex jeħlisni minn dak kollu li jista’ jeqridni. Ħoss lil Alla l-Misser jgħidlek illum: ‘Tini idejk, u imxi miegħi!’

X’imkien fejn tkun waħdek, agħlaq għajnejk u għal 5 minuti oqgħod isma’ u innota l-ħsejjes ta’ madwarek. Ara jirnexxilekx tikkonċentra!

Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom!

U ġiet mara mis-Samarija timla l-ilma."Agħtini nixrob?" qalilha Ġesù. Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x'jieklu. Il-mara mis-Samarija qaltlu: "Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?" Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani. Ġesù weġibha: "Kieku kont taf id-don ta' Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek, 'Agħtini nixrob,' kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj." "Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa' jagħtih l-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn ta' l-ilma li jwassal sal-ħajja ta' dejjem." Qaltlu l-mara: "Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġej ja u se jra hawn nimla l -i lma." Ġw 4:5-42

« Agħtini nixrob ! » Din hi t-talba li Ġesù jagħmel lil din il-mara mis-Samarija, mara mwarrba mill-oħrajn tant li tmur timla l-ilma fil-ħin li fih ma tinzerta lil ħadd (« għall-ħabta ta’ nofsinhar »), mara li żżewġet ħames darbiet u qiegħda ma’ raġel li mhuwiex żewġha. Ġesù, Lhudi, jitlob l-ilma lil mara Samaritana meta fil-fatt « il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani».

« Agħtini nixrob ! » Din hi t-talba li Ġesù jagħmel lili llum, lili li spiss nitbiegħed minnu, li forsi xi drabi nħossni mwarrab minn dawk ta’ madwari…Imma Ġe-sù mhux qed iħares lejn kif nidher minn barra imma qed iħares lejn qalbi u jitlobni nagħtih x’nixrob.

« Agħtini dan l-ilma, Sinjur ! » Din hi t-talba li għandi nagħmel jien lil Ġesù. Fil-verità jien nisqih jekk nagħtih l-għatx tiegħi biex hu jkun jista’ jisqini bl-« ilma li jwassal għall-ħajja ta’ dejjem ».

Dakinhar, Ġesù kien fis-sinagoga ta’ Nażaret u qal: “Tassew ngħidilkom: ebda profeta ma hu milqugħ f’pajjiżu...Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela’ bil-korla; u qamu, ħarġuh ′il barra mill-belt, u ħaduh fuq xifer ta’ irdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, biex jixtħuh minn hemm fuq għal isfel. Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer.” Lq 4,24-30

Meta Marija kienet ħadet lit-tfajjel Ġesù fit-Tempju biex tippreżentah, kien hemm wieħed Xmuni li kien qal li dan Ġesù kien ser ikun ‘sinjal ta’ kuntradizzjoni’: jiġifieri, xi ħadd li ser ifixkel, ser idejjaq, ser imur kontra l-kurrent. U fil-fatt l-istorja nafuha: spiċċa biex ġie maqtul. Jien ukoll, jekk nimxi tassew wara Ġesù, m’għandix nieħu qatgħa jekk sħabi mhux dejjem jifhmuni meta ngħidilhom li mmur għall-quddiesa u għal-laqgħat. M’għandix niskanta jekk ikun hemm min jipprova jwaqqagħni għaċ-ċajt għax nemmen f’Ġesù. L-importanti u l-aqwa ħaġa hi li jien ma nħalli qatt lil min jeħodli lil dan il-Ħabib Kbir tiegħi minn ġewwa qalbi.

ħadd 24 l-ilma