imsejĦin bĦala ulied 2 - wordpress.com · 2020. 5. 23. · 4. efesu kienet belt fit-turkija. fiha...

2
1 + Verbum Dei caro factum est Soċjetà tad-Durina Nisranija M.U.S.E.U.M. Folja nru 6 - Għall-adolexxen tal-Griżma IMSEJĦIN BĦALA ULIED - 2 Liema kienu l-ewwel laqgħat tagħna ma’ Ġesù? Kienet il-Magħmudija li fetħilna l-bieb tal-imħabba egħu. Minn hemm bdejna t-triq tagħna miegħu. 1. M’aħniex biss ulied ta’ ommna u ta’ missierna, għalkemm nixbhuhom; imma nixbhu lil Alla fuq il-mudell ta’ Ġesù u grazzi għall-Ispirtu s-Santu. 2. San Pawl kiteb ira ta’ 6 kapitli lill-Efesin; huma 4 paġni mill-Bibbja. 3. Kiteb hekk: “Imbierek Alla, Missier ta’ Sidna Ġesù Kristu, li berikna b’kull barka spiritwali fi Kristu, bħalma għażilna fih, qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisin u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba, li ddesnana minn qabel biex inkunu wliedu addovi b’Ġesù Kristu.” 4. Efesu kienet belt fit-Turkija. Fiha kien hemm komunità Nisranija. San Pawl fakkarhom li Ġesù hu ċ-ċentru tal-fidi tagħhom; li l-proġe ta’ Alla jseħħ f’Ġesù, li jiġbor lil dawk kollha li jemmnu f’poplu wieħed, il-Knisja. 5. Il-Magħmudija hi s-sejħa ta’ Ġesù biex aħna nsiru wlied Alla. Ġesù hekk qal lill-Appostli. Hu s-Sagrament li mingħajru ma nkunux par mill-Knisja. Aħna niſtakru fil-Magħmudija tagħna f’diversi ċelebrazzjonijiet tal-Knisja.

Upload: others

Post on 21-Jan-2021

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: IMSEJĦIN BĦALA ULIED 2 - WordPress.com · 2020. 5. 23. · 4. Efesu kienet belt fit-Turkija. Fiha kien hemm komunità Nisranija. San Pal fakkarhom li Ġesù hu ċ-ċentru tal-fidi

1

+ Verbum Dei caro factum est Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Folja nru 6 - Għall-adolexxenti tal-Griżma

IMSEJĦIN BĦALA ULIED - 2

Liema kienu l-ewwel laqgħat tagħna ma’ Ġesù? Kienet il-Magħmudija li fetħitilna l-bieb tal-imħabba tiegħu.

Minn hemm bdejna t-triq tagħna miegħu.

1. M’aħniex biss ulied ta’ ommna u ta’ missierna, għalkemm nixbhuhom; imma nixbhu lil Alla fuq il-mudell

ta’ Ġesù u grazzi għall-Ispirtu s-Santu.

2. San Pawl kiteb ittra ta’ 6 kapitli lill-Efesin; huma 4 paġni mill-Bibbja.

3. Kiteb hekk: “Imbierek Alla, Missier ta’ Sidna Ġesù Kristu, li berikna b’kull barka spiritwali fi Kristu, bħalma

għażilna fih, qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisin u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba, li

ddestinana minn qabel biex inkunu wliedu addottivi b’Ġesù Kristu.”

4. Efesu kienet belt fit-Turkija. Fiha kien hemm komunità Nisranija. San Pawl

fakkarhom li Ġesù hu ċ-ċentru tal-fidi tagħhom; li l-proġett ta’ Alla jseħħ

f’Ġesù, li jiġbor lil dawk kollha li jemmnu f’poplu wieħed, il-Knisja.

5. Il-Magħmudija hi s-sejħa ta’ Ġesù biex aħna nsiru wlied Alla. Ġesù hekk qal

lill-Appostli. Hu s-Sagrament li mingħajru ma nkunux parti mill-Knisja. Aħna

niftakru fil-Magħmudija tagħna f’diversi ċelebrazzjonijiet tal-Knisja.

Page 2: IMSEJĦIN BĦALA ULIED 2 - WordPress.com · 2020. 5. 23. · 4. Efesu kienet belt fit-Turkija. Fiha kien hemm komunità Nisranija. San Pal fakkarhom li Ġesù hu ċ-ċentru tal-fidi

IL-VJAĠĠI TA’ SAN PAWL

San Pawl ivvjaġġa f’diversi pajjiżi tal-Mediterran biex xandar lil Ġesù u beda komunitajiet Insara. Hawn

l-ismijiet tal-postijiet fejn żar. Qiegħed ħdejhom il-pajjiż li dawn qegħdin fih. Tlieta minnhom huma fil-

GREĊJA, tlieta fit-TURKIJA, wieħed f’MALTA u wieħed fl-ITALJA.

2

EFESU

KORINTU

FILIPPI

SAN PAWL IL-BAĦAR

RUMA

GALAZIA

KOLOSSI

TESSALONIKA