in-navi tal-knisja parrokkjali ‘san filep’ … · 2020. 3. 30. · ‘san filep’ ta’...

4
Is-sena l-oħra r-raħal tagħna xeħet ħarstu lejn il-150 sena mill-wasla tal-istatwa ta’ San Filep fostna. Nifhem li dan kien anniversarju importanti, iżda mhux l-uniku għar-raħal tagħna. Fl-opinjoni tiegħi s-sena l-oħra ftit li xejn ma semmejna dwar il-mitt sena mill-bini tan-navi sbieħ tagħna li tħaddan il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Mela ngħaddu għan-navi tal-knisja tagħna. Nixtieq nibda billi ngħid (u din hija opinjoni personali biss) li jiena kont nippreferi l-knisja tagħna mingħajr navi. Din l-istqarrija tiegħi forsi taħsad lil min qed jaqra dan l-artiklu. Ir-raġuni hija li jiena wieħed minn ħafna li dejjem inħobb l-oriġinal u allura nippreferi l-pjanta oriġinali tal-famuż Tumas Dingli, jiġifieri l-knisja tagħna b’forma ta’ salib Latin mingħajr in-navi. Darba qaluli li mal-altari tal-korsija tal-knisja meta kienet għadha forma ta’ salib tgħidx kemm kien hemm skultura sabiħa li In-Navi tal-Knisja Parrokkjali ‘San Filep’ ta’ Ħaż-Żebbuġ Is-sena l-oħra (2013) għalqu mitt sena minn meta saru Kitba ta’ Peter Paul Ciantar Il-Knisja qabel ma saru n-navi Mid-Djarju Obitwarji Poeżiji Profili Żebbuġin Vassalli Patrimonju Festa 2014 Mill-Każin Messaġġi Għaqda Każin Banda San Filep www.bandasanfilep.com.mt Festa 2014 171 Ħaż-Żebbuġ

Upload: others

Post on 29-Mar-2021

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: In-Navi tal-Knisja Parrokkjali ‘San Filep’ … · 2020. 3. 30. · ‘San Filep’ ta’ Ħaż-Żebbuġ Is-sena l-oħra (2013) għalqu mitt sena minn meta saru Kitba ta’ Peter

Is-sena l-oħra r-raħal tagħna xeħet ħarstu lejn il-150 sena mill-wasla tal-istatwa ta’ San Filep fostna. Nifhem li dan kien anniversarju importanti, iżda mhux l-uniku għar-raħal tagħna. Fl-opinjoni tiegħi s-sena l-oħra ftit li xejn ma semmejna dwar il-mitt sena mill-bini tan-navi sbieħ tagħna li tħaddan il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Mela ngħaddu għan-navi tal-knisja tagħna. Nixtieq nibda billi ngħid (u din hija opinjoni personali biss) li jiena kont nippreferi l-knisja tagħna mingħajr navi. Din l-istqarrija tiegħi forsi taħsad lil min qed jaqra dan l-artiklu. Ir-raġuni hija li jiena wieħed minn ħafna li dejjem inħobb l-oriġinal u allura nippreferi l-pjanta oriġinali tal-famuż Tumas Dingli, jiġifieri l-knisja tagħna b’forma ta’ salib Latin mingħajr in-navi. Darba qaluli li mal-altari tal-korsija tal-knisja meta kienet għadha forma ta’ salib tgħidx kemm kien hemm skultura sabiħa li

In-Navi tal-Knisja Parrokkjali ‘San Filep’ ta’ Ħaż-ŻebbuġIs-sena l-oħra (2013) għalqu mitt sena minn meta saru

Kitba ta’ Peter Paul Ciantar

Il-Knisja qabel ma saru n-navi

Mid-D

jarju

Obitw

arji

Poeżi

jiPro

fili Że

bbuġ

inVa

ssalli

Patri

monju

Festa

2014

Mill-K

ażin

Messa

ġġi

G ħ a q d a K a ż i n B a n d a S a n F i l e pwww.bandasanfilep.com.mt

F e s t a 2 0 1 4

171

Ħ a ż - Ż e b b u ġ

Page 2: In-Navi tal-Knisja Parrokkjali ‘San Filep’ … · 2020. 3. 30. · ‘San Filep’ ta’ Ħaż-Żebbuġ Is-sena l-oħra (2013) għalqu mitt sena minn meta saru Kitba ta’ Peter

tlifnieha meta ridna nniffdu l-knisja salib għan-navi l-ġodda.Iżda min-naħa l-oħra jiena dejjem għedt u nibqa’ ngħid li n-navi tal-knisja tagħna huma

mill-isbaħ f’Malta. Huma mdawla, spazjużi u ta’ arkitettura perfetta u minn ġewwa jidhru perfetti allura jingħaqdu sewwa mal-korsija u l-ġnub. Iżda naturalment minn barra jidhru li huma miżjuda u dan forsi li jwaġġagħni daqsxejn. Iżda nirrepeti li n-navi tal-knisja tagħna huma fost l-aqwa navi, jekk mhux l-aqwa li hawn fil-knejjes parrokkjali fil-pajjiż. U dawn bdew fl-1913 mas-sena tal-Kungress Ewkaristiku f’Malta.

Issa jiena m’iniex ser nibbaża l-kitba tiegħi fuq xi riċerki dwar dawn in-navi tal-knisja tagħna, iżda ser tkun mibnija fuq dak li kiteb l-istoriku tar-raħal tagħna Luret Vella fil-ktieb tiegħu ‘Storja ta’ Ħaż-Żebbuġ’, u fuq l-intervista li kien tani ħafna snin ilu l-ħabib tiegħi s-Sur Ġanni Cilia, is-Surmast tal-Imġarr kif kien magħruf.

Is-Sur Ġanni Cilia ħu Monsinjur Anton Cilia ‘Tal-Missjoni’, fil-fatt huwa Żebbuġi u dejjem ftaħar bir-raħal tagħna. Fl-intervisti li jiena kont għamiltlu għal Radju Malta fil-programm ‘Qratas tal-Karamelli’ li jiena kont nippreżenta dak iż-żmien, kien ta’ spiss jitkellem dwar raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Jiena kont ġbart dawn l-intervisti (għall-inqas ħafna minhom) u għadhom għandi. Waħda minnhom hija dwar in-navi ta’ Ħaż-Żebbuġ li s-Sur Ġann kien jiftakarhom jinbnew.

Is-Sur Ġann beda biex qalli li dak iż-żmien il-popolazzjoni tar-raħal tagħna (madwar 6000 ruħ) kienet qed tikber ġmielha u r-raħal sar wieħed mill-akbar irħula ta’ pajjiżna. Għaldaqstant il-knisja tagħna għalkemm kienet kbira, kienet qed tidher żgħira għall-popolazzjoni tagħna u allura beda jinħass l-interess li l-Knisja San Filep titkabbar bin-navi miżjuda.

Dak iż-żmien kien għaddej moviment f’pajjiżna li ra ħafna parroċċi jibnu knejjes ġodda, filwaqt li oħrajn bdew ikabbru l-knejjes tagħhom b’navi ġodda. Dan ukoll xpruna lill-poplu Żebbuġi biex jidħol għal dan il-proġett kbir għall-knisja tiegħu.

Iżda ġara wkoll li l-ħabrieki Dun Salv Zammit, qassis u prokuratur fir-raħal tagħna, kien ħafna favur din l-idea li jinbnew in-navi u ngħaqad sewwa mal-għajta u x-xewqa taż-Żebbuġin biex jibdew jaħsbu għall-bini tan-navi fuq kull naħa tal-Knisja.

Dun Salv Zammit ġa kellu esperjenza għax kien bena l-oratorju u l-postijiet ta’ madwar il-knisja u s-sala fuq is-sagristija; għalhekk il-poplu Żebbuġi kien jemmen sewwa fih u għaldaqstant kellu fiduċja kbira fih għax kien tassew kapaċi.

Issa biex dan il-ħsieb tal-bini tan-navi jissawwar, Dun Salv beda jżellaq xi kelma lil Dun Ġużepp Micallef li kien magħruf bħala ‘Tal-Bank’ u iben familja sinjura f’Ħaż-Żebbuġ. Jidher li Dun Salv kien jaf kif ipoġġi d-diskors ma’ Dun Ġużepp u fl-aħħar Dun Ġużepp ipperswada ruħu u fit-testment tiegħu ħalla elf lira sterlina biex jinbnew in-navi, bil-kundizzjoni li x-xogħol irid jibda fi żmien stipulat inkella l-legat jintilef mill-knisja.

Ngħiduha kif inhi… elf lira sterlina f’dawk iż-żmenijiet kienu tassew flus u għaldaqstant dan għamel ħafna kuraġġ lill-Prokuratur Dun Salv Zammit u lill-poplu Żebbuġi kollu.

Iżda wara l-mewt ta’ Dun Ġużepp fl-14 ta’ Settembru 1909, kienet qamet xi kwistjoni legali u beda jintilef iż-żmien. L-arċipriet tar-raħal, l-Arċipriet Dun Albert Dalli, kien jixtieq jara din l-opra tan-navi l-ġodda mal-knisja tagħna. Għalhekk iddeċieda li l-bini tan-navi għandu jibda fiż-żmien imsemmi mill-benefattur u sakemm tinħall il-kwistjoni li kien hemm quddiem il-Qorti Ċivili l-Arċipriet Dalli wiegħed li jagħmel tajjeb għall-ispejjeż minn butu, imbagħad jieħu flusu lura meta bl-għajnuna t’Alla l-knisja tieħu l-legat tal-elf lira ta’ Dun Ġużepp Micallef.

Mid-D

jarju

Obitw

arji

Poeżi

jiPro

fili Że

bbuġ

inVa

ssalli

Patri

monju

Festa

2014

Mill-K

ażin

Messa

ġġi

G ħ a q d a K a ż i n B a n d a S a n F i l e pwww.bandasanfilep.com.mt

F e s t a 2 0 1 4

173

Ħ a ż - Ż e b b u ġ

Page 3: In-Navi tal-Knisja Parrokkjali ‘San Filep’ … · 2020. 3. 30. · ‘San Filep’ ta’ Ħaż-Żebbuġ Is-sena l-oħra (2013) għalqu mitt sena minn meta saru Kitba ta’ Peter

Għalhekk fl-1913 twaqqaf kull ġbir ieħor u bdew jiġbru biss għan-navi. Għall-għajta tal-ġbir għan-navi ngħaqdu wkoll il-predikaturi li kienu jiġu r-raħal, u magħhom Dun Ġwann Borg.

Dan Dun Ġwann Borg, qassis Żebbuġi, ma kienx iqarar u l-anqas jipprietka, iżda kellu talenti oħra, it-talent tal-mużika u l-kant. Kellu vuċi qawwija u mill-isbaħ u kien jaf sewwa jġib lejn il-knisja kull għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll materjali; għalhekk kien ta’ ħtieġa kbira fil-ġbir tal-fondi għan-navi l-ġodda.

Beda x-xogħol. L-ewwel biċċa xogħol kbira kienet li fuq naħa tal-knisja kien hemm ġiebja filwaqt li fuq in-naħa l-oħra kien hemm barriera mimlija terrapien. Il-ġiebja kienet fuq in-naħa tan-nofsinhar tal-knisja u l-barriera fuq dik tat-tramuntana. Il-barriera kienet dik stess li minnha qatgħu l-ġebel għall-bini tal-knisja kważi tliet mitt sena qabel. Għalhekk damu ħafna jbattlu din il-barriera mit-terrapien qabel ma bdew il-pedamenti.

Il-Prokuratur Dun Salv Zammit kien jgħaddi f’nofs il-ħaddiema, jagħmlilhom il-kuraġġ u jnewlilhom grokk aniżetta minn flixkun li kien iżomm f’idu, waqt li t-tfal Żebbuġin kienu jduru mar-raħal jiġbru l-lumi ħalli dan jingħata lis-sagristani tal-knisja, Karmnu u Ġużepp, sabiex jagħsruh u jitħallat mal-ilma frisk u jingħata wkoll lill-ħaddiema ħalli dawn itaffu mis-sħana u mill-għatx kbir li kien jaqbadhom fil-ġranet sħan tas-sajf.

Ħadmu bla hedaNaturalment, is-Sur Ġann meta tkellimt miegħu dwar il-bini tan-navi, kien wieħed mill-

ftit Żebbuġin li kien għad fadal li jiftakru l-bini tagħhom. Qalli li dak iż-żmien kellu xi 9 snin. Qalli wkoll li dak iż-żmien tal-bini tan-navi kien hawn nuqqas ta’ xogħol allura fuq il-lant tax-xogħol kienu jkunu numru mhux ħażin ta’ ħaddiema. Kienu jaħdmu wkoll fil-Ħdud u l-Festi mingħajr ħlas. Magħhom kienu ngħaqdu b’mod speċjali l-ħaddiema tax-xatt li minnhom Ħaż-Żebbuġ kellna ħafna u dawn ukoll kienu jaħdmu mingħajr ħlas. Dawn il-ħaddiema tax-xatt kienu armaw xi erba’ jew ħames grabji biex bihom itellgħu t-terrapien bil-qfief kbar mal-ħbula kif kienu jaħdmu fuq il-vapuri meta jtellgħu mill-istiva. It-terrapien kien jinġarr bil-karettuni u l-bhejjem.

Il-pjanta tan-navi tassew sbieħ tar-raħal tagħna saret mill-Perit Edwin Vassallo. Dan il-perit aktar tard kien Ministru fi żmien il-Gvern ta’ Strickland. Jiena naf sewwa lil ibnu s-Sur Wilfred Vassallo li kien Advertising Manager mal-Allied Malta Newspapers. Meta kont nitkellem dwar il-ħidma ta’ missieru fiż-żmien li kien Ministru, is-Sur Wilfred kif konna nsibuh, kien ikemmex daqsxejn xufftejh bħal donnu ma jkunx irid jiftakar f’dawk iż-żminijiet li għall-familja tiegħu kienu jidhru żminijiet xi ftit iebsa.

Insomma, inkomplu fuq in-navi tar-raħal tagħna. L-imgħallem kien il-bravu Żebbuġi u żagħżugħ Ġanni Cilia b’kumbinazzjoni kien jismu l-istess bħas-Surmast tal-Imġarr, li kien bena, fost oħrajn, l-Isptar tal-Imtarfa fejn ħalla ħajtu b’disgrazzja fl-1916 meta waqa’ mill-għoli tal-armar għal isfel. Is-Sur Ġann jiftakar sewwa l-funeral kbir tiegħu fir-raħal tagħna. Iż-Żebbuġin kienu bkewh sewwa lil dan iż-żagħżugħ ħabrieki. Dan l-imgħallem kellu missieru kuntrattur mal-Militar, Ġużè, u kien fost oħrajn iz-ziju tal-Imħallfin Wallace u Oliver Gulia.

Il-bennej ta’ dawn in-navi kien Pinu Cilia (Ta’ Xtajla) li ta qalbu fil-preċiżjoni u l-perfezzjoni tax-xogħol.

In-navi ħadu mill-ispazju tal-ġnub taz-zuntier u x-xogħol beda minn fuq in-naħa tad-

MessaġġiMill-Każin

Festa 2014Patrimonju

VassalliProfili Żebbuġin

PoeżijiObitwarji

Mid-Djarju

G ħ a q d a K a ż i n B a n d a S a n F i l e pwww.bandasanfilep.com.mt

F e s t a 2 0 1 4

174

Ħ a ż - Ż e b b u ġ

Page 4: In-Navi tal-Knisja Parrokkjali ‘San Filep’ … · 2020. 3. 30. · ‘San Filep’ ta’ Ħaż-Żebbuġ Is-sena l-oħra (2013) għalqu mitt sena minn meta saru Kitba ta’ Peter

Domus, jiġifieri n-nava ta’ lejn Triq il-Kbira. Hemm beda jsir l-ewwel tħaffir ħalli jsibu l-blat biex fuqu jibnu l-pedament tan-navi. Il-blat kien fil-fond wisq ghax hemm kien hemm il-barriera li semmejna aktar qabel. Mal-ħajt tal-knisja niżlu madwar 17-il filata sakemm sabu l-blat. Waqt l-ewwel gwerra x-xogħol baqa’ għaddej xorta waħda. L-istoriku Luret Vella jgħidilna wkoll li l-bini tan-navi dam għaddej 5 snin u tlesta fl-1918. Barra l-elf lira ta’ Dun Ġużepp, li minnhom tnaqqsu xi ftit minħabba l-kwistjoni li semmejna aktar qabel, il-poplu ġabar madwar elfejn lira oħra u hekk l-ispiża kollha kienet ta’ madwar tlett elef, iżda din kienet tinkludi wkoll xi partijiet ta’ skultura li saru dak iż-żmien fin-navi għax il-biċċa l-kbira tal-iskultura sar ħafna snin wara.

Meta x-xogħol tan-navi kien wasal biex jintemm, intemmet ukoll il-ħajja tal-Arċipriet Dalli. Kien ilu marid bid-dijabete għal xi snin, iżda mbagħad ħassu ħażin għal għarrieda fuq l-altar meta kien qed iqaddes fit-8 t’April 1918; kellu biss 54 sena. Minn dawn kien għadda fostna 14-il sena. L-Arċipriet Dalli kien maħbub ħafna min-nies tar-raħal tagħna, għalkemm xi problemi kellu wkoll.

L-Arċipriet Dalli barra li kien ragħaj twajjeb u għaref, kien ukoll għen f’punt kruċjali biex jibda x-xogħol tan-navi tagħna.

Issa niftakar li s-Sur Ġanni Cilia kien qalli (u din hija rreġistrata wkoll fl-intervista tiegħi miegħu) li waqt li kien għaddej ix-xogħol tan-navi, iż-żagħżugħ mgħallem is-Sur Ġanni Cilia, wara l-quddiesa tal-Ħadd ħdejn il-fonti tal-ilma mbierek, kien uriehom pjanta tal-faċċata l-ġdida li kien għamel hu stess. Il-ħsieb kien li titwaqqa’ l-faċċata li naraw illum u tinbena faċċata ġdida li ddaħħal magħha n-navi. B’hekk il-faċċata tiġi ħaġa waħda unita u tkun tixbah ħafna lill-faċċata famuża tal-Kattidral San Pawl ta’ Londra tal-arkitett tal-fama Sir Christopher Wren.

Jidher li ż-Żebbuġin għoġbithom sew din l-idea, iżda din il-pjanta ma saretx (u allaħares saret). L-esperti tal-kurja ta’ dak iż-żmien ma ridux li tintilef dik il-pjanta oriġinali ta’ Tumas Dingli li bħalma qalu l-esperti stess: ‘Din hija ġawhra tal-arti mill-isbaħ nett li hawn fil-gżejjer tagħna.’ Mi

d-Djar

juOb

itwarj

iPo

eżiji

Profili

Żebb

uġin

Vassa

lliPa

trimo

njuFe

sta 20

14Mi

ll-Każi

nMe

ssaġġ

i

G ħ a q d a K a ż i n B a n d a S a n F i l e pwww.bandasanfilep.com.mt

F e s t a 2 0 1 4

175

Ħ a ż - Ż e b b u ġ