insara katt 7 sett

3
LILL-INSARA-KATTOLIĊI FIN-NAXXAR (79) (Is-Sibt 7 ta’ Settembru 2013 ) Għeżież, Illum se nwasslilkom l-omelija li għamilt l-Erbgħa 4 ta’ Settembru fil-funeral ta’ DUN ALWIĠ CAMILLERI saċerdot mill-parroċċa li miet fl-1 ta’ Settembru fl-eta’ ta’ 90 sena. It-test tal-vanġelu li għażilt hu Ġw 11:17-27;41-46;53 fejn ir-Raba’ Evanġelista jagħtina il- miraklu tal-qawmien ta’ Lażżru mill-mewt. Tajjeb naqrawh ftit qabel. OMELIJA FIL-FUNERAL TA’ DUN ALWIĠ CAMILLERI Mill-grupp ta’ żgħażagħ li ġew ordnati fit-3 ta’ Awwissu 1947 mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, tlieta kienu Naxxarin Dun Anton Sciberras li wettaq ħafna mill-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ San Ġiljan u li miet fl-2006, Dun Ġużepp Sammut u Dun Alwiġ Camilleri. L-aħħar tnejn, li kienu kważi tal-istess eta’ u li wettqu ħafna mill- ministeru tagħhom u anke għexu fil-parroċċa tagħna, mietu fi spazju ta’ ħmistax. Għalkemm is-saċerdoti jgħaddu numru ta’ snin jiffurmaw ruħhom fis-seminarju mal-istess grupp ta’ sħabhom, meta jqaddsu, huma jwettqu ħidma ħafna drabi differenti minn ta’ xulxin. Dan jiddependi kemm mill -mandat li jtihom l-Isqof kif ukoll mill-karattru tal-individwu. Dun Alwiġ għamel ħafna snin bhala għalliem fl-iskola primarja tan-Naxxar; għamel snin twal jieħu ħsieb u jqaddes fil-kappella tal-Madonna tal-Abbandunati tal-Wardija, kien prokuratur tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ u ħabrek ħafna għat-tisbiħ ta’ dan it-tempju. Wieħed mill-passatempi tiegħu kien is-sajd, normalment San Pawl il-Baħar ma’ xi neputijiet u ħbieb. Baqa’ dejjem marbut ma’ dan ir-raħal sakemm miet. L-għerq ta’ kollox Tkun xi tkun il-ħidma tas-saċerdot, biex din tħalli l-frott, u frott abbundanti, trid tkun imsejsa fuq il-fidi tieghu f’Ġesu’ Kristu. Il-fidi f’persuna li ma tarahiex b’għajnejk imma taf li hi ħajja hi sfida kontinwa għal kull min jemmen, inkluż is-saċerdot. Forsi ġieli għidna bejna u bejn ruħna: “Kieku Ġesu’ għadu ħaj fostna kieku nemmen aktar”. L-episodju tallum jurina li anke jekk Ġesu’ jerġa’ jiġi fostna mhux bilfors kulħadd se jemmen fih. Il- Lhud kellhom lil Ġesu’ quddiemhom, rawh jagħmel il-mirkali, u diversi ma emmnux fih anzi riedu jeliminawh għax kienu jħossuh skomdu f’ħajjithom. Fil-Vanġelu tiegħu San Ġwann isejjaħ il-mirkali ta’ Ġesu’ bħala “sinjali” li juru kemm il- qawwa ta’ Ġesu’ bħala bniedem-Alla kif ukoll li jsaħħu l-fidi f’dawk li jsiru magħhom. Is- sinjal tallum, il-qawmien ta’ Lazzru mill -mewt, nistgħu ngħidu li hu l-quċċata ta’ dawn is- sinjali u l-aħħar wieħed fost is-seba’ rrakkontati f’dan il-vanġelu. Tajjeb ngħidu li hemm ċertu progress fil-ħsieb ta’ kif San Ġwann organizza l-materjal tiegħu fil-vanġelu. Il-mirakli

Upload: zamchar

Post on 04-Jul-2015

364 views

Category:

Documents


2 download

TRANSCRIPT

Page 1: Insara katt 7 sett

LILL-INSARA-KATTOLIĊI FIN-NAXXAR (79)

(Is-Sibt 7 ta’ Settembru 2013 )

Għeżież, Illum se nwasslilkom l-omelija li għamilt l-Erbgħa 4 ta’ Settembru fil-funeral ta’ DUN ALWIĠ CAMILLERI – saċerdot mill-parroċċa li miet fl-1 ta’ Settembru fl-eta’ ta’ 90 sena. It-test tal-vanġelu li għażilt hu Ġw 11:17-27;41-46;53 fejn ir-Raba’ Evanġelista jagħtina il-miraklu tal-qawmien ta’ Lażżru mill-mewt. Tajjeb naqrawh ftit qabel.

OMELIJA FIL-FUNERAL TA’ DUN ALWIĠ CAMILLERI

Mill-grupp ta’ żgħażagħ li ġew ordnati fit-3 ta’ Awwissu 1947 mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, tlieta kienu Naxxarin – Dun Anton Sciberras li wettaq ħafna mill-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ San Ġiljan u li miet fl-2006, Dun Ġużepp Sammut u Dun Alwiġ Camilleri. L-aħħar tnejn, li kienu kważi tal-istess eta’ u li wettqu ħafna mill-ministeru tagħhom u anke għexu fil-parroċċa tagħna, mietu fi spazju ta’ ħmistax. Għalkemm is-saċerdoti jgħaddu numru ta’ snin jiffurmaw ruħhom fis-seminarju mal-istess grupp ta’ sħabhom, meta jqaddsu, huma jwettqu ħidma ħafna drabi differenti minn ta’ xulxin. Dan jiddependi kemm mill-mandat li jtihom l-Isqof kif ukoll mill-karattru tal-individwu.

Dun Alwiġ għamel ħafna snin bhala għalliem fl-iskola primarja tan-Naxxar; għamel snin twal jieħu ħsieb u jqaddes fil-kappella tal-Madonna tal-Abbandunati tal-Wardija, kien prokuratur tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ u ħabrek ħafna għat-tisbiħ ta’ dan it-tempju. Wieħed mill-passatempi tiegħu kien is-sajd, normalment San Pawl il-Baħar ma’ xi neputijiet u ħbieb. Baqa’ dejjem marbut ma’ dan ir-raħal sakemm miet. L-għerq ta’ kollox Tkun xi tkun il-ħidma tas-saċerdot, biex din tħalli l-frott, u frott abbundanti, trid tkun imsejsa fuq il-fidi tieghu f’Ġesu’ Kristu. Il-fidi f’persuna li ma tarahiex b’għajnejk imma taf li hi ħajja hi sfida kontinwa għal kull min jemmen, inkluż is-saċerdot. Forsi ġieli għidna bejna u bejn ruħna: “Kieku Ġesu’ għadu ħaj fostna kieku nemmen aktar”. L-episodju tallum jurina li anke jekk Ġesu’ jerġa’ jiġi fostna mhux bilfors kulħadd se jemmen fih. Il-Lhud kellhom lil Ġesu’ quddiemhom, rawh jagħmel il-mirkali, u diversi ma emmnux fih anzi riedu jeliminawh għax kienu jħossuh skomdu f’ħajjithom. Fil-Vanġelu tiegħu San Ġwann isejjaħ il-mirkali ta’ Ġesu’ bħala “sinjali” li juru kemm il-qawwa ta’ Ġesu’ bħala bniedem-Alla kif ukoll li jsaħħu l-fidi f’dawk li jsiru magħhom. Is-sinjal tallum, il-qawmien ta’ Lazzru mill-mewt, nistgħu ngħidu li hu l-quċċata ta’ dawn is-sinjali u l-aħħar wieħed fost is-seba’ rrakkontati f’dan il-vanġelu. Tajjeb ngħidu li hemm ċertu progress fil-ħsieb ta’ kif San Ġwann organizza l-materjal tiegħu fil-vanġelu. Il-mirakli

Page 2: Insara katt 7 sett

jew sinjali, San Ġwann jorbothom mal-bżonnijiet partikulari ta’ diversi nies. Juri lil Ġesu’ jinqeda bi ħwejjeġ materjali biex jasal ikattar il-fidi f’dawk li jmissuhom dawn il-mirakli. Narawh għalhekk jibdel l-ilma fl-inbid biex inaqqas il-frustrazzjoni ta’ żewġ għarajjes li naqashom l-inbid waqt il-festa tagħhom; ifejjaq lit-tifel tas-sultan; ifejjaq wieħed marid f’Beteżda; ifejjaq wieħed għama minn twelidu – dan il-fejqan mill-mard żgur ġab serħan għal min kien maħkum minnu u li ħafna drabi kien eskluż mis-soċjeta’. Narawh imbagħad, ikattar l-ħobż u l-ħut biex jitma’ folla kbira li kienet insiet tiekol biex tiġri warajh u tisimgħu jitkellem. Fl-aħħar, wasalna għall-quċċata tal-mirakli jew sinjali ta’ Ġesu’ li anke kronoloġikament hu mqiegħed l-aħħar wieħed fost is-seba’ – ir-rebħa fuq il-mewt li tbeżża u tiddistruġġi l-ħajja tal-bniedem. Hawn jiġi f’moħħna kliem San Pawl lill-Korintin: “L-aħħar għadu li jinqered, il-mewt”. Hemm ħsieb ieħor li jrid iwasslilna San Ġwann b’dan l-episodju. F’din l-aqwa rivelazzjoni ta’ setgħa min-naħa ta’ Ġesu’, insibu wkoll l-akbar oppożizzjoni min-naħa tal-Lhud. Permezz ta’ dan il-miraklu, il-mexxejja Lhud waslu għad-deċiżjoni definittiva li jeliminaw lil Ġesu’. Fil-fatt: “Minn dak in-nhar ‘il quddiem bdew jiftiehemu bejniethom biex joqtluh”. Dan il-miraklu San Ġwann ma tahulniex biex sempliċiment jafferma l-qawwa ta’ Ġesu’ fuq il-mewt imma biex iwasslilna tagħlim importanti. Il-kliem ta’ Ġesu’: “Kull min jemmen fija ukoll jekk imut ikollu l-ħajja, u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt” ifisser li d-dixxipli li jemmnu u huma magħqudin ma’ Ġesu’ bil-fidi, lanqas il-mewt ma tista’ tifridhom minnu. Fi kliem, ieħor, dak li jemmen ma jmut qatt! Dan it-tagħlim insibuh miġbur fil-konverżazzjoni li Ġesu’ kellu ma’ Marta u fil-kliem li hu stess jgħid: “Jiena hu l-qawmien u l-ħajja”. Sinjal ta’ fidi Għalhekk, il-qawmien ta’ Lazzru ma nistgħux inħarsu lejh sempliċiment bħala miraklu imwettaq minn Ġesu’ imma bħala sinjal li juri x’qawwa għandha l-fidi f’Ġesu’. Ir-riżultat tal-fidi jfisser il-kisba tal-ħajja ta’ dejjem minn issa stess, min-naħa ta’ min jemmen. M’hemmx għalfejn nistennew l-aħħar jum biex niksbuha, kif ħasbet Marta meta qalet: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fl-aħħar jum”. Marta kienet għadha taħseb bħal ma kienu jaħsbu l-Lhud fi żmienha. Kull nisrani u kull saċerdot irid jgħix ta’ kuljum il-kliem ta’ Ġesu’ “Jien hu l-qawmien u l-ħajja”. Dan ifisser li ta’ kuljum irridu mmutu għalina nfusna biex inqumu bħala bnedmin ġodda u li fina hemm il-ħajja. Aktar ma ngħidu le għall-egoiżmu, għas-suppervja, għall-ġibdiet tagħna aktar se jkun hemm “il-ħajja” fina. Dan kollu jgħaddina minn tbatija, kultant kbira, għax ilkoll nafu li mhux faċli tmur kontra tiegħek innifsek. Din it-tbatija, iżda lilna ssaffina, tippurifikana, issaħħilna l-fidi u allura tqarribna aktar lejn l-Imgħallem tagħna. Ma’ Marta mbagħad, inkunu nistgħu nagħmlu l-istqarrija solenni: “Iva Mulej, jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben t’Alla, dak li ġie fid-dinja”. Din hi stqarrija li ħierġa tassew mill-fidi li Marta kellha f’Ġesu’ anke qabel ma hu wettaq il-miraklu tal-qawmien ta’ ħuha mill-mewt! Jiena persważ li Dun Alwiġ dan kollu pprova jgħixu f’ħajtu. Inkella kif seta’ jgħaddi 66 sena ta’ saċerdozju f’ambjent li mhux dejjem isostnih? Ħajjitna hija prova kontinwa bejn dak li nixtieq jien u dak li jixtieq il-Mulej; bejn dak li jaqbel lili u dak li jaqbel lill-oħrajn; bejn

Page 3: Insara katt 7 sett

il-ħin għalija u l-ħin għal ħuti. Dun Alwiġ baqa’ jwettaq ħidmietu sakemm ippermettewlu l-forzi tiegħu. Niftakru jiġi ta’ kuljum il-knisja wara nofs in-nhar, jidħol fil-kor u hemm jirreċita it-talba tar-rużarju. Kull nhar ta’ Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu kien jiġi biex jgħin fil-qrar kif ukoll fit-tqarbin. Dejjem ha sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin tal-Knisja. Sinifikat Hija koinċidenza sabiħa din tallum li l-funeral tiegħu qed isir fil-ġimgħa tal-festa meta t-tempju hu kważi armat kollu għall-festa ta’ Marija Bambina – dan it-tempju li hu tant ħabb u ħadem għalih. Koinċidenza oħra hi li l-kadavru tiegħu bħalissa jinsab taħt il-ħarsa ħelwa ta’ Marija Bambina. Kien hu li ħallas għall-aħħar induratura ta’ din l-istatwa. Minn hawn u ftit tas-siegħat oħra, l-istatwa timxi minn fejn hi bħalissa lejn nofs il-kursija biex titqiegħed taħt il-pavaljun li se jkompli jintrama’ eżatt wara l-funeral billi llum jaħbat l-ewwel jum tat-Tridu. Veru li dawn huma koinċidenzi iżda nistgħu naraw ukoll sinifikat fihom. Nirringrazzjaw lil Dun Alwiġ mhux biss għall-ħidma tiegħu f’din il-komunita’ u f’komunitajiet oħra, iżda wkoll talli kien ta’ eżempju għalina lkoll ta’ kif wieħed jikber fil-fidi tiegħu f’Ġesu’ u ta’ kif nibqgħu fidili lejh sal-aħħar minkejja d-diffikultajiet kollha li nħabbtu wiċċna magħhom fil-ħajja. Nittama li Dun Alwiġ diġa’ ltaqa’ ma’ Dun Ġużepp li mhux biss ordnaw flimkien imma anke kważi mietu flimkien. Nittama wkoll li t-tnejn li huma diġa’ kellhom l-ewwel lemħa ta’ Marija Bambina fis-sbuħija kollha tagħha, li t-tnejn li huma bħala Naxxarin, bir-raġun kollu, kienu tant iħobbu! ____________________

Nawguralkom ilkoll il-FESTA t-TAJBA. Nittama li niltaqgħu f’dawn l-aħħar jumejn tal-festa. Nittama wkoll li Marija Bambina, imsaħħin mill-virtujiet tagħha, tkompli tiġborna dejjem aktar bħala komunita’ ta’ fidi, ta’ tama u ta’ mħabba.

Dun Evan – Arċipriet N.B.

Għal kull informazzjoni dwar il-parroċċa tan-Naxxar aċċessa l-website www.bambinanaxxar.org. Hemm ukoll ir-ritratti tal-funeral ta’ Dun Alwiġ u xi ritratti konnessi mal-festa ta’ Marija Bambina.

Fil-website hemm ukoll il-ħsibijiet li għamel Dun Nikol Cachia fin-Novena tal-Bambina. Arawhom għax interessanti ħafna.

Żuru wkoll il-Facebook li tkun aġġornata kuljum.