inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - futur fis-sod

8
It-Tlieta, 26 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Koppja li għadha qed trabbi t-tfal tista’ tiffranka €3,000 fis-sena Fil-ħames snin li ġejjin il-PN fil-Gvern joħloq 25,000 impjieg ġdid Muscat għamel agħar minn Toni Abela... imma xorta jibqa’ jirriuta li jirriżenja ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta’ aktar taxxi Minbarra t-tnaqqis fl-income tax, il-Gvern f’din il-leġiżlatura naqqas ukoll l-income tax għal diversi kategoriji oħra fosthom għall-ommijiet, il-ħaddiema u s-sidien ta’ negozji żgħar u medji u l-anzjani Fost l-oħrajn il-Gvern daħħal miżuri biex naqqas l-income tax għall-ommijiet li jibqgħu f’impjieg wara li jkollhom it-tfal Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista daħħal ukoll miżuri biex naqqas l-income tax għal nisa u ommijiet li jerġgħu jidħlu f’impjieg wara ħames snin. Illum, grazzi għal ħidmet il- Gvern, tnaqqset ukoll l-income tax għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’child care centres, fi skejjel privati, għall-edukazzjoni kulturali jew sportiva. Il-Gvern naqqas ukoll l-income tax għal sidien ta’ negozji żgħar u medji li jinvestu aktar jew jimpjegaw aktar ħaddiema magħhom. Mit-tnaqqis tal-income tax gawdew ukoll iż- żgħażagħ u l-ħaddiema li jkunu qed isegwu kors ma’ Università barranija f’oqsma speċjalizzati. Il-Gvern naqqas l-income tax ukoll għall-familji li jżommu studenti barranin magħhom waqt li jkunu jistudjaw Malta. Anki l-anzjani li joqogħdu fi djar tal-anzjani privati gawdew mit-tnaqqis tal- income tax kif ukoll il-qraba tagħhom li jħallsu biex l-anzjani li jiġu minnhom joqogħdu fi djar tal-anzjani privati. Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-Gvern neħħa l-VAT minn fuq is-servizzi provduti lill-anzjani fid-djar tagħhom. Bit-tnaqqis li għamel il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-income tax, illum il-Maltin qed jibqħalhom aktar flus fil-but u b’hekk igawdu kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-ħaddiema Maltin huma l-anqas li jħallsu taxxi mqabbel mad-dħul tagħhom minn fost il-ħaddiema kollha tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-Gvern naqqas it-taxxi biex il-Maltin qed iħallsu anqas taxxi, investa aktar fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fit-taħriġ tal- ħaddiema, fil-prevenzjoni u fil-kura tal-familji, fil-qasam soċjali b’mod partikulari għall-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani u fl-ispazji pubbliċi għat-tfal u l-familji.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 31-Mar-2016

228 views

Category:

Documents


2 download

DESCRIPTION

Suppliment it-Tlieta 26 ta' Frar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 26 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Koppja li għadha qed trabbi t-tfal tista’ tiffranka €3,000 fis-sena

Fil-ħames snin li ġejjin il-PN fil-Gvern joħloq 25,000 impjieg ġdid

Muscat għamel agħar minn Toni Abela... imma xorta jibqa’ jirrifjuta li jirriżenjaii iii viFATTI U ĊIFrI TITKELLEM INT MUScAT jAGħżEL ħAżIN

Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta’ aktar taxxiMinbarra t-tnaqqis fl-income tax, il-Gvern f’din il-leġiżlatura naqqas ukoll l-income tax għal diversi kategoriji oħra fosthom għall-ommijiet, il-ħaddiema u s-sidien ta’ negozji żgħar u medji u l-anzjani

Fost l-oħrajn il-Gvern daħħal miżuri biex naqqas l-income tax għall-ommijiet li jibqgħu f’impjieg wara li jkollhom it-tfal

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista daħħal ukoll miżuri biex naqqas l-income tax għal nisa u ommijiet li jerġgħu jidħlu f’impjieg wara ħames snin.

Illum, grazzi għal ħidmet il-Gvern, tnaqqset ukoll l-income tax għal dawk il-ġenituri li

jibagħtu lit-tfal tagħhom f’child care centres, fi skejjel privati, għall-edukazzjoni kulturali jew sportiva.

Il-Gvern naqqas ukoll l-income tax għal sidien ta’ negozji żgħar u medji li jinvestu aktar jew jimpjegaw aktar ħaddiema magħhom.

Mit-tnaqqis tal-income tax gawdew ukoll iż-żgħażagħ u l-ħaddiema li jkunu qed isegwu kors ma’ Università barranija f’oqsma

speċjalizzati.Il-Gvern naqqas l-income

tax ukoll għall-familji li jżommu studenti barranin magħhom waqt li jkunu jistudjaw Malta.

Anki l-anzjani li joqogħdu fi djar tal-anzjani privati gawdew mit-tnaqqis tal-income tax kif ukoll il-qraba tagħhom li jħallsu biex l-anzjani li jiġu minnhom joqogħdu fi djar tal-anzjani privati.

Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-Gvern neħħa l-VAT minn fuq is-servizzi provduti lill-anzjani fid-djar tagħhom.

Bit-tnaqqis li għamel il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-income tax, illum il-Maltin qed jibqħalhom aktar flus fil-but u b’hekk igawdu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-ħaddiema Maltin huma l-anqas li jħallsu taxxi mqabbel mad-dħul tagħhom

minn fost il-ħaddiema kollha tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li l-Gvern naqqas it-taxxi biex il-Maltin qed iħallsu anqas taxxi, investa aktar fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fit-taħriġ tal-ħaddiema, fil-prevenzjoni u fil-kura tal-familji, fil-qasam soċjali b’mod partikulari għall-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani u fl-ispazji pubbliċi għat-tfal u l-familji.

Page 2: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 26 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

€3,000fis-sena tista’ tiffranka koppja

li għadha qed trabbi t-tfal u li tagħmel dikjarazzjoni

tat-taxxa separata

€2,000fis-sena tista’ tiffranka koppja

li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa separata

Fatti u Ċifri

€1,575 fis-sena tista’ tiffranka koppja

li timla formola tat-taxxa waħda flimkien

€1,050fis-sena tista’ tiffranka kull persuna li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa

għal rasha

Fil-ħames snin li għaddew tnaqqsu

ħafna taxxi u dawn wasslu biex

il-Maltin illum qed iħallsu anqas income tax, qed jonfqu aktar u għalhekk

qed jiżdiedu n-negozju u l-kummerċ

f’pajjiżna. Dan qed iwassal għal aktar

attività ekonomika u b’hekk qed

jiżdiedu l-impjiegi b’pagi tajbin

5snin wara xulxin ta’ tnaqqis

ta’ taxxi li minnhom gawdew il-ħaddiema u l-familji

Aktar inċentivi biex l-industrija u l-fabbriki jimxu ‘l quddiem u joħolqu l-jobs

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

17. Miżuri favur l-industrija

iv. Inkomplu nassistu lill-industrija ta’ pajjiżna biex tilqa’ għall-isfida tal-prezz tal-enerġija billi l-iskema ta’ investiment High Energy User Scheme għall-fabbriki titwessa’ għall-fabbriki kollha għal aktar minn 1GwH fis-sena u wara dawn ta’ 0.5GwH fis-sena.

v. Nagħtu research and innovation grants ta’ 25% tal-investiment meħtieġ b’kundizzjoni li r-riċerka jipparteċipaw fiha riċerkaturi Maltin bi preferenza għal dawk li jwettqu r-riċerka b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u l-MCAST. Il-Gvern se jalloka fond ta’ €10 miljun biex nattiraw €40 miljun riċerka f’pajjiżna.

vi. Inkomplu l-investiment fil-BioMalta Campus b’investiment ta’ €38 miljun u li se joffri l-infrastruttura neċessarja għall-iżvilupp tal-Life Sciences f’pajjiżna.

vii. Nagħtu seed funding u inċentivi biex nattiraw investiment privat fir-riċerka f’dan is-settur.

viii. Il-Malta Enterprise, flimkien mal-MEPA, tagħmel master plan għal kull zona industrijali biex jistabbilixxu l-parametri ta’ żvilupp bl-istudji meħtieġa biex b’hekk kull żvilupp li jsir f’fabbriki u li jsegwi l-parametri stabbiliti ma jkunx meħtieġ proċess normali ta’ ppjanar iżda tintuża s-sistema ta’ DNO biex b’hekk jitħaffef iż-żmien ta’ żvilupp ta’ fabbrika ġdida jew estensjoni approvata mill-ME u ż-żmien li din il-fabbrika tibda topera.

ix. Flimkien mal-industrija permezz tal-Public Private Partnership noħolqu infrastruttura komuni biex l-industrija jkollha l-apparat meħtieġ biex tagħmel product design u prototyping ta’ prodotti ġodda li qed jiġu kkunsidrati għal kummerċjalizzazzjoni.

x. Skemi aktar iffukati fuq il-ħtiġiet tal-industrija biex tidentifika swieq ġodda billi ngħinu finanzjarjament fl-ispejjeż li jsiru fuq internationalisation efforts billi jingħata tax credit ta’ 50% tan-nefqa li ssir.

Page 3: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 26 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIl-politika li mexa biha l-Partit Nazzjonalista tul il-ħames snin li għaddew wasslet biex inħolqu 20,000 impjieg ġdid f’diversi setturi tal-ħajja. Il-Partit Nazzjonalista llum qiegħed iwiegħed li fil-ħames snin li ġejjin se joħloq 25,000 impjieg ġdid ieħor għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin grazzi għall-opportunitajiet li se jinħolqu

Gvern Nazzjonalista b’rekord ta’ nies jaħdmuIx-xogħol kien, għadu u jibqa’ karatteristika importanti ta’ Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Kien biss u jibqa’ biss il-Partit Nazzjonalista li joħloq ix-xogħol u jagħti serħan il-moħħ lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin.

Il-Gvern Nazzjonalista naqqax kapitlu ġdid fl-istorja ta’ pajjiżna, dak li preżentement hemm aktar minn 153,000 persuna – nisa, irġiel, anzjani u żgħażagħ – jaħdmu bi qligħ u dan ifisser aktar flus fl-idejn b’riżultat ta’ tkattir ekonomiku.

Dan kien fattur importanti biex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli jagħti s-servizzi b’xejn filwaqt li jnaqqas it-taxxi u l-income tax.

20,000 post tax-xogħol f’ħames sninFilwaqt li pajjiżi oħra bħall-Greċja u Spanja qegħdin jiffaċċjaw kriżi kemm ekonomika kif ukoll tal-ħolqien tax-xogħol, aħna l-iżgħar pajjiż fl-Ewropa, b’riżorsi naturali limitati, mhux biss għelibna l-kriżi iżda saħansitra komplejna noħolqu l-impjiegi, u nħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid.

Dan il-ħolqien tax-xogħol kompla jgħin biex bħala poplu, b’aktar flus fil-but, ngħinu biex negħlbu l-kriżi għax bqajna nonfqu l-flus fil-kummerċ u nkattru l-ekonomija. Dan ma kienx b’kumbinazzjoni żgur iżda b’għaqal fit-tmexxija. B’viżjoni li kienet tħares fit-tul tant li ħafna snin ilu ħarriġna studenti li llum l-għerf tagħhom qed nużawh f’kumpaniji barranin li qegħdin jiftħu bħalissa.

Żgħażagħ li jaħdmu ma jitilfux l-istipendjuIllum l-istudenti għandhom ferm aktar opportunitajiet milli kellhom l-istudenti fi żminijiet oħra. Dan grazzi kemm għad-deċiżjonijiet tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll minħabba d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004 fejn pajjiżna kompla jagħmel passi kbar ‘il quddiem.

Il-Gvern, barra l-istipendju, ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex min irid jista’ jmur jaħdem u l-istipendju jingħata sħiħ u ma jitilfux. Dan għen biex iż-żgħażagħ jaħdmu, jaqilgħu l-paga, iżda fl-istess ħin jonfqu mill-istipendju filwaqt li jġemmgħu biex ’il quddiem isibuhom għal pjani oħra fosthom xiri ta’ post, karozza jew proġetti oħra.

Wegħda ta’ 25,000 impjieg li se tinżammJekk ħloqna 20,000 post tax-xogħol ġdid f’ħames snin mimlijin problemi u kriżijiet ekonomiċi madwar l-Ewropa u d-dinja, aħseb u ara meta għelibna l-kriżi b’wiċċ il-ġid u se nsibu żmien aħjar b’ekonomija Ewropea aħjar.

25,000 impjieg se jfissru familji aktar kuntenti u b’serħan il-moħħ dwar id-dħul tagħhom iżda fuq kollox, żgħażagħ li bħalissa qegħdin jaħdmu biex jibdew jibnu u jwettqu l-ħolm tagħhom, bħal dik li jkollhom familja tagħhom, u dawn il-jobs qegħdin u se jkunu qegħdin jgħinuhom jimxu ’l quddiem f’ħajjithom.

Dan ifisser investiment fil-ġenerazzjoni preżenti u dik futura.

Aktar minn 11,000 anzjan jaħdmu bi qligħIl-Prim Ministru Lawrence Gonzi semma kif minn 8,000 anzjan li kienu jaħdmu sa ħames snin ilu, illum għandna aktar minn 11,000 anzjan u anzjana li qegħdin jaħdmu mingħajr ma titnaqqsilhom il-pensjoni. Din hi turija ta’ fiduċja mill-Gvern Nazzjonalista fl-anzjani li jħeġġiġhom jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn trabbew.

Dan jgħin biex l-anzjan li jixtieq ikompli jkun ta’ kontribut fis-soċjetà u jħossu b’saħħtu li jaħdem, jista’ jagħmel dan u fl-istess ħin jgħix ħajja aħjar mimlija b’dak li jixtieq.

Dan kien possibbli li jsir permezz tal-viżjoni fit-tul tal-Gvern, dik li beda jħarreġ lill-anzjani tagħna fuq diversi suġġetti fosthom billi fetaħ l-Università u b’hekk baqgħu rilevanti fix-xogħol li jwettqu.

AGNESbUGEJAIS-SIĠĠIEWI

bERTA cAMILLERIIL-MARSA

cETTINA cARUANAWIED IL-GĦAJNchARLES

borGĦAL bALZAN

cARMELOcAMILLERIIL-GUDJA

Page 4: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 26 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Bil-finanzi fis-sod naqqasna diversi taxxi u żidna l-flus fil-bwiet tal-familji

Matul din il-leġiżlatura l-ħaddiema gawdew mit-tnaqqis ta’ bosta taxxi biex

hekk żdidilhom id-dħul tagħhom. Il-Gvern immexxi mill-Partit

Nazzjonalista hu determinat li matul il-ħames snin li ġejjin ikompli jżid id-dħul

tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom

Page 5: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 26 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista f’dawn il-ħames snin neħħa diversi taxxi u naqqas oħrajn biex hekk id-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin żdied u dan wassal biex tkompli titjieb il-ħajja tagħna l-Maltin. Fost l-oħrajn

f’din il-leġiżlatura tnaqqset l-income tax għal kulħadd u tnaqqset l-income tax għall-ġenituri

Fost il-miżuri li daħlu fis-seħħ matul din il-leġiżlatura bl-iskop li jiżdied id-dħul

taż-żgħażagħ, tal-ħaddiema u tal-familji Maltin u Għawdxin il-Gvern immexxi

mill-Partit Nazzjonalista naqqas l-income tax għas-sidien tan-negozji ż-żgħar u

medji u tneħħew diversi taxxi bħalma huma t-taxxi fuq il-credit cards, il-liċenzja

tat-televiżjoni u d-departure tax

Illum l-anzjani jistgħu jibqgħu jaħdmu u ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom. Illum hawn aktar

minn 11,600 anzjan li baqgħu jaħdmu u jirċievu l-pensjoni u l-paga. Tajjeb li kulħadd japprezza

li llum il-pensjoni żdiedet b’€1,211 mill-2008. Il-Gvern iħeġġeġ lill-anzjani biex kemm-il darba

jkunu b’saħħithom, allura jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn ikunu trabbew u għexu

Page 6: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 26 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Jiena rrid nagħmel rivoluzzjoni soċjali

Jiena rrid inkun daqs Nerik Mizzi, Dom Mintoff u Fenech Adami f’daqqa

Jiena ħbejt reat ta’ traffikar ta’ droga mill-Pulizija

Għedt lill-ġurnalisti li ma kontx naf bid-droga fil-każin tal-Labour ta’ Ħal Safi

Il-barman tal-każin tal-Labour ta’ Ħal Safi kien kitibli darbtejn u ltqajt miegħu

Imma nibqa’ nsostni li ma gdibtx

Jiena rrid innaddaf il-politika Maltija

Muscat jagħżel ħażin...

MAESTRO PINOcchIO JMEXXI L-ORKESTA TAL-GIDEb

...u tbati int

Page 7: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 26 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

It-tnejn ħbejna reat gravI

It-tnejn gdIbna, u bIl-provI

Jiena kandidat, imma ma

nitlaqx

Kieku jiena kandidat,

ikolli nitlaq

LENTI FUQ...

Il-każ tat-traffikar tad-droga fil-każin Laburista ta’ Ħal Safi qed ikompli jċaqqam id-dehra falza li Joseph Muscat irid jibni tiegħu nnifsu billi jqarraq bina u bil-media. U intervista li Muscat kellu nhar il-Ħadd mas-Sunday Times turi x’tip ta’ Prim Ministru jista’ jieħu l-ġurament ġimagħtejn oħra, mhux biss wieħed li gideb biex jgħatti xturu u ħeba reat gravi ħafna mill-Pulizija, imma wkoll wieħed li lest jarmi lil kulħadd, anke liż-żewġ deputy leaders tiegħu, basta ma jerfax il-piż kbir tiegħu.

Kompla jgħaxxaqhaFl-intervista mas-Sunday Times, Muscat kompla jgħaxxaqha. F’intervista li għandha tagħmel unur lill-ġurnalist li għamilha, Christian Peregin, Muscat kompla jħaffer il-ħofra li qiegħed fiha f’dan il-każ li beda tliet snin u nofs ilu imma li Muscat stess

Muscat jarmi ‘l kulħadd flok jerfa’ l-piż kbir tiegħu u jirriżenja

b’għemilu u bi kliemu qed ikompli jiggrava.

Giddieb bil-proviSkont Muscat, hu u Toni Abela żbaljaw it-tnejn li huma meta ħbew dan il-każ mill-Pulizija. Allaħares ma jammettix din. Imma Muscat żbalja aktar minn Toni Abela. Għax Muscat żgur żbalja bil-kbir ukoll meta gideb lill-ġurnalisti u lill-poplu li ma kienx jaf bil-każ. Lagħabha tal-iblah biex ma jħallasx dwana, ngħidu bil-Malti. U aħjar: gideb biex jgħatti xturu. U waqt li fl-intervista kompla jiċħad li gideb, b’hekk stess qed ikompli jigdeb. Għax Malta kollha taf li gideb. Muscat biss ma jridx jammetti li hu giddieb bil-provi. U meta Christian Peregin staqsieh jekk hux lest jagħmel libell kontra min qed jgħidlu giddieb, Muscat qal li mhux lest jagħmel libell.

Jarmi lil Toni AbelaMuscat fl-intervista biex taparsi jilgħabha tas-serju qal li kieku Toni Abela kien kandidat, kien ikollu jirtira l-kandidatura. Bħalma kellu jirtiraha Joe Cordina li għadu qed jgħid li ma kienx jaf x’tixħim kienu involuti fih il-kumpaniji li kien responsabbli tagħhom dak li kellu f’idejh il-finanzi tal-Labour Party u li hu qrib ħafna ta’ Muscat.

Jaċċettalu r-riżenjaFuq il-każ tad-droga, Muscat imur pass ieħor u jgħid li jekk Toni Abela joffri li jirriżenja, jaċċettahielu r-riżenja. Muscat irid ibellagħhielna li hu serju. Ħlief, li jekk isegwi l-loġika, Muscat fl-intervista kompla jħaffer il-ħofra tiegħu stess li ilu jħaffer f’dan il-każ sa minn meta seħħ f’dik il-lejla tas-Sette Giugno 2009 meta Muscat kien qed

jiċċelebra u jintefaħ bir-riżultat li kiseb fil-Parlament Ewropew.

Il-loġika fil-każ ta’ Anġlu Farrugia...Il-loġika ma tridx tmur lura ħafna; xahrejn biss. Muscat ġiegħel jirriżenja lil Anġlu Farrugia għax dan tilef dibattitu ma’ Simon Busuttil. Illum nafu għaliex ġiegħlu jirriżenja għax qalilna Alfred Mifsud: biex jibdel player li kien qed jilgħab ħażin. Imma dan id-dibattitu Anġlu Farrugia tilfu għax għad-dibattitu Muscat bagħtu b’kaxxa vojta li biha żgur ma setax imqar jittanta għal draw. It-tort ta’ Muscat kellu jerfgħu Anġlu Farrugia, l-ewwel deputy leader, li ġiegħlu jirriżenja.

… messha ssegwi... Issa għandna lit-tieni deputy leader f’każ veru kbir: il-ħabi ta’ reat ta’ droga ta’ ammont li hu traffikar f’każin Laburista fejn

kien hemm żgur ħafna familji u żgħażagħ. Jekk lil Anġlu Farrugia ġiegħlu jirriżenja fuq ħmerija, Muscat messu talab lil Toni Abela jirriżenja fuq il-ħabi ta’ reat li jġorr piena ta’ għomor il-ħabs.

… sa fuq nettJekk f’dal-każ, it-tieni deputy leader, jekk jirriżenja, Muscat jilqagħlu r-riżenja, u kieku kien kandidat ikollu jitlaq, hemm loġika xi ssewgi. Għax, allura, min hu reponsabbli daqs Toni Abela u aktar, għax hekk ammetta hu stess, jiġifieri Muscat li hu l-leader, li ħeba wkoll, u li gideb, x’messu jagħmel Muscat?

Muscat għandu jirriżenja u jirtira minn kandidat. Daqshekk hu gravi l-ħabi ta’ reat ta’ traffikar ta’ droga, il-gideb li daħal fih Muscat bil-provi u l-istess loġika ta’ Muscat meta ġiegħel lil Anġlu Farrugia jirriżenja.

Page 8: Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 26 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Ħidma li rnexxiet matul din il-leġiżlatura kienet li żidna d-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin. Dan għamilnieh billi daħħalna fis-seħħ għadd kbir ta’ miżuri li wasslu biex żdiedu l-flus fil-bwiet tan-nies. Naqqasna ħafna taxxi u l-flus baqgħu fil-bwiet tal-ħaddiema, tal-ommijiet, tal-koppji miżżewġin u tal-anzjani. hekk se nkomplu nagħmlu matul il-ħames snin li ġejjin. Dan l-impenn se nissoktaw bih matul il-ħames snin li ġejjin biex hekk inkomplu nżidu d-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi