ir- il-malti (l-oral) il- 10 minuti...ir-raba’ sena il-malti l-iskema tal-marki it-tqassim...

27
Il-Malti L-Oral Il-Karta tal-Għalliema Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 2 ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv Karta Mudell 2020 Ir-Raba’ Sena IL-MALTI (L-Oral) Il-Ħin: 10 minuti Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Oral 1. Agħti l-karta bis-silta u l-mistoqsijiet lill-istudenti u agħtihom 5 minuti ċans biex jippreparaw għal dan l-oral. 2. Importanti li l-istudenti jiġu eżaminati għall-ħiliet tagħhom fil-qari, fit-tħaddim ta’ reġistri differenti, għall -mod kif jesprimu ruħhom, għas-sekwenza tal-ideat, u l-ħila li jibnu argument loġiku. 3. Waqt l-eżami, l-istudenti se jintalbu mill-eżaminatur jaqraw jgħajtu paragrafu minn silta letterarja u wara j wieġbu l-mistoqsijiet fuq din is-silta. (Wara 5 minuti ta’ preparazzjoni) Bonġu/Il-waranofsinhar it-tajjeb. Jekk jogħġbok, aqra paragrafu ____ minn din is-silta qasira. Ir-Raġel Onest’ ta’ E. W. Zarb Darba kien hemm sultan li kellu sala mimlija teżori u ried isib għassies għaliha. “Hemm bżonn noqgħod attent li ma mmurx nagħżel ħalliel,” ħaseb, “għax inkella jisraqli kollox. Irrid raġel onest. Kif nista’ nsib raġel onest?” Bagħat għal l-iktar uffiċjal għoli fis-saltna, u staqsieh x’kellu jagħmel. “Ħejji festa kbira fil-palazz,” qallu, “u stieden għaliha lil kull min irid jilħaq għassies tiegħek. Fl-aħħar tal-festa, itlob lill-mistednin jiżfnu u malajr issib lir -raġel onest. Is-sultan qagħad fuq il-parir tiegħu, u ħejja l -festa. Biex il-mistednin jaslu fis-sala tal-festa riedu jgħaddu minn passaġġ mudlam fejn kien hemm xkejjer mimlija bid -deheb u bil-fidda.

Upload: others

Post on 06-Nov-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Għalliema – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 2

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI (L-Oral) Il-Ħin: 10 minuti

Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Oral

1. Agħti l-karta bis-silta u l-mistoqsijiet lill-istudenti u agħtihom 5 minuti

ċans biex jippreparaw għal dan l-oral.

2. Importanti li l-istudenti jiġu eżaminati għall-ħiliet tagħhom fil-qari, fit-tħaddim ta’ reġistri differenti, għall-mod kif jesprimu ruħhom, għas-sekwenza tal-ideat, u l-ħila li jibnu argument loġiku.

3. Waqt l-eżami, l-istudenti se jintalbu mill-eżaminatur jaqraw jgħajtu paragrafu minn silta letterarja u wara jwieġbu l-mistoqsijiet fuq din is-silta.

(Wara 5 minuti ta’ preparazzjoni) Bonġu/Il-waranofsinhar it-tajjeb. Jekk jogħġbok, aqra paragrafu ____ minn din is-silta qasira.

‘Ir-Raġel Onest’ ta’ E. W. Zarb

Darba kien hemm sultan li kellu sala mimlija teżori u ried isib għassies għaliha. “Hemm bżonn noqgħod attent li ma mmurx nagħżel ħalliel,” ħaseb, “għax inkella jisraqli kollox. Irrid raġel onest. Kif nista’ nsib raġel onest?” Bagħat għall-iktar uffiċjal għoli fis-saltna, u staqsieh x’kellu jagħmel. “Ħejji festa kbira fil-palazz,” qallu, “u stieden għaliha lil kull min irid jilħaq għassies tiegħek. Fl-aħħar tal-festa, itlob lill-mistednin jiżfnu u malajr issib lir-raġel onest. Is-sultan qagħad fuq il-parir tiegħu, u ħejja l-festa. Biex il-mistednin jaslu fis-sala tal-festa riedu jgħaddu minn passaġġ mudlam fejn kien hemm xkejjer mimlija bid-deheb u bil-fidda.

Page 2: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 2 minn 2 Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Għalliema – Ir-Raba’ Sena – 2020

Meta kulħadd kiel u xorob, is-sultan talabhom jiżfnu quddiemu imma ħadd ma ċċaqlaq u kulħadd beda jġib l-iskużi. Wieħed biss ħareġ jiżfen kemm jiflaħ f’nofs is-sala. Minn hemm induna min hu r-raġel onest. L-oħrajn kienu serquh u mlew bwiethom bid-deheb u l-fidda, imma hu ma mess xejn. Għalhekk ir-raġel onest inħatar l-għassies tas-sultan.

* * * Grazzi ħafna. Hemm barra kellek ċans tipprepara għal dawn il-mistoqsijiet. Ħa nibda nsaqsik waħda wara l-oħra u inti trid twieġeb skont dak li qrajt.

L-ewwel mistoqsija: Xi xtaq li jkollu s-sultan fil-palazz? Għala? It-tieni mistoqsija: X’qallu biex jagħmel l-uffiċjal tiegħu? It-tielet mistoqsija: Kif induna min hu r-raġel onest fosthom? Ir-raba’ mistoqsija: Kieku kellek tbiddel xi ħaġa mill-istorja, x’kont iżżid jew tnaqqas? Il-ħames mistoqsija: Kieku kellek tkun wieħed mill-karattri tal-istorja, min tkun, u għaliex? Għal kull mistoqsija agħti ċans lill-istudenti jwieġbu. Wara li tara li l-istudenti wieġbu l-mistoqsijiet kollha, ara jekk iridux iżidu xi ħaġa. Jekk le, fl-aħħar tista’ tgħid: Grazzi! L-eżami tal-oral tal-Malti spiċċa.

Page 3: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – L-Oral tal-Malti – Il-Karta tal-Istudenti – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 4

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI (L-Oral) Il-Ħin: 10 minuti

Il-Karta tal-Istudenti

Il-Marki

L-Oral tal-Malti

_______ 20 marka

1. Għandek 5 minuti ċans sabiex tipprepara għal dan l-oral.

2. Inti se tiġi eżaminat għall-ħiliet tiegħek fil-qari, għall-mod kif tesprimi ruħek, għall-ideat, u l-ħila li tibni argument.

3. Waqt l-eżami, l-eżaminatur se jitolbok taqra paragrafu minn silta letterarja u wara trid twieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

Page 4: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 2 minn 2 Il-Malti – L-Oral tal-Malti – Il-Karta tal-Istudenti – Ir-Raba’ Sena – 2020

‘Ir-Raġel Onest’ ta’ E. W. Zarb

Darba kien hemm sultan li kellu sala mimlija teżori u ried isib għassies għaliha. “Hemm bżonn noqgħod attent li ma mmurx nagħżel ħalliel,” ħaseb, “għax inkella jisraqli kollox. Irrid raġel onest. Kif nista’ nsib raġel onest?” Bagħat għall-iktar uffiċjal għoli fis-saltna u staqsieh x’kellu jagħmel. “Ħejji festa kbira fil-palazz,” qallu, “u stieden għaliha lil kull min irid jilħaq għassies tiegħek. Fl-aħħar tal-festa, itlob lill-mistednin jiżfnu u malajr issib lir-raġel onest.” Is-sultan qagħad fuq il-parir tiegħu u ħejja l-festa. Biex il-mistednin jaslu fis-sala tal-festa riedu jgħaddu minn passaġġ mudlam fejn kien hemm xkejjer mimlija bid-deheb u bil-fidda. Meta kulħadd kiel u xorob, is-sultan talabhom jiżfnu quddiemu imma ħadd ma ċċaqlaq u kulħadd beda jġib l-iskużi. Wieħed biss ħareġ jiżfen kemm jiflaħ f’nofs is-sala. Minn hemm induna min hu r-raġel onest. L-oħrajn kienu serquh u mlew bwiethom bid-deheb u l-fidda, imma hu ma mess xejn. Għalhekk ir-raġel onest inħatar l-għassies tas-sultan.

* * * L-ewwel mistoqsija: Xi xtaq li jkollu s-sultan fil-palazz? Għala? It-tieni mistoqsija: X’qallu biex jagħmel l-uffiċjal tiegħu? It-tielet mistoqsija: Kif induna min hu r-raġel onest fosthom? Ir-raba’ mistoqsija: Kieku kellek tbiddel xi ħaġa mill-istorja, x’kont iżżid jew tnaqqas? Il-ħames mistoqsija: Kieku kellek tkun wieħed mill-karattri tal-istorja, min tkun, u għaliex?

Tmiem

Page 5: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 2

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki

It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari

0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma

kelma, ma jinftehimx u donnu minn taħt l-ilsien.

Qari b’leħen ċar imma mhux dejjem mexxej.

Qari bis-sens, b’leħen ċar u b’ritmu mexxej

fil-biċċa l-kbira tal-qari.

Qari bis-sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u

b’kunfidenza tul il-qari kollu. Il-qari li jsegwi l-punteġġjatura

0 1 2 3 Il-qarrej qatt ma jimxi

mas-sinjali tal-punteġġjatura u

jibqa’ għaddej bla ma jieqaf fejn suppost.

Il-qarrej mhux dejjem jimxi mas-sinjali

tal-punteġġjatura u mhux dejjem jieqaf fejn

suppost.

Il-qarrej jaqra tajjeb skont is-sinjali

tal-punteġġjatura għalkemm f’xi waqtiet

ma tinħassx kunfidenza biżżejjed.

Il-qarrej jaqra tajjeb skont is-sinjali tal-punteġġjatura

b’kunfidenza u jaf it-tifsira tagħhom għax kapaċi

jħaddimha tajjeb ħafna fil-qari tiegħu.

Użu tajjeb tat-tonalità u l-waqgħat tal-leħen 0 1 2 3

Il-qarrej jaqra b’ton wieħed bla ma jbiddel

il-vuċi skont it-test u ma jagħrafx fejn ipoġġi

l-enfasi fuq il-vokali/konsonanti biex joħloq l-effett mixtieq.

Il-qarrej mhux dejjem jaqra b’ton wieħed u xi

drabi jbiddel il-vuċi skont it-test u mhux dejjem jagħraf fejn ipoġġi l-enfasi fuq

il-vokali/konsonanti biex joħloq l-effett mixtieq.

Il-qarrej jaf ibiddel it-ton skont it-test u jagħraf ipoġġi sewwa

l-waqgħat tal-leħen fuq il-vokali/konsonanti biex

jagħmel l-enfasi meħtieġa fil-parti l-kbira

tal-qari tiegħu.

Il-qarrej jaf ibiddel it-ton skont it-test u jagħraf ipoġġi sewwa l-waqgħat tal-leħen fuq il-vokali/konsonanti biex

jagħmel l-enfasi meħtieġa b’konsistenza tul il-qari kollu.

L-Oral (20 MARKA) Tweġibiet tal-mistoqsijiet

1 Is-sultan xtaq għassies biex jeħodlu ħsieb is-sala li għandu mimlija teżori. 2 L-uffiċjal għoli qallu biex iħejji festa kbira fil-palazz u jistieden għaliha lil min irid jilħaq bħala għassies. 3 Is-sultan talabhom jiżfnu quddiemu imma ħadd ma ċċaqlaq u kulħadd beda jġib l-iskużi, ħlief wieħed.

Dan għaliex kellhom bwiethom mimlijin bid-deheb u l-fidda. 4 u 5 Tweġibiet varji

Page 6: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 2 minn 2 Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – Ir-Raba’ Sena – 2020

It-Tqassim tal-Marki tat-Taħdit 1. Il-kompetenza fit-taħdit

0 Id-diskors ma • jinstemax u ma jinftihemx

sewwa; • fihx pronunzja tajba; • fihx intonazzjoni tajba; • jagħmilx enfasi fejn meħtieġ.

1 Id-diskors mhux dejjem • jinstema’ u jinftiehem

sewwa; • għandu pronunzja tajba; • jinstema’ b’intonazzjoni

tajba; • jagħmel enfasi fejn

meħtieġ.

2 Id-diskors dejjem • jinstema’ u jinftiehem sewwa; • jinstema’ bi pronunzja tajba; • jinstema’ b’intonazzjoni tajba; • issir enfasi fejn meħtieġ.

2. Il-lessiku 0-1

Jidher li hemm • Ħakma limitata u ripetuta

tal-lessiku marbut mat-tema;

• Għadd kbir ta’ żbalji spissi fil-korrettezza grammatikali.

2 Jidher li hemm • Ħakma tajba minkejja xi

ripetizzjonijiet tal-lessiku marbut mat-tema;

• Ftit żbalji spissi fil-korrettezza grammatikali.

3 Jidher li hemm • Ħakma tajba u varjata ħafna

bla ripetizzjoni tal-lessiku marbut mat-tema;

• Ftit li xejn żbalji fil-korrettezza grammatikali.

3. L-istruttura tad-diskors 0

• Diskors b’sentenzi bi struttura mħawda li ma jagħmlux sens;

• Ftit li xejn ideat u ħafna ripetizzjoni tal-istess waħda/iet;

• Bla ebda sens ta’ binja u tkomplija fuq xulxin ta’ dak li jkun qed jingħad.

1 • Diskors b’sentenzi bi

struttura tajba imma xi drabi ma jagħmlux sens mill-ewwel;

• Ftit ideat li xi drabi jkunu ripetuti;

• Ftit binja u tkomplija fuq xulxin ta’ dak li jkun qed jingħad.

2 • Diskors b’sentenzi bi struttura

tajba u li jagħmlu sens; • Għadd ta’ ideat bi ftit li xejn

ripetizzjoni; • Binja tajba u tkomplija fuq

xulxin ta’ dak li jkun qed jingħad.

4. Il-kontenut ippreżentat 0-1

• Ftit li xejn diskors korrett marbut mat-tema;

• Fatti mogħtija bla sekwenza; • Qatt jew rari jingħataw

il-fehmiet tal-kelliem/a.

2 • Deskrizzjoni tajba u

fil-biċċa l-kbira tagħha hi korretta, u taqbel mat-tema;

• Sekwenza tajba bi ftit żbalji tal-fatti mogħtija;

• Xi drabi jingħataw il-fehmiet tal-kelliem/a.

3 • Deskrizzjoni tajba ħafna u

korretta mat-tema; • Sekwenza tajba tal-fatti

mogħtija; • Jingħataw ukoll il-fehmiet

tal-kelliem/a.

Total minn 20 marka

__________

Page 7: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Iż-Żamma tal-Marki tal-Oral – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 1

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI Iż-Żamma tal-Marki tal-Oral

Firma tal-għalliem/a

__________________________________

L-Oral (20 MARKA)

Numru L-Isem tal-istudent/a Il-Qari Mgħajjat

(10 marki) It-Taħdit (10 marki) It-Total tal-Marki

1 2 3 4 5 6 7 8 9

10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25

Page 8: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 4

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) Il-Ħin: 30 minuta

Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ

1. Qassam il-karti bil-mistoqsijiet u itlob lit-tfal jiktbu isimhom, kunjomhom u l-klassi. Ibda r-rikording u ara li kulħadd qed jisma’. L-iskript jinqara darbtejn.

2. F’każ li r-rikording ma jaħdimx, aqra l-iskript kollu bil-mod u b’leħen ċar

kemm tista’. L-iskript aqrah darbtejn, kwarta kull darba.

Tfal, tistgħu tibdew taqraw il-mistoqsijiet f’qalbkom. Għandkom 5 minuti. Tiktbu xejn.

(Wara 5 minuti) Issa se naqralkom silta qasira. Isimgħu sew għax wara tridu twieġbu l-mistoqsijiet fuqha. Is-silta u l-mistoqsijiet se jinqraw darba, nagħtikom iċ-ċans twieġbu, u wara terġgħu tisimgħu s-silta u l-mistoqsijiet għat-tieni darba.

Waqt li qed tisimgħu s-silta tistgħu tibdew twieġbu l-mistoqsijiet. Fl-istess ħin, iżda, ibqgħu attenti għal dak li qegħdin tisimgħu.

Is-silta se tinqara issa.

Page 9: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 2 minn 4 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – Ir-Raba’ Sena – 2020

Marco Polo

Marco Polo twieled żmien ilu ġewwa Venezja u huwa msemmi għall-vjaġġi twal li għamel. Hu stess qalilna x’ra u ma’ xiex iltaqa’ fi ktieb li kiteb. Polo kien jgħix waħdu għax ommu mietet meta hu kien għadu żgħir. Missieru u zijuh darba siefru ’l bogħod fuq ġifen kbir. Meta għaddew għaxar snin u dawn iż-żewġt irġiel ma ġewx lura, Marco ħaseb li ġralhom xi ħaġa. Qata’ qalbu li jerġa’ qatt jarahom. Jum wieħed, meta Marco kellu ħmistax-il sena, missieru u zijuh ġew lura d-dar għal għarrieda. Feraħ bihom u stagħġeb mhux ftit bl-istejjer li qalulu fuq il-pajjiżi tal-bogħod li kienu żaru. Marco Polo xtaq li hu wkoll xi darba jmur f’dawn l-artijiet imbiegħda fejn l-Ewropej ma kinux rifsu. Xewqtu qatagħha għax, meta sentejn wara missieru u zijuh reġgħu baħħru, ħaduh magħhom. Meta waslu l-Palestina ħallew il-ġifen u komplew il-vjaġġ bl-art. Iltaqgħu ma’ serbut twil ta’ iġmla jġorru avorju, ħarir u ħaġar prezzjuż. Qasmu deżerti kbar jikwu fix-xemx tisreġ u muntanji għoljin ibajdu bis-silġ. Għaddew minn bliet u rħula u ltaqgħu ma’ nies lebsin kostumi differenti u jitkellmu b’lingwi li ma jinftehmux. Fl-aħħar waslu fiċ-Ċina u s-Sultan Kubla Khan innifsu laqagħhom fil-palazz kbir tiegħu. Marco Polo issa kien sar żagħżugħ fuq tiegħu u intelliġenti. Is-Sultan żammu miegħu u għamlu wieħed mill-ministri. Dam miegħu għal madwar ħmistax-il sena u ġera mal-imperu kollu tiegħu u ltaqa’ ma’ ħafna sitwazzjonijiet differenti. Wara dawn is-snin kollha, Marco Polo u missieru reġgħu lura Venezja. Il-Venezjani bilkemm riedu jemmnu l-istejjer tiegħu għax ħadd ma kien għadu qatt ma sema’ b’dawn l-artijiet fil-bogħod.

(https://www.britannica.com/biography/Marco-Polo)

* * * Issa li smajtu din is-silta, se naqralkom il-mistoqsijiet fuqha. Waqt li qed naqralkom il-mistoqsijiet tistgħu tkomplu taħdmu t-tweġibiet. Mela, issa se naqralek Taħriġ A. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal fil-kaxxa t-tajba.

In-numru wieħed: Din is-silta hija dwar missier Marco Polo. Veru jew falz?

In-numru tnejn: Missieru u zijuh marru dawra madwar Malta. Veru jew falz?

Page 10: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 3 minn 4

In-numru tlieta: Sentejn wara li ġew lura missieru u zijuh, hu mar magħhom. Veru jew falz?

In-numru erbgħa: Matul il-vjaġġ iltaqgħu ma’ għadd kbir ta’ iġmla. Veru jew falz?

In-numru ħamsa: Is-Sultan żammu miegħu għal madwar 15-il sena. Veru jew falz?

In-numru sitta: Il-Venezjani xtaqu jmorru huma wkoll iċ-Ċina. Veru jew falz?

Issa se ngħaddu għal Taħriġ B. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel linja taħtha, skont dak li smajt fis-silta.

In-numru wieħed: L-ewwel post li jissemma fis-silta huwa a) Venezja. b) l-Palestina. ċ) ċ-Ċina.

In-numru tnejn: L-iġmla kienu qed iġorru ħarir, avorju u a) bnedmin. b) ħaġar prezzjuż. ċ) ġebel.

In-numru tlieta: Is-Sultan laqagħhom a) fir-renju tiegħu. b) fil-palazz il-kbir tiegħu. ċ) fil-kamra personali tiegħu.

In-numru erbgħa: Is-Sultan Kubla Khan laħħqu a) membru tal-kunsill. b) messaġġier. ċ) ministru.

In-numru ħamsa: Meta kien iċ-Ċina, Marco Polo kien a) tfajjel. b) żagħżugħ. ċ) anzjan.

In-numru sitta: Il-Venezjani bilkemm riedu jemmnu a) l-istejjer ta’ Marco Polo. b) l-ħrejjef ta’ Marco Polo. ċ) ċ-ċajt ta’ Marco Polo.

Page 11: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 4 minn 4 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – Ir-Raba’ Sena – 2020

Issa se ngħaddu għal Taħriġ Ċ. Imla l-vojt b’kelma waħda skont is-sens tas-silta.

In-numru wieħed: Feraħ bihom u _________ mhux ftit bl-_________ li qalulu fuq il-pajjiżi tal-bogħod li kienu żaru.

In-numru tnejn: Marco Polo xtaq imur f’dawn l-artijiet imbiegħda fejn l-Ewropej qatt ma kienu ___________.

In-numru tlieta: Fiż-żmien li Marco Polo għamel iċ-Ċina, huwa ġera mal-__________ ta’ Kubla Khan.

Issa wasalna għall-aħħar taħriġ, it-Taħriġ D. Poġġi fl-ordni skont is-sens tas-silta.

L-istorja In-numru

Polo huwa magħruf għall-vjaġġi twal li għamel fl-Asja. 1

Ta’ sbatax-il sena mar ma’ missieru u zijuh f’artijiet imbiegħda.

Kubla Khan tah kariga importanti.

Qasmu deżerti kbar u muntanji għoljin.

Meta kien għadu żgħir kienet mititlu ommu.

Issa se terġgħu tisimgħu s-silta u l-mistoqsijiet. Intom tkunu tistgħu tiċċekkjaw it-tweġibiet tagħkom u timlew fejn ħallejtu vojt.

* * * Wara li jinstemgħu s-silta u l-mistoqsijiet għat-tieni darba, agħti ħames minuti lit-tfal biex tara li jkunu lestew it-tweġibiet tagħhom. Fl-aħħar tista’ tgħid: Grazzi! L-eżami tas-smigħ spiċċa.

Page 12: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 4

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) Il-Ħin: 30 minuta

Il-Karta tal-Istudenti

L-isem u l-kunjom: ___________________________ Il-klassi: ________

Il-Marki

Il-Fehim mis-Smigħ

_______ 20 marka

Page 13: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 2 minn 4 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – Ir-Raba’ Sena – 2020

Kull tweġiba tajba tingħata marka. Taħriġ A Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel sinjal (✓) fil-kaxxa t-tajba. 1. Din is-silta hija dwar missier Marco Polo.

VERU FALZ 2. Missieru u zijuh marru dawra madwar Malta.

VERU FALZ 3. Sentejn wara li ġew lura missieru u zijuh, hu mar magħhom.

VERU FALZ 4. Matul il-vjaġġ iltaqgħu ma’ għadd kbir ta’ iġmla.

VERU FALZ 5. Is-Sultan żammu miegħu għal madwar 15-il sena.

VERU FALZ 6. Il-Venezjani xtaqu jmorru huma wkoll iċ-Ċina.

VERU FALZ

Page 14: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 3 minn 4

Kull tweġiba tajba tingħata marka. Taħriġ B Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel linja taħtha, skont dak li smajt fis-silta. 1. L-ewwel post li jissemma fis-silta huwa a) Venezja. b) l-Palestina. ċ) ċ-Ċina. 2. L-iġmla kienu qed iġorru ħarir, avorju u a) bnedmin. b) ħaġar prezzjuż. ċ) ġebel. 3. Is-Sultan laqagħhom a) fir-renju tiegħu. b) fil-palazz il-kbir tiegħu. ċ) fil-kamra personali tiegħu. 4. Is-Sultan Kubla Khan laħħqu a) membru tal-kunsill. b) messaġġier. ċ) ministru. 5. Meta kien iċ-Ċina, Marco Polo kien a) tfajjel. b) żagħżugħ. ċ) anzjan. 6. Il-Venezjani bilkemm riedu jemmnu a) l-istejjer ta’ Marco Polo. b) l-ħrejjef ta’ Marco Polo. ċ) ċ-ċajt ta’ Marco Polo.

Page 15: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 4 minn 4 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – Ir-Raba’ Sena – 2020

Kull tweġiba tajba tingħata marka. Taħriġ Ċ Imla l-vojt b’kelma waħda skont is-sens tas-silta. 1. Feraħ bihom u ___________ mhux ftit bl-_________ li qalulu fuq il-pajjiżi tal-bogħod li kienu żaru. 2. Marco Polo xtaq imur f’dawn l-artijiet imbiegħda fejn l-Ewropej qatt ma kienu __________. 3. Fiż-żmien li Marco Polo għamel iċ-Ċina, huwa ġera mal- _________ ta’ Kubla Khan. Taħriġ D Poġġi fl-ordni skont is-sens tas-silta.

L-istorja In-numru

Polo huwa magħruf għall-vjaġġi twal li għamel fl-Asja. 1

Ta’ sbatax-il sena mar ma’ missieru u zijuh f’artijiet imbiegħda.

Kubla Khan tah kariga importanti.

Qasmu deżerti kbar u muntanji għoljin.

Meta kien għadu żgħir kienet mititlu ommu.

- Tmiem il-Karta -

Page 16: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 8

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI Il-Ħin: Siegħa u kwart

(Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba)

L-isem u l-kunjom: ___________________________ Il-klassi: ________

Il-Marki

Il-Fehim mill-Qari

Il-Kitba

_______ 30 marka

_______ 30 marka

Aqra sew dan li ġej:

• Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi.

• Qabel tikteb it-tweġiba, aqra u ifhem sewwa l-mistoqsija.

• Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad

erġa’ ppruvaha fl-aħħar.

• Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb.

• Qis li ma tħalli barra xejn.

Page 17: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 2 minn 8 Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020

IL-FEHIM MILL-QARI

A. Aqra din l-istorja: Il-Ħrafa tat-Tliet Prinċpijiet (15-il marka)

Darba waħda kien hemm tliet prinċpijiet. Missierhom, raġel anzjan imma li kien

iżommha, riedhom imorru jduru d-dinja kollha sabiex isibu tliet ħwejjeġ tal-għaġeb.

(paragrafu 1)

Il-kbir, Mattew, dam ħafna jfittex u fl-aħħar sab mera tal-għaġeb. Meta kont tħares

fiha u taħseb f’xi ħadd, kont tista’ tarah minnufih. Il-fustani, Mark, wara ħafna ġiri,

sab tuffieħa tas-sħarijiet. Jekk xi ħadd ikun marid u jxommha, ifiq minnufih. Iż-żgħir,

Mikiel, dar ħafna postijiet u fittex kemm felaħ. Għall-bidu ma sab xejn, imma ma

qatax qalbu. Fl-aħħar sab tapit misterjuż. Ma batiex għalxejn. Dan it-tapit mhux biss

itir imma wkoll iwasslek malajr kull fejn tixtieq tmur, ikun bogħod kemm ikun, bla

problemi ta’ xejn. (paragrafu 2)

Fl-aħħar tas-sena, it-tliet prinċpijiet iltaqgħu u wrew lil missierhom l-affarijiet li

kienu sabu. Missierhom fela kull ħaġa imma ma setax jiddeċiedi ta’ min kienet l-aħjar

ħaġa tal-għaġeb. Kollha bdew jogħġbuh u xtaqhom li jużawhom biss f’każ ta’ bżonn

jew għajnuna. (paragrafu 3)

Ħarsu lejn il-mera tal-għaġeb u raw prinċipessa żagħżugħa u sabiħa, imma kienet

marida u qiegħda tmut. “Kieku nista’, immur malajr ħdejha. Kont infejjaqha

bit-tuffieħa tiegħi,” qal il-fustani qalbu sewda. “Irkbu fuq it-tapit ħalli neħodkom

ħdejha,” wieġeb iż-żgħir bi tbissima. F’kemm trodd salib, il-prinċpijiet sabu ruħhom

ħdejn il-prinċipessa. Xammet it-tuffieħa u fieqet mill-ewwel. (paragrafu 4)

Fid-dinja kollox hu meħtieġ u qatt ma tista’ tgħid x’inhu l-aħjar. Fuq kollox, kulħadd

jgħix taħt saqaf wieħed u għandna bżonn xulxin, dejjem u kullimkien. (paragrafu 5)

Page 18: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 3 minn 8

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq l-istorja li qrajt. 1. Ikteb fil-kaxxa l-vojta jekk hux Veru jew Falz. (4 marki)

a. Missier il-prinċpijiet talabhom isibu tliet ħwejjeġ komuni. _________

b. Mark sab ħaġa li ttir u twasslek kullimkien. _________

ċ. Missierhom għażel liema kienet l-aħjar ħaġa minn dawk li sabu. _________

d. It-tliet prinċpijiet għenu lil xulxin biex salvaw lill-prinċipessa. _________

2. Aqta’ linja taħt it-tajba. (2 marki)

(a) Il-mera tal-għaġeb

(i) turi l-wiċċ ta’ min iħares lejha. (ii) turi l-wiċċ tal-persuna li taħseb fiha. (iii) turi l-wiċċ tal-ġenituri tiegħek. (b) Missier il-prinċpijiet iddeċieda li dawn il-ħwejjeġ jintużaw biss

(i) biex jirbħu lill-għadu. (ii) biex igawduhom huma. (iii) biex jgħinu lil ħaddieħor. 3. Għala ħassew il-bżonn li jmorru jgħinu lill-prinċipessa żagħżugħa? (2 marki)

_______________________________________________________________

_______________________________________________________________

4. B’liema mod fieqet il-prinċipessa żagħżugħa? (marka)

_______________________________________________________________

Page 19: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 4 minn 8 Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020

Għarfien il-lingwa 5. Minn paragrafu 4, sib u ikteb l-espressjoni li tfisser imdejjaq? (marka)

________________________________

6. Minn paragrafu 4, sib u ikteb l-espressjoni li tfisser minnufih? (2 marki)

________________________________

7. X’taħseb li tfisser l-idjoma kulħadd jgħix taħt saqaf wieħed li hemm fil-ħames

paragrafu? (2 marki)

_______________________________________________________________

_______________________________________________________________

Marka għal tweġibiet mingħajr żbalji fil-kitba: ____________ minn marka

B. Aqra l-istorja: Id-Denfil (15-il marka)

Id-denfil huwa annimal ħelu ħafna u għalkemm

ħafna jaħsbuh xi ħuta kbira, dan mhuwiex il-każ.

(paragrafu 1)

Id-denfil jgħix kważi fl-ibħra kollha u ssibu

dejjem qtajja’ qtajja’. Id-dniefel iħobbu jiġru

b’ħeffa kbira u jaqbżu qbiż li jgħaġġeb. Mhux l-ewwel darba rajniehom jaqbżu

ferħana bejn Malta u Għawdex, aħna u sejrin bil-vapur. Is-sajjieda tagħna jgħidu

wkoll li d-dniefel iduru mal-opri tal-baħar tagħhom huma u jistadu ’l barra

għal-lampuki. (paragrafu 2)

Page 20: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 5 minn 8

Id-denfil jgħix minn dak li jipprovdilu l-baħar, bħalma huma l-ħut u l-qarnit.

Id-denfil omm ikollha ż-żgħar minn wieħed sa tnejn fis-sena u trabbihom fuq il-ħalib

tagħha. Iddum tieħu ħsiebhom bl-ikbar kura sakemm ikunu kibru. (paragrafu 3)

Il-baħħara jaraw id-denfil bħala annimal kwiet u ħabib. Huma jemmnu li d-denfil hu

sinjal ta’ risq u barka, u wegħda ta’ baħar tajjeb. Jingħad ukoll li d-denfil huwa

annimal intelliġenti u għandu wkoll il-lingwa tiegħu. Permezz tal-ħsejjes li jagħmlu

b’ħalqhom, jiftiehmu ma’ xulxin. L-akbar gost tagħhom hu l-logħob u l-qbiż fil-baħar.

(paragrafu 4)

Insibu tipi differenti ta’ dniefel fosthom id-denfil ta’ geddumu qasir. Dan hu protett

permezz ta’ liġijiet lokali u internazzjonali u l-popolazzjoni tal-Mediterran hija

meqjusa waħda vulnerabbli, mhedda li tinqered. Id-denfil ta’ geddumu qasir, li

jinstab fil-biċċa l-kbira tal-ibħra u l-oċeani, huwa mifrux sew fil-Mediterran. Ħafna

drabi jinstab fi qtajja’ ta’ bejn tnejn u 15-il denfil f’ibħra kostali jew miftuħa.

(paragrafu 5)

(www.inewsmalta.com)

1. Aqta’ sing taħt it-tweġiba t-tajba. (3 marki)

a. Id-denfil huwa annimal (mans, feroċi, selvaġġ).

b. Id-denfil omm trabbi ż-żgħar tagħha (bil-ħut li jieklu, bil-ħalib tagħha, bl-għalf

tas-sajjieda).

ċ. Il-baħħara jemmnu li d-denfil iġib (l-inkwiet, is-saħta, ir-risq).

2. Qabbel il-kolonni skont is-sens tas-silta. (4 marki)

1. Id-denfil ta’ geddumu qasir a. jinsab fil-biċċa l-kbira tal-oċeani. 2. Din l-ispeċi tinsab b. permezz ta’ ħsejjes li jagħmel b’ħalqu. 3. Id-denfil jikkomunika ċ. fi gruppi ta’ tnejn jew iktar.

Page 21: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 6 minn 8 Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020

3. Imla l-vojt bil-kelma t-tajba li toqgħod skont is-silta. (marka)

a. Is-sajjieda jinnutaw li madwar id- ______________ tagħhom iduru d-dniefel.

b. Id-dniefel iħobbu jaqbżu u ____________ fil-baħar.

Marka għal tweġibiet mingħajr żbalji fil-kitba: ____________ minn marka

Il-Metalingwa Imla l-vojt skont il-kuntest. (4 marki) 4. Id-denfil huwa wieħed mill-______________ (annimal) ħbieb tal-bniedem. Huwa

jgħix fil-biċċa l-kbira tal-______________ (baħar) fid-dinja, anke fil-Mediterran.

Mhux l-ewwel darba li aħna ______________ (rajna) bejn Malta u Għawdex meta

naqsmu bil-vapur. Meta qorob is-sajf, l-għalliema organizzat ħarġa sabiex immorru

naraw id-dniefel u tgħidx kemm ħadna pjaċir. F’dik il-ġimgħa stess, l-għalliema ħejjiet

lezzjoni sabiħa u ______________ (interess) dwar id-dniefel u tgħidx kemm ħadna

gost!

5. Irranġa l-iżbalji ta’ din is-sentenza billi żżidilha 2 sinjali tal-punteġġjatura:

Fin-nofsinhar ta’ Malta kien hemm inċident gravi li ħoloq ħafna traffiku storbju u dewmien bla bżonn.

Iktibha tajba fil-linja t’hawn taħt. (marka)

______________________________________________________________________________________________________________________________

6. Aqta’ sing taħt it-tajba. (marka)

a. Ilbieraħ missieri żera’ (disa’, disgħa) siġriet fil-ġnien iż-żgħir li għandna fuq wara

tad-dar.

4. Dan l-annimal kwiet 1 d. hu protett b’liġijiet internazzjonali. 5. Ħafna drabi ssibu dejjem e. mhedda li tinqered.

Page 22: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 7 minn 8

b. Fir-rebbiegħa ħafna familji Maltin iħobbu jmorru passiġġata qalb il-(wiedien,

widien) u jqattgħu ftit ħin hemmhekk għall-kwiet.

IL-KITBA (30 marka)

A. Lista ta’ kliem (10 marki)

Ikteb lista ta’ għaxar kelmiet li ssib f’din l-istampa.

_______________________________________________________________

_______________________________________________________________

B. Agħżel titlu WIEĦED minn dawn it-tnejn: (20 marka)

B. 1. Ikteb ġurnata mid-djarju ta’ għalliem/a. JEW

2. Immaġinak id-dar u ċempilt lill-ħabib/a tiegħek. Ikteb id-djalogu li kien hemm bejnietkom.

Page 23: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 8 minn 8 Il-Malti – Il-Kitba – Ir-Raba’ Sena – 2020

B.i. Jekk trid, agħmel il-pjan tad-djarju/djalogu li għażilt fl-ispazju t’hawn taħt.

Kitba ________ (Ikteb 1 jew 2)

B.ii. Il-kitba għandha tkun twila bejn 70 u 100 kelma.

Agħti titlu għall-kitba tiegħek. Ikteb ċar u bla żbalji.

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

- Tmiem il-Karta –

Page 24: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 1 minn 4

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

Karta Mudell 2020

Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki

Il-Fehim mis-Smigħ (20 MARKA) Marki Taħriġ A

1 Falz 1 2 Falz 1 3 Veru 1 4 Veru 1 5 Veru 1 6 Falz 1

Taħriġ B 1 a 1 2 b 1 3 b 1 4 ċ 1 5 b 1 6 a 1

Taħriġ Ċ Tnaqqasx marki lill-istudent jekk ikollu żbalji ortografiċi, sakemm tingħaraf il-kelma.

1 stagħġeb, istejjer Marka x 2 2 rifsu 1 3 imperu 1

Taħriġ D 1 3 1 5 1 4 1 2 1

Page 25: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 2 minn 4 Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – Ir-Raba’ Sena – 2020

Il-Fehim mill-Qari (30 MARKA) Marki Aċċetta l-kitba ta’ kliem mill-Ingliż jekk jinkiteb kif jinħass fil-Malti jew kif jinkiteb fl-Ingliż, dejjem jekk ma jkunx hemm kliem ieħor popolari bi lsienna. Tnaqqasx marki għall-iżbalji ortografiċi sakemm it-tweġiba tinftiehem. A. 1a Falz 1 1b Falz 1 1ċ Falz 1 1d Veru 1 2a (ii) 1 2b (iii) 1 3 Ħassew il-bżonn li jgħinu lill-prinċipessa għaliex kienet marida u qiegħda tmut.

Aċċetta tweġibiet varji li jagħmlu sens. 2

4. Il-prinċipessa żagħżugħa fieqet mill-ewwel xħin xammet it-tuffieħa. 1 Il-kitba tat-tweġibiet tal-fehim il-qari (marka)

Din il-marka tingħata skont it-tweġibiet kollha tal-fehim mill-qari. Kull tweġiba mistennija tinkiteb b’Malti korrett. Mhux meħtieġ li l-mistoqsija jew parti minnha tkun ikkupjata fit-tweġiba.

▪ It-tweġibiet ma fihomx żbalji tal-ortografija skont is-sillabu. 0.5 ▪ It-tweġibiet ma fihomx żbalji tal-punteġġjatura skont is-sillabu. 0.5

Għarfien il-Lingwa 5. qalbu sewda 1 6. F’kemm trodd salib 2 7. Kulħadd jgħix fl-istess dinja u allura kulħadd hu bżonn ta’ kulħadd.

Aċċetta tweġibiet varji li jagħmlu sens. 2

B. 1a mans 1 1b bil-ħalib tagħha 1 1ċ ir-risq 1 2 1d, 2e, 3b, 4a, 5ċ. 4 marki

3a dgħajjes/dgħajsa 0.5 3b jilagħbu 0.5

Il-kitba tat-tweġibiet tal-fehim il-qari (marka) Din il-marka tingħata skont it-tweġibiet kollha tal-fehim mill-qari. Kull tweġiba mistennija tinkiteb

b’Malti korrett. Mhux meħtieġ li l-mistoqsija jew parti minnha tkun ikkupjata fit-tweġiba. ▪ It-tweġibiet ma fihomx żbalji tal-ortografija skont is-sillabu. 0.5 ▪ It-tweġibiet ma fihomx żbalji tal-punteġġjatura skont is-sillabu. 0.5

Il-Metalingwa (jekk l-istudent ma jiktibx tajjeb il-kliem u ma jweġibx tajjeb ma jiħux marki) 4 annimali, ibħra, rajniehom, interessanti 4 5 Nofsinhar, traffiku, storbju (ittra kapitali u virgola – nofs marka kull waħda) 1

6a disa’ 0.5 6b widien 0.5

Page 26: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – Ir-Raba’ Sena – 2020 Paġna 3 minn 4

Il-Kitba (30 MARKA) Marki A. Lista ta’ Kliem (10 marki) It-tweġibiet għandhom ikunu mill-istampa. Jekk kelma tinkiteb ħażin, tieħu nofs marka. għasfur, kelb/klieb, tifel/tifla, ġenitur, papra/i, ballun, fjura/i, siġra/siġar, lasta, pjanta/i, rota/i, sħaba/sħab, bank, tuffieħ/a, flixkun, platt/i, qoffa, ħobża, sarvetta, sema, werqa/weraq, skateboard, bird feeder. Tweġibiet oħra li hemm fl-istampa u mhux imniżżla hawn huma aċċettati wkoll.

10

B. Il-Kitba ta’ Djarju/Djalogu (20 marka) Jekk kelma tinkiteb ortografikament ħażina, titqies bħala ħażina.

B.i. Il-Pjan (bla marki) - F’idejn l-istudenti jekk jagħmluhx. ▪ Il-pjan huwa relevanti mas-suġġett li ntgħażel. ▪ Il-pjan huwa organizzat.

B.ii. Il-Kitba t-Twila (20 marka) L-istudenti jistgħu jiktbu bejn 70 u 100 kelma. Dawn jistgħu jkunu miktubin f’sentenzi taħt xulxin jew inkella sentenzi fil-forma ta’ paragrafu jew paragrafi.

It-Tqassim tal-Marki għall-Kitba t-Twila

IL-ĠENERU (3)

It-tqassim skont kif jitlob il-ġeneru 0 1-2 3

Bla tqassim Ftit tqassim It-tqassim kollu mistenni

IL-KONTENUT (12) L-iżvilupp tal-ideat 0-1 2-3 4-5

Ftit ideat u

ripetuti bi ftit rabta mat-tema

Għadd ta’ ideat b’xi ripetizzjonijiet u

marbuta mat-tema mhux dejjem u

għalkollox

Ħafna ideat ċari u sodi li jirriflettu s-suġġett minn angoli differenti

Is-sekwenza/koerenza u rabta bejn il-partijiet

0 1-2 3

Kitba bla ebda rabta bejn il-partijiet; b’sekwenza

ħażina jew ma teżistix

Ftit rabta minkejja li xi drabi ma tkunx ċara jew diretta u mhux dejjem ikun

hemm sekwenza ċara

Il-kitba ssegwi minn parti għall-oħra b’mod naturali u b’sekwenza tajba

Page 27: Ir- IL-MALTI (L-Oral) Il- 10 minuti...Ir-Raba’ Sena IL-MALTI L-Iskema tal-Marki It-Tqassim tal-Marki tal-Qari Mgħajjat Ir-ritmu tal-qari 0 1 2-3 4 Qari mlaqlaq, kelma kelma, ma

Paġna 4 minn 4 Il-Malti – L-Iskema tal-Marki – Ir-Raba’ Sena – 2020

L-espressjoni u l-lessiku 0 1-2 3-4

Kitba li ma fihiex espressjonijiet u b’lessiku nieqes

Għadd ta’ espressjonijiet u firxa

limitata ta’ lessiku marbut mat-tema

Kitba mimlija espressjonijiet

mexxejja u b’lessiku wiesa’

IL-METALINGWA (5) Il-punteġġjatura u l-morfoloġija 0 1 2

Bla sinjali bażiċi tal-punteġġjatura u fiha ħafna żbalji

grammatikali

Għadd ta’ sinjali bażiċi nieqsa jew

użati ħażin u fiha ftit li xejn żbalji grammatikali

Il-punteġġjatura bażika hija użata tajjeb minkejja xi

nuqqasijiet żgħar u ma fihiex żbalji grammatikali.

L-ortografija 0-1 2 3

Kitba li fiha bejn

9 u 12-il żball differenti

Kitba li ma fihiex aktar minn 4-8 żbalji

differenti

Kitba li ma fihiex aktar minn 3 żbalji

differenti